ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

MALTA

IL-PARAGWAJ

Soru magħrufa għallħidma tagħha fis-Sirja tħalli Malta Sr Annie Demerjian, imsieħba filproġetti tal-Aid to the Church in Need (ACN) fis-Sirja, kienet Malta l-ġimgħa li għaddiet bħala l-mistiedna tal-ACN (Malta). Fis-Sirja hi taħdem ma’ tim ta’ voluntiera biex jiġu megħjuna l-vittmi tal-gwerra. Is-sitwazzjoni fis-Sirja hi terribbli u mhux faċli tiddeskrivi s-sitwazzjoni li hu għaddej minnha l-poplu. Il-Papa Franġisku ddeskriva s-sitwazzjoni fis-Sirja bħala “l-akbar katastrofi umanitarja wara t-Tieni Gwerra Dinjija”. Bħala parti minn programm biex titqajjem kuxjenza u għarfien dwar is-sitwazzjoni attwali fis-Sirja, kemm damet Malta Sr Annie żaret diversi parroċċi u skejjel. Il-qofol taż-żjara tagħha kien Night of Witness fil-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan. Saru diskorsi minn Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), dwar ilproġetti finanjzati mill-ACN fis-Sirja u minn Sr Annie li tat xhieda talesperjenza tagħha tad-diżastru li ħallew warajhom l-ISIS f’Aleppo u f’Damasku. Fid-diskors tiegħu, Monsinjur Hector Scerri, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta) għamel riflessjoni dwar ilpassjoni ta’ Kristu għas-salvazzjoni talumanità u ħeġġeġ biex nuru kompassjoni ma’ ħutna li qed isofru l-persekuzzjoni fis-Sirja u pajjiżi oħra fid-dinja. Ara wkoll paġna 17

Għajnuna għan-nies indiġeni tal-Paragwaj Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Vikarjat Appostoliku ta’ Chaco, fitTramuntana tal-Paragwaj, ikopri żona vasta ta’ foresti u għadajjar. Dan iħaddan madwar 30,000 persuna. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni huma limitati ħafna u ħafna żoni jistgħu jintlaħqu biss b’dgħajjes. Fil-parroċċa tad-distrett magħruf bħala Carmelo Peralta, li tinsab qrib il-fruntiera mal-Brażil, ilbdiewa Brażiljani jaqtgħu s-siġar mill-foresti biex jagħmlu spazju fejn ikunu jistgħu jirgħu l-bhejjem tagħhom. Bdiewa Brażiljani jiġu hawnhekk biex isibu x-xogħol. Bosta tribujiet indiġeni għadhom jgħixu l-istil ta’ ħajja tradizzjonali tagħhom. Għalihom ixxokk ta’ żewġ stili ta’ ħajja differenti ħafna minn xulxin affettwahom ħafna. Iż-żgħażagħ, b’mod speċjali, jinsabu f’periklu li jitilfu t-tradizzjonijiet tagħhom, minħabba nuqqas ta’ valuri stabbli li jippermettulhom jaddattaw għal kultura ġdida. Ħafna drabi jispiċċaw jaqgħu fil-vizzji tal-alkoħol u d-droga fejn ibatu wkoll il-familji tagħhom. Il-preżenza tal-Knisja hi importanti ħafna biex tgħin lin-nies f’din is-sitwazzjoni diffiċli. Ħafna żoni fejn jgħixu dawn in-nies indiġeni jistgħu jintlaħqu biss b’dgħajjes, u l-parroċċa m’għandhiex waħda. Bħalissa qed tinkera dgħajsa, u l-kirja tagħha hi ta’ prezz konsiderevoli. Il-parroċċa għandha bżonn dgħajsa biex jiġu megħjuna l-familji, biex tiġi ċċelebrata l-Liturġija fil-kappelli

Sr Bianco flimkien ma’ tfal indiġeni f’Chaco fil-Paragwaj

tagħhom, biex jingħataw lezzjonijiet kateketiċi u għal ħidmiet pastorali oħra. L-Aid to the Church in Need, bil-grazzja ta’ Alla u permezz tat-talb u l-għajnuna tal-benefatturi, qed tgħin lill-parroċċa ta’ Carmelo Peralta b’kontribut ta’ €3,600.

L-EĠITTU

Inawgurat il-Katidral dedikat lill-21 martri li nqatlu fil-Libja mill-ISIS

Grazzi Suor Annie Demerjian minn Damasku, is-Sirja, li kienet fostna f’Malta, tirringrazzja ’l Alla li kellha x-xorti li żżur il-Gżira ta’ San Pawl.

Suor Annie Demerjian

Suor Annie rringrazzjat lill-Aid to the Church in Need (Malta) u lillpoplu ġeneruż tat-talb u s-sapport b’risq ħutna li ilhom għaddejjin minn tbatija u mwiet.

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

19 ACN Suor Marie Thank you (Lehen is-Sewwa) 2.indd 2

il-martri. Il-Katidral tal-“Martri tal-Fidi” nbena minn grupp ta’ inġiniera tal-Forzi Armati Eġizzjani mħallsa mill-Gvern bi spiża ta’ madwar madwar €37,000. Il-Katidral jikkonsisti f’żewġ sulari: pjan terran (li jinkludi librerija, reception u kmamar oħra għas-servizzi soċjali) u kappella fl-ewwel sular. Hekk kif l-identifikazzjoni tal-martri tiġi kkonfermata bit-testijiet tad-DNA, il-fdalijiet tal-katavri se jinżammu fil-pjan terran f’kaxxi tal-ħġieġ imgeżwra bil-bellus, skont ittradizzjoni Kopta. L-altari ta’ dan il-Katidral ġdid tbierku nhar l-14 ta’ Frar. Il-Katidral issa hu miftuħ għallQuddies ta’ matul il-ġimgħa.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818

Tliet snin wara l-massakru tal21 martri, tlesta l-katidral iddedikat lill-“Martri tal-Fidi”. Il-Katidral jinsab fil-villaġġ żgħir ta’ Al Ur fil-provinċja ta’ Minya, il-post fejn twieldu l-maġġoranza ta’ dawn ilmartri żgħażagħ Kopti. Il-21 martri kienu nħatfu fil-Libja fil-bidu ta’ Jannar 2015. Il-filmat tal-waħx tal-martirju tagħhom, miġbud fuq il-kosta Libjana qrib il-belt ta’ Sirte, ittella’ online mill-ISIS. Aktar tard instabu l-katavri tagħhom f’għar f’Sirte, b’idejhom immanettjati u b’rashom maqtugħa, lebsin bl-istess ħwejjeġ oranġjo li dehru lebsin fil-filmat brutali. Fis-sena 2015 inħareġ digriet biex tinfetaħ knisja ddedikata għal dawn

20/03/2018 10:53


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.