10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019
IL-FILIPPINI
Il-fidi ssawwar il-Knisja, mhux iċ-ċirkustanzi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Fit-23 ta’ Mejju 2017, Fr Teresito Soganub u ħames membri tal-parroċċa tiegħu nħatfu minn estremisti Iżlamiċi fil-belt Filippina, Marawi. Ir-ribelli Maute, grupp affiljat mal-ISIS, ħatfu l-ewwel il-belt u wara lilhom u aktar minn mitt resident ieħor biex b’hekk setgħu jheddu lill-qawwiet tal-Gvern. Fis-17 ta’ Settembru, 116-il jum wara, Fr Soganub ġie salvat filwaqt li l-kunflitt fuq il-belt ta’ Marawi kompla għaddej sat-23 t’Ottubru 2017. Sentejn wara, Fr Soganub irrakkonta l-esperjenza tiegħu: “Ħadd ma jrid jgħaddi minn esperjenza simili. Matul dawk ixxhur kont ngħix biċ-ċertezza li se mmut daqt”. Hu tkellem ukoll dwar 116-il ġurnata ta’ talb bla waqfien. Hu qal: “Jien kont qed ngħix b’diqa kbira f’qalbi. Jien għajjat, ‘Għaliex jien, o Alla? Għaliex ħallejt dan iseħħ’?” Madankollu hu kellu sens ta’ gratitudni. Fr Soganub kompla: “Jien stennejt il-mewt u ma fhimtx kif kien possibbli li kont qed nibqa’ ħaj f’nofs battalji bl-azzarini bla waqfien. “Il-Knisja fil-Filippini dejjem ftakret fina waqt it-talb talKonsagrazzjoni. Il-familja tiegħi
ġiet avviċinata minn Protestanti u anki minn gruppi Musulmani li qalulhom: “Aħna Protestanti, aħna Musulmani, imma qed nitolbu għas-sigurtà ta’ ħukom.” Fr Soganub kien kommoss b’dan issapport spiritwali. Qabel ma nħataf, wieħed middmirijiet tiegħu kien proprju l-promozzjoni tad-djalogu interreliġjuż fil-prelat. Hu qal: “Alla nqeda bija biex jimmotiva lilloħrajn jitolbu. Il-fidi ssawwar lillKnisja, mhux iċ-ċirkustanzi!” Kelmtejn importanti, partikolarment fid-dawl tal-fatt li l-Katidral ta’ Marawi spiċċa nqered, Fr Soganub xorta waħda baqa’ sod fost it-tifrik. Hu kompla: “Irridu nkomplu naħdmu id f’id għaddjalogu bejn ir-reliġjonijiet, kemm bħala Musulmani kif ukoll bħala Nsara. Hekk niżirgħu ż-żerriegħa tal-paċi fina u naħdmu flimkien bħala reliġjonijiet għall-paċi.”
“Fidi u Kuraġġ… il-Kristjani fil-Lvant Nofsani”
Data: L-Erbgħa, 29 ta’ Mejju 2019 Post: Il-lukanda Victoria, Triq George Borg Olivier, Tas-Sliema RSVP: Tel. 21487818 / Email: info@acnmalta.org Ħin: 5:30pm Dan huwa avveniment sponsorjat minn benefattur. Te u kafe jiġu servuti.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 @acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
ACN027.19 NKS Event (Lehen).indd 1
IL-PAKISTAN
Storja ta’ żagħżugħ Kattoliku Noman hu żagħżugħ Kattoliku li jgħix f’Karachi, Il-Pakistan. F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN) hu tkellem dwar id-diskriminazzjoni u l-abbuż li għadda minnu fl-iskola minħabba l-fidi tiegħu fi Kristu. Din hi l-istorja ta’ Noman: “Jien student tal-ewwel sena u qed nistudja n-negozju. Jien Kattoliku. Ħadd fil-familja tiegħi qatt ma ġie maħtuf jew ivvittimizzat bil-vjolenza iżda jien iffaċċjajt diskriminazzjoni minn sħabi talklassi u mill-għalliema minħabba r-reliġjon Kattolika li nħaddan. “Meta rrappurtajt student Musulman għax kien qed iqarraq fil-klassi, l-għalliem qalli: ‘Hu ma jqarraqx. Int għamilt hekk’. L-istudent l-ieħor beda jgħajjarni bhangie li tfisser kennies tat-triq u beda jiżżufjetta bija u uża kliem mhux xieraq dwar it-twemmin tiegħi. Ma stajtx nirrispondih. Li kieku għamilt hekk kont niġi akkużat b’dagħa u l-familja tiegħi kienet tbati ħafna. “Kemm l-għalliem tiegħi
Taħdita minn Neville Kyrke-Smith, Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Renju Unit)
Ċempel 21487818
Fr Teresito Soganub qed jiġi intervistat wara l-ħelsien tiegħu f’Settembru 2017
13/05/2019 09:36
kif ukoll il-prinċipal kienu jafu bis-sitwazzjoni. L-għalliem ried ikellem lil ommi iżda ma kinux lesti jisimgħu l-verżjoni tiegħi. Saħansitra rrifjutaw li jagħtuni formola li l-iskola jkollha bżonn għall-eżamijiet. Minħabba f’hekk tlift sena skola. “Minkejja dak li għaddejt minnu, nemmen li se nirnexxi. Meta nkun inkwetat nirrepeti Salm 23 u dejjem inġorr miegħi kuruna u nirreċita r-Rużarju Mqaddes. “L-istudenti Kattoliċi fqar jeħtieġu appoġġ b’akkomodazzjonijiet u opportunitajiet akkademiċi biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar, jgħixu ħajja b’dinjità u aktar stabbli. Jekk le, m’għandi l-ebda tama għall-minoranzi fil-Pakistan jekk jibqgħu jgħixu f’dan il-pajjiż.”
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.