SERVIZZI GĦAL ANZJANITÀ ATTIVA U B’SAĦĦITHA
professjonisti fosthom dak ta’ fiżjoterapisti u social workers. Dan is-servizz jippermetti lill-anzjani jżommu l-indipendenza u l-kumdità tagħhom filwaqt li jirċievu l-assistenza meħtieġa biex jibqgħu b’saħħithom u sikuri fi djarom stess.
Il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat bis-sħiħ biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Nifhmu l-bżonnijiet differenti taċ-ċittadini kollha u mhux b’inqas tal-anzjani residenti f’Għawdex. Għaldaqstant, il-Ministeru joffri firxa komprensiva ta’ servizzi mfassla biex jippromwovu s-saħħa, il-benesseri, u l-attività fiżika, filwaqt li jiżguraw li l-individwi jżommu l-indipendenza u d-dinjità tagħhom. Fil-qalba tas-servizzi offruti mill-Ministeru, insibu s-servizz ta’ kura residenzjali. Dan is-servizz huwa provdut f’diversi faċilitajiet li nsibu f’Għawdex li huma intiżi speċifikament għal dan il-għan fejn tingħata priorità lill-kumdità u s-sikurezza tal-klijent. Nassiguraw li kull faċilità għandha ħaddiema mħarrġa apposta, inkluż fil-kura medika. L-għan huwa li jinħoloq ambjent san fejn ir-residenti jkunu jistgħu jgawdu kwalità ta’ ħajja għolja. Il-Ministeru jiżgura li dawn id-djar huma akkoljenti, fejn jitrawwem sens ta’ appartenenza u dik ta’ komunità. Għal dawk li jippreferu jibqgħu fi djarhom stess, il-Ministeru, permezz tad-Direttorat għall-Komunità, l-Inklużjoni u s-Servizzi, joffri servizzi estensivi ta’ kura fid-dar. Dawn isservizzi jinkludu assistenza f’attivitajiet ta’ kuljum inkluż t-tindif tad-dar. Barra minn hekk, noffru wkoll sostenn ta’
Iċ-ċentri tal-Anzjanità Attiva jipprovdu servizz vitali ieħor. Dawn iċ-ċentri joffru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u programmi mfassla apposta għall-interessi u l-kapaċitajiet talparteċipanti anzjani. Minn klassijiet ta’ eżerċizzju fiżiku u arti u snajja’, għal avvenimenti soċjali u workshops edukattivi, iċċentri ta’ kura matul il-jum huma ċentri vibranti mimlija ħajja u attività. Dawn għandhom irwol kruċjali fil-promozzjoni tal-benesseri mentali u fiżiku permezz tal-interazzjoni u l-involviment soċjali ta’ min jipparteċipa u jattendi dawn iċċentri. Il-Ministeru joffri wkoll korsijiet edukattivi għall-anzjani, għajnuna teknoloġika f’każ ta’ emerġenzi (Telecare+), għajnuna teknoloġika maħsuba għal persuni li jbatu middimensja (Telecare On The Move), servizzi ta’ handyman, servizzi ta’ ġardinara, servizzi ta’ hairdressing u aktar. Dan kollu hu xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħna biex nipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi kompassjonali u komprensivi għall-anzjani. L-għan aħħari dejjem jibqa’ wieħed, dak li nħallu l-maħbubin tagħna jkomplu jgħixu ħajja indipendenti fil-qalba tal-komunitajiet rispettivi tagħna, hemm fejn trabbew, kibru u għexu. Madankollu meta anzjan ma jkunx jista’ jibqa’ jgħix b’mod indipendenti, aħna nagħmlu ħilitna biex nipprovdu l-faċilitajiet meħtieġa f’forma ta’ day centres, night shelters u residenzi għall-anzjani. Tabilħaqq, l-anzjani tagħna jistħoqqilhom l-aqwa kura. Dan il-ktejjeb lejn is-servizzi
jagħti wkoll ħarsa aktar offruti mill-Ministeru għal
Clint Camilleri Ministru għal Għawdex
dettaljata Għawdex.
Servizzi Offruti mill-Ministeru għal Għawdex Permezz tat-Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali, fi ħdan id-Direttorat għall-Komunità, l-Inklużjoni u s-Servizzi, il-Ministeru għal Għawdex joffri għajnuna qalb il-komunità
lill-anzjani kollha kif ukoll lil dawk bi bżonnijiet speċjali. Hawn taħt sib il-lista ta’ servizzi li l-Ministeru joffri biex jgħin lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali biex jgħixu ħajja b’saħħitha, attiva, u indipendenti: • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • •
Telecare+ Telecare on the Move Social Work Servizz ta’ Handyman Servizz ta’ Ġardinar Assistenza għall-Inkontinenza Meals on Wheels Hairdressing Fiżjoterapija Trasport u l-Kunsinna taċ-Ċilindru tal-Ossiġnu Home Help Service Roħs fuq il-Kera tat-Telefown Università tat-Tielet Età Day Care Centre f’Għajnsielem Ċentri tal-Anzjanità Attiva (Active Ageing Centres) Lejn Anzjanità Attiva u B’Saħħitha Dar tal-Anzjani – Dar San Ġużepp (Għajnsielem) Dar tal-Anzjani – Villa San Lawrenz (San Lawrenz) Night Shelter – Ġesù Nazzarenu (Xagħra) Day Centre u Night Shelter – Casa Amalia (Victoria) Dar tal-Anzjani - Casa Giuseppe (Victoria)
Kif tikkuntattjana? L-uffiċini tagħna huma miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 am u s-2:00 pm. Ikkuntattjana jew żur l-uffiċċji tagħna fejn wieħed mir-rappreżentanti tagħna jgħinek u jipprovdilek formola tal-applikazzjoni għasservizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex. Applikazzjonijiet issibhom ukoll onlajn fuq: • •
myGozo app servizz.gov (fittex: Servizzi tal-anzjani Għawdex)
Aktar dettalji Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali Direttorat għall-Komunità, l-Inklużjoni u s-Servizzi Pjazza San Franġisk Il-Belt Victoria, Għawdex Tel: 2215 6620 / 2215 6621 email: services.mfg@gov.mt jew elderly.mfg@gov.mt
Telecare+ Aħna noffru s-Servizz tat-Telecare flimkien ma’ Connected Care. It-Telecare jaħdem billi ninqdew b’telefown jew kaxxa speċjali mqabbda ma’ linja normali tat-telefown. Jekk ikollok bżonn, tkun tista’ ssejjaħ għall-għajnuna billi tagħfas buttuna li tinsab fuq il-kaxxa jew fuq il-pendent li jiġi pprovdut mal-kaxxa. Il-pagament ta’ l-installazzjoni huwa €25. Persuni li għandhom karta roża valida, huma dijabetiċi jew għandhom iktar minn 80 sena ma jħallsux il-kera ta’ kull xahar.
Telecare on the Move L-għan tas-servizz tat-Telecare on the Move hu li persuni biddimensja jgħixu kwalità ta’ ħajja bl-inqas restrizzjonijiet fuq il-libertajiet personali tagħhom. Dan is-servizz, ibbażat fuq teknoloġija modernà, jgħin persuni bid-dimensja ta’ ’l fuq minn 60 sena biex ikomplu jgħixu f’darhom u fil-komunità, filwaqt li jingħataw apparat apposta għal dan il-għan.
Servizz ta’ Social Worker għall-Anzjani L-għan prinċipali tas-Servizz ta’ Social Worker fi ħdan il-kura tal-anzjani huwa li jservi ta’ punt ta’ referenza għal individwi ta’ ’l fuq minn 60 sena, li jistgħu jesperjenzaw sfidi diversi f’ħajjithom. Dawn l-isfidi jistgħu jinħolqu gradwalment jew f’daqqa. Hemm diversi diffikultajiet li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom fosthom problemi ta’ saħħa, id-dimensja, id-diżabilità, in-nuqqas ta’ appoġġ informali, it-telfa ta’ xi ħadd maħbub, is-solitudni, forom ta’ abbuż, kwistjonijiet ta’ faqar, u aktar. L-anzjani jiġu segwiti mill-qrib mis-social worker prinċipalment permezz ta’ żjarat fid-djar. L-assistenza provduta tinkludi appoġġ u gwida emozzjonali, kuntatt kontinwu mal-qraba jew next-of-kin, u anke intervent f’mumenti ta’ kriżi.
Servizz ta’ Ġardinar Dan is-servizz qed jingħata lil dawk il-persuni anzjani, kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali li jġħixu weħidhom u li minħabba raġunijiet varji ta’ nuqqas ta’ mobbilta’ li isibuha diffiċli biex jaħdmu u jieħdu ħsieb il-ġnien li jkollhom mad-dar. B’hekk huma jkunu jistgħu jgawdu l-ġardina tagħhom. Dan is-servizz hu bla ħlas. Tista’ tapplika billi ċċempel fuq 2215 6345
Assistenza lil Persuni bi Problemi ta’ Inkontinenza Aħna nipprovdu ħrieqi lil persuni bi problemi ta’ inkontinenza permezz ta’ żewġ skemi. Skema A hija għal persuni bi bżonnijiet speċjali, filwaqt li Skema B hija għal persuni anzjani. Il-benefiċjarji ta’ Skema B jibbenefikaw minn sussidju mogħti mill-Ministeru għal Għawdex fuq il-prodotti tal-inkontinenza.
Servizz ta’ Handyman Aħna noffru dan is-servizz permezz ta’ handyman mis-Sezzjoni tagħna. Il-handyman jista’ jagħmel wieħed jew aktar minn dawn ixxogħlijiet ta’ natura żgħira fuq: • • • •
Xogħol fl-injam Tiswija ta’ ħsarat fis-sistema tal-ilma Tiswija ta’ ħsarat fis-sistema tad-dawl Irranġar fid-dar f’każ fejn wieħed ma jkunx jista’ jmur min-naħa għal oħra b’kumdità
Jekk ikollok karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’diżabbilità, inti tieħu għadd limitat ta’ prodotti b’xejn fi-xahar. Telefown - 2215 6626
Servizz ta’ Platt Sħun (Meals on Wheels) Tista’ tirċievi kuljum f’darek ikla li aħna nipprovdu blgħajnuna tal-Ministeru għal Għawdex. L-ikla tikkonsisti fi tliet platti, u l-prezz issussidjat huwa ta’ €2.33. Tista’ tapplika fl-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6345.
Servizz ta’ Hairdresser Dan is-servizz b’xejn jingħata lil persuni ta’ ’l fuq minn 60 sena. Dawk interessati jridu jipprovdu l-prodotti tax-xagħar huma stess. Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq 22156345 u nikkuntattjaw lill-hairdresser biex taghtikom appuntament.
Servizz ta’ Fiżjoterapista Servizz offrut lil nies li huma fis-sodda, f’siġġu tar-roti jew ma joħorġux mid-dar. Biex tibbenifika minn dan is-servizz, trid iċċempel fuq 2215 6345/0 u titlobna dan is-servizz. Fl-ewwel viżta jsir assessjar tas-sitwazzjoni. Aħna nikkuntattjaw lillFiżjoterapista biex tkun tista’ tipprovdilek dan is-servizz. Is-servizz huwa bla ħlas.
Servizz għat-Trasport u l-Kunsinna taċĊilindru tal-Ossiġnu Dan is-servizz huwa maħsub biex joffri konvenjenza u serħan il-moħħ lil persuni li jużaw ċilindri tal-ossiġnu fid-dar. Il-benefiċjarji jistgħu jċemplu sabiex jitolbu s-servizz, u l-ħaddiema tagħna jmorru jiġbru ċ-ċilindru vojt mir-residenza tagħhom. Fl-istess ħin, jitwassal ċilindru ieħor mimli biex jiġi żgurat li l-persuna tibqa’ tgawdi provvista kontinwa tal-ossiġnu mingħajr ebda interruzzjoni. Dan is-servizz jinkludi kemm it-trasport kif ukoll ilkunsinna taċ-ċilindru, b’mod sigur, effiċjenti u fil-ħin. Tista’ tapplika billi ċċempel fuq 2215 6345
Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar Aħna noffru dan is-servizz sabiex ngħinukom tkunu aktar indipendenti f’darkom u nagħtukom għajnuna domestika u personali. L-Assistenti Soċjali jgħinukom: • • •
fil-ħasil tal-art fit-tfarfir tal-għamara u f’servizzi oħra (bħall-qadi, xiri u ġbir ta’ mediċini)
Is-servizz li jiġi approvat hu ta’ bejn sagħtejn sa ħames sigħat fil-ġimgħa. Infermiera u Social Worker jiddeċiedu I-ammont ta’ sigħat li hemm bżonn jingħataw wara li ssir żjara fid-dar tal-applikant. Dan is-servizz noffruh lil persuni ’l fuq minn 65 sena, persuni b’diżabbiltà u persuni b’mard terminali. Biex tapplika żur l-uffiċċju tagħna biex tiġbor formola li tinkludi wkoll rapport mediku li jrid jimtela mit-tabib personali tiegħek. Il-ħlas għal dan is-servizz huwa ta’: •
€2.33 fil-ġimgħa għal persuni weħidhom
•
€3.49 fil-ġimgħa għal aktar minn persuna waħda li toqgħod fl-istess dar
Tista’ tapplika billi ċċempel fuq 2215 6620.
Roħs fuq il-Kera tat-Telefown It-tnaqqis fuq il-kera tat-telefon jipprovdi roħs ta’ kull xahar fuq il-linja diretta tat-telefon tar-residenza talapplikant. Dan is-servizz huwa maħsub biss għallanzjani li jkollhom servizz tat-telefon TAL-GO plc u li jippossjedu karta Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-applikanti m’għandhomx ikunu parti minn xi kuntratti li jinvolvu pakketti tad-dar jew xi offerti oħra. Ma hemm l-ebda skont fuq telefonati li jsiru mil-applikant.
Università tat-Tielet Età Għall-Università tat-Tielet Età jista’ jattendi kull min għandu aktar minn 60 sena. Matul is-sena akkademika, li tibda f’Ottubru u tispiċċa f’Ġunju, ikun hemm erba’ suġġetti. Is-suġġetti magħżula huma mgħallma minn erba’ letturi differenti. Il-lezzjonijiet li jsiru huma ta’ interess kbir għall-persuni li jattendu. Il-lezzjonijiet isiru nhar ta’ Ġimgħa fil-Kampus ta’ Għawdex fix-Xewkija. It-trasport huwa bla ħlas u jkopri l-lokalitajiet kollha f’Għawdex. Tista’ tapplika billi tikkuntattja l-uffiċċji tagħna fuq 2215 6627/0 bejn it-8:00 am u s-2:00 pm. Tapplika miżata annwali ta’ €12.
Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Għajnsielem Iċ-ċentru ta’ matul il-jum huwa maħsub sabiex int tibqa’ kemm jista’ jkun attiv/a fis-soċjetà. Huwa wkoll mezz sabiex nevitaw kemm jista’ jkun dipendenza fuq ilfamilja tiegħek.
Programm ta’ Attivitajiet Is-servizzi u l-attivitajiet li nagħtu miċ-ċentru ta’ matul il-jum huma maħsuba biex ngħinuk iżżomm l-interessi tiegħek kif ukoll ninkoraġġuk issib oħrajn ġodda. Aħna nipprovdu: •
Trasport minn u lejn iċ-ċentru
•
Kolazzjon u ikla ta’ nofsinhar
•
Diskussjonijiet edukattivi
•
Attivitajiet fuq ġewwa u barra, u ħarġiet ta’ rikreazzjoni
Fiċ-ċentru jkun hemm infermiera għal kull bżonn li jista’ jinqala’. Jekk inti persuna anzjana, ikkuntattjana fuq in-numru 2156 5891 biex tattendi. Tista’ tapplika wkoll fl-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6620/1. Ir-reġistrazzjoni hija b’xejn iżda għall-attendenza trid tħallas €4 li tinkludi kolazzjon, ikla ta’ nofsinhar u attivitajiet oħra.
Ċentri tal-Anzjanità Attiva Iċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva jipprovdu spazju u ambjent fejn l-anzjani jistgħu jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Tista’ tiltaqa’ ma’ persuni oħra tal-età tiegħek u tipparteċipa fl-attivitajiet organizzati. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet, fosthom ganutell, bizzilla, pittura u eżerċizzju fiżiku. Informazzjoni dwar dawn iċ-ċentri:
Ta’ Kerċem Centru Sportiv Triq Wenzu Mintoff Ta’ Kerċem
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Be Active | 7:00 am - 8:00 am 8:00 am - 9:00 am
Ta’ Sannat Kunsill Lokali Ta’ Sannat Triq Ta’ Sannat Ta’ Sannat
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ: It-Tlieta: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am Il-Ġimgħa: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm
Ix-Xewkija Il-Każin tal-Banda tax-Xewkija Triq Santa Katerina Ix-Xewkija
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ: It-Tnejn: Knitting | 9:00 am – 12:00 pm It-Tlieta: Line Dancing | 9:00 am – 10:30 am L-Erbgħa: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am Il-Ġimgħa: Ganutell | 9:00 am – 12:00 pm
Taċ-Ċawla Ċentru Ragħaj it-Tajjeb Ċentru Parrokkjali Triq Sir Paul Boffa Victoria
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ: It-Tnejn: Keep Fit | 7:45 am – 8:45 am It-Tnejn: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm It-Tlieta: Pittura u Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm L-Erbgħa: Pittura | 9:00 am – 12:00 pm Il-Ħamis: Bizzilla | 9:00 am – 12:00 pm Il-Ġimgħa: Crafts | 9:00 am – 12:00 pm
Sessjonijiet Ġodda fil-GISAP – Gozo Indoor Sports & Aquatic Pavilion Triq l-Ewropa Victoria
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ: Il-Qala Kunsill Lokali Qala Ċentru Ċivili Qala Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg Il-Qala
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tnejn: Line Dancing | 9:00 am – 10:30 am It-Tlieta: Knitting u Bizzilla | 9:00 am – 12:00 pm L-Erbgħa:: Ganutell | 9:00 am – 12:00 pm Il-Ħamis: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm Il-Ġimgħa: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am
Iż-Żebbuġ Każin tal-Banda Żebbuġ Triq il-Knisja Iż-Żebbuġ
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ: It-Tnejn Pittura | 9:00 am – 12:00 pm L-Erbgħa: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm Il-Ħamis: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am Il-Ħamis: Pittura | 9:00 am – 12:00 pm
It-Tlieta: Keep Fit | 10:00 am - 11:00 am Il-Ħamis: Line Dancing | 9:00 am - 10:30 am Sessjonijiet AquaGym 60+: It-Tlieta: L-Erbgħa: Il-Ġimgħa:
12:45 pm - 1:30 pm 1:30 pm - 2:15 pm 9:00 am - 9:45 am 9:45 am - 10:30 am 9:00 am - 9:45 am 10:00 am - 10:45 am
Persuni ’l fuq minn 60 sena jistgħu japplikaw għal dan is-servizz.
Applikazzjonijiet mis-sit servizz.gov jew mill-Hub ta’ servizz.gov Pjazza San Franġisk, Victoria jew billi ċempel fuq 2215 6644 jew 2210 0265.
Tixtieq dan is-servizz? Jekk int jew xi ħadd għażiż għalik tkunu interessati li tissieħbu fil-komunità ta’ Dar San Ġuzepp, nistednuk biex tapplika għal żjara billi ċċempel fuq 2317 4500 jew tikkuntattja lill-Ministeru għal Għawdex fuq 2215 6237 biex issir taf aktar fuq isservizzi tagħna.
Dar San Ġużepp (Għajnsielem)
Dar San Ġużepp (Għajnsielem) hija faċilità li toffri ambjent familjari għall-anzjani. Il-faċilità tinkludi spazji soċjali u żoni ħodor, li jrawmu atmosfera fejn ir-residenti jistgħu jgħixu ħajja attiva u ta’ sodisfazzjon fil-qalba talkomunità.
Servizzi ta’ infermiera Infermiera speċjalizzati fil-qasam ikunu preżenti siegħa kuljum biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet mediċi fosthom preparazzjoni tal-kura u mediċini, monitoraġġ, u kuntatt ma’ tobba u speċjalisti tas-saħħa.
Bżonnijiet spiritwali Ta’ kuljum tiġi ċċelebrata Quddiesa kif ukoll jingħad irRużarju, flimkien ma’ servizzi pastorali oħra, fil-kappella moderna ddedikata lil San Ġużepp.
Attivitajiet Jiġu organizzati attivitajiet varji skont l-interess u l-kapaċitajiet tar-resident. Waqt ħarġiet u attivitajiet, ir-residenti huma akkumpanjati minn ko-ordinatur talattivitajiet u carers biex tiġi mħarsa s-sigurtà tas-saħħa tar-resident.
Ħinijiet tal-viżitaturi •
Faċilitajiet fil-kamra Dar San Ġużepp tikkonsisti minn 3 livelli, bi 72 kamra li fihom sodda waħda jew tnejn, u parkeġġ taħt l-art. Ilkmamar huma mgħammra b’kamra tad-doċċa adattata għall-utenti tas-siġġu bir-roti, arja kundizzjonata, servizz b’xejn ta’ konnessjoni tat-televiżjoni, WiFi, telefown, kif ukoll sistema ta’ nurse call.
Ikliet Ta’ kuljum tiġi servuta kolazzjon fil-kamra tar-resident waqt li l-pranzu u l-ikel ta’ filgħaxija jiġu servuti filkamra tal-ikel. Ir-residenti jistgħu jordnaw minn menù li joffri bosta għażliet nuttritivi mfassla skont il-ħtiġijiet tad-dieta tar-resident.
Bejn l-10:00 am u l-11:30 am u bejn it-3:00 pm u t-8:00 pm
Servizzi oħra: • • • • •
Front Office Support Servizzi ta’ sigurtà tas-saħħa Servizzi ta’ hairdressing Speċjalisti tas-saħħa u infermiera Ħasil ta’ ħwejjeġ u bjankerija
Villa San Lawrenz Villa San Lawrenz isservi bħala faċilità residenzjali li toffri ambjent ta’ trawwim għall-anzjani, li tipprovdi kura kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, u anke servizzi ta’ respite.
Servizzi offruti: • • •
Kull resident ikollu kamra personalizzata u jista’ jżomm ħajja indipendenti, b’assistenza disponibbli kull ħin Aġġornamenti regolari dwar il-benesseri tar-residenti jingħataw lill-membri talfamilja tagħhom L-istaff huwa ddedikat biex jippreserva d-dinjità, l-awtonomija, u l-istima tarresidenti kollha
Eliġibilità: • • • • • • •
Individwi ta’ 60 sena ’l fuq Anzjani li jgħixu b’mod indipendenti jew jiddependu ħafna fuq oħrajn Anzjani li qed jesperjenzaw diżorjentazzjoni u dimensja Anzjani li jeħtieġu kura fit-tul Anzjani li ma jistgħux jgħixu fi djarhom stess Anzjani li jeħtieġu kura paljattiva Anzjani li jeħtieġu kura ta’ respite għal żmien li jvarja, ibbażat fuq il-bżonnijiet tal-familja.
Karatteristiċi tal-faċilità: • • • • • • • • • • •
Ikun hemm servizz ta’ kura tal-infermiera 24 siegħa L-aċċess għal-liftijiet huwa disponibbli fi tliet sulari Kull kamra tas-sodda hija mgħammra b’doċċa/toilet en-suite Lożor tas-sodda u xugamani huma provduti u maħsula mid-dar tal-kura Il-ħwejjeġ għandhom ikunu mmarkati bl-isem tarresident għal identifikazzjoni faċli Kull sodda f’kull kamra hija mgħammra b’qanpiena biex tissejjaħ infermiera u telefown għal telefonati fissi lokali Il-ħinijiet taż-żjarat huma kuljum: 10:00 am – 11:00 am, 3:30 pm – 5:00 pm, 7:00 pm – 7:30 pm L-ikliet huma preparati friski fuq il-post u li jakkomodaw il-bżonnijiet speċjali tad-dieta ta’ kull resident Jiġu organizzati attivitajiet u ħarġiet regolari għarresidenti WiFi huwa aċċessibbli madwar id-dar tal-kura Kaxxa tat-TV għall-użu fil-kamra tista’ tiġi provduta mid-dar tal-kura bi ħlas ta’ kull xahar. Is-sett tattelevixin għandu jkun tar-resident/familja
Servizzi oħra: Ir-residenti għandhom aċċess għal servizzi bħal: • • • • •
Ġerjatrija fuq il-post Fiżjoterapisti li jużaw faċilitajiet ta’ ġinnasju fuq il-post Occupational Therapist Podjatrija Hairdresser
Għal kwalunkwe tip ta’ mistoqsija, residenti, membri tal-familja, jew rappreżentanti maħtura legalment jistgħu jikkuntattjaw lil: Kap Eżekuttiv tad-Dar fuq 2156 4645 jew ibgħat email lil vsanlawrenz@gmail.com; jew Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali, Direttorat għall-Komunità, l-Inklużjoni u s-Servizzi, Pjazza San Franġisk, il-Belt Victoria, Għawdex fuq 2215 6620. Inkella, jekk jogħġbok ibgħat email lil services.mfg@gov.mt.
Jekk tixtieq aktar informazzjoni jekk jogħġbok ċempel fuq 2156 6157 / 9944 7718 jew ibgħat email fuq services.mfg@ gov.mt.
Ġesù Nazzarenu Night Shelter
Iċ-Ċentru Ġesù Nazzarenu fix-Xagħra, Għawdex, huwa post li fih jospita anzjani li normalment ikunu joqogħdu waħedhom u minflok jagħżlu li jorqdu waħedhom, ifittxu l-kenn ta’ dan iċ-ċentru li joffrilhom kumdità u għajnuna għal matul il-lejl. Iċ-ċentru huwa mmexxi u ffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, u joffri dak kollu li jkun meħtieġ biex dan iċ-ċentru jkun jista’ jgħin lir-residenti li jkunu fih. Iċ-ċentru huwa mgħammar bil-kumditajiet u għajnuniet kollha li l-anzjan li jagħżel li jiġi jgħaddi l-lejl f’dan il-post jista’ jkollu bżonn: kmamar individwali mgħammra b’arja klimatizzata fejn l-anzjan jibqa’ jżomm ċertu privatezza, sistema li permezz tagħha wieħed jista’ jitlob għajnuna jekk ikollu bżonn matul il-lejl, u kumditajiet oħra. Dan iċ-ċentru jiftaħ fis-6:30 pm għall-anzjani residenti. Kif jaslu hemm jkunu mgħejjuna mill-carers li jkunu magħhom bl-użu ta’ lift li jwassal għaċ-ċentru. Jekk ikunu jridu, jista’ jingħatalhom te jew kafè skont ix-xewqa tagħhom. Wara jgħaddu ftit ħin mal-carers fejn flimkien jagħmlu attivitajiet rikreattivi, fosthom logħba tombla, xogħol tal-idejn bħalma hu x-xogħol tal-labar jew ganċ, u krafts oħra. L-anzjani jistgħu jgħaddu wkoll ftit ħin jaraw xi programm televiżiv waqt li jirrakkuntaw xi ġrajja tal-passat sakemm isir il-ħin biex jinġabru fil-kmamar tagħhom. Filgħodu meta jqumu jiġu mgħejjuna f’dak kollu li jkollhom bżonn u jibqgħu hemm sas-7:00 am. Imbagħad imorru lura f’darhom biex jgħaddu l-ġurnata f’ambjent familjari.
Casa Amalia Day Centre & Night Shelter
Faċilità olistika li tinsab ġewwa l-Belt Victoria u li toffri s-servizzi tagħha matul il-ġurnata għall-anzjani li jbatu bid-dimensja. Il-ħaddiema professjonali huma konxji bilproblema ta’ tensjoni li tikkawża d-dimensja, sew fuq min ikun qiegħed ibati minnha, kif ukoll dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-persuna, u għaldaqstant huma mħarrġa apposta biex isolvu kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jinqala’. Dan iċ-ċentru huwa wieħed li joffri servizzi ta’ kura matul il-jum u billejl. Din ir-residenza tipprovdi ambjent ta’ familja b’aktar sigurtà, kumdità u kura mill-infermiera fejn l-anzjani jibqgħu parti mill-komunità. Il-klijenti jistgħu jipparteċipaw f’bosta attivitajiet bl-iskop li jiġi mtejjeb ilpotenzjal ta’ kull individwu. L-attivitajiet jinkludu faċendi tad-dar, divertiment bħal tombla u kant, movie nights, xogħol tal-ġnien u artiġjanat. Jiġi provdut ukoll trasport b’xejn għall-anzjani. Biex tapplika għandek tiġbor formula mill-Uffiċċju talAnzjani, ġewwa l-Ministeru għal Għawdex. Dan is-servizz huwa bla ħlas. Jekk tixtieq aktar informazzjoni ċempel fuq 2155 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.
Casa Giuseppe Care and Retirement Home
Casa Giuseppe hija dar għall-anzjani, fir-Rabat, Għawdex, imfassla b’reqqa biex toffri lill-anzjani l-kumdità, is-sigurtà, u l-faċilitajiet kollha li jixirqilhom. Kull kamra hija intiża li tipprovdi l-kumdità neċessarja biex kull resident iħossu komdu fi spazju modern u f’sens qawwi ta’ appartenenza komunitarja. Casa Giuseppe toffri veduti kemm tal-Belt Victoria kif ukoll tal-għelieqi tal-madwar, filwaqt li hija biss ftit passi bogħod minn bosta faċilitajiet kummerċjali. It-tim professjonali tagħna ta’ infermiera u carers huma mħarrġa biex jagħtu kura ffukata fuq il-persuna, u jiżguraw li l-bżonnijiet mediċi, fiżiċi u soċjali ta’ kull resident jiġu sodisfatti b’dinjità u kompassjoni. Il-ħajja ta’ kuljum f’Casa Giuseppe hija arrikkita b’attivitajiet bħal arti u snajja’, żfin u eżerċizzji oħra, parteċipazzjoni fil-Quddiesa u ħarġiet organizzati, li kollha jsostnu l-benesseri u sens qawwi ta’ appartenenza. Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq: 2156 8888 jew ibgħat email fuq: casagiuseppe@icare.com.mt