Skip to main content

Kurrenti Frar 26

Page 1


IL-PARATA TAL-KARNIVAL

Il-baħar rasu iebsa!

Taskforce

FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA

“Nilbes kostum differenti kuljum... l-għada tal-karnival nibda naħseb għas-sena ta’ wara” – Jonathan Vella

“Qed nistennew andament li jqarreb lejn is-snin li għaddew”

... Iżda hemm diversi fatturi li jistgħu jaffetwaw lin-negozju din is-sena għaż-żmien il-Karnival

– Joe Muscat, Kap Eżekuttiv tal-GTA

I“SJOELLSON BEZZINA

’issa kollox qiegħed jindika li l-andament ta’ turiżmu f’Għawdex fi żmien il-karnival se jkun fuq l-istess livelli ta’ dak li kellna s-snin li għaddew.” Hekk stqarr magħna Joe Muscat Kap Eżekuttiv tal-Assoċċazzjoni tat-Turiżmu Għawdxija.

s-Sibt 22 ta’ Frar fir-Rabat Għaw dex, tul Triq ir-Repubblika, organizzata parata spettakolari fejn kien hemm attendenza numer uża, biex ingħata bidu għall-attivita jiet tal-karnival li jiġu organizzati f’din il-gżira.

Jistqarr li din is-sena hemm diversi fatturi li jistgħu jiddetreminaw kif se jkun in-negozju fi żmien il-karnival. “Il-fatt din is-sena qiegħed ikollna xitwa qalilha u jista’ jkun li t-temp ikun fattur li jekk fil-ġranet tal-karnival se jerġa’ jkun ir-riħ u maltemp, dan jista jtellef,” jgħidilna Muscat.

Il-Kap Eżekuttiv jgħid b’mod skjett li t-turiżmu f’Għawdex fi żmien bħalma hu l-Karnival se jkun kollu marbut mal-konnettività. “Huwa ovvju li jekk is-servizz tal-fast ferry u tal-Gozo Channel ikun interrot minħabba l-maltemp, allura l-vizitaturi lejn Għawdex se jonqosu. Xi ħaġa li qegħdin naraw fl-aħħar snin, minn

F’din il-parata ħadu sehem aniji taż-żfin, kemm tat-tfal kif tal-kbar, kif ukoll maskri grotteski karru tal-karnival li ser jieħdu matul dawn il-jiem ta’ briju li jiġu ganizzati madwar Għawdex. Il-Kunsilli Lokali ta’ diversi litajiet se jorganizzaw programmi varji tal-Karnival, hemm ukoll nival popolari, dak spontanju

dur, li jibda mill-Ġimgħa

Issir l-ewwel laqgħa

tat-Taskforce dwar il-futur

tal-Port tal-Imġarr

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, flimkien mal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett, ħabbru li kienet saret l-ewwel laqgħa tat-Taskforce dwar il-futur tal-Port tal-Imġarr, Għawdex bħala parti mill-viżjoni tal-Gvern li jaħseb fil-lum u jinvesti filġejjieni.

Minħabba l-importanza strateġika tal-Port tal-Imġarr, il-fatt li huwa l-uniku punt ta’ aċċess għal Għawdex, u l-impatt dirett tiegħu fuq is-soċjetà u l-ekonomija Għawdxija, ġiet stabbilita Taskforce. Din it-Taskforce se tevalwa l-istat attwali tal-port u tressaq rakkomandazzjonijiet għal operat sostenibbli, reżiljenza fit-tul u soluzzjonijiet strateġiċi possibbli kemm għall-Port tal-Imġarr kif ukoll għall-gżira ta’ Għawdex, sabiex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu aħjar maż-żieda fl-attività ekonomika u turistika għas-snin li ġejjin. Il-Ministru Clint Camilleri stqarr kif matul l-aħħar għaxar snin, it-tkabbir ekonomiku bla preċedent f’Għawdex, flimkien maż-żieda konsistenti fit-turiżmu domestiku u dak inbound, wasslu għal żieda sinifikanti fl-attività fil-Port tal-Imġarr. Huwa kompla jispjega li, “Kulħadd qed jara b’għajnejh in-numri rekord ta’ viżitaturi li qed jesperjenza Għawdex. Dan il-port sar wieħed mill-aktar portijiet marittimi impenjattivi fl-Ewropa f’termini ta’ numru ta’ vapuri u volum ta’ passiġġieri. Din iż-żieda fl-attività qed tpoġġi pressjoni dejjem akbar fuq il-port u fuq l-infrastruttura relatata, b’mod partikolari fuq Triq ix-Xatt, li bħalissa hija l-unika triq li tgħaqqad il-port mal-bqija tal-gżira. Huwa għalhekk li kif wegħedna, ħloqna din it-Taskforce sabiex dan il-Gvern ikompli jikkonsulta, jieħu l-aqwa

deċiżjonijiet u finalment

jwettaq pjan għall-futur.”

Il-Port tal-Imġarr jgħaqqad lil Għawdex ma’ Malta u jservi bħala hub multimodali ta’ trasport u loġistika. Huwa essenzjali sabiex tkun garantita konnettività bla waqfien, 24 siegħa kuljum, bejn il-gżejjer Maltin permezz ta’ diversi operaturi, fosthom il-Gozo Channel Operations Ltd u l-Gozo Highspeed. Din il-konnettività hija kruċjali għall-ivvjaġġar ta’ kuljum tar-residenti u l-viżitaturi, kif ukoll għall-attività ekonomika, it-turiżmu, it-trasport tal-merkanzija u l-operazzjonijiet ta’ emerġenza.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Chris Bonett qal li fi ftit żmien il-konnessjonijiet lejn Għawdex ser ikunu qed jirduppjaw hekk kif maċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta, ser jiżdiedu Buġibba u Tas-Sliema permezz ta’ rotta ġdida tal-fast ferry. Huwa qal li l-pjan fit-tul għall-konnettività f’Għawdex li ħabbar ilGvern aktar kmieni f’Jannar irid ikun ikkumplimentat bi pjan ieħor li ttejjeb l-infrastruttura f’Għawdex.

“Bil-parties li qed jiġu organizzati fi żmien il-karnival qed nitilfu l-karattru?”

>> minn paġna 1

meta kien hemm titjib fil-konnettività hija li t-turist fi żmien il-karnival qiegħed jista’ jkun li jiġi ġurnata u jerġa’ jmur lura u allura mhux qiegħed jagħmel tal-inqas lejl f’pajjiżna,” jgħidilna Muscat filwaqt li baqa’ jagħmel enfasi li din is-sena hemm diversi fatturi dwar kif se jkun it-turiżmu fil-karnival.

L-għan ewlieni tat-Taskforce huwa li tfassal pjan strateġiku għall-użu massimu u sostenibbli għall-futur talPort tal-Imġarr u possibilment espansjoni tal-faċilitajiet, sabiex dan ikompli jservi bħala hub multimodali ta’ trasport u loġistika li jkun effiċjenti, reżiljenti u sostenibbli. Dan il-proċess se jsir permezz ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet responsabbli u trasparenti, b’involviment attiv tal-komunità Għawdxija u tal-partijiet interessati kollha.

It-Taskforce għandha fost oħrajn, tagħmel valutazzjoni tal-impatt tal-port fuq is-soċjetà u l-ekonomija ta’ Għawdex, esplorazzjoni ta’ konnessjonijiet alternattivi tat-toroq bejn il-Port tal-Imġarr u n-netwerk arterjali tal-gżira, u analiżi tal-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali ta’ dawn l-għażliet. Se jiġu żviluppati wkoll rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-operat sostenibbli u r-reżiljenza fit-tul tal-port u tal-infrastruttura relatata, filwaqt li jiġu esplorati soluzzjonijiet strateġiċi biex Għawdex ikun jista’ jindirizza aħjar id-domanda dejjem tikber.

Dwar it-titjib fil-konnettività Muscat jgħid li dan il-fattur li l-vapuri qegħdin jaħdmu anke bil-lejl rajna tnaqqis minn snin ilu. “Eżempju l-ewwel indikazzjoni kienet waqt l-opri. Qabel kienu jiġu jaraw l-opra u minħabba li ma kienx hemm vapur bil-lejl kienu jikru lukanda jew appartament... illum wara li tispiċċa l-opra ħafna jerġgħu jinżlu lejn Malta, “din hija sikkina li taqta minn żewġ naħat”, filwaqt li qal li bl-ebda mod ma hu jikkritika l-konnettività, tant li l-GTA ilha snin tisħaq li jkun hemm konnessjoni aħjar bejn Malta u Għawdex. Ikompli jistqarr li wara l-maltempata Harry u l-biża’ li jerġa’ jkun hawn xi ħaġa simili fil-pajjiż, in-nies bħal donnhom qegħdin jistennew aktar qrib id-data biex jagħmlu l-bookings tagħhom u dan mhux bħal qabel li d-domanda tkun bdiet ferm u ferm qabel.

Il-fattur “Jum San Valentinu” u li l-Karnival ġie kmieni

“Il-fatt li Jum San Valentinu se jaħbat fis-Sibt tal-Karnival dan se jtellef lir-restoranti. Qegħdin naraw li ħafna restoranti li kienu joffru menu speċjali u anke lukandi li jagħmlu l-offerti għall-koppji għal dan il-jum din is-sena se jaħbat fil-qofol tal-karnival . Fattur ieħor li tkellem magħna Muscat li jista’ jaffettwa l-andament turistiku fil-gżira Għawdex anke wara l-Karnival hu li l-Għid ġej kmieni. “Għandek sitwazzjo-

ni fejn 40 jum wara l-karnival ikun l-Għid u hemm ukoll nistennew andament pożittiv, iżda mill-Għid għas-Sajf imbagħad jibqa’ iktar perjodu twil li wieħed irid jaħdem sew sakemm ikollna n-numri b’saħħithom tas-sajf,” ikompli jgħid Muscat.

Il-parties fil-jiem tal-Karnival

Hawn Muscat jistaqsi dwar jekk minħabba l-parties li qegħdin jiġu organizzati fi żmien il-karnival hux qegħdin nitilfu mill-karattur tal-istess karnival.

Irrimarka wkoll li t-trend tal-karnival qiegħed jinbidel kull sena. “Xorta l-Karnival għadu jiġbed eluf kbar ta’ persuni, però aħna xorta waħda rridu nkomplu inbiegħu lil Għawdex bil-karatteristici tiegħu ta’ gżira trankwilla. Il-Karnival hu ferm aktar minn hekk. Il-Karnival hu tradizzjoni. Mur is-Sibt in-Nadur u tinduna li dan inbidel f’party kbir, filwaqt li hekk titla’ l-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta terġa’ tara dak li verament huwa l-Karnival Spontanu tan-Nadur li jżomm tradizzjoni, u li għandu l-potenzjal li jkompli jattira turisti mhux biss Maltin imma anke barranin,” jikkummenta Muscat.

Ritratt: ROGER AZZOPARDI

IL-BAĦAR RASU IEBSA!

Kif jgħid il-Malti, ilbaħar żaqqu ratba u rasu iebsa. Esperjenzajna sew kemm dan hu minnu matul it-tieni parti tax-xahar li għadda! Il-maltempata Harry ħalliet ħerba warajha, b’diversi ħsarat kemm f’residenzi, negozji u anke fl-infrastruttura pubblika. Jien u nispjega lill-kollegi barranin l-impatt, kont qed ngħidilhom kif għal grazzja t’Alla ma miet u weġġa’ ħadd. Iżda dan il-fatt dlonk inbidel, hekk kif wara li għaddew l-agħar twissijiet u ġranet tal-maltempata Harry, pajjiżna qam maħsud bl-aħbar kerha li mewġa kaxkret lit-tfajla Pollaka fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet. Mewta traġika li nitkexkex naħseb dwarha, aħseb u ara l-impatt fuq l-familja tagħha li ġew btala f’Malta propju għax it-tfajla xtaqet tara l-baħar! B’tislima lill-memorja tat-tfajla Oliwia, nimxi għassuġġett ta’ llum li wkoll jirrelatata mal-baħar. Il-konnettività u l-infrastruttura marittima, li jridu jkunu akkumpanjati b’ippjanar bil-quddiem. Ippjanar għal kull eventwalita’ li tista’ tinqala’, inkluż f’każ ta’ maltemp estrem u fejn jidħol it-tibdil tal-klima. Xtaqt naqsam ftit ħsibijiet fuq is-suġġett, b’enfasi fuq Għawdex. Ħsibijiet li kien beħsiebni nesprihom waqt programm televiżiv mill-gżira Għawdxija li trattata sew issuġġett tal-konnettivita’ iżda li ma stajtx nattendi għalih hekk kif inqbadt Malta f’ġurnata li fiha l-vapur ma ħadimx waqt il-maltempata Harry. Dan l-episodju ġagħlni nirrifletti aktar dwar il-konnettivita’ ta’ gżiritna u x’jista’ jsir aktar.

Fl-aħħar snin l-introduzzjoni tal-fast ferry għenet mhux ftit. Għenet mhux biss lill-Għawdxin bħali li naqsmu ta’ sikwit bejn il-gżejjer għal skopijiet ta’ xogħol, studju, appuntamenti jew biex inkunu d-dar mal-familja. Għenet ukoll għat-turiżmu, kemm dak lokali u anke barrani. Intant, l-ammonti ta’ passiġġiera li qed jirċievi l-Port tal-Imġarr qed ikompli jiżdied matul issnin. Hekk per eżempju, fl2023 il-vapuri tal-‘fast ferry’ flimkien mal-vapuri tal-Gozo

Channel ġarrew ’il fuq minn 6,500,000 passiġġier kollettivament. Dan ifisser li matul l-2023 il-volum ta’ passiġġiera li rċieva l-Port tal-Imġarr meta komparat mal-ammont ta’ passiġġiera li niżlu flAjruport Internazzjonali ta’ Malta kien ilaħħaq il-85%. Fix-xhur tas-Sajf u fil-ġranet ta’ bnazzi fejn il-fast ferry u l-vapuri tal-Gozo Channel jaħdmu bl-iskeda normali, id-diskussjoni dwar il-konnettivita’ dlonk tbatti. Iżda kif din iċ-ċirkostanza tinbidel, issuġġett jerġa’ jitfaċċa fl-aġenda tal-media tradizzjonali u dik soċjali.

Ir-realtà hi li m’għandniex nistennew episodji ta’ qtugħ ta’ konettività biex nippjanaw għal dawk il-ġranet fejn il-maltemp jaħkem sew u r-riħ u l-mewġ ikunu qliel u jaqtgħu lill-Għawdex millgżira maġġuri. Il-konnettivita’ għandha tkun preżenti fuq l-aġenda, mhux biss Għawdxija iżda wkoll ta’ pajjiżna, matul is-sena kollha! Nibda biex nirrikonoxxi li l-impenn tal-Gvern fl-aħħar snin biex jiżdiedu r-rotot bil-baħar madwar pajjiżna u jiġi inċentivat l-użu tat-trasport bil-baħar, hu żvilupp pożittiv. Kif ċertament hu pożittiv li Għawdex hu inkluż fil-pjanijiet għal aktar rotot bil-fast ferry, li se jiżdiedu ma’ dawk eżistenti. Iżda apparti ż-żieda fir-rotot bil-baħar għal partijiet differenti ta’ Malta, servizz ta’ kwalità jiddependi wkoll minn infrastruttura tajba u spazju għal vapuri u servizzi ġodda.

Il-vapuri għandhom anke ċ-ċiklu tal-operat u ħajja tagħhom u għalhekk hu essenzjal pjan biex il-flotta ta’ vapuri maħduma fit-tarzna ta’ pajjiżna, li tant servewna tajjeb fl-aħħar snin, tkun ‘retrofitted’ inkella tinbidel. Intant, hi t’importanza t-tħabbira li saret mill-Gvern dwar żewġ vapuri ġodda ta’ qisien differenti u t-titjib tat-tliet vapuri tal-Gozo Channel eżistenti, flimkien ma’ rotta u vapur minnhom dedikat għall-merkanzija, rotta li se tkun konnessa mal-Port Ħieles. Dan il-pjan ladarba jiġi attwat se jkun ta’ benefiċċju kbir għal dawk kollha li jaqsmu bejn il-gżejjer - kemm

jekk huma residenti, negozji u turisti. Kif jgħid l-Ingliż ‘time is money’ u dan japplika aktar u aktar fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu llum!

Issemma l-ewwel kwart tas-sena 2029 bħala ż-żmien li fih hu stmat li l-pjan imħabbar jiġi implimentat u b’hekk il-Gozo Channel tibda topera b’ħames vapuri. Filwaqt li din id-data jaf tinstema’ ’l bogħod, ir-realta’ hi li ż-żmien igerbeb u ma jistenna lil ħadd. Sal2029 irid jiġi azzjonat mhux biss il-pjan imħabbar li jinkludi l-vapuri l-ġodda, iżda wkoll pjan għall-portijiet li fihom se jorbtu u jankraw il-vapuri tal-ġarr tal-passiġġieri u l-vapur tal-merkanzija li se joperaw bejn il-gżejjer. Hekk per eżempju, il-mollijiet iridu jkunu attrezzati biex magħhom jorbtu vapuri ta’ daqs u tip differenti. Għandu wkoll ikun hemm xelters adegwati fejn jistennew u jistkennu l-passiġġieri mill-elementi tan-natura fil-portijiet rispettivi. Hawn jiġini f’moħħi struttura adegwata għall-passiġieri tal-‘fast ferry’ fil-Port tal-Imġarr li ċertament tista’ ssir ferm qabel l-2029. Imbagħad hemm ukoll il-fatt li għandna obbligi Ewropej li fil-portijiet tagħna jrid ikollna installati l-faċilitajiet tax-‘shore-to-ship’. Sistemi, bħal ma ġa għandna fil-Port il-Kbir, li jippermettu l-vapuri jitfu l-magni u jieħdu l-enerġija minn fuq l-art biex b’hekk ikun hemm anqas emissjonijiet u kwalita’ tal-arja aħjar.

It-task force għall-Port tal-Imġarr li tħabbret fil-baġit li għadda u li propju għadha kemm bdiet bil-ħidma tagħha ftit ġranet ilu, għandha rwol importanti biex tiddetermina qafas għall-pjan immedjat u fit-tul għall-Port tal-Imġarr. Port li spiċċa żgħir immens għall-ammont ta’ traffiku bil-baħar u l-ammont ta’ passiġġieri li jidħlu u jinżlu fih illum il-ġurnata. Ir-realta’ hi l-Port li xi darba kien iservina tajjeb kif inhu, ma jistax jibqa’ tad-daqs li hu, bid-domanda għalih dejjem tiżdied. Għalina l-popolin li nużaw il-Port tal-Imġarr l-aktar biex il-vapur iwassalna Malta u lura, meta nsemmu

fl-Imġarr. Fl-istess port jorbtu wkoll dgħajjes diversi, kemm kummerċjali u anke dawk ta’ tgawdija. Hemm ukoll n-naħa tal-marina operata mill-Gvern u n-naħa tal-marina operata mill-privat. Jingħata wkoll isservizz bil-baħar tal-Forzi Armati ta’ Malta mill-istess port. X’inhi t-triq ’il quddiem għal din l-isfida reali? F’Mejju tal-2025, il-Gvern kien ħabbar li identifika sitt siti potenzjali għar-riklamazzjoni tal-art, wara sensiela ta’ studji relatati mal-fond tal-baħar, b’wieħed minn dawn is-siti jkun il-Port tal-Imġarr. Fil-verita’, jista’ jkun hemm soluzzjonijiet differenti, b’dawk l-aktar imsemmija jkunu a) r-riklamazzjoni tal-art; b) li uħud mis-servizzi li bħalissa jingħataw fil-Port tal-Imġarr u/jew tipi ta’ bastimenti li bħalissa jorbtu fl-istess port, jirrilokaw għall-Port ta’ Marsalforn li għandu jkun akkumpanjament minn breakwater li tant hemm bżonn; ċ) dak li l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) reġgħet appellat għalih fi stqarrija riċenti: ir-rikonsiderazzjoni tal-mina li dwarha ġa kienu nbdew xi studji. Azzjoni waħda mhux neċessarjament teskludi lilloħra; intant dawn il-possibilitajiet jistgħu jkunu studjati bħala b’mod konġunt.

Bħal mhu rikjest fi proġetti maġġuri u kritiċi bħal dawn, iridu jsiru aktar studji, inkluż dawk ambjentali u ekonomiċi, flimkien ma’ konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati u milquta. Apparti li tissaħħaħ il-flotta tal-vapuri u li jiżdiedu r-rotot biex ilaħħqu mad-domanda tas-suq u jsaħħu l-konnettivita’ u sservizz provdut, essenzjali li jkun hemm ippjanar għaqli għall-użu tal-portijiet u l-artijiet tal-madwar li fihom se jorbtu l-vapuri. Għalhekk, nisħaq fuq l-importanza li jiġi żviluppat pjan ħolistiku li ma jħarisx biss lejn il-Port tal-Imġarr iżda wkoll lejn il-kon-

nettivita’ tal-gżira Għawdxija b’mod sħiħ. Pjan li jrid jassigura infrastruttura adegwata fil-portijiet differenti fejn se jingħata servizz ta’ transport bil-baħar lejn Għawdex. Pjan li jsaħħaħ il-portijiet tal-Imġarr, taċ-Ċirkewwa u lil hinn. Pjan li jinkorpora fih soluzzjonijiet teknoloġiċi li jassiguraw aktar effiċjenza, sigurta’ u anqas tniġġis. Fl-aħħar millaħħar, essenzjali li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji u kruċjali għas-sigurta’ tal-gżira Għawdxija.

Dawn huma kollha aspetti li għandhom jinkwadraw ruħhom fi ħdan il-Viżjoni 2050 li pajjiżna qiegħed preżentament iħejji, kif ukoll fil-ħidma kontinwa u importanti tal-Awtorita’ għall-Iżvilupp Reġjonali t’Għawdex (GRDA) li l-istrateġija tagħha għanda sservi wkoll ta’ gwida. Dawn huma punti li qajjimt u se nkompli nqajjem, bħala membru f’isem il-GBC tal-Kumitat għall-Konnettivita’ u l-Infrastruttura t’Għawdex imwaqqaf mill-GRDA. Kif ilbaħar rasu iebsa, l-istess trid tkun iebsa u soda r-rieda tagħna l-Għawdxin li nkomplu nitħabtu għall-konnettivita’ u infrastruttura aktar sostennibli u reżiljenti għal gżiritna! Nagħlaq b’ringrazzjament kbir lill-ħaddiema kollha li, filwaqt li ħafna minna konna għall-kenn tad-djar jew tal-postijiet tax-xogħol tagħna matul il-maltemp li ħakimna fl-aħħar jiem, kienu fuq il-lant tax-xogħol jikkumbattu l-elementi tan-natura biex jgħinu fejn rikjest u jneħħu l-periklu għalina lkoll.

DR JOSIANNE CUTAJAR Avukat u Eks Membru tal-Parlament Ewropew

“FIL-KARNIVAL TISTA’ TKUN XI

ĦADD LI FIL-VERITÀ QATT MA INT”

– Jonathan Vella, delettant kbir tal-Karnival

JOELLSON BEZZINA

Raġel ta’ ftit kliem. Tista’ tgħid jekk ma tkellmux mhux se jkellmek... iżda l-kreattività ta’ Jonathan Vella hija bħal donna bla limitu.

Jitkellem ma’ dan il-ġurnal dwar l-imħabba li għandu għal dak kollu li hu kulturali, iżda b’mod partikolari għall-Karnival tan-Nadur.

“Jien inħobb kull żmien tas-sena, jekk jiġi Milied narma, fl-Għid nagħmel il-mejda tal-Appostli... iżda l-imħabba li għandu għall-Karnival hija xi ħaġa li tiżboq kull żmien ieħor.

“L-għada tal-karnival niġbor kollox f’postu, iżda nibda naħseb x’kostumi se nilbes is-sena ta’ wara,” jgħidilna Jonathan filwaqt li sostna li dan id-delizzju li għandu jiswa ħafna u ħafna flus.

Jgħidilna li “fil-karnival tista’ tkun dik il-persuna li fil-verità qatt ma tista’ tkun. Naħseb u ngħid, jien x’nixtieq inkun kieku fir-realtà u minn hemm joħorġu ħafna u ħafna ideat.”

Nistaqsu lil Vella, iżda xi jfisser għalih il-karnival hekk kif jinvesti daqshekk ħin u

flus fih. Mingħajr tlaqlieq jgħidina li għalih il-karnival ifisser l-imħabba lejn il-kostumi li bihom “tieħu pjaċir int u tferraħ lill-ħaddieħor.

Nieħu gost nara lin-nies jieħdu pjaċir b’dak li nkun ilbsit u anke jieħdu ritratti miegħi.”

Kostum kuljum

L-ispiża biex tagħmel kos-

tum wieħed hija kbira aħseb u ara biex tagħmel ħames kostumi biex tilbishom għal ftit sigħat biss.

“Iva jiġu ħafna flus. Ara jien nibda nfittex ftit fuq l-internet x’inhu għaddej barra minn Malta fid-dinja tal-karnival. Tajjeb ngħidu li f’Malta u barra minn Malta hemm ħafna u ħafna persuni li jgħixu għall-karnival.

“Imbagħad meta nibda nagħżel x’se nilbes nara jekk nistax insib xi ħaġa mill-kostum minn fuq l-internet. Diffiċli ssib minn fuq l-internet il-kwalità tal-kostumi li nilbes jien. Allura mmur għand il-ħajjata u ngħidilha x’għandi f’moħħi.

“Ovjament jintagħżel iddrapp, kuluri u tibda l-ħjata. Meta imbagħad jitlesta l-ewwel wieħed imorru għat-tieni kostum biex b’hekk wara sena jkolli lesti ħames kostumi.”

Ir-Reġina u Mary Poppins

Kull kostum fih storja jgħidilna Vella, iżda naħseb l-aktar li kienu ntgħoġbu huma l-kostum tar-Reġina u dak ta’ Mary Poppins.

Jonathan waqt il-Karnival tan-Nadur
Jonathan liebes ta’ Mary Poppins fil-Karnival tan-Nadur

“Din ta’ Mary Poppins kont ilni snin naħseb biex nilbes kostum tagħha. Dejjem kien jgħoġobni l-film u anke l-musical u minn meta kont bdejt nilbes għet xi darba nagħmel kostum tagħha u fil-fatt sar. In-nies fin-Nadur ħadu ħafna gost biha tant li mijiet ta’ persuni ġibdu ritratti miegħi.

“Jien x’ħin nara n-nies

jieħdu gost, nieħu gost jien ukoll.

“Imbagħad tar-Reġina. Dak ukoll kont ilni biex nilbsu. Meta mietet ir-Reġina Eliżabetta imbagħad bdejt naħseb aktar bis-serjetà fih,” jirrakkonta Jonathan.

Jgħidilna li issa ilu jagħmel kostumi għal dawn laħħar 15-il sena. “Taf int meta tkun żgħir ilibbsuk il-ġenitu-

ri u qisek taċċetta dak kollu li jagħtuk. Iżda meta bdejt nikber ridt li nagħmel xi ħaġa unika. Bdejt bil-mod biex illum wasalt hawn u għandi kostum għal kuljum.”

Din is-sena?

Nistaqsu lil Vella dwar din is-sena x’se jkun qiegħed jilbes. Iżda għal din it-tweġiba Jonathan jgħidna mill-ewwel “Issa taraw” filwaqt li jgħid li għandu ħafna xogħol sabiħ ipperparat, iżda hemm kostum partikolari li se jispikka.

Il-Mużew

Nistaqsu lil Vella wkoll dwar il-mużew li qiegħed jagħmel. Ilna nsegwu lil Vella għal diversi xhur fuq il-midja soċjali u kważi kuljum itella’ filmati dwar dak li jkun qiegħed iħejji.

Wieħed minn dawn fil-filmati jitkellem dwar il-mużew karnivalesk li għandu d-dar tiegħu stess.

“Bdejt xi għaxar snin ilu tista’ tgħid kollezzjoni ta’ maskli. Kelli żewġ maskli ta’ Venezja u minn dakinhar ’il quddiem dejjem bqajt inżid. Nista’ ngħid li f’Għawdex żgur li ħadd m’għandu kollezzjoni bħal tiegħi u Malta niddubita,” jgħid bi kburija Vella.

Jgħidilna wkoll li hekk kif jibda joqrob il-karnival jibda jarma kamra fid-dar tiegħu li “jien insejħilha mużew” għax fil-verità hija kollezzjoni kbira ta’ affarijiet marbutin mal-karnival.

“Narma din il-karma b’mod li ngawdija jien u x-xewqa tiegħi hi li din il-kollezzjoni forsi xi darba fil-verità tkun f’mużew biex titgawda mill-pubbliku...”

Żmiem il-Għid u l-festi

Ma’ Vella ma stajnix ma nistaqsuhx dwar żmien ilGħid.

“Wara l-karnival kif għetlek nibda naħseb mill-ewwel għas-sena ta’ wara, iżda narma wkoll il-mejda tal-appostli u anke xi vari tal-Ġimgħa l-Kbira... Imbagħad il-festi... Indur kull festa u nxandar

ħafna filmati fuq il-midja soċjali biex min qiegħed iddar ikun jista’ jgawdi wkoll.”

Parti mill-mużew tal-karnival li għandu fid-dar tiegħu

IL-KARNIVAL SPONTANJU

TAN-NADUR

Jista’ jogħġbok jew le, tħobbu jew ma tħobbux, jibqa’ fatt li ma jista’ jmerih ħadd li l-karnival spontanju tan-Nadur huwa uniku. Huwa uniku mhux biss għax hu qadim ħafna, iżda huwa uniku wkoll filmod kontemporanju li jsir kemm fejn jidħol dawk li hu makabru kif ukoll fejn tidħol is-satira.

Huwa wkoll karnival uniku kemm għat-tfal, żgħażagħ, adulti kif ukoll anzjani.

Għax filwaqt li t-tfal jogħxew jimitaw xi karattru milli jsegwu fuq il-mezzi soċjali, iż-żgħażagħ jieħdu kull opportunità biex jiddevertu u jittantaw b’xi maskra ġo wiċċhom. Daqstant ieħor huwa uniku għall-adulti u l-anzjani li b’ħafna nostalġija u mmaġinazzjoni, jiddubbaw kulma jsibu quddiemhom biex jinsatru warajh, u bħalma kienu jagħmlu meta kienu fl-aqwa tagħhom, jieħdu gost huma jinbxu lin-nies u fl-istess ħin ipaxxu lil ħaddieħor.

Hu propju għalhekk ukoll li l-karnival spontanju tan-Nadur huwa uniku. Għax fuq medda ta’ ħamest iljieli, minkejja dak kollu li jaf iġib miegħu t-temp xitwi, kulħadd ikun jista’ jgawdih f’sens jew f’ieħor.

Il-karnival spontanju tan-Nadur hu kbir għax propju n-nies tagħmlu kbir. Kemm bl-ammonti li jżuruh, kemm bil-versatilità li jkun fih, kemm bl-etajiet varji ta’ nies li jattendu u fuq kollox bis-sorpriżi li kultant titbellah kif jiġu vvintati. U għalhekk hu spontanju, għax jekk tiġri xi ħaġa fid-dinja f’dawk il-ħamest ijiem, ibqa’ żgur u ċert li f’ħin jew f’ieħor se tara riferenza għaliha fil-ġranet tal-karnival tan-Nadur. Spontanjetà fil-veru sens tal-kelma.

Għalija personali, li jien min-Nadur, il-karnival tagħna jibqa’ kbir għax hu dak li hu u qiegħed jiġri fil-vini ta’demmna sa minn meta konna tfal żgħar. Illum li għal

HUWA UNIKU

numru ta’ snin, ingħatajt il-fiduċja biex inkun is-Sindku tan-Nadur, il-karnival huwa ħafna ikbar. Għax apparti lgost u l-ferħ li jġib miegħu, iġibli wkoll miegħu piż li bħala Sindku tar-raħal irrid nerfa’ b’responsabbiltà.

Għall-Kunsill Lokali, il-karnival spontanju fih piż finanzjarju kbir u responsabbiltà enormi ta’ loġistika sabiex dejjem insalvaw dak li l-istess karnival joffri, u fl-istess waqt nieħdu ħsieb kemm lir-residenti kif ukoll il-madwar ta’ fejn isir.

Jiżbalja bl-ikrah min jaħseb li fil-karnival tan-Nadur, kulħadd jista’ jagħmel li jrid. Spontanju kemm trid, iżda l-liġijiet, il-buon ordni u r-rispett lejn ir-residenti jridu dejjem jiġi mħarsa kif imiss. Dan iżomm il-karnival spontanju tan-Nadur ħaj u kbir. U hu propju għalhekk li minn xhur qabel, il-Kunsill Lokali jagħmel diversi laqgħat f’dak li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tat-traffiku, malpulizija u l-forzi tal-ordni. Isiru diversi laqgħat u jittieħdu deċiżjonijiet rigward fejn jeħtieġ iktar dwal, il-volum tal-mużika, l-iġjene tat-toroq u kulma jinvolvi biex ikun hemm kontroll u kollox jimxi ħarir. Ftit jafu pereżempju, li waqt li filgħodu kmieni, dawk li jkunu għadhom kemm daħlu jorqdu, it-toroq prinċipali tan-Nadur, ikunu inkinsu u nħaslu. Dan kollu jfisser ħafna ħidma mill-ħaddiema tal-Kunsill tagħna u ħafna spejjeż. Iżda s-sodisfazzjon tiegħi jibqa’, li l-għada filgħodu, kollox ikun f’postu għal ġurnata oħra. Żgur li rridu nibqgħu naħdmu u nibqgħu attenti biex dak li akkwistajna ma jintilifx. Ma jfissirx li ma baqax x’nagħmlu. Anzi baqa’ ħafna x’nagħmlu. Iżda bil-kooperazzjoni tar-residenti, tal-parteċipanti, tal-awtoritajiet u ta’ kulħadd, nistgħu dejjem nirranġaw għall-aħjar. Irrid, kemm għax hu dmir tiegħi, u kemm għax hekk

nemmen, li nappella minn qalbi lil kull min bi ħsiebi jiġi magħna jiċċelebra l-karnival spontanju tan-Nadur, biex l-ewwel u qabel kollox, iġib rispett lejh innifsu, lejn l-oħrajn u fuq kollox lejn ir-residenti. Kulħadd jaf

liema hu l-limitu li m’għandux jinqabeż.

Ma nistax ma nirringrazzjax lill-entitajiet kollha li jagħtuna l-għajnuna biex dan il-karnival spontanju tan-Nadur jibqa’ kbir u uniku. Irrid nirringrazzja lill-Ministeru

għal Għawdex u l-Ippjanar, Lis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u lil Visit Malta li mingħajr is-sapport tagħhom ma konniex naslu biex inwasslu karnival spontanju kbir u uniku kif jaf jagħti n-Nadur.

Iċ-Ċittadella fost postijiet oħrajn f’Malta nnominati

Malta ressqet formalment nominazzjoni ġdida għall-Wirt Dinji lill-UNESCO bit-titlu “Il-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.”

In-nominazzjoni tgħaqqad flimkien netwerk uniku ta’ siti fortifikati, inklużi l-Belt Valletta, il-fortifikazzjonijiet tal-Port, il-Linji tal-Kottonera u ta’ Santa Margherita, l-Imdina, u ċ-Ċittadella ta’ Isfel.

Wara s-sottomissjoni tagħha, in-nominazzjoni issa se tgħaddi minn proċess ta’ evalwazzjoni estensiv u rigoruż mill-korpi konsultattivi tal-UNESCO u fl-aħħar mill-Kumitat tal-Wirt Dinji, li jivvaluta l-Valur Universali Eċċezzjonali, l-integrità, l-awtentiċità, u l-protezzjoni fit-tul tas-siti proposti.

Kien l-Ambaxxatur ta’ Malta għal UNESCO Dr

biex ikunu Wirt Dinji

Mons. Joseph Vella Gacui li ħabbar dan permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.

Jgħid li “n-nomina hija appoġġjata minn input tekniku estensiv minn entitajiet nazzjonali tal-wirt, inkluż is-Sovrintendenza talWirt Kulturali, id-Direttorat

tar-Restawr u l-Preservazzjoni, Heritage Malta, l-Awtorità tal-Ippjanar, il-Librerija Nazzjonali ta’ Malta, u diversi partijiet interessati oħra.

Sforz nazzjonali kollettiv biex jiġi rikonoxxut, protett u promoss il-wirt kulturali eċċellenti ta’ Malta.”

EDWARD SAID Sindku tan-Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Kurrenti Frar 26 by Union Print - Issuu