Skip to main content

IL-GAZZETTA - MIT-TFAL GĦAT-TFAL OTTUBRU 24

Page 1

IL-GAZZETTA

#1 OTTUBRU 2024

Mit-tfal għat-tfal

L-ewwel persuna TURIST li mexa FL-ISPAZJU l-biljunarju tat-teknoloġija Jared Isaacman u tliet membri oħra tal-ekwipaġġ irnexxielhom imorru fl-ispazju. Tnejn minnhon, Issacman u persuna oħra rnexxielhom jimxu fl-ispazju. Isaacman ħallas lil SpaceX somma kbira ta’ flus, għalkemm ma hemmx informazzjoni ta’ kemm hu l-ammont. Il-missjoni telqet minn Cape Canaveral fi Florida b’rokits l-aktar ‘il bogħod mid-dinja. Il-mixjiet fl-ispazju huma kkunsidrati kwalunkwe attività li ssir barra vettura spazjali fl-ispazju. Tipikament, dawn isiru minn astronawti li jwettqu tiswijiet u esperimenti. Il-missjoni spazjali privata kienet tinkludi erba’ persuni: Scott Poteet, eks pilota tat-Thunderbird tal-Air Force; l-inġiniera ta’ SpaceX Anna Menon u Sarah Gillis; flimkien ma' Isaacman. Dawn għaddew minn sentejn u nofs ta’ taħriġ intensiv qabel bdew il-vjaġġ fl-ispazju.

I

Il-mixjiet fl-ispazju huma perikolużi għall-astronawti, aħseb u ara għall-persuni. Huma meqjusa bħala waħda mill-aktar partijiet perikolużi tat-titjir spazjali. Dan għaliex il-bnedmin evolvew għall-kundizzjonijiet li hawn fid-dinja u mhux għall-ispazju. Jared Isaacman dejjem ħolom li jmur fl-ispazju. Issa l-iskop li jmiss f'ħajtu hija li jgħin f'din il-missjoni biex jagħti xi ħaġa lura lid-dinja.

Il-Paralimpjadi tas-Sajf ta’ din is-sena f’Pariġi Ara paġna 5

X'se nsajru llum? Ara paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
IL-GAZZETTA - MIT-TFAL GĦAT-TFAL OTTUBRU 24 by Union Print - Issuu