2
Il-Leħen NAZZJONALI
Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019
Delegazzjoni tal-ACN tiltaqa’ mal-Papa Franġisku Ċelebrazzjoni biex il-Kristjani fis-Sirja kollha jiġu mfarrġa Delegazzjoni tal-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali, l-Aid to the Church in Need (ACN) iltaqgħet mal-Papa Franġisku l-Ħamis bħala ġest biex isir talb għall-paċi b’solidarjetà mal-poplu Sirjan bl-iskop li jiġu mfarrġa l-familji li tilfu l-qraba tagħhom u biex jitfakkru l-vittmi talgwerra. Matul l-udjenza, il-Papa Franġisku bierek 6,000 kuruna tarRużarju għall-familji tal-vittmi talgwerra fis-Sirja. Il-Papa esprima l-appoġġ u l-impenn personali tiegħu għaċ-ċelebrazzjoni li l-ACN se torganizza flimkien malmexxejja Kristjani fis-Sirja fil-festa tad-Duluri nhar il-15 ta’ Settembru bit-tema: “Farrġu l-poplu tiegħi” (Is. 40: 1). Waqt l-Angelus tal-15 ta’ Settembru l-Papa se jitlob għallpaċi fis-Sirja u għal dawk il-familji li l-qraba tagħhom inqatlu jew inħatfu matul il-gwerra. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir
biex il-Kristjani u s-soċjetà Sirjana kollha jiġu mfarrġa u wkoll bħala appell għall-maħfra, għarrikonċiljazzjoni u l-purifikazzjoni tal-memorja kemm fuq livell personali kif ukoll dak komunali. Permezz tal-inizjattiva “Farrġu l-poplu tiegħi”, l-ACN tittama li tagħti lill-poplu Sirjan, speċjalment lil dawk il-familji li l-qraba tagħhom inqatlu jew inħatfu matul il-gwerra, konsolazzjoni spiritwali kif ukoll appoġġ morali. L-ACN għadha tgħin lillKristjani li qed ibatu fis-Sirja u, mill-2011, għenet fit-twettiq ta’ madwar 850 proġett immirati biex
Raġel jitlob fost it-tifrik tal-katidral Sirjan wara l-aħħar attakk fuqu
jagħtu kura pastorali, għajnuna ta’ emerġenza u appoġġ għall-għajxien għall-poplu ta’ Alla fis-Sirja.
L-ACN (Malta) tappella biex kulħadd jappoġġja lill-poplu Sirjan permezz tat-talb.
Il-Madonna Ta’ Pinu fil-parroċċa Familja Mqaddsa, L-Iklin Fit-toroq tal-parroċċa tal-Iklin is-Sibt 10 t’Awwissu filgħaxija sar pellegrinaġġ bir-replika tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Fil-knisja parrokkjali mbagħad kien hemm Quddiesa mmexxija mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech. Fi tmiem il-Quddiesa l-Isqof irregala kwadru żgħir tal-Madonna Ta’ Pinu biex jitqiegħed fil-Kamra tar-Rikonċiljazzjoni. Il-Kappillan Dun Keith Bonnici f’messaġġ li fih indirizza lill-Isqof Grech qal li kien bi pjaċir kbir li jerġa’ jilqgħu fosthom bħala kustodju u promotur f’isem ilKnisja ta’ dak li hu stess sejjaħ ‘id-djalogu ta’ mħabba li 136 sena ilu fetħet il-Verġni Mbierka ma’ Karmni Grima u Franġisk Portelli liema djalogu għadu għaddej illum mal-eluf ta’ pellegrini li jterrqu lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu’. Sultana tal-Familja Hu qallu li għadu jidwi f’widnejna, lilna bħala parroċċa ddedikata lill-Familja Mqaddsa, kliem il-Papa Benedittu XVI nhar it-18 t’April 2010 meta qalilna: ‘Itolbu lill-Madonna Ta’ Pinu u
Il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu f’pellegrinaġġ lejn il-parroċċa tal-Iklin
sejħulha Sultana tal-Familja’. Dun Keith irringrazzja lillIsqof t’Għawdex talli taħt il-gwida u l-ħarsien tiegħu s-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu jkun kuljum miftuħ b’ċelebrazzjoni denja u sabiħa tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni anki għalina l-Maltin. Talli bil-kelma tiegħu tul is-Sena Marjana li nieda fid-Djoċesi t’Għawdex u li aħna doqna l-benna tagħha mill-bogħod għentna biex
nirriflettu fuq temi sbieħ fil-ġranet u xhur li għaddew: ‘Tibżax tieħu lil Marija għandek’ u fuq Marija bħala l-Wiċċ tal-Ispirtu s-Santu u fuq isSantwarju Ta’ Pinu bħala l-Klinika tal-Ispirtu. “Grazzi li ġibtilna miegħek lil Marija, Omm il-Ħniena, Sultana tal-Familja, il-wens tal-poplu ta’ Alla, il-faraġ tagħna l-midinbin, il-kenn tagħna s-saċerdoti u talli erġajt tennejtilna l-istedina:
‘Tibżax tieħu lil Marija għandek’. Ibqa’ magħna u fi qlubna Sidtna Marija Ta’ Pinu mhux biss sakemm ix-xbieha qaddisa tiegħek tibqa’ fostna imma kuljum għinna nisimgħu l-kliem tiegħek: ‘Agħmlu kulma jgħidilkom Ġesù’”, temm ilKappillan tal-Iklin. Il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu baqa’ fil-parroċċa tal-Iklin salĦamis li għadda.
L-APS Bank jagħti l-appoġġ tiegħu għall-ispettaklu mużikali ‘Il-Kbir Għadu Ġej’ L-APS Bank qed jappoġġa l-ispettaklu mużikali Il-Kbir Għadu Ġej ibbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli. L-ewwel serata kienet ilĠimgħa 9 t’Awwissu u l-ispettaklu baqa’ jsir għal numru ta’ serati oħra f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi sal-lum il-Ħadd. L-ispettaklu għandu direzzjoni u produzzjoni ta’ Sean Buhagiar u kitba ta’ Malcolm Galea
waqt li l-banda live hi taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dominic Galea li għamel ukoll l-arranġamenti tal-mużika. L-APS Bank kellu numru ta’ mistednin li raw l-ispettaklu s-Sibt u wara sar festin fejn dawn u l-uffiċjali tal-Bank setgħu jiltaqgħu mal-atturi, il-bandisti, il-kru u ma’ Freddie Portelli nnifsu. Marcel Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-APS
Bank, ikkummenta li “dan hu wieħed mill-aqwa musicals ta’ dan it-tip tiegġu li qatt ittella’ u maħdum fuq il-palk f’Malta. Hu ta’ privileġġ tara daqstant talent lokali jipproduċi u jirreċta fi spettaklu bbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli li hu wieħed mill-kbar tagħna. Aħna nħossuna kburin li tajna l-għajnuna tagħna biex din il-produzzjoni sseħħ.”