Skip to main content

KURRENTI DEC 2025

Page 1

No. 12 Diċembru 2025

Aqra l-gazzetta diġitali

Il-Qorti ta’ Għawdex fiċ-Ċittadella: Patrimonju ikbar mill-binja nfisha JIKTEB MONS. DR JOE VELLA GAUCI Ambaxxatur tal-UNESCO u Delegat Permanenti ta’ Malta fil-UNESCO

“Sa ftit snin oħra rrid nara lil Għawdex kollu Villaġġ tal-Milied” – l-artist Joseph Cauchi

>> f’paġni 8 u 9

>> f’paġna 13

GĦAWDEX B’ANDAMENT POŻITTIV HEKK KIF RIESAQ IL-MILIED – Il-Prim Ministru Robert Abela

>> f’paġna 5


2 | Diċembru 2025

LOKALI


LOKALI

Diċembru 2025 | 3

IS-16-IL EDIZZJONI TA’ BETLEHEM F’GĦAJNSIELEM – INIZJATTIVA UNIKA GĦAL PAJJIŻNA

B

diet uffiċjalment is-16il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem, attrazzjoni unika li ssir f’Għajnsielem li għalihom jattendu eluf ta’ persuni kull sena. Din l-attrazzjoni llum saret parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna u anke qiegħda tkun ta’ attrazzjoni għal mijiet ta’ turisti. Waqt it-tnedija ta’ Betlehem f’Għajnsielem ta’ din is-sena, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ddeskriva din l-attività bħala esperjenza unika għaliex l-organizzaturi jirnexxilhom iżew­ġu l-elementi tradizzjonali mal-ispirtu tal-Milied, irrappreżentati fi presepju ħaj, imsejjes fuq kunċett Malti. Dan il-presepju ħaj, mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur, għal darb’oħra se joffri esperjenza mill-isbaħ tal-akbar storja tal-umanità. Il-Ministru Clint Camil­ leri stqarr li, “Illum il-ġurnata Betlehem f’Għajnsielem stab­bilixxa ruħu bħala attività mistennija fil-kalendarju tal-Milied f’Għawdex. Din is-sena l-programm tal-‘Milied f’Għawdex’ qed jiġbor fih xejn inqas minn 165 attività għall-gosti ta’ kulħadd u bħala ministeru, minn sena għal sena nibqgħu kommessi li nagħtu s-sostenn tagħna biex jittellgħu attrazzjonijiet bħal dawn li jżommu ħajja l-kultura rikka tagħna”. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, lill-volun­ tiera u lil kull min ta sehmu biex din l-edizzjoni tkun oħra ta’ suċċess, bħalma kienu l-edizzjonijiet preċedenti, li dejjem attiraw l-eluf u komp­ lew jikkonfermaw li l-Għawdex hu l-għażla għall-familji f’dan il-perjodu festiv. Din l-attrazzjoni tibqa’ miftuħa sal-4 ta’ Jannar 2026.


HPDP Influwenza Poster MLT_Corrected Oct10_0800_No APP_AW.pdf

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

2

10/10/2025

09:22


LOKALI

Diċembru 2025 | 5

GĦAWDEX B’ANDAMENT POŻITTIV HEKK KIF RIESAQ IL-MILIED Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-ħidma u t-tradizzjonijiet ta’ dawn iż-żminijiet fil-gżira Għawdxija

I

l-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat millMi­nistru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, kompla biż-żjarat tiegħu f’Għawdex fejn seta’ jara mill-qrib l-entużjażmu u lpre­parazzjonijiet għall-festi tal-Milied. Kienet ġurnata li laqqgħet flimkien il-bżulija tal-ħaddiema, is-suċċess tanne­gozji u s-sbuħija tattradizz­jonijiet li jagħtu identità lill-pajjiżna. L-ewwel żjara fid-Direttorat tal-Manutenzjoni ta’ Għawdex, il-Prim Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema li bħalissa jinsabu għaddejjin b’diversi xogħlijiet sabiex joħol­ qu id-dekorazzjonijiet li jżej­ nu t-toroq u jsebbħu l-gżira Għawdxija. Dawn ix-xogħlijiet qed jagħtu dehra unika lill-gżira u jkomplu jsaħħu l-atmosfera tal-Milied fil-komunitajiet kollha Għawd­xin. Wara, il-Prim Ministru żar Savina fejn seta’ josserva l-preparazzjoni ta’ rigali artiġġjanali magħmulin minn prodotti Għawdxin. Uħud

minn dawn il-prodotti magħ­ mulin f’Għawdex li minnhom qed isiru dawn ir-rigali artiġjanali se jiġu ppreżentati mill-Prim Ministru Robert Abela lill-Qdusija Tiegħu Papa Ljun XIV u lil diversi Mexxejja internazzjonali waqt iż-żjarat uffiċjali tiegħu fil-jiem li ġejjin. Iż-żjara f’Għawdex kompliet ġewwa negozju prominenti ieħor Għawdxi, Vini e Capricci, kumpanija parti minn Abraham Holdings, fejn ix-xogħol għaddej fl-aqwa tiegħu. Hawn ġie nnutat kemm l-andament kummerċjali għaddej ġmielu f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Il-Prim Ministru żar l-uffiċini u l-imħażen fejn bosta ħaddiema kienu impenjati jippakkjaw il-‘hampers’ u prodotti oħra li jinbiegħu tipikament f’dan listaġun. F’dawn iż-żewġ kumpaniji spikkat il-bżulija tal-ħaddiema Għawdxin, b’ne­gozji li dejjem qed jikbru u jwieġbu għad-domanda kbira speċjalment fiż-żmien tal-festi. Wara din iż-żjara, il-Prim

Ministru kellu l-opportunità jżur il-qalb kulturali ta’ Għawdex. Fix-Xagħra, il-Prim Ministru ltaqa’ ma’ Aaron Agius, dilettant tal-presepji li flim­ kien ma’ wliedu jiddedika ħinu biex jibni presepju artistiku għat-tgawdija tal-komunità. Iż-żjara għalqet filM.U.S.E.U.M. tan-Nadur. Hawnhekk, il-Prim Ministru seta’ jammira presepju spettakolari maħdum b’sengħa kbira mill-artist Jean Paul Portelli, xogħol rikonoxxut internazzjonalment. Fi tmiem iż-żjara, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-ispirtu uniku talgżira Għawdxija. “Illum rajna Għawdex mimli ħajja bil-karatteristiċi tiegħu. Fuq naħa għandna l-innovazzjoni tan-negozji li qed joħolqu ġid u xogħol, u fuq naħa oħra l-qalb tal-artisti u l-voluntiera li jżommu l-identità tagħna ħajja. Huwa dan il-bilanċ bejn progress u tradizzjoni li jagħmel il-Milied f’Għawdex esperjenza tant speċjali,” qal Dr Abela.


6 | Diċembru 2025

KULTURA

Bethlehem -

f’Ghajnsielem2025

DECEMBER 2025 Sunday, 14 December Wednesday, 17 December

2.30pm - 7.00pm 9.30am - 12.00pm

Saturday, 20 December Sunday, 21 December Thursday, 25 December Friday, 26 December Saturday, 27 December Sunday, 28 December Thursday, 1 January

4.00pm - 7.30pm 3.00pm - 7.00pm 4.00pm - 7.00pm 2.30pm - 7.00pm 4.00pm - 7.30pm 3.00pm - 7.00pm 3.00pm - 7.00pm

. JANUARY 2026 Friday, 2 January Sunday, 4 January

3.00pm - 7.00pm 2.00pm - 7.00pm

(school students' edition)

(Adoration of the Magi)

For more information visit our facebook page or call Għajnsielem Local Council on 21561515

/bethlehem.ghajnsielem


KULTURA

Diċembru 2025 | 7


8 | Diċembru 2025

INTERVISTA

“IRRID NARA LIL GĦAWDEX VILLAĠĠ TAL-MILIED” Joseph Cuachi, l-artist u l-moħħ wara t-tiżjin kollu tal-Milied fil-gżira Għawdxija

L

-artist Joseph Cauchi, mhux isem ġdid għal gżira Għawdxija u issa wkoll għal Malta. Cauchi hu magħruf sew għax-xenarji li jagħmel flOpra li titella’ fit-Teatru Astra u fil-passat kien magħruf ukoll għall-karrijiet trijonfali li kien jagħmel waqt il-Karnival ta’ Għawdex. Appari dan Cauchi hu magħruf sew mad-delettanti tal-festi f’pajjiżna minħabba l-pittura ta’ diversi bandalori li għamel u anke disinni ta’ pavaljuni kemm tad-dawl u anke taddrapp. Iżda llum il-ġurnata, l-artist sar isem magħruf ukoll mat-tiżjin tal-Milied. Tista’ tgħid li t-tiżjin kollu li qiegħed jintrema f’Għawdex ħareġ mill-kreattività ta’ Cauchi. Dan il-ġurnal tkellem ma’ Joseph Cuachi hekk kif sena wara oħra t-tiżjin f’Għawdex għal żmien il-Milied qiegħed dejjem jiżdied. Juri sodisfazzjoni kbir li Għawdex illum hu armat kollu kemm hu, iżda fi kliemu stess jgħidilna li “nixtieq li sa seba’ snin oħra Għawdex kollu jkun villaġġ tal-Milied.”

Kif bdiet il-ħidma tat-tiżjin tal-Milied f’Għawdex Cauchi jgħidilna li llum il-ġurnata hu flimkien mal-ħaddiema li jieħu ħsieb mhux biss żejnu lil Għawdex, iżda issa anke partijiet sew minn Malta. Fil-fatt, id-dawl ta’ Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta sar fuq disinn ta’ Cuachi. “L-idea li jibda jsir it-tiżjin madwar Għawdex kollu kienet meta twaqqaf kumitat bl-isem ta’ Events Gozo, u riedu lil xi ħadd jagħmel id-disinni. Dakinhar jien kont għadni naħdmu ċ-Ċittadella. Kont nagħmel id-disinni niġi hawn (fil-garaxx tal-

Ritratti: JOE GRECH

Gvern fejn saret l-intervista) ngħidlhom xi rrid u bdejn bil-mod il-mod narmaw lil Għawdex,” jgħidilna l-artist. Jirrakkonta li għall-bidu “konna ninvolvu persuni b’diżabbilità bħal dawk ta’ Santa Marta u bdew jagħmlu xi affarijiet huma... Ix-xogħol beda jintgħoġob u beda jżid ħafna,” ikompla jgħidilna Joseph Cauchi filwaqt li grupp ta’ ħaddiema kienu qegħdin ilestu l-aħħar affarijiet fit-tiżjin tal-Milied. F’dawn il-ħaddiema nistgħu ngħidu li tara dedikazzjoni kbir. Fi kliem Cauchi stess “dawn il-ħaddiema jagħmlu l-mirakli. Nidejjaq meta persuni jitkellmu b’mod negattiv dwar il-ħaddiema tal-Gvern bħal per eżempju li ma jagħmlu xejn... żgur li mhux għal dan it-tim ta’ ħaddiema li għandi hawn...” Cauchi jgħidilna li fl-2020 kienet kelmitu l-Ministru Justyne Caruana u talbitu

biex ikun hu stess li millpost tax-xogħol tiegħu fuq iċ-Ċitadella jibda jirraportaw għax-xogħol fil-garaxx tal-Gvern u jmexxi grupp ta’ ħaddiema li verament huma

kollha artisti. Waqt li konna fil-garaxx tal-Gvern nitkellmu ma’ Cauchi stajna naraw organizzazzjoni kbira... kollox f’post u kulħadd jaf x’inhu jagħmel.

Kien hemm ħaddiema jaħdmu bħal mastrudaxxi, kien hemm oħrajn li kienu qegħdin ilestu l-aħħar armar biex jinħareġ fit-toroq u oħrajn jiżbgħu armar tal-Milied.


INTERVISTA

Jgħid li ħafna għaqdiet u Kunsilli Lokali kemm f’Malta u anke f’Għawdex qegħdin jagħmlu talbiet lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar biex it-tiżjin tagħhom isir kollu mill-ħaddiema talGvern f’Għawdex.

It-tiżjin tal-Milied isir kollu bi ħsieb u marbut mal-post fejn ikun se jintrema L-artist jgħidina li kull ordni li tidħol “naraw li mhux biss nagħmlu tiżjin, iżda dan it-tiżjin irid ikun marbut mallokalità. “Eżempju kellna ordni mill-Kunsill Lokali tal-Munxar... Morna l-Munxar, naf li din il-lokalità hija marbuta ma’ San Pawl. Allura ħsibna għaliex fit-tiżjin ma’ ndaħlux lil dan il-qaddis? U fil-fatt hekk għamilna. Dak li ħloqna fil-Munxar hu San Pawl li ġab il-fidi f’pajjiżna qiegħed

juri lil Ġesù tarbija, u n-naħa l-oħra għamilna żewġ anġli. Mela dan hu eżempju ta’ lokalità waħda. Bħal Kapiċċini daħħalna lil San Franġisk li għamel l-ewwel presepju u f’Santa Luċija għamilna presepju finnofs, b’Santa Luċija li l-festa tagħha ssir ftit qabel il-Milied - Santa Luċija hija ‘dawl’ u n-naħa l-oħra għamilna lil Santa Katerina li fil-festa tagħha tinżera ż-żagħra għal mal-Bambin,” ikompli jispjega Joseph Cauchi filwaqt li jagħti aktar eżempji minn dawn.

Il-Milied u festi oħrajn f’Għawdex Għal Joseph Cauchi t-tiżjin tal-Milied sar biss parti mill-kalendarju hekk kif għal kull okkażjoni jintrema tiżjin differenti. “Issa wara li jgħaddi l-Milied mill-ewwel niġbru

kollha u naraw li kollox ikun miżmum b’mod tajjeb. Iżda b’mod immedjat imbagħad nibdew noħorġu t-tiżjin ta’ San Valentinu u l-istess isir tiżjin fil-Villa Rundle u anke fir-roundsabouts. Imabgħad eżatt wara narmaw għal Għid il-Kbir... “Kien qed tara hawn ix-xogħol ma jieqaf qatt. Nista’ ngħidlek li diġà beda x-xogħol fuq it-tiżjin tal-Milied li se jintrema s-sena d-dieħla,” ikompli jgħidilna Cauchi. Li nistgħu ngħidu li kull fejn ikun hemm l-artist Cauchi se tkun qiegħed tara l-kuluri... se tkun qiegħed tara kreattività u hekk sar Għawdex kemm fil-Milied u anke waqt festi oħrajn. Illum Għawdex grazzi għall-investiment li sar mill-Ministeru, il-gżira saret verament Villaġġ tal-Milied, iżda Cauchi jgħidlna “li baqa’ ħafna xi jsir...”

Diċembru 2025 | 9


10 | Diċembru 2025

TAGĦRIF

IX-XIRI TA’ PRODOTT DIFETTUŻ U D-DRITT TAL-KONSUMATUR GĦAL RIMEDJU

M

eta konsumatur jixtri prodott u dan jirriżulta difettuż waqt li tkun għadha valida s-sentejn garanzija tal-liġi, il-konsumatur għandu dritt jitlob rimedju bla ħlas min­ għand il-bejjiegħ. Waqt li r-Regolamenti dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti fl-Att dwar l-Affa­ ri­jiet tal-Konsumatur jistipulaw it-tipi differenti ta’ rimedju li jista’ jitlob il-konsumatur, xi drabi ma jkunx hemm qbil dwar liema rimedju għandu jiġi pprovdut u dan jista’ jwassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u l-bejjiegħa. Bil-liġi l-oġġetti pprovduti lill-konsumaturi għandhom ikunu konformi maddesk­rizzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla fil-kuntratt tal-bejgħ. Fejn applikabbli, l-oġġetti għandhom ukoll ikunu tal-kwantità u l-kwali­ tà mifthiema, u jrid ikollhom il-funzjonalità, l-kompatibili­ tà u l-interoperabbiltà kif sti­ pulati fil-kuntratt tal-bejgħ. Minbarra hekk, l-oġġetti mibjugħa għandhom ikunu tajbin għall-użu normali mistenni minn oġġetti tal-istess

tip u għal kull għan partikolari li għalih jeħtieġhom ilkon­sumatur u li jkun għarraf bihom lill-bejjiegħ qabel ma ġie konkluż ix-xiri. Meta dawn ir-rekwiżiti ma jkunux sodisfatti, il-konsumaturi għandhom dritt jitolbu rimedju bla ħlas min­ għand il-bejjiegħ. Il-liġi tagħti lill-konsumaturi d-dritt li jagħżlu bejn tiswija u bdil tal-prodott. Madankollu, lliġi tqis ukoll jekk ir-rimedju magħżul mill-konsumatur huwiex impossibbli biex jiġi eżegwit u jekk, meta mqabbel mar-rimedju l-ieħor possibbli, jimponix spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ. Pereżempju, jekk il-konsu­ maturi jitolbu lill-bejjiegħ biex jibdel il-prodott difettuż ma’ wieħed ġdid, il-bejjiegħ jista’ minflok joffri li jsewwi l-oġġett jekk it-tiswija tkun ser tiswieh inqas u ma tkunx se toħloq inkonvenjent sini­ fikanti lill-konsumatur. Meta jiġi biex jintgħażel jekk oġ­ ġett difettuż għandux jissewwa jew jinbidel, minbarra l-inkonvenjent tal-konsumatur, il-liġi tqis ukoll it-tip ta’

difett li għandu l-oġġett. Ir-Regolamenti dwar il-Bejgħ tal-Oġġetti, jipprovdu wkoll li f’sitwazzjonijiet fejn il-bejjiegħ ikollu bżonn jiġbor oġġetti li jkunu ġew installati f’dar il-konsumatur biex dawn jissewwew jew jinbidlu, kwalunkwe spejjeż relatati mat-tneħħija, trasport u installazzjoni mill-ġdid tal-oġġetti jridu jitħallsu mill-bej­jiegħ. Dan id-dritt japplika wkoll f’każ ta’ konsumaturi Għawdxin li jkunu xtraw oġġetti mingħand bej­ jiegħa Maltin u dawn l-oġġetti ġew installati mill- bej­ jiegħa Maltin f’residenza f’Għawdex. Min-naħa l-oħra, meta konsumatur Għawdxi jixtri prodott mingħand bej­ jiegħ Malti u dan ma jinvolvix installazzjoni, bħal per­ eżempju xiri ta’ apparat tal-elettriku li jista’ jinġarr mill-konsumatur, huwa lkon­sumatur li għandu l-obb­ ligu li jieħu l-oġġetti għand il-bejjiegħ jekk ikun hemm bżonn li jissewwew jew jinbidlu. Naturalment, dawn l-obbligi japplikaw bl-istess mod f’każ li x-xiri jsir minn

konsumatur Malti u l-bej­ jiegħ ikun Għawdxi. Il-liġi tipprovdi wkoll li l-konsumaturi m’għandhomx jiġu mitluba jħallsu għallużu normali li għamlu tal-oġ­ ġetti li rriżultaw difettużi. Għaldaqstant, meta konsu­ matur jiġi pprovdut bi bdil tal-prodott difettuż, dan għan­du jkun tal-istess kwali­ tà u valur tal-oġġett mixtri. Madankollu, meta prodott difettuż jinbidel, il-garanzija ta’ sentejn ipprovduta millliġi tal-konsumatur ma terġax tibda iżda tkompli mid-data oriġinali tax-xiri. F’sitwazzjoni fejn it-tiswija jew bdil tal-oġġett difettuż ma jkunux possibbli, jew ikunu diġà saru u l-problema ma ssolvitx, il-konsumaturi għandhom id-dritt legali li jitolbu tnaqqis proporzjonat fil-prezz jew li jtemmu l-kuntratt tal-bejgħ u jitolbu rifużjoni sħiħa tal-flus imħallsa. Meta jintgħażel tnaqqis filprezz, dan għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-va­ lur tal-oġġetti li jkun irċieva l-konsumatur meta mqabbel mal-valur li kien ikollhom

ODETTE VELLA Direttur għall-Informazzjoni, Edukazzjoni u Riċerka, Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MCCAA

l-oġġetti kieku kienu konformi mal-kuntratt. Min-naħa l-oħra, meta kuntratt ta’ bejgħ jiġi ikkanċellat, il-konsumaturi huma l-ewwel nett obbligati jirritornaw l-oġġett lillbejjiegħ għall-ispejjeż talbej­jiegħ u min-naħa tiegħu lbejjiegħ huwa obbligat irodd lura lill-konsumatur il-prezz sħiħ li kien ħallas meta xtara l-oġġett. Biex jeżerċitaw id-dritt għal rimedju bla ħlas, il-konsumaturi jrid ikollhom il-prova tax-xiri bħala evidenza li l-prodott għadu kopert millpro­tezzjoni legali ta’ sentejn. Minbarra hekk, il-konsumaturi huma responsabbli li jinfurmaw lill-bejjiegħ bil-miktub dwar in-nuqqas ta’ konformità fi żmien xahrejn minn meta jindunaw bil-problema. Meta jiltaqgħu ma’ problemi bil-prodotti mixtrija, ilkon­sumaturi huma mħeġġa jiksbu informazzjoni dwar id-drittijiet legali tagħhom biex jiżguraw li t-talbiet tagħ­ hom huma skont il-liġi. F’sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim amikevoli mal-bej­ jiegħ jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju għall-Affarijiet talKon­sumatur fi ħdan l-MCCAA għal gwida u assistenza. L-iskop ta’ dan l-artiklu huwa biss li jipprovdi informazzjoni u mhux li jagħti parir legali. F’każ ta’ ilment jew bżonn ta’ aktar informazzjoni il-konsumaturi għan­dhom jikkuntattjaw lillUf ­fi ċċju għall-Affarijiet talKon­sumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsu­ matur fuq 8007 4400 jew iżuru s-sit elettroniku: www.mccaa. org.mt.


Diċembru 2025 | 11

LOKALI

Jittella’ l-avveniment “Rigal Bi Mħabba – Melodija ta’ Ġenerożità” f’Għawdex

I

l-Ministru għal Għawdex u l-Ipp­ janar Clint Camilleri flimkien ma’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela lbieraħ attendew għall-avveniment “Rigal Bi Mħabba – Melodija ta’ Ġenerożità” li ttella’ fis-sala tal-iskola Sir Arturo Mericeca, ir-Rabat, Għawdex. Din l-inizjattiva hija favur tfal vulnerabbli biex huma wkoll jirċievu rigal frott l-imħabba tal-poplu Malti u Għawdxi fi żmien il-Milied.

Waqt l-avveniment ħadu sehem ukoll il-Gozo College Choir, Elodie Zammit, Angel Voices Choir, Sant’ An­tnin ta’ Padova Choir u Ilyas Ige Sultana, li kantaw għanjiet tal-Mi­lied. Il-Ministru Clint Camilleri stqarr, “Għal darb’oħra tellajna Rigal bi Mħabba mill-gżira Għawdxija, inizjattiva tant sabiħa li proprju bdiet permezz ta’ Dr Lydia Abela u Giorgia Mae. Inizjattiva li tibqa’ tferraħ lit-tfal

Maltin kif ukoll Għawdxin. Għaldaqstant, nirringrazzja minn qalbi lil kull min ikkontribwixxa sabiex it-tfal kollha kemm huma jkollhom rigal dan il-Milied”. Min-naħa tagħha, Dr Lydia Abela sostniet li l-inizjattiva Rigal bi Mħabba qed tkompli tikber minn sena għal oħra grazzi għall-ġenerożità u l-kompassjoni li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Hija spjegat li din is-sena din l-inizjattiva kompliet tissaħħaħ,

LETTERS TO SANTA

25 November - 31 December valletta

hekk kif għall-ewwel darba f’Għawdex ġiet estiża wkoll Rigal bi Mħabba b’Differenza b’risq l-annimali, fejn innotat b’sodisfazzjon is-sehem attiv tal-istudenti u tal-iskejjel li kienet kruċjali biex tinżamm ħajja l-ħolma ta’ Jake Vella. “Nirringrazzja lil kulħadd li ta sehem f’din l-inizjattiva, li tkompli ġġib ferħ lil tfal vulnerabbli f’dan iżżmien tal-Milied,” temmet tgħid Dr Lydia Abela.


12 | Diċembru 2025

LOKALI

IL-KUMITAT REĠJONALI GĦAWDEX FL-2025: GĦAWDEX FL-MCESD

F

il-qalba tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiżna hemm mezz essenzjali li jagħti vuċi diretta lil Għawdex: il-Kumitat Reġjonali Għawdex (GRC). Bħala kumitat li jaqa’ taħt il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), il-GRC jiġbor rapp­reżentanti minn setturi differenti – mill-industrija u n-negozju lokali sal-ħaddiema, l-universitajiet, il-volontarjat u l-istituzzjonijiet pubb­liċi – biex jippreżenta po­żizz­jonijiet u opinjonijiet li jirriflettu l-ħtiġijiet, l-aspirazzjonijiet u l-prijoritajiet tal-gżira Għawdxija. Matul is-sena 2025, ilGRC iltaqa’ b’mod regolari biex jiddiskuti temi li jolqtu direttament lil Għawdex. Dan biex l-opinjonijiet, is-suġġeri­ menti u l-proposti tal-gżira jiġu pprezentati u diskussi fil-Kunsill tal-MCESD flimkien mal-imsieħba soċjali koll­ha, u b’hekk Għawdex ikollu sehem dirett u influwenti fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet nazzjonali. F’dawn il-laqgħat ġew indirizzati diversi temi stra­te­ġi­ ċi, fosthom il-konnettività bejn Malta u Għawdex, l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura tal-portijiet, kif ukoll

pjanijiet ta’ kontinġenza biex jiġi żgurat servizz sikur u effiċjenti, kemm għall-passiġ­ ġie­ri kif ukoll għall-merkanzija. Matul kull laqgħa talGRC issir referenza għallaġen­da tal-MCESD li tkun se tiġi diskussa. L-għan hu li l-membri tal-GRC, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bħala rappreżentanti ewlenin ta’ Għawdex, biex imbagħad dawn jiġu mressqa fl-MCESD miċ-Chairperson tal-GRC li huwa membru fuq il-Kunsill. B’hekk il-membri tal-GRC jippreżentaw b’mod ċar u koerenti l-pożizzjoni tal-gżira Għawdxija fuq kull tema diskussa, u jiġi żgurat li dawn il-proposti jingħataw konsi­ derazzjoni serja fil-livell nazz­jonali. Matul is-sena, il-laqgħat iffukaw fuq il-prijoritajiet għal Għawdex, b’attenzjoni partikulari li kull proposta tkun allinjata mal-miri talViż­joni għal Malta 2050. Fl2025, il-membri enfasizzaw aspetti bħat-tkabbir sostenibbli, il-preservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali u l-valuri komunitarji Għawdxin, kif ukoll l-innovazzjoni u l-int­ rap­renditorija. Dan biex jiż­ gu­ra li l-iżvilupp futur ta’ Għawdex ikun wieħed in-

Iċ-Chairperson tal-Kumitat Reġjonali Għawdex, is-Sur Michael Galea

klużiv u sostenibbli. Matul is-sena, il-GRC organizza diskussjonijiet dwar metodi innovattivi fil-manifattura u l-agrikoltura, il-finanzjament tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, u aktar programmi edukattivi f’Għawdex. Minbarra hekk, ġew diskussi temi soċjali essenzjali, inkluż is-saħ­ ħa u l-kura paljattiva, l-ink­ lużjoni soċjali, u t-tisħiħ tasservizzi lokali. Bħal kull sena, il-GRC ipp­repara u ppreżenta flMCESD il-proposti ta’ Għawdex għall-Baġit 2026. Il-Prim

Ministru Robert Abela iltaqa’ mal-membri tal-GRC biex jiddiskuti dawn il-proposti relatati mal-gżira Għawdxija. Għas-sena 2026, il-GRC se jkompli jkun strumentali fiddja­logu soċjali biex iwassal il-vuċi tal-gżira Għawdxija. Permezz tal-ħidma tiegħu, il-Kumitat Reġjonali Għawdex se jkompli jkun strumentali bħala djalogu miftuħ u kostruttiv bejn in-negozji, l-industrija, il-ħaddiema, ilvo­lontarjat u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Kull sena toffri l-isfidi tagħha, iżda d-djalogu jibqa’

Il-Kumitat Reġjonali Għawdex mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-Onor. Andy Ellul, iċ-Chairperson tal-MCESD, Perit David Xuereb

l-iktar mezz effettiv biex dawn jiġu indirizzati u msaħ­ ħa b’suġġerimenti u opinjonijiet minn membri li ġejjin minn setturi varji. Is-sena 2026 hija opportunità oħra li rridu nħarsu lejha b’mentali­ tà pożittiva, niddiskutu u noffru soluzzjonijiet b’mod sħiħ. L-isfidi mhux se jonqsu iżda l-GRC jħares ’il quddiem biex permezz tal-membri tiegħu jkompli jiddiskuti l-oqsma kruċjali tal-gżira Għawdxija, biex il-vuċi ta’ Għawdex tibqa’ tiġi indirizzata fl-MCESD flimkien malim­sieħba soċjali kollha.


Diċembru 2025 | 13

OPINJONI

IL-QORTI TA’ GĦAWDEX FIĊ-ĊITTADELLA: PATRIMONJU IKBAR MILL-BINJA NFISHA MONS. DR JOE VELLA GAUCI

Ritratt: ROGER AZZOPARDI

Ambaxxatur tal-UNESCO u Delegat Permanenti ta’ Malta fil-UNESCO

I

d-diskors parlamentari tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar nhar il-25 ta’ Novembru, kien fih diversi punti validi. Iżda jkolli ngħid li wieħed minnhom ħassibni kemmxejn: dak li l-binja tal-Qorti fiċ-Ċittadella se tiġi trasferita lill-Fondazzjoni Victoria 2031 sabiex tintuża bħala binja amministrattiva mnejn se tiġi ġestita l-app­ likazzjoni tal-Belt Kapitali tal-Kultura. Li s-servizzi ġudizzjarji f’Għawdex jeħtieġu binja iktar moderna u li tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-lum huwa

fatt magħruf. Daqstant ieħor huwa leġittimu, prestiġjuż u ta’ opportunitajiet enormi li l-Belt Victoria tingħata dan it-titlu. Nieħu din l-opportunità anzi, biex nikkumplimenta lil dawk kollha li qed jagħtu sehemhom sabiex din l-inizjattiva tifruwixxi. Għaldaqstant, bl-istess sens ta’ patrijottiżmu, ma nistax ma nirrimarkax kif waħda mill-aħħar żewġ istituzzjonijiet li ilhom bissede tagħhom fiċ-Ċittadella mill-anqas qabel l-1350 issa se titneħħa minn dan is-sit storiku.

Bħal kull binja oħra fiċ-Ċittadella, din il-binja għandha valur storiku tanġibbli u intanġibbli li nbena maż-żmien. Din il-binja li tħares fuq il-pjazza tal-Katidral serviet bħala d-dar tal-gvernatur u qorti. Fuq il-ħitan tagħha wieħed isib l-armi familjari ta’ bosta mill-gvernaturi ta’ żmien l-Ordni ta’ San Ġwann. Tul il-ħakma tal-Ordni, din il-Qorti kienet preseduta minn imħallef, ħafna drabi Għawdxi, li kien jitħallas mill-istess Ordni. Hu kien jippresjedi kemm il-Qorti

ċivili u dik kriminali. Hawn kienu jinstemgħu l-qrati fl-ewwel istanza. Din kienet qorti effettiva pariġġ dawk fil-Belt Valletta u l-Imdina. F’din il-Qorti kellek ukoll avukat li kien jagħmilha ta’ prosekutur fil-kawżi kriminali, nutar li kien iservi wkoll bħala reġistratur u numru ta’ uffiċjali u skrivani. Din il-binja tidher b’isimha, Corte Governatoriale fliskizz ta’ Luigi Bartolo, li ġie ppublikat fil-ktieb tal-Kanonku Agius de Soldanis (17121770) Gozo Antico Moderno e Sacro Profano (c.1745).

Li wieħed iwaqqaf tradizz­ joni bħal din, u magħha l-wirt intanġibbli li jdur magħha, fi żmien fejn għandna l-edukazzjoni u l-kuxjenza ffurmata fuq dawn l-affarijiet hija sfortuna kbira! Nifhem li l-binja storika tattira bosta; għal skopijiet differenti. Li tneħħi l-Qorti ta’ Għawdex u l-amminist­ razzjoni tagħha minn din il-binja mhix xi ħaġa li naqbel magħha. Kont ġa tkellimt pubblikament meta din l-is­ tess binja kienet ikkontemplata għal lukanda lussuża wara r-restawr taċ-Ċittadella. L-istess qed nagħmel issa... b’konsistenza. Bl-istess spirtu nibqa’ kontra kull proposta li tnaq­ qar mill-kullana ta’ wirt intanġibbli. Ikun aktar denju jekk xi forma ta’ gvern reġjonali futur jokkupa din il-binja mogħnija b’tant sinifikat storiku ta’ dan il-piż. Huwa hawnhekk li wieħed jibda jistaqsi lilu nnifsu dwar ‘il-profil kultu­ rali ta’ belt’, l-infrastruttura kulturali, urbana u turistika u referenzi oħra li jidhru f’dokumenti sabiex wieħed japp­ lika għal titli prestiġjużi u strateġiji. Imma rridu nifhmu xi rridu. Dan il-patrimonju ma ġiex mgħoddi lilna sabiex niddisponu minnu kif u meta nixtiequ. Dak ġie mgħoddi lilna minn ta’ qabilna biex nikkonservawh u ngħożżuh. Huwa obbligu morali fin-natura umana tagħna li ngħadduh lil ta’ warajna bl-aħjar mod. L-istorja hija għalliema, imma wkoll imħallef għax tiġġudika bla ma tħares lejn wiċċ ħadd, speċjalment meta tiġi biex tagħmel għajb lil min ikun naqas minn dmiru.


14 | Diċembru 2025

LOKALI

RIGHT TO DISCONNECT

DISKUSSJONI NAZZJONALI DWAR ID-DRITT TAR-RIGHT TO DISCONNECT


Diċembru 2025 | 15

SPORTS

Il-premju “Sportiv tas-Sena 2024” kien ċelebrazzjoni ta’ dawn l-isforzi kollha

(Ikompli mal-ħarġa ta’ Ottubru)

I

l-premju “Sportiv tas-Sena 2024” kien ċelebrazzjoni ta’ dawn l-isforzi kollha. Hu spjega kif dan l-unur ma kienx biss rikonoxximent għal suċċessi individwali, imma wkoll għall-vjaġġ tiegħu lejn il-perseveranza u l-impenn: “Kien premju li ġie wara ħafna sentejn ta’ sfidi, u meta tara li l-isforz tiegħek jiġi rikonoxxut, tidher ukoll il-valur tal-ħidma kontinwa.” Minkejja l-premju u r-rikonoxximent, Charlton Debono mhux se jieqaf hawn. Il-futur tiegħu fil-karriera huwa mimli opportunitajiet ġodda u sfidi interessanti. Flaħħar ġimgħat bdiet it-tħejjija għall-Madeira European Masters , kompetizzjoni prestigjuża li se ssir fil-Portugall fejn se jipparteċipa f’numru ta’ kategoriji ta’ atletika. “Din se tkun waħda mill-aktar

kompetizzjonijiet importanti għalija fl-2025,” qal. Barra minn hekk, l-ikbar tiġrija li fadal għalih din is-sena hi l-Maratona ta’ New York, fejn kwalifika flimkien mal-kollega u ħabib tiegħu Andrew Grech. Għal Debono, il-Maratona ta’ New York mhijiex biss eżerċizzju fiżiku; hi simbolu ta’ sfida personali u opportunità biex juri x’jista’ jagħmel fuq livell internazzjonali. Il-preparazzjoni għal dawn l-avvenimenti tieħu ħafna dedikazzjoni, u għalih kull ġurnata ta’ taħriġ tfisser pass lejn l-għanijiet li stabbilixxa. Kif spjega, l-esperjenza tiegħu tgħallmu li l-persistenza u l-passjoni huma aktar importanti mill-isfidi temporanji. “Għaż-żgħażagħ li jridu jidħlu fl-atletika jew kwalunkwe sport, il-messaġġ tiegħi hu ċar: ibda minn issa,dejjem żomm il-konsistenza u dejjem ikkommetti

lilek innifsek. Injuries, diffikultajiet jew mumenti ħżiena jistgħu jiġru lil kulħadd, iżda dak li jiddistingwik huwa kif tibqa’ fuq il-pedament u tkompli taħdem għal dak li tħobb,” qal b’ton ispirazzjonali. Huwa jemmen li l-isport mhuwiex biss dwar medali u suċċessi, iżda dwar il-karattru li jinħoloq tul il-vjaġġ, dwar il-lezzjonijiet li titgħallem, u dwar kif dawn il-valuri jgħinu wkoll fil-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk, minbarra l-kompetizzjonijiet, huwa dejjem jgħin u jħeġġeġ ġenerazzjoni ġdida ta’ atleti Għawdxin biex javviċinaw ruħhom lejn l-isport b’serjetà u passjoni. Illum, Charlton Debono jibqa’ wieħed mill-atleti emblematiċi ta’ Għawdex, mhux biss għas-suċċessi lokali u internazzjonali, iżda wkoll għall-valuri li jġorr

magħhom: determinazzjoni, konsistenza, dedikazzjoni u passjoni. Il-vjaġġ tiegħu mill-bidu umli f’Għawdex sal-premju “Sportiv tas-Sena 2024”, u l-preparazzjoni għal kompetizzjonijiet bħall-Madeira European Masters u lNew York Marathon, juri kif il-passjoni vera u sforz kontinwu jistgħu jwasslu għal

CRISTIAN MUSCAT cristianmuscat@gmail.com

għanijiet li ħafna jippruvaw jilħqu. Għal dawk li jħarsu lejh bħala mudell, Charlton juri li l-atletika hi aktar minn sport iżda hi lezzjoni ta’ ħajja: tibni karattru, toħloq reżiljenza u tagħtik il-forza li ma tieqaf qatt, minkejja l-isfidi li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom.


16 | Diċembru 2025

LOKALI


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
KURRENTI DEC 2025 by Union Print - Issuu