Skip to main content

GAZZETTA TFAL - Ottubru 2026

Page 1

IL-GAZZETTA #9 Ottubru 2026

#9 Ottubru 2026

Mit-tfal għat-tfal

Lura lejn l-iskola Kontu tafu li bħala tfal għandkom id-drittijiet? Ara paġna 6

Kun investigatur tal-ikel Ara paġna 9

In-naħla Maltija u l-bagħal taż-żunżan ... Ara paġna 10


2

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

Għalija tfisser eċitament kbir għax se nżanżan il-basket il-ġdid u se nerġa’ niltaqa’ ma’ sħabi. Jiena nkun ħerqana biex niltaqa’ mal-għalliema ġdida tiegħi u lesta biex nisma’ t-tagħlim tant interessanti li se tgħallimna – Elena Briffa

Il-bidu tas-sena skolastika ġdida ġġib ħafna emozzjonijiet differenti. Il-lejl ta’ qabel bdiet l-iskola ħassejtni ferħana u eċitata fl-istess ħin, iżda ħadt pjaċir ħafna niltaqa’ mal-ħbieb u l-għalliema l-ġdida tiegħi – Julia Darmanin

L-iskola reġgħet bdiet! Kemm jiena ferħana li erġajt rajt lil ħbieb, li se jkollna għalliema ġdida, klassi ġdida u sena skolastika ġdida – Ella Agius

Għalija bidu ta’ sena skolastika ġdida tfisser li nitgħallem u nesperjenza affarijiet ġodda li se jgħinuni nikber – Sarah Psaila

Ifisser ħafna emozzjonijiet, ħafna ferħ u anke xi ftit tħassib u nkun eċitata biex nitaqa’ mal-ħbieb tal-klassi – Sara Grieco Falanga

Il-bidu ta’ sena ġdida għalija tfisser li nerġa’ nara lil sħabi u l-għalliema l-ġdida. Kif ukoll, opportunità li nitgħallem affarijiet ġodda – Kate Mallia


Ottubru 2026 | IL-GAZZETTA

3

Dance College Studios tiċċelebra kisba kbira: Kim Spiteri tikkwalifika bħala eżaminatriċi tan-N.A.T.D. L

-Iskola taż-żfin Dance College Studios fl-Imsida tinsab kburija immens li tħabbar l-aħħar kisba importanti u sinifikanti tal-’Artistic Director’ u għalliema taz-zfin tagħha, Kim Spiteri, li kkwalifikat bħala Eża­ minatriċi mal-National Asso­cia­ tion of Teachers of Dancing (N.A.T.D.) fil-Freestyle u Street Dance. Din il-kisba prestiġjuża ġiet rikonoxxuta formalment waqt ilN.A.T.D. Congress, li sar fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu f’Birmingham, l-Ingilterra. Kim Spiteri kienet mistiedna tattendi l-Kungress tal-Assoċjazzjoni, fejn ġiet ippre­żen­tata personalment biċ-Ċertifikat tagħha bħala Eżaminatriċi talN.A.T.D. mill-President talAssoċ­jazzjoni, Ms. Sharon Potter, fil-preżenza ta’ Mr. Kevin Page, CEO tal-N.A.T.D. Il-Kungress tal-N.A.T.D. kien laqgħa importanti ta’ profess­jo­ nisti taz-zfin mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra, li ġabar flimkien għalliema, eżaminaturi u membri tal-Kumitat tal-N.A.T.D. Il-weekend kien jinkludi programm ta’ ‘workshops’ cabaret, laqgħat professjonali u opportunitajiet biex wieħed jiltaqa’ u jaqsam ideat ma’ wħud mill-aktar ismijiet ta’ esperjenza fid-dinja taż-żfin. Għal Kim Spiteri, din il-kisba tirrappreżenta l-qofol ta’ ħafna snin ta’ dedikazzjoni, xogħol iebes u żvilupp professjonali kontinwu. Kim ilha tipprattika d-danza minn età żgħira ħafna u bdiet tassisti u tgħallem fil-klassijiet taż-żfin sa minn meta kellha 17-il sena. Matul is-snin, il-passjoni tagħha għaż-żfin żviluppat f’kar­ riera ta’ suċċess iddedikata għattagħlim, il-koreografija u l-iżvi­ lupp ta’ żeffiena ta’ kull età. Il-vjaġġ professjonali tagħha mal-N.A.T.D. kien wieħed ta’

progress u kisbiet kontinwi. Wara li għaddiet b’suċċess mill-kwalifiki taz-zfin tal-N.A.T.D. fil-Freestyle u Street Dance, Kim kisbet l-Asso­

Examiner, għan li għalih ħadmet bla waqfien matul dawn l-aħħar snin. Li ssir Eżaminatriċi tirrapp­

Matul l-ewwel sena tagħha bħala N.A.T.D. Examiner, Kim se tkun iggwidata minn Ms. Michelle Webster, Eżaminatriċi ta’ esper­

ciate Teacher’s Certificate, segwit mil-Licentiate u mbagħad millprestiġjuża Fellowship. Susseg­ wentement, bdiet il-proċess impen­jattiv meħtieġ biex tav­ vanza lejn il-pożizzjoni ta’ N.A.T.D.

reżenta pass ieħor importanti filkarriera professjonali ta’ Kim, u tpoġġiha fost professjonisti kwalifikati li huma fdati biex jevalwaw u jżommu standards għoljin fl-edukazzjoni taż-żfin.

jenza kbira tal-N.A.T.D. u eksPresident tal-Assoċjazzjoni. Din il-mentorship se tagħti lil Kim gwida u appoġġ professjonali ta’ valur hekk kif tibda r-rwol il-ġdid tagħha u tkompli tiżviluppa l-es­

perjenza tagħha bħala Eżami­nat­ riċi. Minbarra t-tagħlim, Kim hija magħrufa b’mod partikolari għallkreattività u l-koreografija tagħ­ ha. Hija l-forza ewlenija wara l-produzzjoni kreattiva talAnnual Dance Show ta’ Dance College Studios, fejn tieħu ħsieb il-koreografija, l-għażla talmużika, il-kunċetti taż-żfin, l-ilbies u ħafna mill-elementi kreattivi li jagħtu l-ħajja lillproduzzjoni annwali. Id-dedikazzjoni tagħha tmur ferm lil hinn minn sempliċement it-tagħlim tal-passi taż-żfin. L-għan ta’ Kim dejjem kien li tispira liż-żeffiena, tinkoraġġixxi l-kunfidenza, tiżviluppa t-talent u, fuq kollox, toħloq ambjent fejn l-istudenti jkunu jistgħu jgawdu iż-żfin filwaqt li kontinwament jagħmlu ħilithom biex jitjiebu. Dance College Studios tinsab kburija immens bil-kisba ta’ Kim. Il-vjaġġ tagħha mal-N.A.T.D. juri x’jista’ jintlaħaq permezz talimpenn, il-perseveranza, it-talent u x-xewqa ġenwina li wieħed ikompli jitgħallem u jiżviluppa ruħu professjonalment. Li tilħaq il-livell ta’ N.A.T.D. Examiner fil-Freestyle u Street Dance mhijiex biss kisba personali għal Kim, iżda wkoll mument ta’ kburija għal Dance College Studios u għal Malta. Li tikseb din id-distinzjoni ma’ organizzazzjoni taz-zfin rispettata fir-Renju Unit, b’storja ta’ madwar 120 sena, hija rikonoxximent sinifikanti talgħar­fien, l-esperjenza u d-dedi­ kazzjoni ta’ Kim lejn id-dinja tażżfin. Kulħadd f’Dance College Studios jixtieq jifraħ lil Kim Spiteri għal din il-kisba eċċellenti u jaw­guralha kull suċċess fir-rwol il-ġdid tagħha bħala N.A.T.D. Exa­ mi­ner. Vjaġġ notevoli, kisba mist­ ħoqqa u kapitlu ieħor ta’ kburija fl-istorja ta’ Dance College Studios.


4

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

AgHZel

KARRIERA FL


Ottubru 2026 | IL-GAZZETTA

5

Jekk tfaddlu llum, tkunu pass eqreb lejn dak li tixtiequ għada! Hello ħbieb! Jiena Astro Saver, il-ħabib tagħkom meta niġu għall-flus u t-tfaddil. Illum se naqsam magħkom ftit tips faċli biex titgħallmu twarrbu l-flus bil-għaqal. Se nitkellem magħkom fuq xi ħaġa importanti ħafna: it-tfaddil. Ġieli xtaqtu tixtru xi ħaġa sabiħa, bħal logħba ġdida, tablet, rota jew xi ħaġa oħra li verament togħġobkom, imma mbagħad indunajtu li tiswa ħafna flus? Tinkwetawx, jiġri lil kulħadd! Imma bi ftit paċenzja u pjan tajjeb, tistgħu tibdew bi ftit u bil-mod il-mod tersqu lejn dak li tixtiequ. Irid ikollkom ftit paċenzja, tafux, għax kultant dak li tixtiequ jkun jidher ’il bogħod. Imma jekk iżżommu sod u tibqgħu konsistenti, taslu żgur! Tip minn Astro: Hemm qawl Malti li jgħid, “Bil-qatra l-qatra, timtela l-ġarra”. Dan jgħodd ukoll għall-flus. Ewro llum u ieħor għada jistgħu jidhru ftit, imma ftit ftit il-karus tagħkom jibda jimtela. U tafu x’inhu l-isbaħ? Meta taraw il-flus jiżdiedu, tħossukom kburin bikom infuskom għax tkunu għamiltu pass importanti waħedkom! Naf, naf… kultant ikun diffiċli! Ikollkom xi ewro fil-but u moħħkom jgħidilkom, “Morru ixtru xi ħaġa żgħira issa!” Imma ppruvaw din l-isfida ta’ Astro Saver: għal ġimgħa waħda, kull darba li tkunu se tonfqu xi ħaġa żgħira li m’għandkomx bżonnha, warrbu dawk il-flus fil-karus. Fl-aħħar tal-ġimgħa, iċċekkjaw kemm ġemmajtu. Taf tibqgħu sorpriżi kemm il-flus jiżdiedu malajr! Din hija l-maġija tat-tfaddil: il-flus jiżdiedu bil-mod, pass wara pass.. Il-missjoni tagħkom: L-ewwel parir tiegħi bħala Astro Saver hu dan:

Ejjew nibdew bil-mod. Dawn huma l-passi tiegħi għalikom:

Sfida ta’ Astro Saver: Min jistenna, jithenna!

Aħsbu f’xi ħaġa li tixtiequ ħafna u staqsu lilkom infuskom: “Għal xiex irridu nfaddlu?” Meta jkollkom għan ċar, ikun aktar faċli li tgħidu le għal xi ħaġa żgħira llum biex tkunu tistgħu tgħidu iva għal xi ħaġa akbar għada. Forsi ma tixtrux ħelu llum, imma tkunu ersaqtu pass eqreb lejn dik ir-rota, il-logħba jew l-esperjenza li ilkom tixtiequ.

1. Agħżlu l-mira tagħkom. X’tixtiequ tixtru jew tagħmlu?

Meta tistennew ftit, qabel tixtru xi ħaġa, taf tkun rebħa doppja. L-ewwel, meta fl-aħħar tixtruha, tapprezzawha aktar għax tkunu tafu kemm ħdimtu u faddaltu għaliha. It-tieni, xi kultant oġġetti bħal-logħob, tablets jew roti jistgħu jorħsu wara ftit żmien, jew joħroġ mudell aħjar. Allura, ftakru fija, ħbieb tiegħi: Ibdew illum, agħżlu mira, warrbu ftit flus, u ċċelebraw kull pass. Tfaddil bil-għaqal jibda b’pass żgħir. Għax kull ewro li tfaddlu huwa pass ieħor lejn il-missjoni tagħkom.

Il-pjan ta’ Astro Saver: 4 passi biex tibdew tfaddlu.

2. Siru afu kemm jiswa l-oġġett. B’hekk tkunu tafu kemm tridu ġġemmgħu flus. 3. Warrbu ftit ftit. Tistgħu tibdew minn flus li taqilgħu, rigali, jew xi ħlas żgħir talli tkunu għentu d-dar. 4. Iċċekkjaw il-progress tagħkom. Araw kemm il-karus jew il-kont tagħkom qed jikber minn żmien għal żmien.


6

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

Kontu tafu li bħala tfal għandkom id-drittijiet?

F

orsi smajtu bil-kelma dritt, iżda importanti li tifhmu sew xi tfisser. Id-drittijiet huma dawk l-affarijiet essenzjali li kull tifel u tifla għandhom bżonn biex jgħixu ħajja kuntenta, sigura, mimlija mħabba u rispett. Dawn id-drittijiet ilhom jeżistu għal ħafna snin. Fil-fatt, kważi l-pajjiżi kollha tad-dinja qablu flimkien fuq sett ta’ drittijiet biex jiżguraw li t-tfal ikunu protetti u li jkollhom dak kollu li għandhom bżonn. Dawn id-drittijiet jinsabu f’dokument important, il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u Malta kienet fost il-pajjiżi li kkommettew ruħhom biex jimplimentawhom. Tajjeb tkun taf li dawn id-drittijiet japplikaw għat-tfal kollha mingħajr ebda eċċezzjoni. Ma tagħmilx differenza minn fejn ġej, x’lingwa titkellem jew x’inhu t-twemmin tiegħek. Kull tifel u tifla għandhom l-istess drittijiet. Meta nitkellmu dwar it-tfal, qed nirreferu għal kull min għandu inqas minn 18-il sena. Għalkemm tfal ta’ etajiet

Inpinġu flimkien

differenti jkollhom bżonnijiet u sfidi differenti, id-drittijiet tagħ­ hom jibqgħu l-istess. Dak li jinbidel huwa l-mod kif dawn id-drittijiet jiġu applikati skont l-età u ċ-ċirkostanzi tagħhom. Hemm aktar minn 40 dritt differenti, huma importanti indaqs, iżda hawn xi eżempji li probabbilment diġà tafhom:

▪ Protezzjoni – għandek iddritt li tkun protetti minn kull forma ta’ abbuż, periklu jew ħsara. ▪ Edukazzjoni – għandek iddritt li tmur l-iskola u titgħallem. ▪ Saħħa – għandek id-dritt għall-kura medika meta jkollok bżonnha u għal ħajja b’saħħitha, b’ikel bnin u ilma nadif. ▪ Trobbija – għandek id-dritt li

tikbru f’ambjent pożittiv fejn l-adulti jieħdu ħsiebkom. ▪ Mistrieħ u logħob – għandek id-dritt li tistrieħ, tilagħab u tgawdi l-ħin liberu tiegħek. ▪ Parteċipazzjoni – għandek iddritt tesprimi l-opinjonijiet u l-ħsi­ bijiet tiegħek u li l-adulti jisimgħuk. Kontu tafu wkoll li hemm persuna li xogħolha huwa li tħares

id-drittijiet tat-tfal? Din hi l-Kum­ missarju għat-Tfal, Antoinette Vassallo, li flimkien mat-tim tagħha taħdem biex tippromwovi u tipproteġi l-aħjar interessi tat-tfal. Il-Kummissarju taħdem ukoll biex toħloq aktar għarfien dwar id-drittijiet tat-tfal u biex tisma’ l-opinjonijiet u l-esperjenzi tat-tfal sabiex il-vuċi tagħhom tinstema’. Ftakru li intom ukoll għandkom rwol importanti. Meta tirrispettaw id-drittijiet tagħkom u dawk ta’ tfal oħra, tkunu qed tgħinu biex nibnu soċjetà aħjar għal kulħadd. Jekk tħossu li dritt tagħkom mhux qed jiġi mħares, tkellem ma’ adult li tafda. Flimkien nistgħu noħolqu ambjent fejn kull tifel u tifla jħossuhom siguri, rispettati u apprezzati. Għal aktar informazzjoni, żuru l-website tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fuq tfal.gov.mt. Tistgħu wkoll tikkuntattjawna fuq 21485180 jew bl-email fuq cfc@ gov.mt. Minbarra hekk, segwuna fuq il-midja soċjali: Facebook (@ Comm4Children) u Instagram (@ cfc_mlt).


12

IL-GAZZETTA | April 2025

Ġunju 2026 2026 || IL-GAZZETTA IL-GAZZETTA Ottubru

77


8

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

L-Annimali mhumiex rigal

Ħaqqhom l-imħabba dejjem


Ottubru 2026 | IL-GAZZETTA

Kun Investigatur tal-Ikel! Q

att ftaħt il-lunchbox tiegħek u staqsejt lilek innifsek kif sar l-ikel li hemm fiha? Tuffieħa, bajda mgħollija jew ftit karrotti huma faċli biex tagħrafhom. Imma xi ngħidu dwar ċereali kkuluriti, crisps jew kejk ippakk­ jat? Xi wħud minn dawn jistgħu jkunu ikel “iproċessat iżżejjed” jew “Ultra Processed Foods (UPFs)”. L-UPFs huma ikel ipproċessat ħafna u ġeneralment ikun fihom ħafna ingred­ jenti. Xi wħud minn dawn l-ingredjenti normalment ma nużawhomx meta nsajru d-dar, bħal aromi, kuluri, preservattivi u emulsjonanti. Eżempji komuni jinkludu soft drinks, crisps, ċereali biz-zokkor, kejkijiet ippakkjati u xi ikliet lesti. Dan ifisser li qatt m’għandek tiekolhom? Le! L-aktar importanti hu dak li tagħżel x’tiekol “fil-parti l-kbira tal-ħin”. Frott, ħaxix, ikel integrali, bajd, fażola, jogurt, ġewż u ikel sempliċi ieħor jipprovdu nutrijenti importanti biex jgħinuk “tikber, titgħallem, tilgħab u tibqa’ attiv”. L-iskola hija post tajjeb fejn tibda tagħmel bidliet żgħar. Ipprova għamel lunchbox li tinkludi “sors ta’ karboidrati integrali, ikel bi proteina, frott jew ħaxix u ilma”. Eżempju, tista’ tieħu crackers integrali u stikek tal-ħaxix ma’ ftit hummus jew bigilla, flimkien ma’ tuffieħa u ilma. Jew ipprova ħobż integrali bit-tonn taż-żejt, bajd jew hummus. Ibdel cereal bar biz-zokkor ma’ frott frisk, kul jogurt naturali jew frott, minflok snacks ippakkjati jew gallettini, u ilma minflok xorb biz-zokkor. Tista’ wkoll issir “investigatur tat-tikketta tal-ikel”. Dawwar il-pakkett u ara l-lista tal-ingredjenti. Hija twila ħafna? Fiha ħafna ingredjenti li ma tagħrafx? Dawn jistgħu jkunu sinjali li l-ikel huwa proċessat iżżejjed. Tajjeb li tkun taf li “mhux kull UPF li tagħżel huwa ħażin għas-saħħa”. Ħobż integrali ppakkjat, ħafur sempliċi mingħajr zokkor miżjud u ħalib veġetali msaħħaħ b’vitamini jew minerali huma meqjusa bħala UPFs imma xorta jistgħu jipprovdu nutrijenti importanti. Allura, liema bidla żgħira tista’ tagħmel fil-lunchbox tiegħek għada? “Bidliet żgħar jistgħu jwasslu għal rebħiet kbar għas-saħħa!”

9

ROBERTA ZARB ADAMI Reġistered Nutritionist Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard


IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

10

NILAGĦBU BI KLIEMNA N

‘

ilagħbu bi Kliemna’ huwa prog­ ramm mogħti bla ħlas mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litte­riż­mu lillistudenti tal-iskejjel primarji kollha madwar Malta u Għawdex. Jaf il-bidu tie­għu fis-sena 2024 u tfassal fuq il-prog­rammi ‘Spellitona’. Dan il-programm isir fl-ewwel sitt snin tal-primarja u jikkonsisti minn sitt logħ­biet edukattivi, waħda għal kull sena, li l-għan tagħhom hu li l-istudenti jsaħħu l-ħakma tagħhom tal-ilsien Malti billi jtej­bu l-ħiliet tagħhom f’oqsma varji tal-ling­wa, fosthom l-ortografija, il-grammatika, is-sintassi, ilfonetika u l-vokabularju. Kull attività, li ttul madwar 40 minuta u ssir darba biss ma’ kull klassi, hija adattata b’tali mod li tieħu inkonsi­derazzjoni l-età talistudenti kif ukoll il-livell tagħhom fil-Malti. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istu­ denti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira. Minbarra hekk, f’kull klassi jkun hemm grupp ta’ studenti rebbieħa li jingħataw ktieb bħala rikonoxximent tal-isforz jew l-impenn tagħhom waqt l-attività. Is-sitt logħbiet tal-programm ‘Nilagħ­bu bi Kliemna’ huma dawn:

Mill-A saż-Żeta

‘Mill-A saż-Żeta’ hija logħba maħsuba għall-istudenti talewwel sena tal-iskola primarja. Waqt din l-attività, l-istudenti jintalbu jidentifikaw l-isem tal-oġġett jew ħlejqa li jkun hemm fl-istampa u b’liema ittra tibda dik il-kelma. Bħala grupp jintalbu jaħsbu fi kliem ieħor li jibda bl-ittra magħżula. L-għan prinċipali tagħha huwa li l-istudenti jwessgħu l-vokabularju tagħhom bl-ilsien Malti, kif ukoll jiffa­mil­jarizzaw ruħhom malalfabett u l-fonetika Maltija.

Żewwiġhom

‘Żewwiġhom’ hija logħba maħsuba għall-istudenti tat-

KIMBERLY HATHERLY Promotriċi tal-Litteriżmu, L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

tar-regoli ortografiċi tal-Malti b’mod parti­ ko­lari l-użu tal-ittri żgħar u kapitali.

Fittixha

‘Fittixha’ hija logħba mmirata għallistudenti tar-raba’ sena. F’din l-attività, l-is­ tu­denti jingħataw fittiexa flimkien ma’ għadd ta’ stampi. Minnhom ikunu jridu jaslu għall-kelma mixtieqa. Wara li jispellu l-kliem, jintalbu jsibuh u jimmarkawh fil-fittiexa. Bissaħħa ta’ din il-logħba l-istu­denti jsaħħu l-ħakma tagħhom tal-ilsien Malti, fosthom billi jsiru familjari ma’ għadd ta’ regoli ortog­ rafiċi u gram­ma­tikali.

Raddiena Kliem

tieni sena tal-iskola primarja. Fiha l-istudenti jingħataw settijiet ta’ stampi u kliem. Huma jintalbu jqabblu l-kelma li tikkorrispondi ma’ kull waħda mill-istampi u wara jgħaqqdu l-istampi u l-kliem f’pari. Din il-logħba tgħin lill-istudenti jitgħallmu kliem ġdid billi jassoċjaw oġġetti differenti ma’ qasam jew ieħor, bħalma huma l-affarijiet li nsibu d-dar, ħwejjeġ tal-iskola, makki­narju ta’ snajja’ u xogħlijiet parti­ kolari, eċċ.

Żomm Għajnejk Miftuħa

‘Żomm Għajnejk Miftuħa’ hija attività maħsuba għallistudenti tat-tielet sena, li fiha l-istudenti jingħataw stampa, sen­tenza bħala għajnuna u għadd ta’ ittri mħalltin, u permezz tagħhom huma jkunu jistgħu jaslu għall-kelma t-tajba. L-iskop prinċipali ta’ din is-sessjoni huwa li l-istu­denti jsiru midħla

‘Raddiena Kliem’ tgħodd għall-istudenti tal-ħames sena. Matul din l-attività, l-istu­ denti jingħataw għadd ta’ ittri biex jiffur­ maw kliem differenti bil-Malti ta’ żewġ ittri jew aktar. L-għan ta’ din il-logħba, bħal xi logħob ieħor, hu li l-istudenti jħadd­ mu l-għarfien tagħhom ta’ kif jissawwar il-kliem fil-Malti.

Seħer il-Kliem

‘Seħer il-Kliem’ hija logħba oħra bil-Malti li ssir malistudenti tas-sitt sena tal-iskola primarja. F’din l-attività, l-istudenti jinqasmu fi gruppi u jingħataw tliet kelmiet sabiex jiffurmaw sentenza/i skont sett ta’ kriterji. L-għan prinċipali f’dan il-każ huwa li l-istudenti minbarra li joħolqu kliem ġdid, isaħħu l-għarfien tar-regoli sintattiċi tal-lingwa Maltija. Min ikun jixtieq aktar informazzjoni dwar dan ilprogramm jista’ jikteb lil nicole.borg.18@ilearn.edu.mt jew iċempel 2598 3301.


Ottubru 2026 | IL-GAZZETTA

11


12

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026


Ottubru 2026 | IL-GAZZETTA

Tinstab xadina ġdida b’xufftejn oranġjo fil-Kongo

13

R

iċerkaturi sabu li hemm speċi ġdida ta’ xadina li hija differenti minn kull xadina oħra. Magħrufa bħala “Likweli” fost in-nies tal-post, din tgħix fil-foresti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Din hija biss ilħames speċi ġdida ta’ xadina Afrikana li ġiet skoperta fl-aħħar 75 sena. Din it-tip ta’ xadina meta tkun adult, tkun tiżen madwar 6.8 kg, jiġifieri daqs kelb żgħir bejn wieħed u ieħor. Dawn ix-xadini jgħixu fl-għoli tal- talforesta fi gruppi żgħar ta’ madwar sitt xadini. Dawn it-tip ta’ xadini josservaw lill-viżitaturi fis-skiet minn fuq issiġar. Madankollu, l-għajjat ​​qawwi tagħhom, li jixbah lil għajjat ​​ta’ bhima feroċi, huwa diffiċli biex wieħed ma’ jinnotahx. L-ewwel darba li kienet dehret din it-tip ta’ xadina, kien fl-2008. Kien esploratur li raha iżda r-ritratti li ħa kienu imċajprin wisq. Ix-xadina ma baqgħetx tidher sas-sena 2018. Kien dak iż-żmien li r-riċerkatur Jean-Pierre Kapale raha waqt spezzjoni ta’ rutina fil-Park Nazzjonali ta’ Lomami, fiċ-ċentru tal-Kongo. Ir-ritratti tiegħu ħeġġew lix-xjentisti biex ifittxu aktar evidenza. Matul is-snin ta’ wara, tim internazzjonali ta’ xjentisti mmexxi minn John Hart, minn Lukuru Wildlife Research Foundation, irreġistra 114-il osservazzjoni ta’ dan l-annimal li diffiċli ssibu.

In-naħla Maltija u l-bagħal taż-żunżan ... żewġ insetti differenti ħafna

F

id-dawl tat-tħassib dejjem jikber dwar il-bagħal tażżunżan Orjentali (Oriental hornet) f’Malta, qed isir aktar importanti minn qatt qabel li wieħed jagħraf l-insetti li jiltaqa’ magħhom qabel ma jieħu xi azzjoni. Il-Fondazzjoni għall-Konser­ vazz­joni tan-Naħla Maltija talGħasel qed tħeġġeġ lin-nies jit­ għallmu kif jagħrfu d-differenza bejn in-Naħla Maltija tal-Għasel (*Apis mellifera ruttneri*) u l-Bagħ­al taż-Żunżan Orjentali (*Vespa orientalis*). It-tnejn jistgħu jidhru fi djar, fil-ġonna, f’żoni agrikoli u spazji oħra fil-beraħ, iżda huma insetti differenti ħafna u m’għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod.

In-Naħla Maltija tal-Għasel ġeneralment hija iktar skura fiddehra, b’wiċċ kannella skur jew iswed u l-ġisem ikun skur b’faxex kannella jew suwed. Saqajha huma qosra u huma adattati għall-ġbir tal-polline. Il-Bagħal taż-Żunżan, minnaħa l-oħra, huwa ħafna akbar u għan­du dehra aktar impressjo­ nan­ti. Normalment il-wiċċ ikun safrani, ġisem kannella ħamrani jew skur b’marki sofor distintivi u saqajn itwal. Il-Bagħal taż-żunżan jista’ ipoġġi pressjoni fuq in-naħal talgħasel. Il-preżenza tagħhom madwar in-naħal tista’ tfixkilhom u twassal biex in-naħal jabbanduna l-ġarar tiegħu.

Skoperta speċi ġdida u ċkejkna ta’ qattus tigra

G

ħall-ewwel darba f’aktar minn 100 sena, ix-xjentisti identifikaw speċi ġdida ta’ qtates selvaġġi. Ittilcayo, li huwa qattus żgħir, jinstab fil-Bolivja. Ixxjentisti qed jgħidu li dan il-qattus, flimkien ma’ qtates selvaġġi żgħar oħra tal-Amerika t’Isfel, jista’ jkollu bżonn protezzjoni. Madwar 10 snin ilu, familja fil-Bolivja ħadet għandha qattus żgħir li kienet sabet fil-foresta ta’ Yungas. Il-pil tal-annimal kien kannella ċar b’tikek kbar u tondi, u l-familja ħasbet li kien sempliċiment qattus domestiku komuni. Wara li żammew l-annimal għal sena, indunaw li ma kienx verament adattat biex jgħix

man-nies. Il-familja ħadet il-qattus fis-Santwarju talAnnimali Selvaġġi ta’ Senda Verde. Il-ħaddiema f’Senda Verde semmew lill-qattus “Tigrino”. Huma ħasbu li kien *oncilla*, tip ta’ qattus selvaġġ (magħruf bħala *tiger cat*) li jinstab flAmerika t’Isfel. Jista’ jkun diffiċli li tiddistingwi bejn il-qtates selvaġġi ta’ dan it-tip fl-Amerika t’Isfel. Ħadd ma kien jaf biċ-ċert kemm kien hemm speċi minnhom f’dan irreġjun. Għal snin sħaħ, ix-xjentisti ħasbu li kien hemm speċi waħda biss. Maż-żmien, indunaw li kien hemm tal-inqas tnejn, u forsi saħansitra erba’ speċi differenti.


14

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

Il-Passaport tal-Istudenti ta’ Heritage Malta I

l-Passaport tal-Istudenti ta’ Heritage Malta huwa inizjattiva maħsuba biex tħeġ­ ġeġ lit-tfal u lill-istudenti jżuru aktar ilmużewijiet u s-siti storiċi ta’ Malta u Għawdex. Il-karta tingħata lill-istudenti kollha li jatten­ du skejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex, kemm jekk huma skejjel tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti.

X’jista’ jżur tifel jew tifla bil-Passaport? Il-Heritage Malta Card tagħti dħul bla ħlas u bla limitu lill-istudent u lil żewġ adulti li jakkumpanjawh għall-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta, b’xi eċċezzjonijiet. Il-karta tibqa’ valida sal-aħħar tat-Terminu tas-Sena 11. Fost il-postijiet li jistgħu jiġu esplorati hemm: ▪ Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija filBelt Valletta – fejn it-tfal jistgħu jitgħallmu dwar l-istorja preistorika ta’ Malta u l-oġġetti li nstabu minn siti arkeoloġiċi. ▪ Il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu – wie­ ħed mill-bini storiċi importanti tal-Kottonera, fejn wieħed jista’ jara fost oħrajn il-kmamar tal-Inkwiżitur, il-qorti u ċ-ċelel. ▪ Fortizzi u siti storiċi, li jagħtu lit-tfal l-opportunità jifhmu aħjar l-istorja militari u l-wirt arkitettoniku ta’ Malta. ▪ Siti megalitiċi u arkeoloġiċi, li juru l-is­ torja antika tal-gżejjer.

▪ Mużewijiet f’Għawdex, biex l-esperjenza edukattiva testendi wkoll lil hinn minn Malta. ▪ Il-passaport innifsu għandu wkoll logħba. Meta student jagħmel l-ewwel żjara tie­ għu f’wieħed mis-siti jew mużewijiet eliġibbli, jingħata l-Heritage Malta Passport, li fih jinġabru timbri differenti kull darba li jżur post ġdid. Dan jagħmel iż-żjarat aktar interessanti għat-tfal, għax jistgħu jiġbru t-timbri u jimlew il-passaport tagħhom filwaqt li jesploraw postijiet differenti. Għaxar timbri differenti minn għaxar pos­tijiet differenti jwasslu għal VISA li tagħti dħul b’xejn, għal darba waħda, għal sit li nor­malment ma jkunx miftuħ għall-pubbliku. B’20 timbru differenti, jingħataw żewġ VISAs oħra għal żewġ siti oħra. Meta l-istudent jiġbor 27 timbru minn 27 post differenti, ikun jista’ jikseb VISA għal żjara ta’ darba fil-Ħal Saflieni Hypogeum għall-istudent u adult wieħed li jakkumpanjah, jew jagħżel pakkett ta’ rigal esklussiv ta’ Heritage Malta.

Għaliex huwa importanti? Il-passaport mhux sempliċement biljett biex tidħol f’mużew. Huwa mod kif it-tfal jit­ ħeġġu jitgħallmu barra mill-klassi, isiru jafu

aktar dwar l-istorja u l-kultura Maltija, u flistess ħin jagħmlu ż-żjarat kulturali esper­ jenza divertenti mal-familja. Huwa wkoll opportunità biex familji jżuru

postijiet li forsi qatt ma kienu jżuru qabel, filwaqt li t-tfal ikollhom għan quddiemhom: jiġbru kemm jista’ jkun timbri u jiskopru aktar mill-wirt ta’ Malta u Għawdex.

It-tifsira tal-Halloween u t-tradizzjonijiet marbuta miegħu

H

alloween huwa jum li jiġi ċċelebrat kull sena fil-31 ta’ Ottubru. Għalkemm illum ħafna nies jarawh bħala okkażjoni ta’ gost, kostumi u ħelu, din ittradizzjoni għandha għeruq antiki

ħafna. Il-kelma Halloween ġejja millespressjoni Ingliża All Hallows’ Eve, li tfisser il-lejla ta’ Jum ilQaddisin Kollha, li jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Novembru.

Kif beda Halloween? Il-festa għandha rabtiet ma’ tradizzjonijiet antiki tal-popli Ċel­ tiċi fl-Ewropa. Waħda mill-festi tagħhom kienet tissejjaħ Samhain, li kienet timmarka t-tmiem tas-

sajf u l-bidu tax-xitwa. Maż-żmien, tradizzjonijiet differenti ngħaqdu flimkien u evolvew f’dak li llum nafuh bħala Halloween. It-tradizzjonijiet tal-Halloween Il-qargħa ħamra: Waħda millaktar simboli magħ­rufa hija l-qargħa b’wiċċ imnaqqax fuqha, magħrufa bħala Jack-o’-lantern. Ġewwa titqiegħed dawl żgħir biex tixgħe Il-kostumi: It-tfal u l-adulti jilbsu kostumi ta’ fantażmi, sħa­ ħar, supereroj, annimali u karattri oħra. Oriġi­nar­jament, il-kostumi kienu marbuta ma’ tradizzjonijiet antiki li fihom in-nies kienu jilbsu biex jaħbu wiċċhom. “Trick or Treat”: It-tfal imorru minn bieb għal bieb u jgħidu “Trick or Treat!”. Ġeneralment jingħataw ħelu jew xi ħaġa żgħira bħala

rigal. Dekorazzjonijiet: Djar u ħwie­ net jiġu mżejna bi brimb, xbieki, friefet il-lejl, ghosts, skeletri u qargħa kkulurita. Stejjer u films: Halloween huwa wkoll żmien fejn ħafna nies jirrakkontaw stejjer misterjużi jew jaraw films b’tema ta’ fantażija u misteru. F’Malta, il-Halloween sar aktar popolari matul dawn l-aħħar snin, partikolarment fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Jiġu organizzati atti­ vi­tajiet b’kostumi, kompe­tizz­ jonijiet, pumpkin carving, trick or treat, logħob u attivitajiet kreat­ tivi. Halloween huwa għalhekk żmien ta’ fantażija, kreattività u gost – fejn it-tfal jistgħu jilbsu kostumi, iżejnu l-qargħa tagħhom u jieħdu sehem f’attivitajiet divertenti!


Ottubru 2026 | IL-GAZZETTA

15


16

IL-GAZZETTA | Ottubru 2026

THE

VILLAIN

Dan il-Halloween esperjenza The Villain Academy fl-Esplora avventura divertenti u immersiva fejn ix-xjenza, ir-rakkontar tal-istejjer u l-biża’ jingħaqdu flimkien.

ACADEMY

Esplora se jinbidel f’akkademja għal rekluti kurjużi, u jiskopru x-xjenza wara effetti spettakolari ispirati mill-villani.

Kemm jekk ġej mal-ħbieb jew sempliċiment biex taqta’ l-kurżità, lesti ruħek biex tesplora dinja ta’ esperimenti, skoperti mhux mistennija u xjenza prattika, ilkoll miġburin f’avventura divertenti tal-Halloween adattata għall-familja kollha.

31 TA’ OTTUBRU - 4 TA’ NOVEMBRU 10AM – 5PM

IĊ-ĊENTRU INTERATTIV TAX-XJENZA ESPLORA, KALKARA


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
GAZZETTA TFAL - Ottubru 2026 by Union Print - Issuu