It-Tama fil-qalba tat-Terrur - 2016

Page 1

It-Tama fil-qalba tat-Terrur

© Akintunde Akinleye / Reuters

Il-Kristjani sofferenti tan-Niġerja megħjuna mill-ACN

Il-Kristjani jirrikorru lejn Alla bit-talb hekk kif il-kriżi f’pajjiżhom tibqa’ għaddejja.

Aktar minn 11,500 persuna Kristjana nqatlet u 1.3 miljun persuna oħra sfat spostata matul il-kampanja ta’ vjolenza tal-grupp militanti Islamiku Boko Haram. Probabbilment ma tkunx ipoteżi eżaġerata li wieħed jgħid li l-Kristjani fil-grigal tan-Niġerja għaddejjin minn ġenoċidju, wieħed simili għal dak li qed jixhdu ħutna fil-Lvant Nofsani. Ċertament, il-Boko Haram, issa alleat tal-ISIS, stqarr l-intenzjoni tiegħu li jelimina kompletament lill-Kristjani miż-żona li tinsab fil-kontroll tiegħu. F’Mejju tal-2014 kien inħareġ video li apparentament juri lill-mexxej tal-Boko Haram, l-Imam Abubakar Shekau. Huwa rrepeta r-rieda tal-grupp li ser jeqred il-Knisja, u qal li se “jxarrab il-ħamrija tan-Niġerja bid-demm Kristjan.” Madankollu hemm raġġ ta’ tama. Fl-ittra lill-President Muhammadu Buhari, l-Arċisqof Injazju Kaigama (President tal-Konferenza Episkopali li tikkonsisti f’152 Djoċesi) sejjaħ lill-Boko Haram u l-korruzzjoni

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

fil-pajjiż “iż-żewġ mostri li heddew li jiddestabilizzaw lin-Niġerja.” Hu tenna: “Għal kemm ħafna nies inqatlu, bosta oħrajn jinsabu bla dar u m’għandhomx mezzi adegwati biex jgħixu b’dinjità, aħna nirringrazzjawk talli s’issa, b’suċċess, żammejt lil dawn ir-ribelli milli jeqirdu lin-Niġerja billi twaqqfu milli javvanzaw aktar.” L-Aid to the Church in Need qed twieġeb għall-kriżi attwali fil-pajjiż. L-għajnuna tagħna tinkludi għajnuna ta’ emerġenza għal dawk ħutna spostati minħabba l-Boko Haram, li ħarbu fid-Djoċesi ta’ Maiduguri, fejn aktar minn 100,000 persuna Kristjana ħarbet. Qed ngħinu wkoll biex insaħħu l-miżuri ta’ sigurtà għall-iskejjel tal-Knisja u binjiet oħra. Iżda mhux qed ngħinu biss b’għajnuna t’emerġenza. Int u taqra f’dan il-fuljett, ser tara kif l-Aid to the Church in Need qed issaħħaħ ukoll il-ħajja tal-Knisja, tappoġġja lis-sorijiet kontemplattivi u tgħin Kongregazzjoni ta’ Sorijiet li qed

FONDAZZJONI PONTIFIĊJA

tmexxi skola tat-tfal neqsin mis-smigħ u mid-dawl. Qed nipprovdu L-Isqof Joseph wkoll appoġġ Danlami Bagobiri għall-katekeżi min Kafanchan. u nkomplu l-impenn tagħna billi nappoġjaw lis-seminaristi. Il-Boko Haram mhux l-uniku theddida għall-Kristjani. Meta l-Aid to the Church in Need tkellmet mal-Isqof Joseph Bagobiri ta’ Kafanchan, fin-Niġerja ċentrali, hu ddeskriva l-attakki li wettqu fuq id-Djoċesi tiegħu raħħala Fulani nomadi. Huwa qalilna li dawn “imorru ġo villaġġ matul il-lejl u jattakkawh, joqtlu ħafna nies, jaħarqulhom djarhom, u n-nies dejjem jispiċċaw jaħarbu. Fid-Djoċesi tiegħi dan ġara f’bosta komunitajiet.” Jekk jogħġbok itlob u għin kif tista’ biex tkun t’appoġġ għal dawn ħutna li qed ibatu fin-Niġerja. Alla jberikkom.

Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.