Skip to main content

Programm Xahar Iddedikat għall-Anzjani

Page 1

OTTUBRU

X-XAHAR IDDEDIKAT

GĦALL-ANZJANI


SKOPRI S-SERVIZZI GĦALLANZJANI BILLI TUŻA L-QRCODE LEARN MORE ABOUT SERVICES FOR THE ELDERLY BY USING QRCODE


Hekk kif issa għaddew ix-xhur bieżla tas-sajf, jeħtieġ li nitfgħu ħarsitna fuq xhur ferm mistennija u daqstant ieħor importanti għallgżira Għawdxija. Ninsabu fix-xahar t’Ottubru, ix-xahar dedikat għallanzjani tagħna. Fih, se nkunu qed nagħtu ġieħ lil dawn il-pilastri tassoċjetà, li bl-esperjenzi u l-ħiliet tagħhom, qed ikomplu jkunu ta’ ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri. Għal dan il-għan, il-Ministeru għal Għawdex ħaseb sabiex, għal sena oħra, iniedi sensiela ta’ attivitajiet u avvenimenti li jirrikonoxxu lill-anzjani tagħna. Fost dawn insibu l-Open Days ġewwa d-djar residenzjali flimkien max-xelters ta’ matul il-jum u ta’ billejl, li żgur mhux forsi qed ikomplu jqanqlu iktar interess minn sena għall-oħra. Insemmi wkoll l-attivitajiet interġenerazzjonali fejn fihom bosta tfal u żgħażagħ jiddjalogaw mal-anzjani bl-għan primarju jkun dak ta’ soċjalizzazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet passati u dawk preżenti. Barra minn hekk, il-Ministeru ħa ħsieb ukoll sabiex matul dan ix-xahar, isiru bosta taħditiet edukattivi waqt issocial mornings, sabiex l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jkomplu jaġġornaw ruħhom fuq id-dinja ta’ madwarhom li kontinwament qiegħda tiżviluppa. Dan nagħmluh, għax nemmnu bis-sħiħ li t-tagħlim m’għandux età u li din m’għandha qatt tkun fattur li jillimita l-ammont ta’ tagħlim li wieħed jirċievi matul il-perkors tal-ħajja. Iktar minn hekk, se jkollna wkoll il-quddiesa annwali ġewwa Ta’ Pinu, mument speċjali li jservi ta’ pont bejn il-ħafna residenti anzjani minn madwar Għawdex kollu. Quddiem dan ix-xahar mimli avvenimenti ddedikati lillanzjani tagħna, ejjew nagħmluhom protagonisti, mhux biss fix-xahar t’Ottubru, imma wkoll matul il-mumenti u l-esperjenzi li naqsmu magħhom. Dan filwaqt li nħeġġeġ lil kulħadd sabiex jattendi għall-attivitajiet li qed jiġu organizzati. Clint Camilleri Ministru għal Għawdex

Now that the busy summer months have passed, we must turn our attention to other highly anticipated months that are equally as important for the island of Gozo. We are now in October, the month dedicated to our elderly. During this month we will be honouring these pillars of society, who, through their experiences and skills, continue to inspire current and future generations. To this end, the Ministry for Gozo has once again planned to launch a series of activities and events for our elderly. Among these events are the Open Days at residential homes, and day and night shelters, which continue to attract greater interest year after year. I would also like to mention the intergenerational activities, through which many children and young people engage with the elderly, with the main aim of encouraging socialisation between past and present generations. In addition, the Ministry has also ensured that educational talks are held during social mornings throughout this month, so that our elderly can continue to keep themselves informed about the constantly evolving world around them. We do this because we firmly believe that learning has no age limit, and that age should never be a factor that limits the amount of learning one receives through the course of life. Furthermore, we will also be holding the annual mass at Ta’ Pinu, a special moment that serves as a bridge between the many elderly residents from across Gozo. Ahead of this month filled with events dedicated to our elderly, let us ensure that we place them at the centre, not only during the month of October, but also in the moments and experiences we share with them. I also encourage everyone to attend the activities that are being organised.

Clint Camilleri Minister for Gozo


PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET IMĦEJJI MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PROGRAMME OF ACTIVITIES ORGANISED BY THE MINISTRY FOR GOZO

Il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru - 10:30am THE PINK WALK

Ingħaqdu magħna għal mixja komunitarja madwar il-Belt Victoria li titlaq minn quddiem il-Ministeru għal Għawdex, sabiex nikkomemoraw ix-xahar iddedikat biex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider. Opportunità sabiħa fejn ningħaqdu flimkien għal għan nobbli u nqajmu iktar kuxjenza b’risq din il-kawża, filwaqt li ngħaddu l-ħin f’kumpanija tajba. Dawk interessati jistgħu jibbukkjaw billi jċemplu fuq 2210 0152. A meaningful community walk around Victoria, departing from the Ministry for Gozo, in support of Pink October. Share a positive morning together with good company while raising awareness for a noble cause. Those interested can book by contacting 2210 0152.

It-Tnejn, 5 ta’ Ottubru - 7:00am ĦARĠA LEJN MALTA

Ingħaqdu magħna għal ħarġa lejn Malta, bit-tluq ikun fis-7:00 ta’ filgħodu minn quddiem l-Iskola Primarja Roża Magro tax-Xewkija. Dawk interessati jistgħu jibbukkjaw billi jċemplu fuq 2215 6620. A special outing trip to Malta starting from the meeting point in front of the Roża Magro primary school in Xewkija. Those interested can book by contacting 2215 6620.


It-Tlieta, 6 ta’ Ottubru - 9:00am | Ċentru Ragħaj it-Tajjeb,Triq it-TabibAntonTabone, taċ-Ċawla,Victoria ATTIVITÀ SOĊJALI - AKTAR KUNFIDENZA FIT-TEKNOLOĠIJA

Matul din is-sessjoni prattika, l-għan prinċipali huwa dak li jgħin lill-parteċipanti jħossuhom aktar kunfidenti meta jiġu biex jużaw il-mowbajl, jesploraw għodod diġitali sempliċi u jiskopru l-varjetà ta’ servizzi offruti online. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. A practical session designed to help participants feel more confident when using their mobile phones, exploring simple digital tools, and discovering online services, in an easy, supportive environment. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru - 4:30pm | CasaAmalia, 81, Pjazzetta PatriAkkursjuXerri,Victoria ID-DIMENSJA: GĦARFIEN U APPOĠĠ

Sessjoni informattiva li tiffoka fuq l-għarfien dwar id-dimensja u l-impatt tagħha fuq il-ħajja ta’ kuljum. Jingħataw modi prattiċi dwar kif wieħed jista’ jgħin u jkun ta’ appoġġ. Il-parteċipanti jkollhom l-opportunità jitgħallmu aktar dwar id-dimensja, jiksbu tagħrif utli minn professjonisti fil-qasam u huma wkoll imħeġġa jipparteċipaw billi jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Is-sessjoni għandha l-għan li tippromwovi iktar għarfien filwaqt li tħeġġeġ għal iktar inklużjoni u kwalità ta’ ħajja aħjar mhux biss għall-persuni li jgħixu bid-dimensja imma wkoll għal dawk li jieħdu ħsiebhom. Issessjoni hija kompluta b’bibita u hija bbażata fuq servizzi speċjalizzati offruti minn Casa Amalia għal persuni li jgħixu bid-dimensja. An informative and supportive session focusing on dementia awareness, understanding its impact on daily life, and practical ways to provide care and support. Participants will have the opportunity to learn more about dementia, share their experiences, and gain valuable insights from professionals in the field. This session aims to promote understanding, inclusion, and improved quality of life for persons living with dementia and their carers.

Is-Sibt, 10 ta’ Ottubru - 10:00am sa 2:00pm u 3:00pm sa 8:00pm | Dar SanĠużepp,Triq l-Imġarr, Għajnsielem DAR SAN ĠUŻEPP OPEN DAY

Skopri l-faċilitajiet u s-servizzi varji li toffri din ir-residenza, u sir af aktar dwar ħidmietha. Ikun hemm ukoll l-opportunità li tiltaqa’ mat-tim professjonali u dedikat fejn jagħti aktar tagħrif dwar dawn is-servizzi. Din hija esperjenza unika fejn kulħadd hu mistieden jesplora b’mod personali s-servizzi u l-faċilitajiet li toffri din ir-residenza. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq 2317 4500. Discover our facilities, the work we do, and the wide range of services we provide. You will also have the opportunity to meet our professional and dedicated team. Everyone is welcome to visit and learn more about us and what we have to offer. For more information, please call 2317 4500.


Is-Sibt, 10 ta’ Ottubru - 7:00pm | XewkijaActiveAgeingCentre,Triq Santa Katerina, ix-Xewkija ATTIVITÀ SOĊJALI - ĠENERAZZJONIJIET F’RITMU

Attività mużikali interessanti mill-Banda Prekursur, li tlaqqa’ flimkien lill-anzjani u lill-mużiċisti żgħażagħ permezz tal-mużika u l-kultura. Mhux biss se sservi bħala pont t’interazzjoni bejn ġenerazzjonijet differenti imma wkoll tagħti xhieda tal-kultura ħajja li m’għandniex nitilfu. An uplifting musical activity by Banda Prekursur, bringing together older persons and young musicians through music, local culture and shared appreciation across generations.

It-Tnejn, 12 ta’ Ottubru - 9:00am | ARBComplex,TriqTumasCassar, l-Għarb ATTIVITÀ SOĊJALI - ATTIVITÀ INTERĠENERAZZJONALI

Attività interġenerazzjonali speċjali li tlaqqa’ flimkien lill-anzjani u lit-tfal għal għodwa ta’ kreattività, tagħlim u qsim tal-ideat flimkien. Din se sservi bħala sessjoni interattiva fejn dawk kollha preżenti mhux biss jistgħu jqattgħu ħin filkumpanija ta’ xulxin imma wkoll jiskopru aktar fuq il-ġenerazzjonijiet differenti. A special intergenerational activity bringing older persons and children together for a morning of creativity, shared learning and meaningful exchange. An interactive session where participants can engage and learn about each other.

It-Tlieta, 13 ta’ Ottubru - 9:00am | Ċentru Ragħaj it-Tajjeb,Triq it-TabibAntonTabone, taċ-Ċawla,Victoria ATTIVITÀ SOĊJALI - AKTAR KUNFIDENZA FIT-TEKNOLOĠIJA

Ingħaqdu magħna għal sessjoni prattika maħsuba biex tgħin lill-parteċipanti jħossuhom aktar kunfidenti meta jużaw il-mowbajl, filwaqt li jesploraw għodod diġitali sempliċi u servizzi online f’ambjent kalm u sigur. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. A practical session designed to help participants feel more confident when using their mobile phones, exploring simple digital tools, and discovering online services, in an easy, supportive environment. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru - 10:00am | Santwarju Nazzjonali tal-MadonnaTa’ Pinu,TriqTa’ Pinu, l-Għarb QUDDIESA GĦALL-ANZJANI

Il-parteċipanti huma mistiedna jingħaqdu għal quddiesa speċjali f’Ta’ Pinu, għal ħin ta’ riflessjoni, talb u għaqda komunitarja. It-trasport se jkun provdut minn kull pjazza tar-raħal u tluq mill-meeting points tas-soltu fid-9:15am. Min jixtieq trasport adegwat għal persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti, għandu jagħmel kuntatt fuq 2215 6628. Participants are invited to join a special Mass at Ta’ Pinu, offering a peaceful moment of reflection, prayer and community. Transport will be provided from each village square, with departure from the usual meeting points at 9:15am. For wheelchair accessible transport, please contact 2215 6628.


Il-Ħamis, 15 ta’ Ottubru - 9:00am | Ċentru Ragħaj it-Tajjeb,Triq it-TabibAntonTabone, taċ-Ċawla,Victoria ATTIVITÀ SOĊJALI - SIR AF AKTAR: SERVIZZI U BENEFIĊĊJI GĦALL-ANZJANI

Sessjoni informattiva u utli fejn il-parteċipanti jistgħu jsiru jafu aktar dwar is-servizzi disponibbli għall-anzjani, kif ukoll xi benefiċċji li jistgħu jibbenefikaw minnhom. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. An informative and helpful session where participants can learn more about available services, practical support, rights and benefits for older persons, in a clear and accessible way. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru - 9:00am | XewkijaActiveAgeingCentre,Triq Santa Katerina, ix-Xewkija ATTIVITÀ SOĊJALI - NGĦIXU TAJJEB FL-ANZJANITÀ

Il-parteċipanti huma mistiedna għal sessjoni interessanti dwar anzjanità b’saħħitha, prevenzjoni ta’ mard, kif ukoll għażliet sempliċi li jirriflettu stil ta’ ħajja li jagħti lok għal ħajja aktar b’saħħitha u attiva. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. An interesting session on healthy ageing, prevention, wellbeing and simple lifestyle choices that can support a healthier and more active life. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.


Il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru - 3:00pm | Casa Giuseppe, Triq Fortunato Mizzi, Victoria PASSI LEJN ANZJANITÀ ATTIVA

Taħdita informattiva ffukata fuq anzjanità b’saħħitha, l-importanza ta’ għażliet għal ħajja sana, benefiċċji ta’ benesseri emozzjonali u kif wieħed jista’ jżomm ħajja li mhux biss tkun attiva imma wkoll sodisfaċenti matul is-snin. Ilparteċipanti jkollhom l-opportunità jesploraw modi prattiċi biex isaħħu l-ħiliet fiżiċi, mentali u soċjali tagħhom filwaqt li japprezzaw is-sabiħ li ġġib magħha l-fażi tat-terza età. An informative session focusing on positive ageing, healthy lifestyle choices, emotional wellbeing, and maintaining an active and fulfilling life in later years. Participants will explore practical ways to support their physical, mental, and social wellbeing while embracing the opportunities that ageing brings.

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru - 6:00pm | Każin tal-Banda Santa Marija,Triq il-Knisja, iż-Żebbuġ FATTA - SERATA TA’ TOMBLA B’DIFFERENZA

Ingħaqdu magħna għal serata ta’ tombla mimlija ħajja, daħk, divertiment u fuq kollox interazzjoni soċjali. It-trasport se jkun provdut minn kull lokalità. Għal aktar tagħrif, ċemplu fuq 2210 0152. A lively evening of bingo presented with a fun twist to encourage participation, laughter and social interaction. Transport will be provided from every locality. For more information, please call 2210 0152.

Is-Sibt, 17 ta’ Ottubru - 9:30am | TriqTa’Ċangura, San Lawrenz VILLA SAN LAWRENZ OPEN DAY

Kulħadd huwa mistieden mill-qalb sabiex iżur Villa San Lawrenz ħalli filwaqt li jiskopri l-ambjent akkoljenti tagħha, jitgħallem aktar dwar is-servizzi offruti f’din ir-residenza. Everyone is warmly invited to visit Villa San Lawrenz, discover the welcoming environment, and learn more about the services offered.

Is-Sibt, 17 ta’ Ottubru - 6:00pm | Ġesù Nazzarenu Night Shelter,TriqĠnienXibla, ix-Xagħra ATTIVITÀ FIN-NIGHT SHELTER ĠESÙ NAŻŻARENU

Żur dan in-Night Shelter sabiex issir taf aktar dwar il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdi, filwaqt li jkollok ukoll l-opportunità tara wirja ta’ xogħlijiet tal-artiġjanat magħmula mir-residenti ta’ dan ix-xelter. Visit to learn more about the facilities and services the Night Shelter provides, while also having the opportunity to view an exhibition of artisanal crafts created by the shelter’s residents.


It-Tnejn 19 ta’ Ottubru - 9:00am | ITSGozoCampus,Triq l-Isqof Buttigieg, il-Qala TOGĦMIET TRADIZZJONALI, GĦAŻLIET B’SAĦĦITHOM

Ingħaqdu magħna għal sessjoni pjaċevoli u informattiva li twaħħad riċetti tradizzjonali ma’ pariri prattiċi dwar innutrizzjoni, filwaqt li flimkien niċċelebraw it-togħmiet lokali u nħeġġu għażliet aktar tajbin għas-saħħa fil-ħajja ta’ kuljum. Dawk interessati jistgħu jibbukkjaw billi jċemplu fuq 2215 6620. A tasteful and informative session combining traditional recipes with practical nutrition guidance, celebrating local flavours while encouraging healthier everyday choices. Those interested can book by contacting 2215 6620.

It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru - 9:00am | XewkijaActiveAgeingCentre,Triq Santa Katerina, ix-Xewkija SAĦĦA, SIGURTÀ U PREVENZJONI

Sessjoni prattika u utli dwar l-ewwel għajnuna bażika u s-sigurtà fid-dar, b’pariri sempliċi li jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji ta’ kuljum. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. A practical and useful session on basic first aid, home safety and fall prevention, offering simple guidance to help reduce everyday risks and support safer living. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.


L-Erbgħa, 21 ta’ Ottubru - 9:00am | XewkijaActiveAgeingCentre,Triq Santa Katerina, ix-Xewkija ATTIVITÀ SOĊJALI - RITMI U TIFKIRIET

Attività sabiħa b’mużika live maħsuba sabiex tilqa’ lill-parteċipanti għal għodwa ta’ divertiment, interazzjoni soċjali u mumenti ta’ ferħ f’atmosfera pożittiva. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. A cheerful activity with live music for a morning of entertainment, social connection and enjoyable moments in a positive atmosphere. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru - 8:30am ĦARĠA MADWAR GĦAWDEX

Ingħaqdu magħna għal ħarġa madwar Għawdex, bit-tluq ikun fit-8:30am ta’ filgħodu minn quddiem l-Iskola Primarja Roża Magro tax-Xewkija. Dawk interessati jistgħu jibbukkjaw billi jċemplu fuq 2215 6620. A fun and refreshing outing around Gozo starting from the in front of the Roża Magro primary school in Xewkija. Those interested can book by contacting 2215 6620.

Il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru - 8:30am | ĠnienVilla Rundle,Triq ir-Repubblika,Victoria CONNECTING GENERATIONS – ATTIVITÀ GĦAL KULL ETÀ

Ingħaqdu magħna għal attività speċjali li tibda b’quddiesa u tkompli b’diversi inizjattivi li jlaqqgħu flimkien lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-anzjani permezz ta’ qsim ta’ esperjenzi komuni, fi spirtu komunitarju u rabta interġenerazzjonali. A special activity, that begins with a Mass and continues with initiatives that bring children, youths and older persons together through shared experiences, community spirit and intergenerational connection.

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru - 9:00am | XewkijaActiveAgeingCentre,Triq Santa Katerina, ix-Xewkija ATTIVITÀ SOĊJALI - TEATRU, ŻFIN U TBISSIMA

Attività oħra interessanti, din id-darba tinvolvi reċtar, żfin bħal-line dancing u aktar. Ingħaqdu magħna għal atmosfera ferrieħa u brijuża. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb. A lively theatre and dance activity featuring line dancing, offering movement, enjoyment and a chance to participate in a cheerful, supportive atmosphere. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.


27 ta’ Ottubru - 9:00AM | Każin tal-Banda, Ix-Xewkija Attività soċjali għall-anzjani li jattendu fiċ-ċentri mmexxija mill-Ministeru għal Għawdex.

30 ta’ Ottubru - 9:00AM | Każin tal-Banda, Ix-Xewkija Taħdita minn Social Worker fuq temi li huma relatati mal-anzjani fosthom, l-abbuż fuq l-anzjani, kura tal-anzjani u l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà.

IKKUNTATTJA Għal mistoqsijiet mistoqsijiet relatati relatati mal-attivitajiet mal-attivitajiet organizzati Għal organizzati għall-anzjani għall-anzjani tista’ tista’ tagħmel kuntatt magħna fuq: tagħmel kuntatt magħna fuq:

T 2215 22156644 6644 Għal mistoqsijiet tikkuntattja Għal mistoqsijiet relatati relatati mas-servizzi mas-servizzi offruti offrutilill-anzjani lill-anzjanitista’ tista’ tikkuntattja lit-Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali fi ħdan id-Direttorat lit-Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali fi ħdan għall-Komunità, id-Dipartiment l-Inklużjoni u s-Servizzi fuq: tas-Servizzi għal Għawdex fuq: fuq

T 2215 22156620 6620

elderly.mfg@gov.mt E elderly.mgoz.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Programm Xahar Iddedikat għall-Anzjani by visitgozo - Issuu