










Nagħtikom merħba għall-Wirja tal-Biedja u Snajja’ 2026.
Bħas-snin l-imgħoddija, f’din il-wirja filwaqt li se nkunu qed nikkommemoraw l-artiġjanat Malti, il-ħidma tagħna se tkun iffukata wkoll fuq il-promozzjoni tal-prodott lokali. Għal dan il-għan, matul din il-wirja wieħed se jkun jista’ tassew jidħol fid-dinja tat-tradizzjoni u l-kultura Għawdxija, permezz ta’ bosta oġġetti u annimali esibiti.
Din il-wirja mhijiex biss tradizzjoni ta’ kull sena, perjodu fejn tiġi mfakkra ħidmet ilbidwi u dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam agrikolu, iżda hija tfakkira importanti ta’ kemm għandna napprezzaw il-prodott lokali u li jekk xejn, nagħżlu li nagħmlu użu minnu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hekk, filwaqt li nkunu qed nitrawmu aktar fil-kultura tagħna, inkunu qed nuru sapport lejn sħabna r-raħħala li jaħdmu qatigħ sabiex il-prodott li jaslilna fuq il-mejda tal-ikel, ikun tal-aqwa livell.
Ikunu bosta dawk li ta’ kull sena jiġu jżuru din il-wirja. Nies minn kull sfera tas-soċjetà, esibituri li jippromwovu l-prodott lokali tagħhom, persuni li huma interessati flistorja u l-kultura ta’ pajjiżna, saħansitra anke familji b’ulied żgħar. Illum il-ġurnata, din il-wirja saret parti mill-kalendarju kulturali li Għawdex tagħna żgur li mhuwiex nieqes minnu. Insemmi wkoll, il-bosta turisti li fil-preżenza tagħhom ikkonfermawlna kemm ħidmet il-bdiewa għandha għal xiex tabilħaqq tkun rikonoxxuta, u dan għax tilħaq livelli ferm għoljin u ta’ kwalità.
Mhuwiex xi sigriet li, dan il-qasam ferm importanti għalina l-Maltin joffri bosta sfidi. Bl-istess mod, jeħtieġ ħafna sagrifiċċju. Għaldaqstant, minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil kull persuna li tagħti s-sehem tagħha f’din l-industrija, u li b’xi mod jew ieħor, ikkontribwixxiet għal din l-esibizzjoni. Grazzi wkoll lis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali, li ta’ kull sena ssostnina bl-għajnuna tagħha, u lil ħafna voluntiera li jaħdmu fis- silenzju. Żgur, li mingħajr l-involviment tagħkom, dan kollu ma kienx ikun possibbli. Nirringrazzjakom u nawguralkom li għal sena oħra din il-wirja tkun suċċess.
Clint Camilleri
Ministru għal Għawdex

Welcome to the Agricultural and Crafts Exhibition 2026
As in previous years, while we commemorate Maltese craftsmanship during the exhibition, our aim is to also focus on promoting local produce. To this end, throughout the exhibition, visitors will truly be able to step into the world of Gozitan tradition and culture, through the many items and animals on display.
This exhibition is not only an annual tradition, during which the work of farmers and all those involved in the agricultural sector is recognised, but also an important reminder of how much we should value local produce and, above all, choose to make use of it in our daily lives. In doing so, we not only continue to nurture our culture but show support to our farmers, who work tirelessly to ensure that the produce reaching our dining tables is of the highest quality.
Every year, many choose to visit this exhibition. People from all walks of life, exhibitors promoting their local products, individuals interested in our country’s history and culture, and even families with young children. Today, this exhibition has become part of the rich cultural calendar that our island of Gozo enjoys. I would also like to mention the numerous tourists whose presence has confirmed to us how much the farmers’ work truly deserves recognition, as it reaches very high standards of quality.
It is no secret that this sector, which is so important to us Maltese, presents many challenges. Similarly, it requires great sacrifice. Therefore, I would like to express my deepest gratitude to every person who contributes to this industry and who, in one way or another, has contributed to this exhibition. My thanks also go to the Agricultural, Industrial and Cultural Society, who supports us every year, and to the many volunteers who work quietly behind the scenes. Certainly, without your involvement, none of this would be possible. I thank you and wish you another successful edition of this exhibition.
Clint Camilleri Minister for Gozo






