Nru 8,047 | Il-Ħadd 14 ta’ Jananr 2018 | €1.00
Gazzetta ta’ ispirazzjoni Kattolika maħruġa nhar ta’ Ħadd mill-Azzjoni Kattolika Maltija
Il-Leħen Nazzjonali
2
Il-Laboratorju tal-Paċi
Internazzjonali
7
Skola ta’ Talb
Opinjoni
17
Jum il-Migranti u r-Refuġjati
Il-Kelma
25
Talb personali
Il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara
L-Insara tal-Karibew iħejju l-materjal ta’ din is-sena Professur Dun Hector Scerri – hector.scerri@um.edu.mt Il-President tal-Kummissjoni Ekumenika
Bħal kull sena, il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara hi ċċelebrata bejn il-Ħamis 18 ta’ Jannar u l-Ħamis 25 ta’ Jannar. Dawn huma tmint ijiem speċjali ħafna għax l-Insara mxerrda maddinja kollha, ilkoll flimkien, jitolbu għall-għaqda li ried Ġesù lejlet ilpassjoni tiegħu. Insara minn Knejjes differenti – Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti – jingħaqdu flimkien f’talba ħerqana lil Alla biex jikbru fl-impenn li jegħlbu firdiet antiki li ġejjin minn sekli mgħoddija. Din il-ġimgħa (magħrufa wkoll bħala l-Ottavarju) ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara ilha ssir għal dawn l-aħħar 110 snin. It-tema ta’ din is-sena hi silta mill-ktieb tal-Esodu (15, 6) “Lemintek, Mulej, issebbħet filqawwa”. Dan il-kliem hu meħud mill-Kantiku ta’ Mosè. Il-mexxej tal-poplu Lhudi għanna din l-għanja ta’ ferħ u ta’ radd il-ħajr wara li Alla ppermetta li l-Eġizzjani li kienu qed jiġru wara l-poplu Lhudi jegħrqu fil-baħar tal-Qasab. Wara li l-Lhud kienu ħielsa milljasar tal-Eġittu u kienu qed jitilqu din l-art, il-Fargħun bdielu u ħareġ bil-karrijiet tiegħu biex jerġa’ ijassar il-poplu ta’ Alla. Din is-silta mill-Esodu u l-materjal biex janima l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara
Rappreżentanti ta’ Knejjes Insara differenti waqt servizz ekumeniku riċenti fil-knisja tal-Patrijiet Kapuċċini l-Furjana
tħejjew mill-Knejjes fir-reġjun tal-Karibew. Il-Konferenza talKnejjes fil-Karibew tiġbor flimkien l-Insara li jgħixu f’artijiet fin-naħa tat-tramuntana tal-Amerika ta’ Isfel, fl-Amerika Ċentrali u f’għadd kbir ta’ gżejjer imxerrda fil-baħar Karibew. Fil-parti l-kbira, dawn huma pajjiżi fejn in-nies jużaw l-ilsien Ingliż. Fost dawn il-pajjiżi hemm il-Guyana, Surinam, Belize, Barbados, Ġamajka, Trinidad u Tobago, Puerto Rico, Antigwa u l-Bahamas. It-tema għal din is-sena hi msejsa fuq il-ħelsien li Alla jaf
jagħti lill-bnedmin. Din it-tema hi marbuta mal-istorja tal-abitanti tal-Karibew. Numru kbir minnhom huma dixxendenti ta’ lsiera li nġiebu mill-Afrika biex jaħdmu fl-għelieqi u l-pjantaġġuni talkannamieli, tal-kafè u tal-kakaw. Ħafna minnhom huma konvinti li kienet l-id ta’ Alla li ġabet il-jasar tagħhom fi tmiem. F’Awwissu 1981, il-membri ta’ workshop tal-Knejjes fil-Karibew kitbu innu, The Right Hand of God, li biż-żmien sar l-innu tal-Moviment Ekumeniku f’dak ir-reġjun. Dan l-innu nqaleb f’ilsna oħra. Nistgħu,
għalhekk, nifhmu l-ħsieb wara t-tema magħżula għal din is-sena “Lemintek, Mulej, issebbħet filqawwa”. Il-leminija ta’ Alla li ħelset il-popli tal-Karibew mill-jasar kompliet timlihom bit-tama u l-kuraġġ. L-istess fidi fil-qawwa ta’ Alla tkompli tmexxi l-Insara mxerrda mad-dinja kollha biex ma jaqtgħux qalbhom. Aħna wkoll, konvinti mill-qawwa ta’ Alla, se nkomplu nitolbu għall-għaqda fost l-Insara. Il-jasar u l-imrar ta’ firdiet antiki jistgħu jingħelbu permezz tat-talb tagħna.
Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara
SERVIZZ EKUMENIKU Bażilka Kolleġġjata Marija Bambina, l-Isla l-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar fis-6.30 p.m. Tema: Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa (Esodu 15, 6) Jippresiedi l-Arċisqof Charles J. Scicluna Kulħadd mistieden Is-servizz idum madwar siegħa