Il-Leħen INTERNAZZJONALI
8
Il-Ħadd 23 ta’ Settembru 2018
L-IRLANDA
IL-GHANA
Meditazzjoni li offriet raġġ ta’ tama Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Fid-dinja tal-lum, fejn l-attakki fuq il-familja, iż-żwieġ, in-nies vulnerabbli u fuq il-libertà reliġjuża jinsabu kullimkien. Qed naraw konfużjoni kulturali ta’ tagħlim dwar is-sesswalità tal-bniedem li jiċħad l-awtorità ta’ Alla u t-tagħlim tal-Knisja. Fejn, bħala Knisja, qed niffaċċjaw ir-realtà sfortunata tal-iskandli. Fr Michael Shields (ritratt) mill-Komunità Beatu Charles de Foucauld, f’meditazzjoni filKungress Dinji dwar il-Familja fl-Irlanda offra raġġ ta’ tama. Fr Shields li għex dawn l-aħħar 25 sena f’kamp ta’ konċentrament li qabel kien taħt it-tmexxija ta’ Stalin, wassal il-Vanġelu ta’ tama lil dawk li ntbagħtu hemmhekk biex ibatu u jmutu minħabba li jemmnu f’Alla. Hu jgħallimna li Ġesù hu l-istorja ta’ tama u l-unika soluzzjoni għallnagħtu biss dak li għandna. Nistgħu problemi ta’ żminijietna. nagħtu lil dak li bata għalina, Ġesù, is-Salvatur tad-dinja. Id-dinja Għaliex għandna bżonn lil Ġesù? tagħna hi waħda skura u għamja Għaliex skont Fr Shields “hu f’Ġesù mingħajr Ġesù. Illum, aktar minn li verament tgħix, li d-dwejjaq, qatt qabel, neħtieġu dan il-Vanġelu l-ansjetà u l-biżgħat jinbidlu ta’ tama. Ejjew nagħtu lid-dinja dak f’ferħ”. U minħabba li d-dinja li qed tfittex: lil Ġesù. Nitolbu lil teħtieġ Knisja umli mibnija fuq Marija, kewba tal-evanġelizzazzjoni il-fejqan u t-tama, li tipproklama u l-omm li twassalna lejn Ġesù biex lil Ġesù bħala l-Mulej, Ġesù hu dak id-dinja ssalva. kollu li għandna u aħna nistgħu
L-ACN tgħin fil-bini ta’ kappella Biex ma tiddiżappuntax il-fidi tal-Kattoliċi f’Nkontrodo l-Aid to the Church in Need (ACN) se tgħinhom b’għotja ta’ €30,000 ħalli jibnu kappella ġdida. Fil-Ghana għad hemm missjunarji barranin li jgħixu u jaħdmu hemmhekk. Wieħed minnhom, il-Patri Franġiskan Martino Corazzin ilu jaħdem hemm mill-1991 u bena bosta knejjes u skejjel u appoġġja bosta proġetti soċjali u pastorali. Ilu mill-2014 kappillan tal-parroċċa San Franġisk, f’Elmina, finNofsinhar tal-pajjiż. Il-parroċċa tiegħu tinkludi tmien viċi-parroċċi flirħula, waħda minnhom hi dik Santa Anna f’Nkontrodo. Hemm madwar 200 persuna Kattolika li regolarment jattendu l-Quddies u li għandhom sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja. Sfortunatament, m’għandhomx knisja tagħhom u jkollhom jiċċelebraw l-Ewkaristija u attivitajiet komunitarji oħra fis-sala tal-iskola jew fir-refettorju. Iżda dawn mhumiex postijiet adattati għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Barraminnhekk il-parruċċani jkollhom jiċċekkjaw kull darba mal-iskola biex jiżguraw ikunx hemm attivitajiet oħra. Minħabba dan kemm-il darba jkun hemm problemi. Barra dan, fil-belt hemm tal-anqas tmien setet u komunitajiet Pentekostali. Kull waħda għandha l-knisja jew it-tempju tagħha u hemm periklu li wħud mill-fidili Kattoliċi li jingħaqdu mas-setet minħabba l-frustrazzjoni tas-sitwazzjoni tagħhom. Patri Martino jfakkarna li “l-prevenzjoni hi aqwa mill-kura. Għandna nagħmlu xi ħaġa issa biex insalvaw il-komunità tagħna qabel ma jkun tard wisq. Qed jagħmel appell b’urġenza biex ngħinuhom. In-nies huma fqar ħafna. Il-parti l-kbira tagħhom jieklu l-ftit ħxejjex li jkabbru jew it-tiġieġ li jrabbu. Ġieli jbiegħu xi ħaġa fis-suq. Hemm ftit flus fl-idejn u ħafna żgħażagħ jinsabu bla xogħol. Għalhekk mingħajr l-għajnuna tagħna, l-idea ta’ knisja ġdida tibqa’ biss ħolma. Kważi kuljum in-nies jistaqsu lil Fr Martino: “Allura x’sar mill-kappella l-ġdida tagħna?” Hu jweġibhom: “Itolbu minn filgħodu sa filgħaxija b’fidi u b’fiduċja u l-Mulej jisma’ t-talb tagħkom u jmiss il-qlub ta’ dawk li jistgħu jgħinuna”.
IL-BOLIVJA
L-Offerta (Elemożina) ta’ €5 għall-Quddiesa tmur għall-għajxien ta’ saċerdoti li jwettqu ħidma pastorali fejn il-Knisja hija fqira u ppersegwitata.
Ikkuntattjana Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038
Onlajn:
www.acnmalta.org/mass
Telefon: 21487818
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4:15pm
Indirizz Postali
Isem u Kunjom
Tel / Mob
Quddiesa għall-erwieħ Quddiesa għallintenzjonijiet tiegħek
Novena Tridu
Għal ruħ / intenzjonijiet ta’:
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
212-il soru involuti fil-kura ta’ nies fil-bżonn Din is-sena, il-Little Sisters of the Helpless Elderly qed jiċċelebraw il-145 anniversarju tal-Kongregazzjoni tagħhom. Ilhom mill-1873 jieħdu ħsieb il-foqra u lil dawk waħidhom. Il-Kongregazzjoni li twaqqfet fi Spanja llum għandha aktar minn 200 dar mifruxa f’20 pajjiż u f’erba’ kontinenti. Ħafna mill-kunventi tagħhom jinsabu fl-Amerka Ċentrali u fl-Amerka t’Isfel. Is-sorijiet għandhom ukoll djar fil-Filippini, f’Możambik u fl-Ewropa. Fil-Bolivja u l-Perù bħalissa għandhom 212-il soru jieħdu ħsieb aktar minn 2,100 anzjan. Li kieku ma kinux is-sorijiet dawn l-anzjani ma kien ikollhom lil ħadd min idur bihom. Fil-Bolivja għandhom ħamest idjar u fil-Perù għandhom 11-il kunvent u dar tal-irtiri. Is-sorijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jieħdu ħsieb l-anzjani f’dak kollu li jkollhom bżonn biex, kif qalet il-fundatriċi tagħhom, Santa Tereża Jornet, “nieħdu ħsieb il-ġisem biex insalvaw ir-ruħ”. L-Aid to the Church in Need (ACN) ilha mill-1994, kull sena, tgħin il-komunitajiet tagħhom fil-Bolivja u fil-Perù. Din is-sena se tgħinhom b’kontribuzzjoni ta’ €4,600.