VCA Cultural Programme Jul - Dec 2022

Page 1

Il-Programm Kulturali // The Cultural Programme Il-Valletta Design Cluster // The Valletta Design Cluster Kalendarju Kulturali Lulju - Diċembru 2022 // Cultural Calendar July - December 2022 07-24 25-34 37-38 CONTENTSWERREJ //

c. Malta Tourism Authority2

3

Il-kultura hija estensjoni tal-identita’ ta’ nazzjon. Il-Kapitali tagħna, il-Belt Valletta, hija mimlija postijiet storiċi u xogħlijiet artistiċi li jirrappreżentaw l-identita’ kulturali tagħna li kull ma jmur dejjem tevolvi. L-atmosfera fil-Belt Valletta inbidlet b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin, u l-popolarità tagħha żdiedet kemm fost it-turisti u anke l-Maltin.

BonniciOwen

Inħossni kburi nippreżenta dan il-programm kulturali għax-xhur li ġejjin tal-2022, maħluq mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, li jkompli jarrikkixxi l-identita’ tal-belt kapitali tagħna filwaqt li jagħti l-ħajja lill-ispazji tagħha, biex jitgawdew minn kulħadd. Dan il-programm huwa opportunità oħra biex nesponu l-prodott artistiku u kulturali Malti fl-isfond tal-Belt sabiħa tagħna. Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali // Minister for the National Heritage, the Arts and Local Government

1

Culture is an extension of the identity of a nation. Our nation’s Capital, Valletta, is brimming with historic venues and artistic locations which represent our evolving cultural identity over the years. The atmosphere in Valletta has changed significantly over the past few years, and its popularity has increased amongst tourists and locals alike.

FOREWORD 2

I am proud to present this cultural programme for the coming months of 2022, prepared by the Valletta Cultural Agency, which continues to enhance our capital city’s identity while bringing its spaces to life, to be enjoyed by all. This programme is another opportunity for us to showcase the Maltese artistic and cultural product against the backdrop of our beautiful city.

Għal sentejn sħaħ, id-dinja waqfet hekk kif il-pandemija battlet it-toroq, l-uffiċċji, u t-teatri tagħna. In-nies staħbiet ġewwa, beżgħana mill-kuntatt ma’ xulxin. L-arti, fil-forom kollha tagħha, kienet waħda mill-ftit affarijiet li żammitna għaddejjin. Fil-fatt, minkejja ż-żminijiet mudlama, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħadmet qatigħ biex toħloq mill-ġdid l-inizjattivi tagħha, u tipprovdi programm mill-qalb li kien ibbażat ħafna minnu onlajn. Sfidajna u għelibna l-ostakli biex bqajna noffru mezz ta’ divertiment lin-nies, u biex trażmettejna l-esperjenzi u l-biżgħat tagħna permezz tal-arti.

Għal darb’oħra, dehret biċ-ċar ir-rilevanza tal-arti. Il-pandemija wriet lil kulħadd li l-artisti huma ħaddiema essenzjali għallbenesseri tan-nazzjon tagħna. Issa li r-restrizzjonijiet spiċċaw, ninsabu lesti biex għal darb’oħra noffru lill-pubbliku programm li jiċċelebra l-ħajja. Fix-xhur li ġejjin ser noffru attivitajiet mill-isbaħ u li jġibu l-kuntentizza.

M’għandniex kliem biżżejjed biex nirringrazzjaw lill-artisti li kkollaboraw magħna għall-inġenwità, il-kompassjoni, u r-reżiljenza tagħhom matul dawn iż-żminijiet.

Għalhekk, nistieden lil kulħadd jingħaqad magħna f’dawn l-attivitajiet, u jsir parti mill-familja tagħna. F’dinja kontinwament onlajn, nixtiequ noħolqu spazju għal konnessjonijiet sinifikanti, wiċċ imb’wiċċ. Ċermen L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta // Chairman Valletta Cultural Agency

MicallefJason 3

For two whole years the world stood still as the pandemic emptied streets, our offices and theatres. People hid behind locked doors, afraid of human contact.

In fact, despite darkened times, the Valletta Cultural Agency toiled hard to re-invent our offerings and provide a heartfelt programme that was mostly digital. We have pushed our boundaries, transcending the many obstacles to keep entertaining people and chronicling our lives and fears.

FOREWORD 4

Our gratitude knows no bounds for the ingenuity, compassion, and resilience that our collaborating artists and practitioners showed during these troubled times.

Now as restrictions have been lifted we are ready once more to provide our public with a stellar program that celebrates life. What we offer in the coming months is joy and meaning.

Art has once again been validated in its relevance. This pandemic has shown everyone that artists are essential workers to our nation’s well being.

Art, in all its forms, was one of the few things that kept us sane.

We will strongly focus on celebrating local talent and highlighting the beauty of our capital, Valletta. I encourage everyone to join these festivities and be part of our family. In a world that is constantly connected online, we want to want to offer in-person, significant connections.

CatherineTabone

5

Uffiċjal Kap Eżekuttiv L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta // Chief Exceutive Officer Valletta Cultural Agency

Issa, għat-tieni nofs tas-sena, qed naħdmu fuq diversi avvenimenti oħra ta’ interess u ta’ kwalità, fosthom il-Valletta Food Week, li ser tiċċelebra l-kċina lokali tagħna, kif ukoll kunċert mit-tenur ta’ fama internazzjonali José Cura, li ser joffri prestazzjoni ta’ klassi mondjali. Huwa tassew żmien eċitanti għall-arti u l-kultura u ninsabu ħerqanin biex naqsmuh magħkom!

L-arti u l-kultura huma esperjenza li ngħixu u naqsmu flimkien, u l-quċċata tal-espressjoni kreattiva tal-bniedem. Għalhekk, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta aktar avvenimenti ta’ kwalità għas-sitt xhur li ġejjin, bil-għan li jikkontribwixxu għall-ekosistema kreattiva ta’ pajjiżna, filwaqt li jipprovdu lill-pubbliku l-opportunità li jingħaqad flimkien biex jipparteċipa u jgawdi esperjenzi varji. L-ewwel nofs tas-sena diġà kien ta’ suċċess kbir għall-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta f’dak li għandu x’jaqsam ma’ attività kulturali. F’dan ir-rigward, wieħed mill-avvenimenti li bla dubju huwa mistħoqq li nsemmu huwa r-Requiem ta’ Mozart li ttella’ f’April; prestazzjoni b’kast internazzjonali li ntlaqgħet b’rispons mill-isbaħ. Avveniment ieħor li ta’ min insemmu huwa huwa l-Valletta Pageant of the Seas, li sar f’Ġunju u li fakkar it-80 sena anniversarju mill-wasla tal-SS Ohio fil-Port il-Kbir.

Now, for the second half of the year, we are working on various other interesting and high-quality events, including the Valletta Food Week - which will celebrate our local cuisine - and a concert by internationally acclaimed tenor José Cura, who will delight our audiences with a world-class performance.

It is truly an exciting time for arts and culture and we cannot wait to share it with you!

FOREWORD 6

The first half of the year has already been greatly successful for the VCA in terms of cultural activity. In this regard, one event that certainly deserves a mention is the production of Mozart’s Requiem last April; a performance with an international cast which received great acclaim. Another noteworthy event is the Valletta Pageant of the Seas, which took place in June and which paid homage to the 80th anniversary of the SS Ohio’s entry into the Grand Harbour.

Arts and culture are lived shared experiences and the epitome of human creative expression. With this in mind, the VCA is presenting more quality events for the next 6 months of the year aimed at contributing towards Malta’s creative ecosystem, while providing people with the opportunity to come together to participate in and enjoy various experiences.

VCAAgencyCulturalValletta c. Malta Tourism Authority7

VCAVALLETTACULTURALAGENCY

As a Valletta 2018 legacy project, the Valletta Cultural Agency continues to build on the momentum created during the European Capital of Culture year by organizing an annual programme of quality cultural events, ranging from large-scale crowd pullers such as the Valletta Green Festival and the Valletta Pageant of the Seas, to more intimate music concerts, dance performances and theatre productions.

VCA AgencyCulturalValletta 8

Bħala proġett tal-legat ta’ Valletta 2018, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tkompli tibni fuq il-momentum li nħoloq matul is-sena talKapitali Ewropea għall-Kultura billi torganizza progamm annwali, ta’ avvenimenti kulturali ta’ kwalità, li jvarjaw minn dawk ta’ skala kbira li jattiraw udjenzi kbar bħall-Valletta Green Festival u l-Valletta Pageant of the Seas, għal kunċerti mużikali, prestazzjonijiet taż-żfin u produzzjonijiet teatrali li huma iżjed intimi.

c. Neil Grech 9

TEATRU MANOEL SWEENY TODD 10

Teatru Manoel f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, jippreżentaw ‘Sweeney Todd, The Demon Barber of Fleet Street’. Din hija l-ewwel ko-produzzjoni ta’ teatru mużikali tax-xorta tagħha bbażata fuq il-ktieb ta’ Hugh Wheeler b’mużika u lirika ta’ Stephen Sondheim, b’direzzjoni ta’ Lucienne Camilleri u direzzjoni mużikali minn Ryan Paul Abela.

Teatru Manoel in collaboration with the Valletta Cultural Agency present their very first in-house musical theatre production of ‘Sweeney Todd, The Demon Barber of Fleet Street’. Based on the book by Hugh Wheeler with music and lyrics by Stephen Sondheim, the performance will be directed by Lucienne Camilleri with musical direction by Ryan Paul Abela. 17-24 LUJLUJULY//

SWEENEY TODD DEMON BARBER OF FLEET STREET

: THE

FASHIONMALTAWEEK Il-Malta Fashion Week tittrasforma l-kapitali fi pjattaforma għal talent talogħla livell u dak kollu li l-industrija talmoda lokali għandha x’toffri fix-xena Disinjaturi,internazzjonali.mudelli tal-catwalk, stilisti, artisti tal-makeup u ħafna professjonisti kreattivi oħra se jkunu qed jistabbilixxu xena affaxxinanti filwaqt li fotografi u bloggers jdaħħluna fix-xena tal-istilisti u l-moda. Malta Fashion Week transforms the capital into a platform for Malta’s topshelf talent and all that the local fashion industry has to offer the international Designers,scene. catwalk models, stylists, makeup artists and many other creative professionals will be setting a glamorous scene while photographers and bloggers capture the essence of each showcase. 20 - 22 LULJUJULY// MEDITERRANEANCONFERENCECENTRE 11

c. Capture it Media 12

13

VALLETTALOCALFOODEXPO Il-Valletta Local Food week jippromwovi u jiċċelebra x-xena tal-ikel lokali, dawk li jaħdmu fuq l-ikel, u l-varjetà ta’ ingredjenti u riċetti li nsibu lokalment, fuq ħamest ijiem. Kull lejla se tiffoka fuq prodott jew teknika lokali differenti fl-ambjent sabiħ tal-Valletta Design Cluster The Valletta Local Food week promotes and celebrates the local culinary scene, its local food manufacturers, and the variety of ingredients and recipes that are produced. Each night will highlight a different local product or technique in the beautiful surroundings of the Valletta Design Cluster. 20, 21, 22 OTTUBRUOCTOBER// DESIGNVALLETTACLUSTER VALLETTA LOCAL FOOD FESTIVAL 14

COLOUR IN THE CITY Programm ta’ installazzjonijiet fit-toroq li jinbidlu kull erba’ xhur. Dan il-programm huwa maħsub biex jagħti kulur lit-toroq tal-kapitali. Wara s-suċċess tal-installazzjonijiet fi Triq in-Nofsinhar fl-2021, ser ikunu qed jintgħażlu sensiela ta’ installazzjonijiet permezz ta’ sejħiet għall-proposti. A programme of street installations changing every four months, meant to bring colour and art to the streets of the capital. Following the success of installations in South Street in 2021, this project will see a series of installations selected via open calls for proposals. LULJU - DIĊEMBRU// JULY - DECEMBER COLOUR IN THE CITY SOUTH STREET 15

c. Jonathan Borg Zigli 16

CONCERTBYJOSECURA 2 OTTUBRUOCTOBER// TEATRU MANOEL c. Zoe Cura 17

CONCERT BY JOSÉ CURA 18

Il-vuċi rikka u l-preżenza manjetika tiegħu fuq il-palk jagħmlu lil José Cura wieħed mill-aktar artisti mfittxija fid-dinja. Minn Milan sa Vjenna, minn New York sa Buenos Aires, minn Melbourne sa Londra, huwa kanta l-aktar rwoli operistiċi impenjattivi fuq l-aktar palkijiet famużi madwar id-dinja. L-esperti jqisu li hemm ‘qabel u wara’ għal rwoli bħal Otello, Samson, Cavaradossi, Calaf, Peter Grimes u Tannhäuser mill-interpretazzjoni tagħhom mill-Maestro Cura. Bħala mużiċist, Cura huwa wkoll direttur rinomat u kompożitur ta’ suċċess, kif ukoll direttur tal-palk rikonoxxut internazzjonalment. F’dan il-kunċert, akkumpanjat mill-pjanista Sofia Narmania, se jinterpreta firxa wiesgħa ta’ kanzunetti minn art twelidu l-Arġentina, kif ukoll waħda mill-kompożizzjonijiet tiegħu stess, ċiklu ta’ kanzunetti bbażat fuq il-poeżija ta’ Pablo Neruda. Miktuba bejn l-1995 u l-2006, Si muero, sobrevíveme! (If I die, survive me!) se jkollha wkoll l-attriċi rinomata Maltija Jane Marshall li, bil-ħames deċennji ta’ esperjenza tagħha fuq il-palk, se tagħti l-ħajja lil mart Neruda Matilde Urrutia. His warm voice and magnetic stage presence make José Cura one of the most appealing and sought-after artists in the world. From Milan to Vienna, from New York to Buenos Aires, from Melbourne to London, he has sung the most demanding operatic roles in the most emblematic stages around the globe. Experts consider there is a before and after for roles like Otello, Samson, Cavaradossi, Calaf, Peter Grimes and Tannhäuser since their interpretation by Maestro Cura. An all-rounded musician, Cura is also a renowned conductor and an accomplished composer, as well as an internationally recognised stage director. In this concert, accompanied by pianist Sofia Narmania, he will perform a wide range of songs from his homeland Argentina, as well as one of his own compositions, a song cycle based on Pablo Neruda’s poetry. Written between 1995 and 2006, Si muero, sobrevíveme! (If I die, survive me!) will also feature renowned Maltese actress Jane Marshall who, with her 5 decades of experience on the stage, will bring Neruda’s wife Matilde Urrutia to life.

In line with the vision and the mission of the Valletta Cultural Agency, the Altofest Valletta edition is specifically designed for Valletta, as a follow-up to the nation-wide 2018 edition, involving citizens from different areas of the city, in dialogue also with the Valletta Design Cluster, the community space for cultural and creative practice.

ALTOFEST

F’din il-belt ġdida, f’wiċċ l-ilma, il-qasam tar-relazzjonijiet possibbli huwa ferm ikkulurit bl-intrużjoni tal-barranin li jġibu magħhom il-“corpus” artistiku tagħhom; artisti u ċittadini “donaturi tal-ispazju” li jgħixu flimkien, jaqsmu l-ħin u l-ispazju. Mhijiex biss kwistjoni li tospita artist f’dar privata, iżda l-preżenza ta’ kuljum ta’ artist li qed jaħdem se tikkontamina l-perspettiva ta’ kull min jgħix hemmhekk, normalment jew okkażjonalment. F’konformità mal-viżjoni u l-missjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, l-edizzjoni Altofest Valletta hija mfassla speċifikament għall-Belt Valletta u ssegwi l-edizzjoni tal-2018 li saret mal-pajjiż kollu b’involviment taċ-ċittadini minn żoni differenti tal-Belt, fi djalogu wkoll mal-Valletta Design Cluster, l-ispazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva.

19

Altofest inserts itself as an experimental sociality project, continuously retracing the boundary between what is public and what is private, to create an area of no-ownership. In this new, floating city, the field of possible relations is fertilised by the intrusion of strangers bringing with them their artistic “corpus”; artists and “space donor” citizens live together, sharing time and space. It is not only a matter of hosting an artist in a private house, but the daily presence of a working artist will contaminate the point of view of everybody living there, usually or occasionally.

Altofest jistabbilixxi lilu nnifsu bħala proġett ta’ soċjalità esperimentali, li kontinwament imur lura lejn il-konfini bejn dak li hu pubbliku u dak li hu privat, biex joħloq żona ta’ mingħajr sidien.

ALTOFEST 14-16 OTTUBRU // OCTOBER c. Francesca Vella 20

c. Darren Agius21

PROGRAMMECHRISTMAS

Il-Programm

The Valletta Cultural Agency’s (VCA) Christmas Programme will take place from the 8th till the 24th December in the main squares, strategic locations and the quaint streets of Valletta while Christmas lights and decorations can continue to be enjoyed throughout January. The Christmas Tree near Parliament, the crib that narrates Christ’s birth and the various family activites held, celebrate the Christmas spirit. The Valletta National New Year’s Eve celebration will then provide a spectacle, including a Grand Harbour special fireworks display. tal-Milied tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta jitella’ bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez ewlenin, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt Valletta filwaqt li d-dawl tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jkomplu jitgawdew anke matul l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. Is-Siġra tal-Milied ħdejn il-bini tal-Parlament kif ukoll il-Presepju li jirrakkonta t-twelid ta’ Kristu u d-diversi attivitajiet li jittellgħu għall-familji, jdaħħlu lil kulħadd fl-ispirtu. Iċ-Ċelebrazzjoni Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta mbagħad tipprovdi spettaklu li jinkludi wirja speċjali ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir. 8-24 DICEMBRU

DECEMBER// CHRISTMAS PROGRAMME 22

IT'S PAPERWORKALL ‘It’s all Paperwork’ hija esibizzjoni ta’ l-iskultur Antoine Farrugia. Ix-xogħlijiet f’din l-esibizzjoni ser ikunu qed juru trasformazzjoni artistika tal-ġebla Maltija, f’mod li wieħed jista’ kważi jarahom bħala folji. ‘It’s all Paperwork’ is a solo exhibition by sculptor Antoine Farrugia. The artworks will portray a transformation of the Maltese Globigerina Limestone into what can be perceived as ‘almost paper’. 25 NOVEMBRU11 DIĊEMBRU // 25 NOVEMBER11 DECEMBER IT’S ALL PAPER WORK 23

c. Melanie Erixon 24

VDCClusterDesignValletta c. Darren Agius 25

The Valletta Design Cluster programme for 2022 will focus on Engagement with the project’s multidisciplinary communities. Spe cific activities will be organised to support those who are already members, while other initiatives will target those who may be less familiar with the project concept and facilities. The programme also focuses on opportunities for exchange with local and interna tional practitioners visiting the VDC on a creative residency, and business support to Small and Medium Enterprises (SMEs) focusing on sustainability and creative media.

VDCVALLETTADESIGNCLUSTER

Il-programm tal-Valletta Design Cluster għall-2022 jiffoka fuq l-Impenn mal-komunitajiet multidixxiplinari tal-proġett. Se jiġu organizzati attivitajiet speċifiċi biex jappoġġjaw lil dawk li diġà huma membri, filwaqt li inizjattivi oħra huma ntiżi għal dawk li jistgħu jkunu inqas familjari mal-kunċett u l-faċilitajiet tal-proġett. Il-programm jiffoka wkoll fuq opportunitajiet għal skambju ma’ prattikanti lokali u internazzjonali li jżuru l-VDC fuq residenza kreattiva, u appoġġ għan-negozju għal Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) li jiffokaw fuq is-sostenibbiltà u l-midja kreattiva.

VDC ClusterDesignValletta 26

27

INNOVAIR 2022

CLUSTERDESIGN INNOVAIR 2022 28

L-Aġenzija

The Valletta Cultural Agency encourages Maltabased and international artists to submit proposals to join the InnovAiR 2022 @ the VDC Artist-inResidence Programme, hosted at the Valletta Design SubmittedCluster.proposals for this call, open until December 2022, are to focus on research, creative exchange and innovation linked to the themes of urban culture, sustainability and/or community action. More information on the programme and the application form are available www.vca.gov.mt/en/opportunities/innovair-2022@vdcon: Kulturali għall-Belt Valletta tħeġġeġ lill-artisti bbażati f’Malta u dawk internazzjonali biex jissottomettu proposti biex jissieħbu fl-InnovAiR 2022 @ the VDC Artist-in-Residence Programme, fil-Valletta Design Cluster. Il-proposti sottomessi għal din is-sejħa, miftuħa sa Diċembru 2022, għandhom jiffokaw fuq ir-riċerka, l-iskambju kreattiv u l-innovazzjoni marbuta mat-temi tal-kultura urbana, is-sostenibbiltà u/ jew l-azzjoni komunitarja. Aktar informazzjoni dwar il-programm u l-formola tal-applikazzjoni huma disponibbli www.vca.gov.mt/en/opportunitiesfuq: innovair-2022@vdc VALLETTA

DESIGNVALLETTACLUSTER FOR MEMBERS

changemakers u prattikanti tal-ikel

u taħditiet biex jappoġġjaw it-tkabbir professjonali tal-membri. Żur member,https://vcavdcmembership.eu/#become-a-biextissieħebfil-komunitàtagħna. 29

The Valletta Design Cluster places itself as a community space for cultural and creative practice. Within this concept, it also encourages communities to meet up, showcase their work and network with other members of the same or other fields of practice, such as designers, artists, changemakers and sustainable food practitioners among others. Opportunities such as workshops and talks will be offered in the second half of 2022 to support the members’ professional growth. Design Cluster artisti, sostenibbli workshops

OPPORTUNITIES

OPPORTUNITIESFORMEMBERS

joinhttps://vcavdcmembership.eu/#become-a-memberVisittoourcommunity. Il-Valletta

stabbilixxa lilu nnifsu bħala spazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva. Dan il-kunċett jinkoraġġixxi wkoll lillkomunitajiet biex jiltaqgħu, juru x-xogħol tagħhom u jaħdmu ma’ membri oħra fil-qasam tagħhom jew f’oqsma differenti, bħal disinjaturi,

fost l-oħrajn. Fit-tieni nofs tal-2022 se jiġu offruti opportunitajiet bħal

30

31

DESIGN4INNOVATION 32

Wara kważi sitt snin ta’ implimentazzjoni b’suċċess, il-proġett Design4Innovation jasal għall-konklużjoni tiegħu f’Awwissu. Il-proġett appoġġa intrapriżi żgħar u medji (SMEs) madwar l-Ewropa billi uża għodod ta’ disinn iċċentrati fuq l-utent. F’Malta, Design4Innovation appoġġa l-ħolqien tal-kunċett tal-Valletta Design Cluster bħala spazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva u saħħaħ ir-rappreżentazzjoni talprofessjonijiet relatati mad-disinn fis-soċjetà. L-attività finali tal-partijiet interessati f’Lulju ser tevalwa kif l-appoġġ lill-SMEs jista’ jittejjeb fissnin li ġejjin fil-kuntest tal-irkupru mill-impatt finanzjarju negattiv li l-COVID-19 kellu fuq il-biċċa l-kbira tas-setturi. VALLETTACLUSTERDESIGN

After nearly six years of successful implementation, the Design4Innovation project is coming to conclusion in August. The project supported small and medium enterprises (SMEs) across Europe by using user-centred design tools. In Malta, Design4Innovation supported the creation of the concept of the Valletta Design Cluster as a community space for cultural and creative practice and strengthened the representation of design-related professions in society. The final stakeholder activity in July will assess how support to SMEs can be improved in the next years in the context of recovery from the negative financial impact that COVID-19 had on most sectors.

DESIGN4INNOVATION

MOBILITYURBANHUBACTIVITIES

EIT URBAN MOBILITY HUB ACTIVITIES

The Valletta Design Cluster manages the EIT Urban Mobility Hub Malta on behalf of the Valletta Cultural Agency, together with MCAST and Project Aegle Foundation. Our activities within the hub aim at supporting education, research and business entities active in the sustainable urban mobility sphere by strengthening connections among such entities and stakeholders, as well as by providing them with opportunities to access knowledge and create change. In the second part of 2022, the hub will offer initiatives to increase awareness of sustainable mobility options, to facilitate networking among stakeholders active in the industry and to support start-ups.

Il-Valletta Design Cluster jamministra l-EIT Urban Mobility Hub Malta f’isem l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, flimkien mal-MCAST u l-Project Aegle Foundation. L-attivitajiet tagħna fi ħdan iċ-ċentru għandhom l-għan li jappoġġjaw l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-entitajiet tan-negozju attivi fl-isfera tal-mobilità urbana sostenibbli billi jsaħħu l-konnessjonijiet fost tali entitajiet u dawk interessati, kif ukoll billi nipprovdulhom opportunitajiet biex jaċċessaw l-għarfien u jġibu l-bidla. Fit-tieni parti tal-2022 iċ-ċentru se joffri inizjattivi biex iżid l-għarfien dwar l-għażliet ta’ mobilità sostenibbli, biex jiffaċilita n-netwerking fost il-partijiet interessati attivi fl-industrija u biex jappoġġja n-negozji ġodda.33

DESIGNVALLETTACLUSTER

EIT

34

35

L-artisti Roland Farkas, Andrea Botto, Agnieszka Sosnia u Krystian Kielan, Sigrun Drapatz u Kiki Gebauer u Yara Mekawei se jingħaqdu mal-Valletta Design Cluster fit-tieni nofs tal2022 fil-kuntest tal-programm ta’ artist-inresidence mmexxi flimkien ma’ Spazju Kreattiv u l-Ministeru għal Għawdex. Ir-residenzi se jiffokaw fuq l-ingaġġ ta’ komunitajiet marbuta mal-Cluster biex jaħdmu flimkien mal-artisti fuq il-proġetti tagħhom, li se jinvolvu midja differenti. Opportunitajiet għall-involviment mal-artisti fir-residenza se jiġu reklamati fuq vca.gov.mt u l-paġni ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għallBelt Valletta u l-Valletta Design Cluster.

Artists Roland Farkas, Andrea Botto, Agnieszka Sosnia and Krystian Kielan, Sigrun Drapatz and Kiki Gebauer and Yara Mekawei will join the Valletta Design Cluster in the second half of 2022 in the context of the artist-inresidence program run jointly with Spazju Kreattiv and the Ministry for Gozo. The residencies will focus on the engagement of communities linked to the Cluster to work together with the artists on their projects, which will involve different media. Opportunities to engage with the artists in residence will be advertised on vca.gov.mt, the Valletta Cultural Agency’s and the Valletta Design Cluster’s Facebook pages.

VALLETTACLUSTERDESIGN ARTIST-IN-RESIDENCE PROGRAMME 36

ARTIST-INPROGRAMMERESIDENCE

se jkunu qed

ta’ Lulju 2022 u tinkludi tliet

bejn

fis-

Dawn jikkonsistu f’tour tal-ispazju u l-faċilitajiet. Għal aktar dettalji u sabiex tirreġistra www.vcavdcmembership.eu/open-daysżur: 37

u

DESIGNVALLETTACLUSTEROPENDAYS DESIGNVALLETTACLUSTER VALLETTA DESIGN CLUSTER OPEN DAYS

The Valletta Cultural Agency is organising a series of Open Days at the Valletta Design Cluster. Open Days allow those interested in becoming members of the cluster to learn about the space and the facilities and meet active members. The first Open Day will be held on the 26th July 2022 and includes three walk-throughs (taking place between 3pm and 9.30pm). These consist of a tour of the space and facilities. further details and Cluster. Days Open Day ssir 26 walk-throughs (li isiru it-3pm d-9.30pm).

jippermettu lil dawk interessati li jsiru membri tal-cluster biex isiru familjari malbinja u l-faċilitajiet tagħha, filwaqt li jiltaqgħu mal-membri attivi. L-ewwel

se

registration www.vcavdcmembership.eu/open-daysvisit: L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed torganizza serje ta’ ġranet miftuħa għall-pubbliku (Open Days) fil-Valletta Design

For

Dawn l-Open

c. Darren Agius 38

39

c. Malta Tourism Authority 40

CALENDAR 20, 21, 22 OTTUBRUOCTOBER// VALLETTA DESIGN CLUSTER Page 13-14 Festival LOCALVALLETTAFOODEXPO 17–24 LULJUJULY// TEATRU MANOEL Page 09-10 Produzzjoni Teatrali Theatrical Production SWEENEYTODD 20-22 LULJU // JULY CONFERENCEMEDITERRANEANCENTRE Page 11-12 Sfilati tal-Moda - Fashion Shows Installazzjoni tal-Arti fit-Toroq Street Art Installation Kunċert - Concert FASHIONMALTAWEEK LULJU-DIĊEMBRU // JULY-DECEMBER Page 15-16 COLOUR IN THE CITY 2 OTTUBRUOCTOBER// Page 17-18 CONCERT BY JOSE CURA CALENDARJUL2022DEC TEATRU MANOEL

CALENDAR FestivalFestival Page 29-30 Page 35-36 Page 37-38 OPPORTUNITIESFORMEMBERSARTIST -INPROGRAMMERESIDENCE VDC OPEN DAYS Page 33-34 Esibizzjoni - Exhibition 14-16 OTTUBRUOCTOBER// Page 19-20 ALTOFEST 8-24 DICEMBRUDECEMBER// 25 Novembru - 11 Dicembru // 25 November - 11 December Page 21-22 PROGRAMMECHRISTMAS Page 23-24 IT’S PAPERWORKALL Page 27-28 MOBILITYEITINNOVAIR2022URBANHUBACTIVITIES AROUND VALLETTAAROUND VALLETTA VALLETTA DESIGN CLUSTER Page 31-32 4INNOVATIONDESIGN M//DVCJULYDECEBER

Valletta Cultural Agency Exchange Buildings Republic Street Valletta, VLT 1117 Malta w. www.vca.gov.mt e. info@vca.gov.mt t. (+356) 2124 L-informazzjoni2018f’dan il-ktejjeb kienet korretta qabel intbagħtet għall-istampar. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tirriserva d-dritt li temenda dati u dettalji oħra tal-attivitajiet tagħha f’kull ħin // The information on this booklet was correct at the time of going to print. The Valletta Cultural Agency reserves the right to amend dates and other event details at any time.

2022

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.