ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 30 ta’ Settembru 2018

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018

L-elokwenza ta’ fidi riskjuża Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Ġurnata fost l-oħrajn mara daħlet fil-ħanut Kattoliku li kont naħdem u qaltli: “Għandi bżonn santa biex indendilha fil-kamra tiegħi ħalli n-nies ikunu jafu li jien Nisranija”. Hi kienet tgħix f’Sokoto, fit-Tramuntana tanNiġerja. detriment? Le! Il-ħażen talHemm postijiet fejn biex tgħix vjolenza ma jistax isikket ħajja Nisranija hu perikoluż. Itl-elokwenza ta’ fidi riskjuża. Tramuntana tan-Niġerja hu wieħed Il-Papa Franġisku qal: “Ixminnhom. Hemmhekk, ​​ li tgħix ta’ xhieda trid tingħata kemm filNisrani jfisser aktar milli tilbes ħajja ta’ kuljum u wkoll waqt pulit għall-Quddiesa. Hi xhieda id-diffikultajiet, fil-persekuzzjoni, ta’ kuljum li taqbeż għal Ġesù. bil-mewt, b’hekk tkun dejjem Tfisser ukoll li l-ħajja tiegħek tkun għammiela. Il-Knisja hi għammiela f’periklu. u omm meta tagħti xhieda ta’ Imma dan għandu jkun

Kristu. Minflok, meta l-Knisja tingħalaq fiha nfisha tibda temmen, biex ngħidu hekk, li hi l-università tar-reliġjon b’tant ideat sbieħ, tant tempji sbieħ, tant mużewijiet sbieħ, b’tant affarijiet sbieħ imma ma tkunx qed tagħti xhieda. Issir sterili. U l-istess in-Nisrani. InNisrani li ma jagħtix xhieda jibqa’ sterili, jibqa’ ma jroddx lura l-ħajja li rċieva mingħand Kristu”. Forsi int ma tgħixx f’post fejn kuljum għandek tieħu pożizzjoni għall-fidi tiegħek. Iżda l-ħajja toħloq sfidi; mumenti meta jkollok tixhed il-valuri Kristjani tiegħek, tqum għax-xhieda tiegħek u tgħid

lid-dinja dwar dak li int u dwar dak li temmen fih. F’dawn il-mumenti tistħi mill-fidi tiegħek? Int kburi u lest tixhed għal Ġesù saħansitra meta ma jaqbillekx? Nistgħu nitgħallmu ħafna minn ħutna ppersegwitati. Kuljum qed jiffaċċjaw għażla “aktar faċli” biex jiċħdu l-fidi tagħhom jew biex jibqgħu mexjin wara Ġesù irrispettivament mill-prezz li jridu jħallsu. Huma jagħżlu lil Ġesù. Grace Attu PR & Media Communications Aid to the Church in Need (Malta)

IL-BANGLADEXX

Ittra ta’ ringrazzjament Monsinjur James Romen Boiragi, l-Isqof tad-Djoċesi Kattolika ta’ Khulna, Il-Bangladexx, kiteb lillAid to the Church in Need (ACN) jirringrazzja lill-benefatturi li għamlu offerti (elemożina) għallQuddies. Hu qal li dawn l-offerti jmorru għall-għejxien ta’ saċerdoti li qed iwettqu ħidma pastorali fejn ilKnisja hi fqira u ppersegwitata.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fittalb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.

Missjoni għall-ħelsien mid-dipendenza tad-droga L-istorja ta’ Fr Sergij hi waħda li tispirak. Għal ħafna snin qabel ma sar Saċerdot, Fr Sergij kien Kummissarju tal-Pulizija maliskwadra tal-omiċidji. Dan kien il-mod ta’ Alla biex iħejjih għal dik li aktar tard f’ħajtu ssir missjoni għall-ħelsien mid-dipendenza taddroga. Billi kien diġà familjari malproblema tad-drogi bħala Uffiċjal tal-Pulizija, Fr Sergij seta’ jifhem sew is-sitwazzjoni ta’ ħafna vittmi tad-droga li jmorru jqerru għandu. L-esperjenza tiegħu filkonfessjonarju ħeġġitu biex jgħin lil dawk dipendenti mid-droga permezz ta’ inizjattivi pastorali. Dan kien il-bidu taċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni li ġie stabbilit f’Sapjornoe, Ir-Russja, għal irġiel żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena biex bħala aħwa f’komunità jgħinu lil xulxin, jikbru flimkien u jimmaturaw f’ħajja aħjar.

Fr Sergij flimkien ma’ ħaddiema taċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni f’Sapjornoe, Ir-Russja

Mikhail, raġel ta’ 22 sena jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu Matul is-sena li qatta’ fiċĊentru qal:“Jien evalwajt mill-ġdid il-passat kollu tiegħi u bdejt inħares ’il quddiem b’fidi profonda f’Alla. Din tatni l-kuraġġ li nibda ħajja ġdida. Ma nafx jekk kontx nibqa’ ħaj kieku ma mortx fiċ-Ċentru. Nagħti glorja lil Alla għal dan!”

Pellegrinaġġ u Quddiesa Nhar is-Sibt, 13 t’Ottubru 2018 jaħbat l-aħħar dehra tal-Madonna ġo Fatima. L-Aid to the Church in Need (Malta) ser tingħaqad flimkien malParroċċa ta’ G’Manġia f’pellegrinaġġ u Quddiesa ċċelebrata minn Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju. Il-benefatturi, familjari u ħbieb huma mistiedna li jattendu. Il-ħin ikun fis-6.00pm. Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

Bħalissa ċ-Ċentru għadu kemm aċċetta 60 żagħżugħ. Kull wieħed minnhom jingħata biċċa xogħol, jew jieħdu ħsieb il-bhejjem, jaħdmu fil-ġnien jew jitgħallmu xi sengħa. Fr Sergij jixtieq jibda jrabbi n-naħal b’ħamsin kaxxa. L-Aid to the Church in Need (ACN) qed tipproponi li tgħin liċ-ċentru f’dalproġett ta’ rijabilitazzjoni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.