L-Eritrea – hu l-agħar post fid-dinja li tgħix ta’ Kristjan? - 2017

Page 1

ttanika. isja Ortodossa Bri B’kortesija tal-Kn

Ritratt: Jillian Kestler-D’Amours/IPS

L-Eritrea – hu l-agħar post fid-dinja li tgħix ta’ Kristjan?

Refuġjati li ħarbu mill-Eritrea jipprotestaw kontra t-torturi terribbli li jiffaċċjaw il-priġunieri fil-pajjiż.

tonios għadu Il-B.T.Patrijarka An aru f’d taħt arrest

L-Eritrea – hu l-agħar post fid-dinja li tgħix ta’ Kristjan? Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need dan l-aħħar waslu lura millpajjiż li huwa msejjaħ “il-Korea ta’ Fuq tal-Afrika”. Bħal fil-Korea ta’ Fuq, il-Kristjani fl-Eritrea huma mitfugħin il-ħabs sempliċement minħabba twemminhom u jiffaċċjaw kastigi ħorox waqt li jkunu maqfulin – inkluża t-tortura. Ħafna Kristjani nżammu l-ħabs mingħajr ebda proċess. Xi drabi huma jiġu arrestati fuq il-pretest li qed jipperikulaw is-sigurtà nazzjonali. Mat-3,000 Eritrej għadhom maqfulin fil-ħabs għal raġunijiet

reliġjużi; żewġ terzi minnhom huma Kristjani. Xi Kristjani huma inġustament mitfugħin il-ħabs f’kundizzjonijiet ħorox ħafna. Il-knejjes huma suġġetti għall-pressjoni u jinżammu taħt sorveljanza li ma taqta’ xejn. Il-Knisja Ortodossa tal-Eritrea ġiet vjolentement imġiegħla tbaxxi rasha f’sottomissjoni. Wara li fl-2007 il-kap ewlieni tagħha l-Patrijarka Abune Antonios, inżamm taħt arrest f’daru għax irrifjuta li jiskomunika 3,000 membru li ma obdewx lill-gvern, l-istat qabbad lajk bħala mexxej tal-Knisja biex jiġi żgurat il-kontroll tagħha. Il-Knisja Kattolika kompliet tinsisti għall-awtonomija tagħha u rreżistiet kull tentattiv biex ma taqax taħt kontroll statali – madanakollu l-gvern għadu xorta waħda qed jipprova jġiegħla tbaxxi rasha. Saċerdoti żgħażagħ u reliġjużi qed jiġu mġiegħla jservu

Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt www.acnmalta.org it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

FONDAZZJONI PONTIFIĊJA

żmien indefinit fis-servizz militari – b’hekk idgħajfu ħidmet il-Knisja - u saru tentattivi biex jikkonfiskaw skejjel Kattoliċi u ċentri tas-saħħa. Il-Kristjani sofferenti tal-Eritrea jinsabu ddisprati u għandhom bżonn l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need biex ikomplu jgħixu b’dinjità kif tixraq lil kull bniedem. Aħna impenjati biex ngħinu lir-refuġjati Eritrej fil-pajjiżi ġirien tagħhom, iżda ma nistgħu nagħtu ebda informazzjoni dwar il-proġetti vitali li qed twettaq l-Aid to the Church in Need fl-Eritrea stess. Dan minħabba li nkunu qed nipperikolaw il-ħajjiet ta’ dawk stess li jirrikorru lejna għall-għajnuna. Minħabba r-reġim ripressiv tal-Eritrea, terz tal-Eritrej ħarbu mill-pajjiż. Iżda, permezz tat-talb, talimħabba u tal-ġenerożità tiegħek, l-Aid to the Church in Need tista’ tkompli tgħin kemm lil dawk li telqu kif ukoll lil dawk li baqgħu fil-pajjiż fidili lejn Kristu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
L-Eritrea – hu l-agħar post fid-dinja li tgħix ta’ Kristjan? - 2017 by ACN Malta - Issuu