10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru 2019
Il-futur tal-Kristjani fil-Lvant Nofsani Sam Brownback, l-ambaxxatur akkreditat għal-Libertà Reliġjuża Internazzjonali, appella għal aktar talb u azzjoni biex ikomplu jiġu appoġġjati l-Kristjani ppersegwitati fil-Lvant Nofsani. Fl-indirizz tiegħu fis-sitt pranzu annwali mtella’ bħala solidarity dinner mill-In Defense of Christians, Brownback qal: “Bħalissa hemm miljuni ta’ nies jitolbu f’kantunieri, fis-skiet, fi djar żgħar jew f’għarejjex, nies li huma ppersegwitati madwar id-dinja, fejn
huma qed jitolbu lil Alla u jgħidu, ‘Għinna, għax hawnhekk għandna bżonn ftit tal-għajnuna.’” Brownback qal: “Issa hawn aktar persekuzzjoni kontra l-Kristjani, x’aktarx aktar minn kull żmien flistorja tad-dinja, u l-fidi Kristjana hija l-aktar fidi ppersegwitata fiddinja.” Brownback kompla jgħid, “Illum hawn nies li qed jinqatlu minħabba l-fidi tagħhom u dawn huma nies sempliċi u twajba li jixtiequ jipprattikaw b’onestà u fil-paċi
l-fidi tagħhom. U huwa għalhekk li qed jinqatlu.” Brownback qal li l-futur talKristjaneżmu fil-Lvant Nofsani wasal f’mument deċiżiv. Brownback żied jgħid: “Jekk ma jirnexxilniex, mhux ser ikollna Lvant Nofsani multireliġjuż; mhux se jibqa’ jeżisti”. Brownback insista li “Il-biċċa l-kbira tal-Kristjani diġà tkeċċew mil-Lvant Nofsani, u qed nippruvaw naħdmu biex inżommuhom f’pajjiżhom, imma rridu nkomplu naħdmu, u issa
huwa l-istaġun li għandna nagħmlu dan.” Filwaqt li Brownback irrikonoxxa s-sitwazzjoni kritika tal-Kristjani fil-Lvant Nofsani, huwa tkellem ukoll dwar it-tama li għandu għaxxhur li ġejjin. “L-istaġun huwa importanti; il-ħin huwa limitat.” Brownback qal “Jien nemmen li għandna l-opportunità biex fix-xhur li ġejjin naħdmu aktar b’risq il-libertà reliġjuża, aktar minn dawn l-aħħar 20 sena.”
Fil-Pakistan ikomplu jġiegħlu lil aktar bniet Kristjani jikkonvertu għall-Islam Fil-Pakistan hemm tendenza li qed tkompli tiżdied li hija ta’ tħassib serju. Bniet taħt l-età, kemm Kristjani kif ukoll Induwisti qed jinħatfu, jiġu stuprati, jiġu mġiegħla jikkonvertu għall-Islam u jiġu mġiegħla jiżżewġu. F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN), l-Arċisqof Sebastian Shaw ta’ Lahore kkonferma rapporti ta’ ħtif ta’ bniet ta’ 14il sena, atti li huwa kkundanna bħala “reati”. Il-kummenti tiegħu ġejjin minn sfont ta’ riċerka fil-provinċja talPunjab li tgħid li f’sena nħatfu daqs seba’ mitt (700) tifla. Huwa qal: “Iva, qed iseħħ ħtif ta’ bniet taħt l-età” u qal ukoll “dan l-aħħar kien hemm ħafna ħtif.” L-Arċisqof Shaw jemmen li hemm aspett reliġjuż wara dan
il-ħtif peress li l-bniet huma Induwisti jew Kristjani. L-Arċisqof qal li bi tweġiba għaż-żjieda ta’ każijiet ta’ ħtif, il-mexxejja Kristjani irrikorew lejn il-pulizija “iżda ma kenux qed jisimgħu” u għalhekk kellhom imorru direttament għand il-gvern.
Minkejja kollox, l-Arċisqof Shaw huwa ottimist dwar il-Knisja fil-Pakistan. L-Arċisqof Shaw qal “Kważi 60 fil-mija tal-Kristjani huma żgħażagħ. Aħna qed ngħinu lin-nies ikollhom edukazzjoni tajba, edukazzjoni ta’ kwalità sabiex “Aħna ngħallmuhom il-
katekiżmu u nispjegawlhom għalfejn huma Kristjani. Aħna nħarrġuhom kif jiddjalogaw malMusulmani. Ngħallmuhom ukoll x’inhi d-differenza bejn id-djalogu u d-dibattitu.” L-Arċisqof Shaw faħħar ilħidma tal-ACN fil-Pakistan fejn qal: “Jiena grat ħafna lejn l-għajnuna tal-ACN għax l-ACN tappoġġjana, partikolarment b’attivitajiet pastorali, tgħin madwar id-dinja kollha u kull meta nirrikorru lejha għall-għajnuna l-ACN dejjem tgħinna. Aħna napprezzaw ħafna t-talb, il-kliem ta’ inkoraġġiment u l-għajnuna finanzjarja.” Fis-sena 2018 l-ACN iffinanzjat 61 proġett fil-Pakistan. Fost dawn ilproġetti kien hemm bini ta’ knejjes u formazzjoni tar-reliġjużi u l-lajċi.
F’Ottubru ejjew nitolbu r-Rużarju għall-paċi Is-sitwazzjoni fis-Sirja ma tjebitx wisq, anzi bil-kontra, 8 snin ta’ kunflitt kkawżaw qerda sħiħa. Innies ħasbu li ser jgħixu ħajja aħjar wara li ntemmet il-gwerra, iżda m’hemmx tmiem, anzi l-gwerra f’xi postijiet għadha għaddejja filwaqt li s-sitwazzjoni ekonomika
qed tkompli tmur għall-agħar. Quddiem din ir-realtà ħarxa, ħutna s-Sirjani qed jgħixu fil-qalba tat-tifrik u qed jitilfu t-tama Kważi 2,000 persuna Kristjana tilfu ħajjithom minħabba l-vjolenza, madwar 700 inħatfu u
wħud għadhom ma marrux lura d-dar. Ejjew flimkien nappoġġjaw lil ħutna l-Kristjani ppersegwitati li tant batew u għadhom qed ibatu fis-Sirja. L-Aid to the Church in Need (ACN) qed tiddedika dan ix-xahar t’Ottubru biex isir talb
permezz tar-Reċita tar-Rużarju mqaddes għat-tmiem tal-vjolenza fis-Sirja, u biex nitolbu lil Alla biex jaħfer, jinterċedi fir-rikonċiljazzjoni u jippurifika l-memorji. Issieħeb f’din l-inizjattiva inti wkoll billi żżur www.rosaryforpeace. org.