8
Il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IN-NIĠERJA
Jinħelsu s-sitt sorijiet li kienu nħatfu Wara l-ħidma tal-pulizija, tliet sorijiet u tliet novizzi talKongregazzjoni tas-Sorijiet Qalb Ewkaristika ta’ Ġesù, inħelsu wara li kienu ilhom li nħatfu 53 ġurnata. Huma kienu ilhom nieqsa mill-14 ta’ Novembru 2017 meta nħatfu mill-kunvent tagħhom f’Iguoriakhi, fl-Istat ta’ Edo, finNofsinhar tan-Niġerja. Dr Usang Ekanem, tabib li
nħataf ukoll fis-26 ta’ Diċembru minn persuni armati, inħeles ukoll. Skont il-midja lokali, waħda mis-sorijiet, Sr Veronica Ajayi, inħelset filgħaxija tas-Sibt 6 ta’ Jannar filwaqt li l-ħamsa l-oħra nħelsu l-għada. Sr Agatha Osarekhoe, is-Superjura talKunvent, wara l-ħelsien tas-sorijiet sħabha qalet: “Aħna ninsabu kuntenti ħafna, glorja lil Alla!
Huma jinsabu tajbin u għaddejjin minn eżami mediku fl-isptar. Dawk li ħatfuhom talbu somma flus iżda s-Superjura qalet “ma tħallset l-ebda somma. Aħna nafu li l-pulizija għamlu l-almu kollu tagħhom biex jaqbdu lil dawk li ħatfuhom. L-aktar ħaġa importanti hi li s-sorijiet tagħna jinsabu tajbin u li dalwaqt se jkunu jistgħu jiltaqgħu
mill-ġdid mal-familji tagħhom”. L-Arċisqof ta’ Lagos, Dom Alfred Martins, talab lill-forzi tas-sigurtà biex iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jinħelsu s-sorijiet. Il-Kummissarju tal-Pulizija talpost, Johnson Kokumo, spjega li l-ħelsien tas-sorijiet twettaq wara ħidma “li fiha dawk li ħatfuhom ma kellhom l-ebda għażla ħlief li jeħilsu lis-sorijiet”.
KUBA Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta)
Tiswija tal-bjut tad-djar u knejjes li saritilhom ħsara bl-Uragan Irma L-Aid to the Church in Need għenet lill-Knisja ta’ Esmeralda f’Kuba b’€34,300 ħalli jissewwew il-bjut tad-djar u l-knejjes mill-ħsara li saritilhom bl-Uragan Irma. Issa wasal iż-żmien li jinbena l-bini mill-ġdid, qal l-Arċisqof Wilfredo Pino Estevez, li hu mħasseb ħafna għan-nies li tħallew bla dar u kien għalhekk irrikorra lejn l-ACN għall-għajnuna biex jixtri 6,500 folja talazzar ħalli jissewwew bosta bjut. 5,000 minnhom se jingħataw lill-familji biex jissewwew djarhom. Il-bqija se jintużaw biex jissewwew il-knejjes u l-kappelli li ġarrbu ħsara. F’Settembru li għadda partijiet ta’ Kuba nħakmu mill-Uragan Irma b’irjiħat li laħqu l-250km fis-siegħa, xita qalila u ħafna għargħar. Bosta mid-djoċesijiet Kattoliċi tal-pajjiż sofrew minn dan id-diżastru naturali. Fl-Arċidjoċesi ta’ Camaguey, kappella nqerdet għalkollox, tliet knejjes sfaw f’periklu li jaqgħu u ħames knejjes u kappelli oħra ġarrbu ħsara kbira. Meta għaddiet il-qilla tal-uragan, l-Arċisqof Pino Estevez eżamina x-xena tad-devastazzjoni. Fil-belt ta’ Esmeralda, li ntlaqtet ħafna milluragan, l-Arċisqof sab knisja totalment meqruda.
Akkwista l-kopja tiegħek!
L-Aid to the Church in Need (Malta) tistieden lil min hu interessat biex jakkwista kopja tar-Rapport Persecuted and Forgotten? 2015-17. Dawk interessati jistgħu jiġbru kopja minn Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038 (donazzjoni tkun apprezzata). 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
04 Religious Freedom Report (Lehen is-Sewwa).indd 1
15/01/2018 4:23 PM
info@acnmalta.org
IL-PERÙ
Attività missjunarja fil-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni f’Canaria, il-Perù
It-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għejxien mhuwiex biss kwistjoni ekonomika Il-Perù għandu diversità ġeografika vasta ħafna. Dan ilpajjiż għandu partijiet urbani, oħrajn muntanjużi kif ukoll foresti. Madankollu hemm żewġ sfidi kruċjali għall-Knisja fil-Perù: il-kura pastorali li jwettqu l-komunitajiet reliġjużi u li għandha bżonn tissaħħaħ u l-ħtieġa ta’ żvilupp fil-maturità tal-fidi. Prijorità ċara hi dik flevanġelizzazzjoni tas-subborgi tal-ibliet kbar. Miljuni ta’ ċittadini qed jitilqu mill-muntanji u b’hekk il-metropoli ta’ Lima u dik ta’ Arequipa qed jikbru. Titjib fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi talindividwu ma jmurx id f’id mattitjib tal-iżvilupp tal-poplu. Dan hu evidenti fis-subborgi enormi li qed jibqgħu jikbru fejn il-ġenituri jħallu lit-tfal tagħhom waħidhom
il-ġurnata kollha biex jaħdmu ’l bogħod minn djarhom. Din ir-realtà iebsa twassal għal tkabbir ta’ gangs, traffikar taddrogi u kriminalità. Hawnhekk, il-Knisja tista’ tagħti kontribut kbir. M’għandhiex tiffoka biss fuq il-kundizzjonijiet soċjali iżda għandha wkoll tifforma komunità mill-familji li jkunu ġejjin minn partijiet differenti tal-pajjiż li spiss ma jkollhomx ħin biex isiru jafu lil xulxin minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. Is-setet evanġeliċi qed jiffjorixxu speċjalment fis-subborgi li qed jikbru fejn il-Knisja m’għadhiex kapaċi żżomm il-preżenza tagħha. L-ikbar sfida għall-Knisja Kattolika hi li jerġa’ jiġi stabbilit kuntatt mal-komunitajiet f’postijiet fejn il-preżenza tagħha naqset mażżmien.