8
Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI TAL-AFRIKA
L-ACN tagħti għajnuna ta’ emerġenza lid-Djoċesi ta’ Bangassou Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Minn Diċembru 2012 parti kbira mir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika ilha għaddejja minn gwerra qalila li fiha s-Selekas (Musulmani) u l-milizzji anti-Balaka (mhux Musulmani) qed jiġġieldu vjolentement u tefgħu lillpopolazzjoni fil-biża’. Id-Djoċesi ta’ Bangassou għaddiet minn theddid, aggressjoni u rat ħafna distretti jinħarqu. Bħala tweġiba għal dan, l-Isqof Juan Jose Aguirre irreaġixxa billi reġa’ fetaħ l-iskejjel Kattoliċi. Bil-grazzja ta’ Alla u grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja dan il-proġett ta’ emerġenza. Biex l-iskejjel jerġgħu jinfetħu, il-familji li ħarbu mill-irħula li ġew maħruqa u marru fix-xagħri talmadwar jew fil-pajjiż ġar il-Kongo, għandhom bżonn jerġgħu jibnu djarhom mill-ġdid u jistabbilixxu l-komunità. L-Isqof Aguirre qal: “Aħna naħsbu li jekk nagħtu linnies it-tiben (l-aktar materjal diffiċli biex issib) għas-soqfa, dan ikun t’għajnuna kbira”. Minkejja t-theddid u l-periklu,
is-saċerdoti diġà żaru wħud millirħula meqruda biex jgħallmu lil madwar 2,000 student li applikaw. Fi sforz biex jiġi żgurat li l-iskejjel jitmexxew b’mod normali, it-tfal ta’ kull reliġjon se jingħaqdu flistess klassi. Dan qed isir bit-tama li jinkoraġġixxi lill-ġenituri jagħtu prijorità il-ġejjieni ta’ wliedhom minflok ma jibqgħu fil-kunflitt. L-Isqof Aguirre qal lill-ACN: “Aħna naħsbu li dan il-proġett jista’ jikkontribwixxi għarrikonċiljazzjoni u l-koeżistenza soċjali fid-Djoċesi bejn il-membri tar-reliġjonijiet kollha”. Is-sostenn finanzjarju tal-ACN ta’ €22,500 se jintuża biex jitħallsu s-salarji tal-għalliema għal tmien skejjel Kattoliċi kif ukoll għat-tiben biex jinbew madwar 500 dar li nqerdu fl-attakki.
Il-Kristjani fl-Indja qed jiġu eżaminati fil-Fidi.
Inti lest biex tgħinhom? Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733
50618949 – €6.99 |
51702079 – €15 |
51802081 – €25
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
46 - India Advert (Lehen).indd 3
Jinqatel it-tielet saċerdot Inqatel saċerdot ieħor f’dal-pajjiż mifni mill-gwerra – Fr Firmin Gbagoua, il-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Bambari. Fr Gbagoua nqatel fi tmiem ix-xahar li għadda billi sparawlu f’żaqqu mill-viċin qabel attenda ikla fl-Arċidjoċesi ta’ Bambari ma’ kollegi tiegħu. Fr Gbagoua kien it-tielet saċerdot li nqatel fil-pajjiż din issena. Fr Joseph Désiré Angbabata nqatel f’Marzu u Fr Albert ToungoumaléBaba nqatel fl-1 ta’ Mejju ma’ 15-il parruċċan tiegħu f’Bangui. F’dikjarazzjoni, il-Konferenza Episkopali tal-Afrika Ċentrali kkundannat bil-qawwa l-qtil tassaċerdoti u talbet li ssir ġustizzja: “Inħeġġu lill-Gvern u lill-Minusca biex jikkordinaw azzjonijiethom ħalli dawk li wettqu dawn id-delitti
jiġu arrestati u jidhru quddiem ilġustizzja.” L-Isqfijiet staqsew min se jibbenifka minn dawn l-abbużi kollha kontra l-Knisja Kattolika talAfrika Ċentrali. Għal darb’oħra l-Isqfijiet ħeġġew lill-komunità Kristjana kollha “biex tibqa’ kalma u titlob u biex ma taqax fin-nasba ta’ dawk li jixtiequ juru li l-Kristjani u l-Musulmani ma jistgħux jibqgħu jgħixu flimkien u biex jifirdu inNazzjon.” F’dawn l-aħħar xhur, it-tensjoni fir-Repubblika Ċentrali talAfrika kompliet teskala u l-Knisja ripetutament talbet għall-kalma u ċaħdet indħil ta’ pajjiżi barranin.
IL-BAĦREJN Nofsani mingħajr Kristjani Il-Lvant ma jkunx il-Lvant Nofsani
Fi żmien fejn il-Knisja tinsab ippersegwitata, l-għajnuna tiegħek tista’ tbiddel għall-aħjar il-ħajja ta’ dawn ħutna li tant qegħdin ibatu.
Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.
L-Isqof Juan Jose Aguirre jmexxi “pellegrinaġġ” tat-tfal fid-djoċesi tiegħu ta’ Bangassou
09/07/2018 15:42
Il-Papa Franġisku qal li l-Lvant Nofsani jinsab f’salib it-toroq ta’ sitwazzjonijiet diffiċli u f’riskju li jitlef il-Kristjani kollha tiegħu. Hu qal: “Il-Lvant Nofsani mingħajr Kristjani ma jkunx ilLvant Nofsani” u kompla li “llum il-Lvant Nofsani qed isofri, qed jibki. Il-forzi dinjija ma tantx jinkwetaw għall-kultura, għall-Fidi u għall-ħajja ta’ dawn in-nies imma jħarsu lejh biex jaraw x’jistgħu jakkwistaw u biex ikollhom dominanza akbar.” In-numru ta’ Kristjani fir-reġjun qed ikompli jonqos, kompla l-Papa. Dan ifisser li l-Knisja qed tirriskja li titlef it-tradizzjonijiet “talBenniena tal-Kristjaneżmu.” Hu qal li l-membri tar-ROACO għadhom
qed ikomplu “iwettqu l-ħidma kbira tagħhom” biex jgħinu l-Lvant Nofsani jħares l-identità Kristjana tiegħu. Hu qal lill-membri tarROACO: “Din hi tama li trid tinżera’ u l-Knisja trid tkompli taħdem kif taħdmu intom”. Hu tenna: “Nirringrazzjakom ħafna għal dan.” L-ROACO hu korp ta’ kordinament tal-Vatikan magħruf bl-akronimu Taljan. Dan ilkorp jaħdem taħt l-awspiċi talKongregazzjoni għall-Knejjes tal-Lvant u jgħaqqad aġenziji ta’ finanzjament biex jassisti lill-poplu ta’ Alla fir-reġjun. Il-Papa temm li minkejja d-diffikultajiet “il-Mulej ma jabbandunaniex u għalhekk il-Lvant Nofsani għad għandu t-tama.”