ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 12 ta’ Awwissu 2018

Page 1

NAZZJONALI

Il-Ħadd 12 ta’ Awwissu 2018

Il-Leħen

Il-Papa Franġisku ħa pjaċir il-Ħadd li għadda jiltaqa’ mal-abbatini Maltin li bħalissa qed iservu fil-Bażilka San Pietru fil-Vatikan. Il-grupp hu magħmul minn 14-il abbati mid-djoċesi ta’ Malta u sitta mid-djoċesi t’Għawdex flimkien ma’ Monsinjur Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u s-seminarista Għawdxi Joseph Bajada. Il-Papa staqsa kif inhuma l-Isqfijiet Maltin u ħa pjacir ikun jaf li l-ġurnata ta’ qabel l-Isqfijiet Charles J. Scicluna, Mario Grech u Pawl Cremona ordnaw lill-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta Joseph Galea-Curmi. Il-Papa talab lill-abbatini jitolbu għalih u ta kuruna tar-Rużarju lil kull wieħed minnhom. Il-laqgħa tal-abbatini mal-Papa Franġisku ntemmet bittalba tas-sliema u l-qaddisa u l-barka tal-Papa fuq l-abbatini l-familji tagħhom.

Il-Jum Dinji tal-Familja fl-Irlanda

Rispons tajjeb għall-korsijiet li qed toffri l-Fakultà tat-Teoloġija

Raġunijiet loġistiċi ma L-applikazzjonijiet jagħmluhiex possibbli li jagħlqu fil-31 t’Awwissu Malta tkun rappreżentata Raġunijiet loġistiċi ma għamluhiex possibbli li Malta tkun rappreżentata għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Familji fl-Irlanda aktar tard daxxahar. Dan ikkonfermah Monsinjur Charles Attard, id-delegat talArċisqof għall-Familja u d-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, li fil-fatt kien l-uniku persuna mistiedna tattendi mill-organizzaturi talJum Dinji tal-Familji. Monsinjur Charles Attard ikkonferma li mhux se jattendi mhux għal raġunijiet finanzjarji iżda għal raġunijiet loġistiċi. Sadanittant il-Gruppi Familji Nsara, fergħa ewlenija talMoviment ta’ Kana, għal-Laqgħa Dinjija tal-Familji se tlaqqa’ l-koppji membri fid-Dar talProvidenza, is-Sibt 25 t’Awwissu, fis-7 p.m. fejn minn fuq big screen se jsegwu b’mod dirett din il-laqgħa li għaliha se jattendi

u jindirizza lill-familji preżenti l-Papa Franġisku. Nibdew b’Quddiesa Il-laqgħa fid-Dar tal-Providenza se tibda b’Quddiesa ċċelebrata mid-Direttur tal-Moviment ta’ Kana Monsinjur Charles Attard u wara jkun hemm attività soċjali li matulha jsegwu x-xandira diretta mill-Irlanda. Jistgħu jattendu għal din l-attività mhux biss il-membri tal-Gruppi Familji Nsara iżda wkoll il-membri kollha tal-Moviment ta’ Kana, familjari u ħbieb. Din se tkun id-disa’ laqgħa dinjija tal-familji u t-tema hi Il-Vanġelu tal-Familja: Ferħ għadDinja.

F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm rispons tajjeb ħafna għall-korsijiet li qed toffri l-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta minn Ottubru li ġej. L-applikazzjonijiet għadhom għaddejjin u jagħlqu fil-31 t’Awwissu. Teoloġija għal-lajċi f’Għawdex Il-Fakultà tat-Teoloġija toffri bil-lezzjonijiet isiru nhar ta’ korsijiet ta’ livelli differenti u Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt indirizzati għal kulħadd b’mod filgħodu. partikolari għal dawk involuti Bħalissa hemm miftuħa wkoll jew interessati fl-edukazzjoni sejħa għal applikazzjonijiet għal reliġjuża, fl-akkumpanjament għaxar boroż ta’ studju ta’ 2,000 taż-żgħażagħ, l-għarajjes u ewro l-waħda li l-Fondazzjoni l-familji, fil-katekeżi, fidgħall-Istudji Teoloġiċi qed toffri djakonija, fid-direzzjoni spiritwali lil min japplika għal uħud minn u fil-pastorali fl-iskejjel. dawn il-korsijiet. Barra minn Fost dawn il-korsijiet insibu: hekk, l-Università applikat biex Postgraduate Diploma in Pastoral il-korsijiet kollha jidħlu fl-iskema Psychology; Diploma jew M.A. Get Qualified li tagħti lura sa 70 Religious Studies; B.A. Honours jew fil-mija f’tax credit lill-istudenti li M.A. in Theology; M.A. in Catholic jlestu l-kors. School Leadership; M.A. in Family Għal informazzjoni dwar dan Ministry; M.A. in Matrimonial Canon kollu, żur is-sit elettroniku www. Law; M.A. in Spirituality; M.A. in um.edu.mt/theology/prospective jew Spiritual Companionship u M.A. in ikkuntattja l-Fakultà tat-Teoloġija Youth Ministry. fuq theology@um.edu.mt jew 2340 Minn Ottubru li ġej, il-Fakultà 2767. se toffri wkoll B.A. Honours fit-

Delegazzjoni tal-ACN (Malta) se tattendi għall-Jum Dinji tal-Familja fl-Irlanda Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need (Malta) ġiet mistiedna minn Dr Michael Kinsella, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN tal-Irlanda biex tattendi għall-Jum Dinji tal-Familja li se jsir flIrlanda aktar tard dax-xahar. Id-delegazzjoni tal-ANC (Malta) hi magħmula mis-Sur Stephen Axisa, id-Direttur

Nazzjonali, mill-Avukat Guido Pace Spadaro, iċChairman tal-Bord tal-ANC (Malta). Se jattendu wkoll Dr Thomas HeineGeldern, il-President Internazzjonali tal-ACN (International) u d-Diretturi Nazzjonali talFilippini u tal-Brażil, fost oħrajn. L-Aid to the Church in Need hi waħda

mill-isponsors ta’ dan il-Jum Dinji. L-ANC (L-Irlanda) se tisponsorja wkoll delegazzjonijiet mill-Afrika u mir-Russja. Il-Catholic Radio Television Network (CRTN) tal-ACN (International) se jkun qed ixandar mill-Irlanda wkoll.

3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.