
“Irridu nkomplu

ntejbu l-esperjenza tal-istudenti u noħolqu opportunitajiet ġodda għal kulħadd”
Fl-aħħar erba’ snin ġew imwettqa sensiela ta’ proġetti f’Għawdex
>> f’paġna 9
Inawgurat Ċentru għas-Servizzi tas-Saħħa fir-Rabat, Għawdex
f’paġna 3





![]()

“Irridu nkomplu

ntejbu l-esperjenza tal-istudenti u noħolqu opportunitajiet ġodda għal kulħadd”
Fl-aħħar erba’ snin ġew imwettqa sensiela ta’ proġetti f’Għawdex
>> f’paġna 9
Inawgurat Ċentru għas-Servizzi tas-Saħħa fir-Rabat, Għawdex
f’paġna 3





Fl-aħħar erba’ snin, Gvern Laburista wera biċ-ċar li Għawdex hu fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu. Proġetti ambiżżjużi li permezz tagħhom l-Għawdxin ingħataw ħajja aħjar. Fost l-oħrajn saru investimenti kbar fl-infrastruttura u anke fis-saħħa.
Ekonomija u xogħol
– Il-qgħad f’Għawdex, nizel b’90% għall-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja
– Ix-xogħol f’Għawdex għal Għawdxin, żdied b’7,000 impjieg ġdid, minn 10,000 fl-2012 għal 17,000 impjieg f’Għawdex stess
– Dawn l-impjiegi fil-parti l-kbira tagħhom inħolqu fis-settur privat, fejn illum 70% jaħdmu mal-privat għal kuntrarju tal-passat fejn 50% biss kienu mas-settur privat
– Illum is-settur professjonali, finanzjarju u digitali f’Għawdex ħoloq 400 miljun ewro, jew aktar milli kienet l-ekonomija kollha Għawdxija fl-2012.
– Fl-aħħar ħames snin l-ekonomija Għawdxija kibret b’darbtejn ir-rata medja ta’ tkabbir madwar l-UE.
Konnettività
– Triplaw it-tragitti talGozo Channel, minn 15,000 vjaġġ li kien ikun hemm fis-sena għal madwar 38,000 fis-sena
– Ġie ntrodott is-servizz tal-Fast Ferry mill-Port tal-Imġarr għall-Belt Valletta.
– Tibdil fl-iskeda tal-Fast Ferry biex sar aktar frekwenti matul is-sena kollha.
– sostenn finanzjarju b’saħħtu biex is-servizz issussidjat ma jkunx ta’ impatt finanzjarju għall-Għawdxin u l-istudenti
– Ġie mplimentat it-tieni fibre optic cable.
– Ftit tal-jiem oħra, se tiġi introdotta t-tieni rotta tal-fast

ferry, li se tgħaqqad lil Għawdex ma’ Bugibba u ma’ tasSliema.
– Tnieda l-pjan ta’ Eur 130M sabiex il-flotta tal-Gozo Channel tissaħħaħ b’żewg vapuri ġodda li mistennija jidħlu fis-servizz fl-2029, retro fitting tal-vapuri ezistenti kif ukoll rotta ġdida għal merkanzija minn Għawdex lejn Ras Ħanżir jew il-Freeport.
– Inħatret task force biex fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin nagħtu wkoll it-triq ’il quddiem possibilment, għall-espansjoni tal-port tal-Imgarr, triq alternattiva għall-istess port, u possibilment punt ieħor fil-gżira Għawdxija fejn il-fast ferry jista’ jopera minnu.
– Dalwaqt se jibda x-xogħol fuq il-mitjar.
Turiżmu
– Żidiet rekord fit-turiżmu u tkompew jisaħħu l-attivitajiet kulturali
– Tnidiet l-Istrateġija għal Għawdex: Gżira ta’ Villaġġi.
Restawr
– Kull binja ġdida f’Għaw-
dex mill-2022 bdiet tinbena b’faċċata tal-ġebla tal-franka.
– Għajnuna finanzjarja ta’ €40,000 għax-xiri tal-proprjetajiet f’Għawdex, lill-firsttime buyers, li huma f’UCA sabiex jinvestu fid-djar fiċ-ċentri tal-irħula tagħna filwaqt li tkompli l-eżenzjoni ta’ taxxa fuq l-istess postijiet fil-UCA sal-ewwel 750,000 ewro.
– Tnedija tal-iskema “Irrestawra Darek u l-Villaġġ” għaż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana.
– Investiment fil-pjazez u żoni urbani li huma ċ-ċentri tal-irħula.
– Tlestija ta’ Pjazza San Franġisk fir-Rabat, u ġew imsebbħa Pjazez ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat u l-Pjazza tal-Munxar.
– It-Torri tal-Qbajjar se jkun qiegħed jitgawda f’attrazzjoni edukattiva u turistika.
Infrastruttura
– Tlestew aktar minn 60 triq madwar Għawdex
– Inbnew mill-ġdid Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem u Triq l-Imġarr, in-Nadur.
– Bypass ġdida - Triq Ġorġ Pisani u miexi sew ix-xogħol fi Triq ta’ Marsalforn.
– Tlestiet Triq l-Imgħallem u t-Triq ta’ wara s-Sur b’junction ġdida li eliminat il-bottleneck.
– Ingħata bidu għal proġett maġġuri Qala-Nadur Link.
– Tlestiet il-junction li tgħaqqad lir-raħal Ta’ Sannat mar-Rabat, ix-Xewkija u l-Munxar.
Parks
– Ġiet irregolata ż-żona rikreattiva Ta’ Passi f’Għajnsielem sabiex tkun tista’ titgawda mill-pubbliku
– Qed issir ħidma fuq il-proġetti tal-Victoria Park u Pjazza l-Assedju fir-Rabat Għawdex sabiex mhux biss jiżdiedu l-parkeġġ imma jinħolqu spazju miftuħ f’żoni urbani
Sports:
– Il-Padiljun Akkwatiku u Sportiv fir-Rabat, Għawdex.
– Opportunità lill-atleti Għawdxin li jibdew jirrappreżentaw lil Għaw-
dex fl-International Island Games.
– Se jsir il-proġett tat-trakka tal-atletika.
Edukazzjoni
– Bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex u immodernizzar u estensjoni tal-Middle School fir-Rabat Għawdex.
– Immodernizzar tal-iskola Primanja tan-Nadur u bħalissa għaddej rinnovar estensiv fl-iskejjel primarji Ta’ Kerċem, fiż-Żebbuġ u daqt jibdew fl-iskola talGħarb.
– Studenti li jistudjaw Malta ingħataw sussidju ta’ €280 fix-xahar u 15% żieda fl-istipendji kif ukoll għajnuna finanzjarja lill-ġenituri tagħhom.
Anzjani
– Infetħet Dar San Ġużepp f’Għajnsielem u Casa Giuseppe fir-Rabat
– Tnedija ta’ bosta servizzi għall-anzjani fil-kumdità taddjar tagħhom.
Saħħa
– MRI ġdida fil-GGH
– CT scanner ġdid fil-GGH
– Maġna ġdida tal-monogram
– Introduzzjoni tal-klinika tal-insulin pumps
– Berġa ġdida fir-Rabat Għawdex
– Numru ta’ kliniċi fil-komunità
– Maġna tal-bone density fil-GGH
– Bini tal-helipad fil-GGH
– Tintemm l-ewwel fażi tal-estenzjoni tal-labpratorju
– Rinnovar fil-GGH
– Flotta ġdida ta’ 6 ambulanzi mgħammra bl-aħħar teknoloġija
– Ċentru għas-servizzi tas-Saħħa fil-qalba tar-Rabat Għawdex
– Sleep Apnea fil-GGH

130 miljun se jiġu investiti fil-Gozo Channel biex ikollha flotta ta’ ħames vapuri
L-iskejjel kollha ta’ Għawdex jinbnew mill-ġdid
Instalazzjoni ta’ żewġ ċentri ta’ distribuzzjoni sabiex tisaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl
Se jiġu investiti 45 miljun ewro għal cable taħt il-baħar biex titjieb il-provista tal-elettriku f’Għawdex
Jinbnew mill-ġdid 100 triq residenzjali fi 3 snin
Servizz tal-Gozo Channel b’xejn għal dawk kollha li jaqsmu bil-pass
Il-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fis-Sannat Għawdex ħabbar li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista se jinkludi fih 100 proposta għal Għawdex, liema proposti kollha kemm huma twieldu mil-laqgħat man-nies. Huwa ħabbar dan l-Erbgħa filgħaxija f’intervista li saritlu minn Melissa Vella Buhagiar f’Ta’ Sannat, Għawdex.
Dr Abela beda biex qal li jemmen li ma tistax tieħu deċiżjonijiet ta’ skala nazzjonali jekk ma tifhimx l-aspirazzjonijiet u l-prijoritajiet tan-nies. “Is-suċċess ta’ din il-leġiżlatura kien għax ħadna sensiela ta’ deċiżjonijiet f’mumenti ta’ sfidi bla preċedent. Però l-prinċipju baqa’ konsistenti - dak li nisimgħu fit-toroq, fil-pjazez. Is-sabiħ ta’ kampanja huwa wkoll li tiltaqa’ ma’ tant u tant nies.”
Il-Prim Ministru tkellem dwar ir-realtà tal-bidla kbira li saret f’Għawdex f’dawn laħħar ftit snin. Huwa qal li fejn Għawdex kien milqut bl-istaġjonalità fis-settur tal-ospitalità u t-turiżmu, issa għandna turiżmu li jaħdem is-sena kollha.
Huwa rrefera għaż-żjara li kellu aktar qabel f’kumpanija tat-tech, fejn qal li din iż-żjara wriet l-importanza li rnexxielhom joħolqu industriji ta’ valur miżjud f’Għawdex stess, t’opportunitajiet li

jistgħu jaħtfuhom l-Għawdxin fil-gżira Għawdxija.
Dr Abela qal ukoll li jrid jibqa’ jara lil Għawdex li jżomm il-karatteristiċi distinti tiegħu. “L-iżvilupp Għawdxi rrid narah magħġun fis-sostenibilità, fil-politika ta’ Għawdex - Gżira ta’ Villaġġi.” “Jien verament nemmen li Għawdex huwa mutur ekonomiku. Nemmen li din il-gżira għandha futur sabiħ quddiemha.”
Il-Prim Ministru żied jgħid li l-investiment kollu li hu meħtieġ għal Għawdex se
jingħata. Fisser kif iċ-Ċentru Akwatiku u Sportiv fir-Rabat Għawdex huwa state of the art u wera l-impenn tal-Gvern li verament jinvesti l-aqwa għal din il-gżira.
Semma wkoll l-investiment li qed isir fit-toroq fejn qal li diġà tlestew 13-il triq mill-100 triq residenzjali mwiegħda għal Għawdex fi tliet snin.
Barra minn hekk, huwa tkellem dwar it-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni taddawl.
“Se naraw li ninstallaw
żewġ ċentri ta’ distribuzzjoni sabiex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl.
Però se nħabbar ukoll proġett ieħor importanti - ittqegħid ta’ cable taħt il-baħar ġdid, ta’ 132kV. Mhux valur żgħir.
€45 miljun li huwa nista’ nsejjaħlu hekk interconnector bejn Malta u Għawdex biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distibuzzjoni taddawl,” qal il-Prim Ministru. Huwa ħabbar ukoll li sa tmiem il-leġiżlatura li jmiss,
jekk il-poplu jagħtihom il-fiduċja, se jaraw li jagħmlu mmodernizzar tal-iskejjel kollha f’Għawdex.
Il-Prim Ministru fakkar dwar proposta oħra tal-Partit Laburista, dik li s-servizz tal-vapur t’Għawdex ser ikun b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha li jaqsmu bil-pass bejn iż-żewġ gżejjer. Dr Abela semma wkoll l-investiment li se jsir filGozo Channel fejn ħabbar li sal-aħħar tas-sena “se nkunu qegħdin noħorġu tender għal żewġ vapuri ġodda”.












































WIEĦED, skultura ġdida minn Austin Camilleri, ġiet installata f’Ras ir-Reqqa, fil-limiti ta’ Żebbuġ.
Il-proġett kien wieħed minn erba’ skulturi magħżula permezz ta’ sejħa miftuħa għall-Arti Pubblika fl-2021 mill-Ministeru għal Għawdex u eventwalment ikkummissjonat mill-istess Ministeru fl-2023.
Din l-iskema kellha lgħan li ssaħħaħ l-involviment kulturali billi żżid il-preżenza tal-arti pubblika kontemporanja f’Għawdex permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ evalwazzjoni.
WIEĦED jirrappreżenta intervent kuraġġuż li jerġa’ jaħseb ir-relazzjoni bejn il-monument, il-pajsaġġ u l-identità kulturali. Billi jgħaqqad l-proċess kreattiv mal-fond kunċettwali, WIEĦED joħloq “immaġni
pura” ispirata mill-istatwarju Ewropew. Ix-xogħol jerġa’ jinterpreta l-kodiċi skulturali tradizzjonali permezz ta’ proċess ta’ kampjunar u trasformazzjoni. Ir-riżultat huwa kemm familjari kif ukoll disturbanti, liema forma żżomm il-grandjożità tal-monumenti klassiċi filwaqt li b’mod sottili tikkontesta n-natura awstera tal-awtorità tagħhom u tirrifletti fuq il-kundizzjoni naturali li tmur lil hinn millbniedem. Il-forma tagħha tirrifletti l-kontorn kostali tas-sit u tidħol f’djalogu malGħar Billighurst li jinsab mgħarraq.
L-arti pubblika, min-natura tagħha, tistieden diskussjoni, fejn WIEĦED jidħol f’din il-konversazzjoni bħala intervent artistiku kontemporanju li jinvolvi ruħu direttament mal-ambjent naturali u għandu l-għan li jsir ikona kostali kontemporanja,

li jħares lura lejn it-torrijiet tal-għassa storiċi ta’ Malta u Għawdex u jikkontribwixxi għall-identità kulturali talgżira.
L-istruttura asimmetrika tal-iskultura tal-bronż, ikkaratterizzata minn cantilever pronunzjat, tinkludi struttura kumplessa sostnuta minn armatura tal-azzar, maħsuba
biex tiflaħ għall-kundizzjonijiet kostali.
L-installazzjoni tagħha kienet tinvolvi ppjanar strutturali mirquma u analiżi ambjentali.
Ma ġew introdotti l-ebda mogħdijiet ġodda, pedestall jew dawl artifiċjali bħala parti mill-proġett, sabiex jiġi żgurat intervent minimu
u tiġi ppreservata l-integrità tal-pajsaġġ pubbliku. Fl-aħħar mill-aħħar, WIEĦED ifittex li jibdel il-perċezzjoni tal-arti u tal-pajsaġġ, billi jippożizzjona ruħu bħala simbolu kulturali dejjiemi li jgħaqqad il-passat mal-preżent filwaqt li jeżisti f’armonija mal-ambjent naturali.








ST FRANCIS SQUARE, VICTORIA ,GOZO 8:30PM


FEATURING: MICHELA
JANVIL 15 MAY



Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar 4 skemi t’inċentivi sabiex ikompli jiġi stimulat il-progress ekonomiku u operattiv f’Għawdex. Dawn huma: Is-Supporting Sustainable Quality Employment Scheme, is-Supporting Knowledge based Sectors in Gozo Scheme, is-Supporting Marketing Initiatives for the Accommodation Sector in Gozo Scheme u l-Promoting Gozo’s Niche Tourism Markets Scheme.
Il-Ministru Camilleri stqarr li “Filwaqt li l-qgħad f’Għawdex huwa prattikament ineżistenti, l-objettiv ta’ wħud mill-iskemi huwa sabiex ninċentivaw lil min iħaddem ikompli joffri impjiegi ta’ valur miżjud filwaqt li nsostnu aktar impjiegi stabbli u b’kundizzjonijiet kompetittivi. Fl-aħħar snin, il-progress ekonomiku
f’Għawdex kien bla preċedent u skont l-aktar statistika riċenti mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-Prodott Gross Domestiku żdied b’61% flaħħar erba’ snin.
Fl-istess perjodu, kellna żidiet sinifikanti f’setturi meqjusa ta’ valur għoli, fosthom is-settur tal-Finanzi u l-Assikurazzjoni li ra żieda ta’ 38% fl-impjiegi, filwaqt li s-settur tal-Informatika u Kommunikazzjoni ra żieda ta’ 36%.”
Is-Supporting Sustainable Quality Emploment Scheme għandha lgħan li ssostni impjiegi li huma aktar stabbli u li fl-istess waqt ikunu offruti pagi aktar kompetittivi. Fost id-diversi kriterji ta’ eliġibbiltà, l-impjieg irid ikun f’Għawdex filwaqt li l-impjegat ikun residenti f’Għawdex ukoll.
L-impjieg irid ikun ġie ġġenerat
minn Novembru 2025 ‘il quddiem. Flaħħar sentejn, din l-iskema iġġenerat €348,000 f’inċentivi.
Is-Supporting Knowledge based Sectors in Gozo Scheme hija mmirata biex tkompli tinċentiva impjiegi ta’ valur miżjud.
Eliġibbli huma impjiegi f’Għawdex, filwaqt li l-impjegat ikun residenti f’Għawdex. L-impjieg irid ikun ġie ġġenerat minn Novembru 2025 ‘il quddiem. Fl-aħħar sentejn, din l-iskema provdiet €122,000 f’inċentivi b’60% jmorru fil-qasam legali, finanzi, u dak diġitali.
Is-Supporting Marketing Initiatives for the Accommodation Sector in Gozo Scheme toffri sapport lis-setturi tal-akkomodazzjoni turistika sabiex itellgħu aktar kampanji promozzjonali diġitali u professjonali, bl-objettiv
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura Ċentru għas-Servizzi tas-Saħħa fil-qalba tar-Rabat, Għawdex. Ġie spjegat kif dan iċ-ċentru, li qabel kien iservi bħala l-klinika ewlenija tal-kura primarja, issa ġie rinnovat biex jilqa’ fih żewġ kliniċi tal-podjatrija u uffiċċju għassaħħa regolatorja.
Fil-fatt, il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif illum qed titwettaq wegħda oħra bl-introduzzjoni f’Għawdex tal-Uffiċċju tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani, l-OPSA, u l-Uffiċċju għas-Supretendenza tasSaħħa Pubblika.
Dr Abela qal kif f’Għawdex, il-bżonn għas-servizz ta’ podjatrija dejjem qed jikber. Spjega li f’sena t-tim Għawdxi jara ’l fuq minn 14,000 pazjent. Għalhekk, ir-rilokazzjoni ta’ dawn il-kliniċi ħa ttejjeb is-servizz offrut, filwaqt li toħloq aktar spazju għal servizzi radjografiċi fil-Klinika tal-Kura Primarja fir-Rabat, Għawdex.
“Dan iċ-ċentru huwa riżultat tal-ħidma tal-Gvern lejn il-Viżjoni 2050.
li turiżmu ta’ valur miżjud ikun aktar immirat.
Il-Promoting Gozo’s Niche Tourism Markets Scheme toffri sapport lil-operaturi fil-qasam biex jipparteċipaw f’fieri internazzjonali tat-turiżmu u jwettqu kampanji promozzjonali sabiex, Għawdex ikompli jiġi preżentat bħal destinazzjoni ta’ esperjenza.
Il-Ministru Clint Camilleri enfasizza li dawn l-iskemi huma parti minn viżjoni ċara għal Għawdex aktar b’saħħtu u sostenibbli, fejn it-tkabbir ekonomiku jimxi id f’id mal-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
“Se nibqgħu ninvestu f’miżuri li joħolqu opportunitajiet ġodda, isaħħu s-setturi strateġiċi u jpoġġu lil Għawdex fuq quddiem nett bħala ekonomija moderna, reżiljenti u innovattiva,” temm jgħid il-Ministru.

Ħa nkomplu nwasslu aktar servizzi tas-saħħa viċin l-Għawdxin. Ser inkomplu noffru servizzi tal-ogħla livell u nkomplu nintroduċu servizzi ġodda biex pazjenti Għawdxin ikomplu jingħataw
aktar kura f’Għawdex stess”, temm jgħid Dr Abela.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja Karl Farrugia qal, kif dan iċ-ċentru ser jgħin biex mill-14,000 pazjent Għawdxi tal-podjatrija fis-sena, mal-5,000 persuna ser jibdew jingħataw kura minn dan iċ-ċentru. Temm jgħid kif dan ser jgħin biex aktar pazjenti jinqdew mill-komunità b’servizz aktar spedit.














