ACN (Malta) – IL- LEĦENIl-Ħadd 18 ta' Frar 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IĊ-ĊINA

Il-knejjes Kristjani jiffaċċjaw regolamenti ġodda Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Ħafna Kristjani Ċiniżi jaħsbu li t-twaqqigħ tal-knisja Protestanta f’Luxfen u ta’ knisja Kattolika f’Shaanxi jistgħu jkunu marbuta ma’ “Regolamenti riveduti dwar l-Affarijiet Reliġjużi” li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ dax-xahar. Il-Kristjani jibżgħu li t-twaqqigħ ta’ dawn il-knejjes jista’ jkun sinjal ta’ mewġa nazzjonali biex l-istat jikkontrolla aktar il-ħajja reliġjuża fiċ-Ċina. regolamenti jsemmu li l-gruppi reliġjużi għandhom “jipprattikaw il-valuri soċjalisti” u m’għandhomx “jipperikolaw is-sigurtà nazzjonali” jew jagħmlu ħsara lill-interessi statali. Il-Kristjani jibżgħu li

Il-liġijiet il-ġodda huma parti mill-kampanja tal-President Xi Jinping biex tingħata spinta lissigurtà nazzjonali u biex il-pajjiż jirreżisti dak li l-awtoritajiet iqisu bħala “infiltrazzjoni barranija” ta’ reliġjonijiet fiċ-Ċina. Ir-

r-regolamenti l-ġodda qed iħeġġu uffiċjali ta’ livell inferjuri “jaġixxu b’mod strett ħafna” għax issa għandhom permess jissorveljaw l-attivitajiet tal-komunitajiet reliġjużi fiċ-Ċina. Skont irregolamenti l-ġodda, uffiċjali jistgħu jimponu multa ta’ $30,000 lil min jorganizza attivitajiet mhux awtorizzati bħal konferenzi anki biex isegwu xi Quddiesa tal-Papa. Xu Yonghai, il-mexxej ta’ knisja-dar mhux reġistrata f’Beijing, qal li qed jistenna aktar restrizzjoni mill-Istat. Xu qal:

“Ċertament il-libertà reliġjuża qed tiġi aktar ristretta. Aħna l-Kristjani għandna nkunu lesti li nimxu fuq il-passi tal-antenati tagħna fi żmien is-snin ħamsin”. Hu kien qed jirreferi għall-persekuzzjoni ta’ Mao kontra Kristjani Ċiniżi. Amnesty International iddeskriviet ir-regoli l-ġodda bħala “drakonjani” u wissiet li l-uffiċjali jistgħu jżidu l-persekuzzjoni kontra dawk li jipprattikaw it-twemmin reliġjuż tagħhom barra minn organizzazzjonijiet jew knejjes reġistrati uffiċjalment.

L-IRAQ

Wara li ġiet salvata, tarbija tiġi adottata minn familja Kristjana tqila. L-anzjani tat-tribù tagħha qatgħuha li joqtlu lit-tarbija hekk kif titwieled. Għalihom hu impossibbli li titħalla ħajja tarbija konċepita mill-ISIS peress li f’moħħhom din it-tarbija hi d-dimonju. Madankollu, din iż-żagħżugħa ma riditx toqtol lit-tarbija. Xi ħadd

Tifla adolexxenti ġiet mitfugħa f’ħabs u stuprata minn militanti estremisti tal-ISIS bħal eluf oħra ta’ nisa ta’ minoranza etnika u reliġjuża fil-Lvant Nofsani. Informazzjoni mogħtija lill-Aid to the Church in Need (ACN) tiżvela li din it-tfajla, b’riżultat ta’ dan, sfat

23.02.18

X’nista’ nagħmel għall-paċi?

Ħajt għas-sigurtà ta’ Seminarju

Il-Papa Franġisku qed iħeġġeġ lil kull persuna ta’ rieda tajba għat-talb u sawm għall-paċi f’diversi nħawi tad-dinja, b’mod partikolari għall-poplu tar-Repubblika Demokratika talKongo u tas-Sudan t’Isfel.

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Frar 2018 Ħin: 3.00pm, fil-Knisja talBon Pastur, Ħal Balzan

39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

10 ACN X'nista naghmel ghal-Paci (Lehen is-Sewwa).indd 1

lit-tarbija f’ambjent ta’ mħabba u maħfra. Xhud qal li din kienet “xi ħaġa li setgħet tiġri biss grazzi għallpreżenza u l-għajnuna tal-Knisja. Din hi storja ħajja u turi għaliex ħidmet il-Knisja hi tant importanti hawnhekk”.

IL-PAKISTAN

Inwieġbu għas-sejħa tal-Papa Franġisku.

L-Aid to the Church in Need (Malta), flimkien mal-Komunità tas-Sorijiet tal-Bon Pastur, ser torganizza Siegħa Adorazzjoni skont l-intenzjoni tal-Papa.

qabbadha mal-Komunità tal-Knisja tal-post u b’hekk hi setgħet twelled lit-tarbija. It-tarbija ġiet ikkurata f’orfanotrofju mmexxi minn Sorijiet. Għal xahar sħiħ it-tifel (ritratt) trabba f’imħabba kbira filwaqt li l-omm inżammet hemmhekk ukoll biex tkun imħarsa minħabba d-deċiżjoni tagħha. Għalhekk it-tifel ġie salvat. L-istorja spiċċat bi tmiem hieni. It-tarbija ġiet milqugħa u adottata xahar wara li twieldet minn familja Kristjana li wegħdet li trabbi

13/02/2018 2:43 PM

L-attakki kontra l-Kristjani llum huma xi ħaġa komuni fil-Pakistan. Kważi kull saċerdot fil-pajjiż (saħansitra Isqfijiet) f’ħin jew ieħor irċieva telefonati jew ittri anonimi fejn ġie mhedded. Attakki fuq knejjes u proprjetà tal-Knisja huma frekwenti u qed jiżdiedu. Kien hemm ukoll attakk suwiċida. Bosta knejjes huma mgħassa mill-pulizija (ritratt) u l-Gvern talab lill-Knisja biex issaħħaħ ilmiżuri ta’ sigurtà tagħha. Fl-1995 id-Djoċesi ta’ Islamabad-Rawalpindi fetħet seminarju minuri f’Lalazar fejn irġiel żgħażagħ għaddew minn tliet snin ta’ formazzjoni qabel ma bdew jattendu s-seminarju maġġuri. Bħalissa hemm 22 seminarista żagħżugħ li qed jgħixu u jistudjaw fis-Seminarju minuri Madonna ta’ Lourdes. Partijiet mill-ħajt tas-seminarju waqgħu. Hekk persuni mhux awtorizzati jistgħu jidħlu faċilment.

F’pajjiż bħall-Pakistan dan hu periklu kbir b’mod speċjali għallmembri tal-minoranza Kristjana. Hemm bżonn li l-ħajt jerġa’ jinbena mill-ġdid u jkun ogħla u aktar b’saħħtu biex jipproteġi lin-nies fis-seminarju minuri. Id-djoċesi rrikorriet lejn l-Aid to the Church in Need (ACN) biex tgħinha tibni u ssaħħaħ il-ħajt tasseminarju. L-ACN, grazzi għallġenerożità tal-benefatturi, wegħdet lid-Djoċesi €17,500.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.