

Ottubru hu x-xahar marbut
mal-Opri
Ta’ kull sena, ix-xahar ta’ Ottubru jkun marbut mal-Opri f’Għawdex fejn it-Teatru Aurora u t-Teatru Astra jtellgħu żewġ produzzjonijiet mill-aqwa.
Din is-sena t-Ta Teatru Aurora ppreżenta l-Opra La Forza del Destino ta’ Giuseppe Verdi fl-waqt li ft-Teatru Astra saret l-opra Tosca li l-aħħar preżentazzjoni tkun illejla.
>> f’paġni 6 u 7
Il-GBC u l-GTA bi
Il-konnettività u l-Port tal-Imġarr fuq nett tal-proposti
f’paġna 3


It-titjib tal-infrastruttura f’Għawdex:
Il-prijorita għall-Budget 2026
Il-budget - li se jiġi ppreżentat fl-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana nhar it-Tnejn li ġej – għal darb’oħra se jagħti importanza kbira lill-gżira Għawdxija. Madankollu, il-prijorita għall-Budget 2026, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Għawdex, se tkun l-infrastruttra tal-gżira mid-diversi aspetti tagħha. L-għan aħħari se jkun li Għawdex jkompli jagħmel il-qabża ta’ kwalità tant meħtieġa fd-diversi oqsma; ħidma li se tkun qed tikkumplimenta l-viżjoni mnedija f-2023 mill-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) dik ta’ Għawdex bħala gżira ta’ villaġġi, u anke l-viżjoni ħolistika tal-Gvern għas-sena 2050.
Għaldaqstant il-baġit li se jkun ippreżentat se jifoka fuq l-infrastruttura tat-toroq, liema ħidma se tkompli tibni fuq il-ħidma li diġà twettqet f’dan ir-rigward fs-snin li għaddew. Apparti hekk, il-baġit huwa mistenni li jagħti prijorità wkoll lill-konnettivita ta’ Għawdex; aspett importanti ħafna minħabba l-fattur tal-insularita doppja tal-gżira. Għalhekk, il-baġit huwa mistenni li jesplora possibilitajiet ġodda dwar kif għandha tissaħħaħ il-konnettività, liema possi-

bilitajiet jmorru li ‘l hinn mit-trasport konvenzjonali tal-baħar li jiddomina t-trasport bejn iż-żewġ gżejjer. Aspetti oħrajn importanti tal-infrastruttura li dan il-baġit huwa mistenni li jifoka dwarhom, huma l-isports u l-edukazzjoni. Kif inhu diġà magħruf, il-qasam sportiv f’Għawdex
diġà ingħata qabża ta’ kwalità kbira bil-ftuħ tal-padiljun sportiv li huwa proġett bla preċedent. Madankollu l-Gvern huwa mistenni li jkompli jniedi aktar proġetti f’dan ir-rigward. L-istess għal qasam tal-edukazzjoni fejn il-baġit mistenni li jkompli jiffoka fuq l-immodernizzar ta’ diversi
skejjel madwar il-gżira, apparti aktar għajnuniet lill-istudenti Għawdxin. Prijorita oħra għal dan il-baġit se tkun il-ħolqien ta’ aktar ispazji ħodor fl-gżira Għawdxija. Il-ħolqien ta’ spazji ħodor b’mod partikolari
Aqra l-gazzetta diġitali

IL-GBC U L-GTA BI PROPOSTI
GĦALL-BUDGET
2026
Il-konnettività u l-Port tal-Imġarr fuq nett tal-proposti
Il-konnettività u investiment fl-Port tal-Imġarr kienu fuq nett tal-proposti fd-dokument ta’ qabel il-Budget kemm għall-Assoċċazzjoni tat-Turiżmu Għawdxin u anke għall-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.
Dan il-ġurnal tkellem ma’ Joe Muscat, Kap Eżekuttiv tal-GTA fejn saħaq “IlGozo Tourism Association kull sena tippreżenta set ta’ proposti għal Budget li jkun ser jitressaq mill-Ministru tal-Finanzi. Din is-sena wkoll il-GTA ippublikat numru ta’ miżuri li ssostni li għandhom jiġu kkunsidrati biex ikun hemm fondi allokati għalihom biex jiġu mplimentati.
“F’dan is-sens minn dan il-Budget għas-sena 2026, ilGozo Tourism Association qed tistenna li jkun hemm miżuri sabiex inkomplu ntejjbu l-konnettività bejn Malta u Għawdex, f’qafas ta’ pjan ħolistiku.
Miżuri li wħud minnhom jiġu rrealizzati ft-tul fosthom it-tkabbir tal-port talMġarr, vapur alternattiv għan Nikolaus kif ukoll pjan ft-tul għal bdil tal-vapuri preżenti. Filwaqt li hemm miżuri oħra li jistgħu jsiru f żmien relattivament qasir fosthom ir-rural airfeld f’Ta Lambert.”
Muscat ikpompli jgħid li
l-GTA qed tistenna wkoll li fl-Budget ta’ nhar it-Tnejn li ġej ikun hemm miżuri li jkomplu jtejbu l-prodott turistiku.
“Dan l-aħħar kellna l-inawgurazzjoni tal-Kumpless Sportivi u akwatiku fr-Rabat li se jpoġġi lil Għawdex fuq il-mappa tat-turiżmu sportiv. F’dan is-sens il-GTA resqet proposta biex l-eco contribution li tinġabar mill-akkommodazzjoni f’Għawdex għanda tibqa’ fl-gżira
Għawdxija biex tiġi nvestita f proġetti li jkompli jtejjbu u jgħollu l-prodott turistiku
Għawdxi jekk se nkomplu naspiraw għal turiżmu ta’ kwalità kif hemm maħsub f-Envision 2050,” jgħidilna Joe Muscat.
Miżuri oħrajn li għamel referenza għalihom Muscat u li l-GTA qed tistenna li jkunu nklużi fl-Budget 2026 hemm li jkun miżuri konkreti fejn tidħol ir-riżorża umana.
“Qed nistennew proposti sabiex inħajjru aktar ħaddiema lokali jfttxu karriera fs-settur turistiku Għawdxi.
Hekk ikunu qed nagħtu iktar valur u awtentiċita lil oferta turistika Għawdxija li tkompli tagħti esperjenza unika u distinta lit-turisti li jzurna,” jgħid Muscat.
Jgħid li l-Gozo Tourism Association qed tispera li
Għawdex fl-Budget tat-Tnejn
fż-żoni urbani se jkompli jingħata prijorità. Dan anke fl-kuntest tal-importanza li qed tingħata lill-kwalita talħajja, punt li huwa martbut ukoll mal-isfdi tas-saħħa mentali. Għal din ir-raġuni l-Gvern se jkompli jinvesti f’dan il-qasam b’għadd ta’ proġetti li mistennija jiġu mħabbra waqt il-budget >> minn paġna 1 tas-sena d-dieħla.
Għaldaqstant dan huwa baġit li se jkompli jagħmel lil Għawdex reżiljenti għall-futur, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħolqien tax-xogħol, opportunitajiet ġodda u l-ħolqien ta’ niċeċ ġodda. Iżda f-istess waqt, dan il-baġit se jkun qed jaħseb ukoll biex jippreserva l-aspett tal-kwalità tal-ħajja, li Għawdex, huwa tant sinonimu miegħu.

jkun iktar miżuri li jkomplu jħarsu l-ambjent Għawdxi. Miżuri li Għawdex ikompli jiżviluppa b’mod sostenibli u li jħares il-missjoni tiegħu ta’ Gżira ta’ villaġġi. “B’hekk biss nistgħu ngħidlu li Għawdex huwa destinazzjoni differenti min Malta u li tkompli tattira turisti ta’ kwalità.”
“Finalment il-Gozo Tourism Association tistenna li dan ikun Budget li jkompli jinstiga turiżmu ta’kwalita u jagħti sapport lis-settur turistiku Għawdxi flwaqt li jkompli jsaħħaħ il-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin b’miżuri li joħolqu klima sana u kalma għal iktar investment innovattiv kif ukoll b’miżuri li jtejjbu l-kwalita tal-ħajja ta’ kullħadd,” itemm jgħidilna Joe Muscat, Kap Eżekuttiv tal-GTA.
Intant, dan il-ġurnal għamel kuntatt ukoll ma’ Daniel Borg, Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji Għawdxin fejn qalilna li ġimgħat ilu l-Kamra ħarġet numri ta’ proposti li qegħdin jittamaw li dawn jiġu nklużi fl-Budget ta’ nhar it-Tnejn li ġej.
Jgħid li bħala Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qasmu d-dokument ta’ qabel il-Budget taħt 5 kategoriji li huma: 1. Aċċessibbiltà u Konnettività, 2. Diversifkazzjoni Ekonomika u Diġitalizzazzjoni 3. il-Kapital Uman u l-Iżvilupp tal-Ħaddiema Għawdxin, 4. Benesseri tal-Impjegati f ħdan l-Intrapriżi Għawdxin u 5. Proprjetà u Wirt Kulturali.
Fost il-proposti mressqin hemm li jkun hemm Titjib f-infrastruttura talPort tal-Imġarr permezz ta’ riklamazzjoni tal-art, li għandha tintegra wkoll l-infrastruttura neċessarja għall-elettrifkazzjoni tal-fotta tal-Gozo Channel fl-futur.
Il-GBC jitkellem ukoll dwar li l-Gozo Innovation Hub għandu jiġi mibdul f’Ċentru Dinamiku bi spazji modulari u partnerships strateġiċi (eż. DIHub.mt, MDIA).
Tnedija ta’ Skema ta’ Inċentivi għad-Diġitalizzazzjoni ta’ negozji Għawdxin b’cashback ta’ 40–60% fuq investimenti diġitali minn SMEs (websajts, bookings, awtomatizzazjoni, eċċ.).
Il-GBC fost il-ħafna proposti li jsemmu hemm ukoll li li jkun twaqqif ta’ Migrant Workforce Integration Unit, li tofri sapport, gwida legali, u taħriġ fl-lingwa u l-kultura u li jiġi ntrodott taħriġ speċifku f-MCAST t’Għawdex f’setturi permezz ta’ micro-credentials f-AI, enerġija rinnovabbli, agri-tech, tourism-tech, u ICT.
Dwar il-Benesseri tal-Impjegati f ħdan l-Intrapriżi Għawdxin, il-GBC qed jipproponi li tiġi ntrodotta skema ta’ sapport li permezz tagħha l-intrapriżi żgħar Għawdxin jingħataw €3,000 fs-sena biex jutilizzawha ħalli jgħinu l-impjegati tagħhom. Din l-għajnuna tkun tista’ tissarraf f’għajnuniet prattiċi bħal sessjonijiet ta’ counselling lill-ħaddiema tagħhom.
Jiġu ofruti sessjonijiet ta’ konsulenza dwar HR u benesseri immirati lejn ir-realtajiet ta’ negozji żgħar f’Għawdex u anke li jiġi ddistribwit Toolkit dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, b’eżempji lokali u prattiċi tajbin.











10:00 - 17:00
(In case of bad weather, event will be held on Sunday 9th November)









FREE ENTRANCE
Sunday 2nd November 2025
CANDY AND DESSERT STALLS
BEST CAKE DECORATION COMPETITION
TRADITIONAL SWEETS IN THE MAKING
CHILDREN'S AREA
Children’s area will include all the following for FREE: TRAMPOLINE TRAIN BOUNCY CASTLE INFLATABLE SLIDES GAME STATION BALLOON MODELLING FACE PAINTING CHARACTER STATION ROCK CLIMBER





VILLA RUNDLE GARDENS, VICTORIA, GOZO

OTTUBRU X-XAHAR
TAL-OPRI F’GĦAWDEX
La Forza del
Destino titella’ b’suċċess ft-Teatru Aurora

Is-Sibt 11 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, ft-Teatru Aurora fr-Rabat Għawdex
itellgħet b’suċċess l-Opra
La Forza del Destino ta’ Giuseppe Verdi.
Għal din l-opra kien hemm artisti ta’ fama mondjali fosthom is-sopran Liudmyla Monastyrska.
Imwielda l-Ukraina,
Monastyrska tiġi b’fama li ħaditha ft-teatri l-kbar tad-dinja, mill-MetOpera ta’ New York fejn kantat it-Tosca u t-Turandot, sa Munich, l-Arena ta’ Verona, is-San Carlo ta’ Napli, ir-Royal Opera ta’ Londra u fuq kollox il-La Scala ta’ Milan. Din se tkun qed tidher biswit ittenur Stefano Secco f-irwol
ta’ Don Alvaro. Secco deher kemm-il darba f’teatri bħalLa Scala, il-Bastille ta’ Pariġi u t-Teatru ta’ Vienna fost l-oħrajn. Għandu reputazzjoni internazzjonali li ġġib kredibilità u anke ammont ta’ segwaċi; dilettanti tal-opra li jsiefru biex isegwuh. It-trio ewlieni jingħaqad bil-baritonu Grieg Dimitris Tiliakos
li għalih se tkun it-tieni darba f-Aurora din is-sena wara ssuċċess kbir li kellu f’April li għadda meta kanta n-Nabucco f produzzjoni tal-Festival Gaulitana.
Il-lista tal-kast kompliet bil-mezzosopran Taljana Cristina Melis f-irwol mill-isbaħ ta’ Preziosilla u lbaxx Ġappuniż Hidenori In-

oue fl-parti tal-Patri Gwardjan. Magħhom dehru wkoll Tiziano Bracci bħala Fra Melitone, Francesco Napoleoni bħala Mastro Trabuco, Andrea Carcassi bħala s-sindku u l-kirurgu u Davide Procaccini bħala l-Markiż. Il-parti ta’ Curra kienet interpratata mill-Maltija Nicole Vassallo. L-ingaġġ ta’ Monastyrska u l-bqija tal-kast, daqstant kwotat, ma kinitx xi ħaġa faċli iżda hija impenn ċar mit-tmexxija tat-Teatru Aurora sabiex l-opra f’Għawdex tittieħed fl-livell li jmiss. La Forza hija opra ferm difċli. Biss biss, il-kast ewlieni kien jitlob 10 kantanti, il-kor (f’okkażjonijiet kor doppju) jitlob elementi numerużi u b’saħħithom. Mhux ta’ b’xejn li din l-opra ma nsibuhiex daqstant fċ-ċirkolazzjoni –mhux għax mhix sabiħa, iżda għax mhix faċli u rħisa. Iżda l-Aurora mhuwiex jipprova jaqta’ suċċess biss bil-kast. Hija sfda u taqbida sħiħa sabiex lill-udjenzi tiegħu, l-Aurora jibqa’ jagħtihom xi ħaġa ġdida, friska u diferenti; xi ħaġa li ma rajniex bħalha qabel, iżda f-istess ħin xi ħaġa kredibbli, rispettuża lejn il-plot u fuq kollox, estetikament sabiħa. F’dan l-aspett, Riccardo Buscarini ta prova ta’ xogħlu, għal darba darbtejn, bil-Madama Butterfy (2023) u Il Trittico (2024). Din id-darba, ikkollabora ma’ Mara Pieri għad-disinn tal-kostumi u Giammaria Farina; arkitett u disinjatur Taljan li l-portafoll tiegħu jinkludi palkijiet kbar fuq ġewwa u fuq barra, minn kunċerti rock sa opri. Il-kollaborazzjoni attiva tiegħu mad-direttur rinomat David Livermore wasslitu biex kemm-il darba kien qiegħed jaħdem il-famuża Prima della Scala!
Bħas-soltu, Colin Attard dderiġa l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Kor tat-Teatru Aurora.

Teatru Astra jippreżenta l-opra rinomata Tosca
L-opra ċelebri Tosca, li tellgħet ft-Teatru Astra nhar il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ottubru kienet waħda ta’ suċċess kbir u li kompliet tgħolli l-livell tal-produzzjonijiet tal-opri f’pajjiżna. Ma setax jonqos li għal din l-opra tant kbir, it-Teatru Astra jattira kantanti ta’ fama mondjani bħal Martina Serafin li nterpretat l-parti ċentrali ta’ Floria Tosca. Serafn twieldet ġewwa l-Awstrija għand familja ta’ mużiċisti. Hi studjat ġewwa l-Konservatorju ta’ Vienna taħt it-tutelaġġ ta’ Otto Edelman. Serafn għamlet id-debutt tagħha f-operetti imbagħad iddebbuttat f-opera ġewwa Teatru ta’
Graz u dak ta’ Stuttgart fejn malajr kisbet fama mondjali ta’ Sopran speċjalment għall-interpretazzjoni tagħha ta’ dan ir-rwol. Fost it-teatri li kantat fhom insibu dawk ta’ Ruma u Firenze, il-Covent Garden, l-Arena di Verona, La Scala, Caracalla, il-Paris Opera, Vienna Stattsoper, kif ukoll ġewwa Berlin, Melbourne, Beijing u Montecarlo.
Dario di Vietri, artist rinomat għall-vuċi qawwija u għall-preżenza drammatika tiegħu fl-palk, interpreta l-parti ta’ Mario Cavaradossi. Huwa studja fl-Konservatorju ta’ Milan u f-Iskola talOpra Taljana ġewwa Bolonja fejn studja taħt idejn artisti ċelebri bħal Katia Ricciarelli, Jaume Aragall u Luciano Pavarotti. Bid-debutt tiegħu f-irwol ta’ Pinkerton f-opra Madame Butterfy beda karriera illustri fejn saħħar l-udjenzi f-aqwa teatri mondjali fosthom l-Arena di Verona, Teatro San Carlo ġewwa Napli, Teatro del Opera di Roma, La Scala, National Opera ta’ Ateni, Seaol Arts Centre u l-State Opera ta’ Vienna. L-iżjed rwoli li hu sinonimu magħhom huma dawk ta’ Calaf (Turandot), Radamès (Aida), Cavaradossi (Tosca), Don José (Carmen) Samson (Samson et Dalila) Turiddu (Cavalleria Rusticana) Riccardo (Un Ballo in Mascara) u Manrico (Trovatore)
Għal darb’oħra Teatru

Astra laqa’ lil Badral Chuluunbaatar fuq il-palk tiegħu fejn interpreta l-parti tal-Baruni Scarpia. Chuluunbaatar huwa meqjus bħala wieħed mill-baritoni l-iżjed promettenti ta’żmienu. Huwa beda l-istudju tiegħu ġewwa art twelidu l-Mongolja fejn kompla jitħarreġ ġewwa l-Akkademja Mużikali Russa Gnessin fl-Moska. Hu rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom dawk ta’ Rimsky-Korsakov, Bibigul Tulegenova u dak ta’ Eva Martin. Chuluunbaatar għamel id-debutt tiegħu f-Italja f2019 ġewwa t-Teatru La Scala u kompla bil-prestazzjonijiet impressjonanti tiegħu f-Arena di Verona u ġewwa t-Teatri Massimo ta’ Palermo, Petruzzelli ta’ Bari, u Mariinsky ta’ San Pietruburgu fr-Russja. Minkejja l-età żagħżugħa tiegħu Chuluunbaatar diġà interpreta diversi rwoli prinċipali f-opri fosthom Amonasro (Aida) Vermont
(La Traviata) Alfo (Cavalleria Rusticana) Don Carlo (Ernani) Rigoletto (Rigoletto) Gèrard (Andrea Chérnier) u Tonio (Pagliacci)
Teatru Astra kompla bit-tradizzjoni tiegħu li jagħti spazju lill-artisti lokali, hekk kif Noel Galea interpreta l-parti ta’ Angelotti, Louis Andrew Cassar dik tas-sangristan Angelo Muscat ta’ Spoletta, Ivan Vella ta’ Sciarrone, Alessandro della Morte tal-gwardjan tal-ħabs u Jamie Sciberras bħala r-rgħaj.
Il-produzzjoni kienet taħt id-direzzjoni tad-direttur rinomat Taljan Enrico Stinchelli, flwaqt li s-surmast kien ħadd inqas minn Mro Dr John Galea, is-surmast direttur tal-Banda Ċittadina
La Stella. Francis Camilleri mexxa għall-ewwel darba ilkor tal-opra tat-Teatru Astra flwaqt li Matteo Capobianco u Joseph Cauchi mexxew tim ta’ voluntiera fl-vestwarju u xenografja rispettivament.
Bil-kalibru ta’ artisti u
voluntiera li t-Teatru Astra li kellu għal din il-produzzjoni minbarra li ofra spettaklu u kompla jikkonsolida postu bħala wieħed mit-teatri ta’ kalibru f-Ewropa.
Din l-opra ġiet mtella’ grazzi għall-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti, Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u tal-Bank of Valletta



“L-GĦAŻLA LI TĦALLI LIL IBNEK JEW
BINTEK
MHIX ATT LI ĊĊAĦĦADHOM MINN XI ĦAĠA, IMMA TA’ PROTEZZJONI”
– Elaine Pavia Grima
Bħala omm ta’ żewġ su-
bien ta’ seba’ u disa’
snin Elaine Pavia Grima kienet ilha taħseb kif tista’ tevita li tagħti lit-tfal tagħha smartphone qabel ikunu verament lesti jifhmu r-responsabbiltà li ġġib magħha. Din il-gazzetta ħadet il-kummenti tas-sinjura Pavia Grima li fhom qajmet punti ferm interessanti li żgur li wieħed għandu jixtarrhom, partikolarment min hu ġenitur.
“Kont naf li ma kienx se jkun faċli,” tgħid hi. “Meta jikbru ftit oħra, il-maġġoranza tat-tfal tas-sena tagħhom se jkollhom smartphone personali, u eventwalment kienu se jħossuhom diferenti jew iżolati jekk huma ma jkollhomx.”
Bħala edukatriċi, Elaine kienet ukoll konxja millfatt li llum it-tfal sa minn età żgħira anke ta’ seba’ snin, meta jkunu Year 3 qed jingħataw smartphones u li sal-Year 6, kważi kull student ikollu tiegħu.
“Il-pressjoni soċjali hija kbira ħafna,” tispjega. “Meta
tara lit-tfal kollha bi smartphone f’idejhom, il-ġenituri jibdew iħossu li għandhom jagħmlu l-istess biex uliedhom ma jitħallewx barra.”
Kien fuq dan il-punt, li
Elaine ħasbet f’idea: forsi ma kinitx waħedha. “Immaġinajt li hemm ġenituri oħra li qed jinkwetaw bħali, li jispiċċaw jixtru smartphone lil uliedhom mhux għax iridu, imma għax jibżgħu li ma jiġux aċċettati mis-soċjetà.” U hekk, bi ħsieb sempliċi, twieled moviment.
Elaine ingħaqdet ma’ erba’ ġenituri oħra f’Għawdex, kollha bil-ħsieb li jippruvaw jżommu lit-tfal tagħhom mingħajr smartphone personali sa meta jkollhom mill-inqas 13-il sena. Dak li beda bħala grupp żgħir lokali issa kiber f’komunità ta’ aktar minn 200 membru f’WhatsApp, magħrufa bħala Smartphone Free Childhood Gozo.
“Bdejna naqsmu artikli, ideat, u anke esperjenzi personali dwar kif nafaċċjaw din l-isfda. S’issa rajna kemm il-kollaborazzjoni bejn il-ġenituri tagħmel dif-


ferenza. Kulħadd qed jgħin lil kulħadd biex jafaċċjaw pressjonijiet soċjali u difkultajiet prattiċi.” Il-grupp Għawdxi ma waqafx hemm. Dawn il-ġenituri ħolqu profl fuq Instagram bl-isem @smartphonefreechildhoodmalta. Huma u ġenituri f’Malta li qed jagħmlu inizjattiva simili (permezz tal-paġna “Smartphone Free Childhood Malta & Gozo” fuq Facebook), ingħaqdu fimkien u t-tnejn issa huma parti minn moviment globali ta’ ġenituri li jippromwovu
tfulija b’saħħitha u bla dipendenza minn smartphones. Skont Elaine, ir-raġunijiet għal din l-għaqda huma ovvji: “Studji internazzjonali juru li t-tfal ma għandhomx ikollhom smartphone qabel l-età ta’ 14-il sena. L-efetti fuq moħħhom huma serji u ft-tul.” Elaine tispjega li l-periklu mhux biss fl-ħin eċċessiv li jqattgħu t-tfal fuq l-ismartphone, iżda wkoll f-efett psikoloġiku tal-użu kontinwu tas-social media. “Ir-riċerka turi li l-‘iscrolling’ kontin-
wu u r-rispons immedjat ta’ likes u vidjows qosra jattivaw il-produzzjoni ta’ dopamine, il-kimika tal-moħħ li tagħtina sens ta’ pjaċir bħallalkoħol jew id-droga,” tgħid bi tħassib.
“Meta dan iseħħ ta’ spiss, it-tfal jibdew iħossu li l-attivitajiet normali ma jagħtuhomx sodisfazzjon biżżejjed. Jiżviluppaw dipendenza psikoloġika li tħallihom dejjem ifttxu aktar stimulazzjoni u l-periklu huwa li eventwalment ikunu esposti għal kontenut xokkanti jew

pornografku li moħħhom għadu mhux matur biżżejjed biex jifhem.”
Elaine temmen li s-soċjetà għadha ma tatx l-istess importanza lill-perikli tas-social media bħal ma tagħmel ma’ sustanzi bħall-alkoħol u d-droga. “Aħna nitkellmu dwar il-vizzji kollha imma ftit huma dawk li jgħidu ċar u tond li s-social media tista’ tkun forma ta’ vizzju wkoll. Inħoss li l-awtoritajiet għandhom jirregolaw dan, mill-aktar fs possibli.”
F’Malta, il-Gvern diġà nieda diskussjoni dwar ir-regolamentazzjoni tas-social media bil-ħsieb li jressaq liġi fl-jiem li ġejjin. Elaine tħares lejn dan bħala pass pożittiv, iżda temmen li l-edukazzjoni tal-ġenituri hija wkoll essenzjali.
Bħala senior lecturer fMCAST u eks-għalliema tal-iskola primarja, Elaine għandha esperjenza diretta ma’ tfal u żgħażagħ. Hi tgħid li t-tfal u l-adoloxxenti illum huma aktar esposti għall-bullying diġitali u għall-manipulazzjoni mis-social media. Elaine tispjega kif is-social media tiddisinja algoritmi li juru kontenut dejjem aktar estrem lit-tfal, anke jekk inizjalment ma jkunux ifttxuh. “Dan iwassal għal iżolament u problemi serji ta’ stima personali, speċjalment fost il-bniet. Jibdew jaraw l-immaġni tagħhom bħala xi ħaġa li trid tgħaddi minn fltru biex tkun ‘aċċettata’,” tgħid.
Hija tgħid li ħafna drabi l-problema tibda minn ġenituri li jagħtu l-ismartphone l-qadim tagħhom lit-tfal meta jixtru wieħed ġdid. “Naħsbu li qegħdin nagħmlu ġest innoċenti, imma fl-verità nkunu qed niftħulhom ilbieb għal din id-dipendenza. F’dan il-kas tgħid li jkun aħjar tixtrilhom brick phone jew fip phone sempliċi bla apps biex jibqgħu f’kuntatt”.
Xi ġenituri ta’ tfal akbar f ħdan il-grupp qalulha bla tlaqliq li l-mument li tawhom smartphone, tilfuhom. Elaine tgħid li dawn l-esperjenzi huma allarmanti u li għandhom jservu ta’ lezzjoni.
Bħala parti mill-inizjattiva, hi bdiet tagħti laqgħat u taħditiet f-iskejjel biex

tqajjem kuxjenza fost il-ġenituri u l-edukaturi. “Aħna nifhmu lill-ġenituri li taw smartphone lit-tfal tagħhom mija fl-mija, għax nifhmu li kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri jinsabu taħt pressjoni kbira dwar dan.
Il-kumpaniji l-kbar tat-teknoloġija poġġew lilna l-ġenituri f’sitwazzjoni kerha li kull kif ħażin, għax jew nagħtuhom prodott li nafu li jagħmel ħsara lil uliedna, jew se npoġġuhom f’sitwazzjoni li jħossuhom emarġinati minn sħabhom. B’din l-inizjattiva l-ġenituri Maltin u Għawdxin issa għandhom alternattiva. Aktar ma jkun hemm ġenituri li jiftehmu li jtawlu ż-żmien ta’ meta jixtrulhom smartphone, aktar tonqos il-pressjoni kemm minn fuq it-tfal, kif ukoll minn fuq il-ġenituri.”
Elaine tinsisti li l-iskop tal-grupp hu li joħloq solidarjetà. “Mhux kulħadd għandu l-istess kundizzjonijiet, imma meta ningħaqdu, inħossu li nistgħu nkunu aktar b’saħħitna bħala ġenituri u ngħinu lil xulxin nieħdu deċiżjonijiet aħjar.”
F’Għawdex, il-komunità bdiet f’Jannar b’ġenituri ta’ tfal fr-raba’ sena iżda qed tespandi malajr, bl-għan li tkopri l-iskejjel primarji kollha.
Hi tfaħħar ukoll lill-kap tal-iskola primarja tal-gvern ta’ Għawdex, Lelio Spiteri, li jgħinhom ft-tixrid tal-messaġġ. “Mingħajru ma konniex naslu fejn wasalna. Il-‘Happy School’ tiegħu saret ċentru ta’ din il-bidla.”
Il-ġenituri fl-grupp joħolqu ħolqiet jew bl-Ingliż links għal artikli u vid-
jows edukattivi dwar sigurtà diġitali, sesswalità, u protezzjoni online. Din l-inizjattiva tirrakkomanda li tfal li jibda jkollhom bżonn iżommu kuntatt mal-ġenituri jew mal-ħbieb, ikollhom mobiles bażiċi minfok smartphones.
Għat-tfal akbar, il-moviment internazzjonali Smartphone Free Childhood jirrakkomanda wkoll telefowns moderni li jidhru bħall-smartphones iżda ma jappoġġjawx apps tas-social media, biex jevitaw li jkun hemm kontenut espliċitu jew manipulattiv.
Il-komunità qed tikber tant li issa qed jikkunsidraw gruppi diferenti, fosthom wieħed għall-ġenituri li ttfal tagħhom diġà għandhom smartphone, biex jaqsmu ideat dwar kontrolli tal-ġenituri u limiti sikuri.
Elaine tgħid b’ċertezza: “Aħna mhux kontra t-teknoloġija, imma favur tfulija bilanċjata. Irridu li wliedna jkollhom ħin għal-logħob, għal ħbiberiji veri, u biex jikbru b’saħħithom mentalment u emozzjonalment.”
U bi tbissima żgħira żżid: “Jekk nibdew minn issa, nistgħu nkunu l-ġenerazzjoni li trabbi tfal li ma humiex imwaħħlin mal-iskrin, imma marbuta mal-ħajja reali.”
Il-messaġġ fnali ta’ Elaine Pavia Grima huwa ċar, l-għażla li tħalli lil ibnek jew bintek mingħajr smartphone mhix att li ċċaħħadhom minn xi ħaġa, imma ta’ protezzjoni. Huwa mod kif tgħinhom jikbru b’awtokuxjenza, ħiliet soċjali u ħajja aktar vera lil hinn mill-fltri u l-“likes” li l-midja soċjali kapaċi tiġġenera.