#39
Ottubru 2026
Nota mill-Editur L-iżviluppi ġeopolitiċi tal-aħħar ġimgħat reġgħu żiedu l-pressjoni fuq il-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija, b’mod partikolari taddiżil. F’dan il-kuntest, is-sussidji tal-Gvern għandhom rwol importanti biex jipproteġu lill-familji u lill-intrapriżi minn żidiet sostanzjali fl-ispejjeż, filwaqt li jipprovdu ċertezza li tgħinhom jippjanaw b’aktar fiduċja. Din l-istabbiltà għandha valur ekonomiku u soċjali ċar. Fl-istess waqt, titlob ippjanar finanzjarju responsabbli biex il-pajjiż ikun jista’ jkompli jsostni dawn il-miżuri u jinvesti fil-prijoritajiet tiegħu. Il-Ministru tal-Finanzi enfasizza l-importanza tal-ġbir tat-taxxi dovuti minn ċerti kumpaniji, filwaqt li indika li jista’ jkun meħtieġ li jiġu evalwati wkoll aspetti tan-nefqa pubblika u tal-investiment kapitali. Is-saħħa, l-infrastruttura u l-enerġija jibqgħu fost il-pilastri ewlenin tal-iżvilupp ta’ pajjiżna. L-investiment fihom itejjeb il-kwalità tal-ħajja, isaħħaħ is-servizzi pubbliċi u joħloq il-kundizz-
jonijiet biex l-ekonomija tkompli tikber. Il-proġetti marbuta mad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, it-tisħiħ tas-sistema tal-enerġija u l-ħidma fuq soluzzjonijiet ta’ trasport aktar effiċjenti jirriflettu ħtiġijiet importanti għall-preżent u għall-futur. L-impenn li jinżamm l-investiment fis-setturi essenzjali huwa għalhekk wieħed pożittiv. Ilpass li jmiss huwa li jkun hemm ċarezza dwar kif se jiġu bbilanċjati dawn l-impenji mal-ispiża tas-sussidji, u dwar il-prijoritajiet u ż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-proġetti l-oħra. F’din id-diskussjoni jidħol ukoll il-mudell ekonomiku u s-suq tax-xogħol tagħna. Is-sejħa biex l-intrapriżi jnaqqsu d-dipendenza fuq il-ħaddiema barranin tista’ tkun opportunità biex jissaħħu l-produttività, il-ħiliet u l-investiment fit-teknoloġija. Fl-istess waqt, tajjeb li jiġi rikonoxxut il-kontribut li dawn il-ħaddiema jagħtu lill-attività ekonomika, lid-dħul mit-taxxi u lillkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Għalhekk, kwalunkwe bidla f’dan il-mudell għandha tkun gradwali u ppjanata, bi djalogu mill-qrib mal-intrapriżi u l-imsieħba soċjali. L-għan għandu jkun li noħolqu aktar valur mill-attività ekonomika tagħna, filwaqt li nżommu bażi soda biex insostnu l-pensjonijiet u s-servizzi pubbliċi. Il- baġit joffri opportunità biex dawn l-elementi jingħaqdu f’direzzjoni ċara: protezzjoni għall-familji, ċertezza għall-intrapriżi u investiment li jħejji lill-pajjiż għall-ħtiġijiet ta’ għada. Il-viżjoni fit-tul u d-deċiżjonijiet tal-lum għandhom jimxu id f’id. Il-mistoqsija ċentrali, għalhekk, hija kif nistgħu nħarsu l-istabbiltà li għandna llum u, fl-istess waqt, insaħħu l-pedamenti tal-futur. Bi prijoritajiet ċari, użu għaqli tar-riżorsi u djalogu miftuħ, nistgħu nibnu fuq din l-istabbiltà biex niksbu ekonomija aktar reżiljenti u kwalità talħajja aħjar.
2
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
“BAĠIT TA’ SERĦAN IL-MOĦĦ U TA’ INVESTIMENT FIN-NIES” – Il-Prim Ministru Robert Abela
I
l- baġit 2027 irid jibqa’ wieħed li jibgħat messaġġ konsistenti. Li se nibqgħu nkunu ta’ spalla u nwieżnu lill-familji Maltin u Għawdxin. baġit ta’ serħan il-moħħ, ta’ stabbiltà, ta’ direzzjoni u ta’ investiment fin-nies. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela fi Stqarrija Ministerjali li għamel fil-Parlament fejn tkellem ukoll dwar isSummit tal-Kunsill Ewropew li sar il-ġimgħa li għaddiet fi Brussell. Dr Abela stqarr li fid-diskussjonijiet li saru mal-mexxejja Ew ropej, tqajmet il-kwistjoni tal-enerġija u l-fjuwils. Qal li “f’dis kussjonijiet bħal dawn tifhem ħaġa waħda: kemm għandna politika b’saħħitha u ċara dwar is-settur tal-enerġija u l-fjuwils.” Il-Prim Ministru rrimarka li Malta għandha ekonomija b’saħ ħitha, bi dħul tal-Gvern li huwa wieħed b’saħħtu u kalibrat. Għalhekk sostna li l-miżura tas-sussidji fuq il-prezzijiet talenerġija u l-fjuwils kienet kruċjali biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ b’saħħitha u reżiljenti u biex il-piżijiet qawwija li hemm barra min xtutna ma jmorrux fuq spallejn il-Maltin u l-Għawdxin u n-negozji. Huwa qal ukoll li saret diskussjoni dwar is-sitwazzjoni flUkrajna u li għaliha attenda wkoll il-President Ukren Volodymyr Zelensky. Qal li ġiet diskussa l-qagħda finanzjarja ta’ dan il-pajjiż u x’teħtieġ l-Ukrajna fost oħrajn. Temi oħra li ġew diskussi f’dan il-Kunsill Ewropew kienu l-kompetittivà tal-Unjoni Ewropea, tas-Suq Waħdieni. Dan fil waqt li ddiskutew ukoll is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari fejn l-enfasi li għamel f’dan ir-rigward kien dwar l-importanza li jibqgħu jitħadtu mal-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Mediterran. Il-Prim Ministru qal ukoll li din se tkun it-tieni opportunità għalih li jinnegozja l- baġit tal-Unjoni Ewropea f’isem pajjiżna u stqarr li hu minn ewl id-dinja li d-diskussjonijiet bħalissa jintensifikaw. “Hemm fejn irridu nsibu l-bilanċ bejn l-aspettattivi differenti. Għandi fiduċja li l-Kummissjoni, il-Kunsill, flimkien magħna l-mexxejja, kapaċi naslu għal dak it-tragward. Pajjiżna huwa mħejji tajjeb ħafna kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell politiku,” qal il-Prim Ministru.
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA
3
4
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
I N F O R M
|
E N G A G E
|
S U P P O R T
Servizzi Ewropej f’Malta
The EU Closer to You Your one-stop-shop for EU-related matters.
EU POLICY
EU FUNDING
Understand the latest
Explore funding
developments in the EU,
opportunities and access
including strategies, policies and legislations.
information and guidance.
Have a question about the EU? Get in touch with Servizzi Ewropej f'Malta for more information and guidance.
www.sem.gov.mt
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA
5
L-EWROPA: IŻ-ŻMIEN LI NKOMPLU NIMXU AKTAR ’IL QUDDIEM B’ĦEFFA
F
’laqgħa li kelli ftit ġimgħat ilu, imprendituri lokali spjegawli kif dak li jiġri fuq in-naħa l-oħra tad-dinja jinfluwenza d-de ċiżjonijiet li jieħdu f’Malta u Għaw dex: jekk ikomplux jinvestu jew jagħmlux pass lura; jekk jibqgħux jixtru mingħand kumpaniji Ew ropej jew ikollhomx ifittxu lil hinn biex jibqgħu kompetittivi. Din hija r-realtà li qed jiffaċċjaw negozji madwar l-Ewropa. Il-ġeo politika tinħass fid-deċiżjonijiet tagħhom, fl-impjiegi li joħolqu u, fl-aħħar mill-aħħar, fil-ħajja tagħ na. U dan ma jaffettwax biss lillkumpaniji kbar. Jolqot ukoll lil żagħżugħ miż-Żurrieq li qed jibda l-karriera tiegħu, lill-koppja miż żewġa ġdida li qed tibni ħajjitha n-Nadur u lill-pensjonanta li għexet ħajjitha kollha fil-Ħamrun. U l-istess lil ċittadini Ewropej flItalja, fil-Polonja u fil-Portugall. Jin ħass fil-prezzijiet tax-xiri ta’ kuljum u fid-diffikultà biex wieħed jipp jana l-futur. Din hija r-realtà tal-ekonomiji Ewropej illum. Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitti filLvant Nofsani u t-tensjonijiet kum merċjali qed ibiddlu l-kundizz jonijiet li fihom naħdmu u ninves tu. Meta r-rotot kummerċjali jiġu mfixkla, il-merkanzija ddum aktar biex tasal. Meta jinħolqu ostakli ġodda għall-kummerċ, jinbidlu s-swieq u l-pjanijiet tan-negozji. L-inċertezza ġeopolitika ssir inċertezza ekonomika. Id-deċiżjonijiet li nieħdu llum se jsawru s-snin li ġejjin. Irridu nħarsu lejn dawn l-isfidi b’ambizz joni: ekonomija aktar b’saħħitha, kontinent aktar sikur u vuċi Ew ropea li għandha l-piż meħtieġ fiddinja. L-Ewropa wriet kemm-il darba li kapaċi tagħmel qabżiet kbar: – Ħloqna munita komuni. – Fl-2004 għaqqadna mill-ġdid kontinent, fi tkabbir storiku li Malta kienet parti minnu. – Bl-Erasmus ftaħna opportu nitajiet għal ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ biex jistudjaw u jit għallmu lil hinn minn pajjiżhom. Kull waħda minn dawn il-qab żiet kienet teħtieġ kuraġġ. Illum ilmistoqsija hija jekk hux se nis tennew kriżi oħra biex iġġegħelna
naġixxu, jew jekk hux se nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa waqt li għad għandna l-għażla. L-ewwel qabża trid tkun fl-eko nomija tagħna. Il-kompetittività hija l-kapaċità li negozju jinvesti, li ħaddiem javvanza u li idea ġdida
jsibu il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikbru u jirnexxu. L-intelliġenza artifiċjali tista’ tagħti spinta kbira lill-produttività. Iżda l-opportunità trid tkun aċ ċessibbli għan-negozji u għallħaddiema. Jeħtieġ investiment fl-
Minn Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew
ssir opportunità. Mingħajrha, l-Ew ropa titlef il-kapaċità li ssostni l-li vell tal-għajxien u l-mudell soċjali tagħha. Il-kummerċ bejn is-swieq Ew ropej jista’ jkun aħjar, bi tnaqqis ta’ proċeduri differenti u sistemi li jinċentivaw biex kumpanija tikber fejn tkun fl-Ewropa u anki lil hinn. Fis-servizzi, fil-qasam diġitali u anke fejn jidħlu swieq kapitali, integrazzjoni akbar tista’ tiftaħ opportunitajiet li llum għadhom mhux sfruttati biżżejjed. Għal negozju żgħir, kull siegħa mitlufa fuq proċeduri żejda hija siegħa li setgħet intefqet fuq kli jent jew fuq investiment ġdid. Regoli aktar sempliċi u ċari jgħinu lin-negozji jippjanaw, jikbru u joħolqu l-impjiegi. Dan għandu jsir filwaqt li nħarsu d-drit tijiet tal-ħaddiema u l-istandards li jagħtu fiduċja lill-konsumaturi. L-aċċess għall-finanzjament huwa kruċjali wkoll. Żagħżugħ b’idea tajba għandu jsib l-għoddod meħtieġa biex jiżviluppaha fl-Ew ropa. Suq Ewropew tal-kapital aktar integrat jista’ jgħin biex ittfaddil jinbidel f’investiment pro duttiv, innovazzjoni u impjiegi ta’ kwalità. Irridu li l-kumpaniji tagħna
infrastruttura, fl-edukazzjoni u fittaħriġ, biex in-nies ikollhom il-ħi liet li jużaw dawn l-għodod u l-fi duċja li jistgħu jadattaw għallbidla. Il-kompetittività u l-ġustizzja soċjali jimxu flimkien. It-tkabbir ekonomiku jgħinna niffinanzjaw l-isptarijiet, il-pensjonijiet u s-ser vizzi pubbliċi. Iżda jrid jinħass ukoll f’impjiegi ta’ kwalità u f’ħajja li n-nies jifilħu għaliha. Għall-koppja li qed tfittex l-ewwel dar tagħha, ilprogress irid ifisser prospett realis tiku li tibni ħajja indipendenti. Ekonomija b’saħħitha teħtieġ stabbiltà, infrastruttura protetta u l-kapaċità li tirrispondi għall-kriżi jiet. Irridu nipproteġu lill-uliedna, fosthom mit-theddid online. Di versi kumpaniji spjegaw li l-inter ruzzjonijiet fil-provvisti u l-pressjoni fuq infrastruttura kritika qed ikollhom konsegwenzi ekonomiċi. It-tħejjija għalihom hija investi ment fil-prosperità tagħna. Irridu nifhmu aħjar ukoll id-di pendenzi strateġiċi tagħna, minn materja prima essenzjali sa tekno loġiji avvanzati. Provvisti aktar diversifikati u kapaċità Ewropea aktar b’saħħitha jagħtuna aktar libertà biex nieħdu d-deċiżjonijiet
tagħna. Dan jeħtieġ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u investiment fit-tul. L-Ewropa għandha tibqa’ miftuħa għall-kummerċ, filwaqt li tiddefendi kompetizzjoni ġusta. Fir-relazzjoni maċ-Ċina, irridu na ġixxu flimkien, b’pożizzjoni ċara dwar prattiċi li jiżvantaġġaw lillindustriji Ewropej. Meta jkunu żvantaġġjati swieq Ewropej ikunu f’perikli wkoll l-impjiegi. Għalhekk it-tisħiħ tas-swieq Ewropej ifisser tisħiħ tal-impjiegi, tisħiħ tal-op portuntaijiet ta’ xogħol, u stabbilità għall-ħaddiema. Fl-istess waqt, irridu nsaħħu s-sħubijiet tagħna. Rabtiet aktar mill-qrib mal-Kanada u mar-Renju Unit, fil-kummerċ, fit-teknoloġija u fir-riċerka, jistgħu jsaħħu liż-żewġ naħat. F’dinja aktar imprevedibbli, relazzjonijiet ta’ min jorbot fuqhom u regoli stabbli għandhom valur ekonomiku dejjem akbar. It-tkabbir tal-Unjoni huwa parti minn din id-direzzjoni. L-Ukrajna, il-Moldova u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom prospett Ewropew li jrid ikun kredibbli. Hu ma jridu jagħmlu r-riformi meħ tieġa, u aħna rridu nħejju Unjoni li kapaċi tilqagħhom. Il-Mediterran jeħtieġ attenzjoni akbar. It-tisħiġ tal-kooperazzjoni ekonomika, flimkien mat-tkabbir tal-opportunitajiet għaż-żgħażagħ għandhom ikunu parti minn impenn Ewropew fit-tul fir-reġjun. Dawn l-ambizzjonijiet jeħtieġu baġit Ewropew li jsostnihom. Ilbaġit fit-tul li jmiss irid jagħti lillUnjoni l-mezzi biex tinvesti filkompetittività, fis-sigurtà u filkoeżjoni, u biex tħejji għat-tkabbir tagħha. Il-prijoritajiet iridu jkunu sostnuti minn għażliet finanzjarji ċari. Bħala President tal-Parlament Ewropew, nemmen li r-responsab biltà tagħna hija li nbiddlu l-am bizzjoni f’riżultati li n-nies jistgħu jaraw u jħossu. Nibqa’ ottimista dwar dan ilkontinent. L-Ewropa kapaċi tagħ mel affarijiet diffiċli meta ssib irrieda li taġixxi. Issa jeħtieġ li tagħ mel dan aktar malajr. Għax il-futur Ewropew jinbena bid-deċiżjonijiet tagħna, u jitkejjel fil-ħajja tan-nies – fiż-Żurrieq, in-Nadur u l-Ħamrun u madwar l-Ewropa kollha.
6
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
“Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna hija b’saħħitha ħafna” – Opinjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-General Worker’s Union Kevin Camilleri
N
aħseb li l-pożizzjoni ta’ pajjiżna hija b’saħħitha ħafna. Dan anke meta kkumparat ma’ dak li qed jiġri barra minn xtutna fosthom fl-Italja, l-Ingilterra, Ġermanja, Franza. Il-problema ġeo-politika, Malta qiegħda il-quċċata mill-pajjiżi kollha Ewro pew. Meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq il-ġid ekonomiku, li tiġġenera Malta, jiena naħ seb li l-ekonomija hija waħda reżiljenti u kos tanti, li l-businessman tagħna jistgħu
jinvestu għax għandna ekonomija tajba, li sena wara sena qed turi t-tkabbir. Xi ħaġa li bħala General Workers’ Union dejjem ninsistu hija li dan il-ġid ekonomiku għandu jasal għand kulħadd. Meta nirreferu għal tibdil ekonomiku, ma nitkellmux biss fuq tibdil ekonomiku ta’ valur addizzjonali imma nitkellmu wkoll fuq tibdil ekonomiku li jkun aktar inklussiv. Pereżempju nista’ nsemmi il-visual uu non-visual, l-ewwel darba li dawn missejt magħhom fil-viċin. L-istruttura ta’ pajjiżna kif inhi għan-nies għalkemm huma f’minoranza assoluta, li ma jarawx , ma tilqax għall dawn il-persuni. Allura meta nitkellmu fuq tibdil ekonomiku, dan ma għandniex narawh fil-valur jew xogħol ta’ kwalità, għax dan kulħadd jaqbel miegħu. Ħadd mhu qed jitkellem fuq tibdil ekonomiku fejn is-soċjetà tagħna tkun iktar milquha, speċjalment f’nies li jkollhom diżabili tà, mhux biss fiżika imma anke l-għomja, fejn id-dinja tax-xogħol mhux dejjem tkun tista tikkomodahom. Hija xi ħaġa rari li nies neqsin mid-dawl jaħdem fuq post tax-xogħol. Jien nixtieq nara ekonomija, filwaqt li naqblu li għandha jkollha valur, forsi tkun iktar ibbażata fuq produttività. Irrid nara ekonomija iktar inklussiva.
Irrid ekonomija li jkollha struttura li tilqa’ lil kuħadd. Tkellimna fuq meta n-nisa jkorru u jkunu qegħdin l-ITU. Tajjeb li jkollok il-leave, imma iktar milli jkollok il-leave, nixtieq li kun hemm fondi li jista’ jikber u jitwessa’. Int meta persuna tgħaddi minn dawn id-diffikultajiet, ikun hemm dak it-tip ta’ fond li jgħin. Aħna mdorrijin b’ baġit ta’ x’se jagħtina u x’se nieħdu minn dan il- baġit u x’se jkollna. Ilna mill-2014, baġit wara baġit, taxxa qatt. Jien nixtieq li l- baġit ma narawhx minn dan il-lenti. Nixtieq li l-Viżjoni 2050 sar xogħol importanti fiha u importanti li nħallu lilha bħala direzzjoni ta’ fejn irridu mmorru. Irrid nara li dan il- baġit għandu jkun ittarġa li jwassalna għal din il-viżjoni. Kulħadd jista’ jilmenta u l-kif huwa dibattibbli. F’dan il- baġit jien nixtieq li nara li filwaqt li l-Gvern jinċentiva lil min hu bilgħaqal speċjalment fejn tidħol l-enerġija, u filwaqt li nara li l-inċentiva nieħdu l-valur tagħhom, Nixtieq li dak li Malta toffri bħalissa u qed toffri ekonomija b’saħħitha. Bħala GWU, konna l-ewwel unjin li sħaqna fuq l-importanza li s-sussidji tal-enerġija jibqgħu. Biss, issa wara li s-sussidji baqgħu, issa sena wara sena, ikollna track rekord. Nemmen li dan il-mekkaniżmu għandu jinbidel. Min jaqla l-inqas u min hu l-aktar bilgħaqal, għandhom ikunu iktar inċentivati.
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA
7
8
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
“Nistenna li l-Baġit tal-2027 ikun ikkaratterizzat bejn iż-żamma tal-istabbiltà ekonomika u l-ħtieġa għad-dixxiplina fiskali”
N
istenna li l- baġit tal-2027 ikun ikkaratterizzat minn tensjoni bejn iż-żamma talistabbiltà ekonomika u l-ħtieġa dejjem tikber għal dixxiplina fis kali. Mid-Dokument ta’ Qabel ilbaġit u mid-dikjarazzjonijiet riċenti tal-Ministru tal-Finanzi, jidher ċar li s-sussidji fuq l-enerġija se jibqgħu pilastru ewlieni fl-istrateġija talGvern, b’allokazzjoni mistennija ta’ madwar €400 miljun għas-sena 2027. Il-Ministru Clyde Caruana indika wkoll li ma jistgħux jiġu esklużi miżuri ġodda biex jiżdied id-dħul tal-Gvern, għalkemm mhumiex qed jiġu kkunsidrati bidliet fit-taxxa fuq id-dħul, fil-VAT jew fil-kontribuzzjonijiet tas-si gurtà soċjali. Fl-istess ħin, ir-re ferenzi tiegħu għat-tnaqqis fl-infiq fil-ministeri kollha jissuġġerixxu li qed tikber l-għarfien li ż-żieda flinfiq pubbliku trid tingħata aktar attenzjoni. Huwa pożittiv li tisma’ Ministru tal-Finanzi jammetti b’mod miftuħ li ċertu nfiq jinvolvi ineffiċjenzi, li n-negozji qagħdu wisq fuq ixxogħol (labour) minflok fuq ilkapital, u li proġetti infrastrutturali kbar iridu jkunu sostnuti minn evalwazzjoni ekonomika xierqa. Madankollu, nixtieq nara li lbaġit imur lil hinn minn sempliċi kontroll tal-infiq u jintroduċi bidla aktar fundamentali fil-mod kif jiġu allokati r-riżorsi pubbliċi. L-infiq ġenerali tal-Gvern żdied b’€487 miljun fl-2025 biex laħaq madwar €9.1 biljun; b’mod parti kolari, ir-rimunerazzjoni tal-impje gati żdiedet bi 8.1%, filwaqt li l-kon sum intermedju żdied b’16%. Dawn iż-żidiet mhumiex neċessar jament prova ta’ ħela, speċjalment meta wieħed iqis il-ftehimiet dwar il-pagi u d-domanda dejjem tikber għas-servizzi pubbliċi. Madankollu, iqajmu mistoqsijiet leġittimi dwar ir-riżultati li qed jinkisbu. L-istennija tiegħi, jew forsi aktar preċiżament it-tama tiegħi, hija li
nibdew nimxu lejn baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni, fejn l-infiq ikun marbut ma’ riżultati li jistgħu jit kejlu aktar milli sempliċiment allo kat skont impenji storiċi u prijo ritajiet politiċi ġodda. Dan għandu jkun akkumpanjat minn evalwazzjonijiet tal-impatt indipendenti tal-programmi ewle nin, partikolarment fl-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-infrastruttura u l-inċentivi għan-negozji. Il-mis toqsija għandha ssir dejjem aktar mhux kemm qed jonfoq il-Gvern, iżda liema valur ekonomiku u soċjali qed joħloq dak l-infiq. Hemm ukoll dimensjoni importanti tal-ekonomija politika. baġits suċċessivi b’mod raġonevoli fittxew li jqassmu l-benefiċċji tattkabbir ekonomiku, iżda dan ħoloq aspettattivi u impenji ta’ nfiq li jsiru progressivament aktar diffiċli biex jiġu rriversjati. Għalhekk, it-test reali tal- baġit 2027 se jkun jekk jibdiex ibiddel l-inċentivi li jirregolaw l-imġiba ekonomika. Malta mhux neċessarjament teħtieġ lista twila oħra ta’ miżuri. Teħtieġ prijoritizzazzjoni aktar ċara tal-investimenti u r-riformi li se jtejbu l-produttività, isaħħu l-ka paċitajiet nazzjonali u jiġġeneraw titjib sostenibbli fil-livelli tal-għaj xien. L-ekonomija Maltija tibqa’ b’saħħitha fil-pedamenti tagħha, u dan għandu jkun il-punt tat-tluq għal kwalunkwe valutazzjoni oġ ġettiva. It-tkabbir ekonomiku qed ikompli jaqbeż dak ta’ ħafna millekonomiji Ewropej, bil-PDG reali mbassar li jikber b’madwar 3.7% fl2026 u 3.6% fl-2027. Il-qgħad jibqa’ baxx, l-attività ekonomika hija sostnuta minn settur tas-servizzi diversifikat, u l-proporzjon tad-dejn pubbliku — li jinsab madwar 46% tal-PDG — jibqa’ relattivament maniġġabbli skont l-istandards Ewropej. Min barra hekk, Malta wriet reżiljenza konsiderevoli fix-xokkijiet esterni suċċessivi, partikolarment per mezz tad-deċiżjoni tal-Gvern li
Opinjoni mill-Ekonomista JP Fabri jipproteġi lill-familji u lin-negozji mill-volatilità fil-prezzijiet inter nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, hemm distinzjoni importanti bejn il-prestazzjoni talekonomija u l-kwalità tal-mudell ta’ tkabbir li jsostniha. Malta rnex xielha b’mod eċċezzjonali tespandi l-attività ekonomika, iżda kellha inqas suċċess biex iżżid il-valur iġġenerat minn kull unità ad dizzjonali ta’ xogħol u kapital. Id-Dokument ta’ Qabel il- baġit juri li t-tkabbir fil-produttività taxxogħol naqas minn 2.2% fl-2023 għal 0.2% biss fl-2024, u mbagħad sar kemmxejn negattiv fl-2025. Sadanittant, l-ispejjeż reali taxxogħol żdiedu bi 2.8% fl-2025. Din is-sitwazzjoni titlob attenzjoni, għaliex il-pagi u l-ispejjeż taxxogħol jistgħu jiżdiedu b’mod sostenibbli fit-tul biss jekk ikunu akkumpanjati minn titjib kor rispondenti fil-produttività. Il-migrazzjoni appoġġjat ittkabbir, għenet biex ittaffi n-nuq qas ta’ ħaddiema u saħħet il-bażi tal-kontribuzzjonijiet għas-siste ma tas-sigurtà soċjali tagħna, iżda
fl-istess ħin, ippermettiet lil ċerti setturi tal-ekonomija biex jippos ponu t-tranżizzjoni lejn attivitajiet li jiddependu aktar fuq il-kapital u li huma aktar produttivi. L-isfida mhix il-migrazzjoni fiha nfisha, iżda d-dipendenza kontin wa fuq iż-żieda fl-input tax-xogħol bħala l-mekkaniżmu ewlieni għattkabbir. Tħassib daqstant importanti għandu x’jaqsam mal-kapital uman. L-aħħar riżultati tal-PISA 2025 juru li 56% biss tal-istudenti Maltin laħqu l-profiċjenza bażi filmatematika, 52% fil-qari u 63% fixxjenza, kollha taħt il-medji korris pondenti tal-OECD. Ir-riżultati wkoll iddeterjoraw meta mqabbla mal-2022. Dawn mhumiex sempliċiment statistiċi edukattivi. Huma indikaturi ew lenin tal-produttività u l-kompetit tività futura ta’ Malta. Ma nistgħux naspiraw għal ekonomija sofisti kata, immexxija mit-teknoloġija, b’pagi għoljin mingħajr ma niżgu raw li s-sistema edukattiva tagħna tipproduċi l-kapaċitajiet funda mentali u avvanzati meħtieġa.
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA Għalhekk l-ekonomija mhijiex fi tnaqqis, u lanqas m’għandna nissottovalutaw il-kisbiet tagħha. Pjuttost, Malta qed toqrob lejn punt ta’ tranżizzjoni. L-ewwel fażi tat-trasformazzjoni ekonomika tagħna nbniet fil-biċċa l-kbira fuq l-iskala, il-parteċipazzjoni u l-attrazzjoni ta’ attività ekonomika. Il-fażi li jmiss trid tinbena fuq ilproduttività, l-innovazzjoni, ħiliet aħjar u xogħol ta’ valur ogħla. Flaħħar mill-aħħar, il-kejl tas-suċ ċess ekonomiku m’għandux ikun sempliċiment kemm jiżdied ilPDG, iżda kemm dak it-tkabbir jissarraf b’mod effettiv fi dħul reali ogħla, servizzi pubbliċi aħjar u kwalità tal-ħajja mtejba. Il-problema ġeo-politika qed tbiddel b’mod fundamentali l-ambjent li fih joperaw ekonomiji żgħar u miftuħa. Għal diversi de ċennji, il-globalizzazzjoni pper mettiet lil pajjiżi bħal Malta jibbe nefikaw minn relazzjonijiet kum merċjali relattivament prevedibbli, ktajjen tal-provvista integrati, aċ ċess għal swieq internazzjonali, u moviment effiċjenti tal-kapital u tax-xogħol. Dak l-ambjent qed isir ferm aktar inċert. Restrizzjonijiet kum merċjali, tensjonijiet ġeopolitiċi, nuqqas ta’ sigurtà fl-enerġija, u tfixkil fir-rotot marittimi qed iżidu l-ispejjeż ekonomiċi marbuta
mad-dipendenza internazzjonali. Għal Malta, li l-prosperità tagħha hija marbuta mill-qrib mal-ftuħ u l-konnettività, dan jirrikjedi app roċċ aktar maħsub lejn ir-reżiljenza ekonomika. Is-sussidji tal-Gvern fuq l-enerġija huma eżempju ċar ta’ dan. L-infiq ta’ madwar €1.35 biljun bejn l-2022 u l-2026 għen biex jipproteġi lil Malta minn xokk ekonomiku ferm aktar gravi. Dan bla dubju appoġġja l-poter talakkwist, il-fiduċja fin-negozju u l-istabbiltà ekonomika. Madankollu, hemm differenza fundamentali bejn l-użu tal-karta tal-bilanċ pubblika biex tassorbi l-vulnerabbiltà u l-investiment biex tnaqqas dik il-vulnerabbiltà. Għalhekk nistenna li l- baġit ipoġġi enfasi ferm akbar fuq is-sigurtà tal-enerġija, il-ġenerazzjoni rinnovabbli, il-ħażna, l-interkon nessjoni u l-effiċjenza. L-investi ment imħabbar ta’ €75 miljun flinfrastruttura tal-enerġija huwa rilevanti, iżda l-mistoqsija usa’ hija jekk Malta għandhiex strateġija fittul ambizzjuża biżżejjed biex tnaq qas l-esponiment tagħha għallenerġija importata u l-ispiża fiskali tal-protezzjoni tal-konsumaturi minn xokkijiet futuri. Lil hinn mill-enerġija, ir-reżiljen za ekonomika teħtieġ diversifi kazzjoni u kapaċitajiet domestiċi aktar b’saħħithom. Malta ma tistax
tiżola lilha nnifisha mill-iżviluppi internazzjonali, u lanqas m’għan dha tipprova tirtira mill-globaliz zazzjoni. Il-prosperità futura tagħ ha se tkompli tiddependi fuq ilkummerċ internazzjonali, l-investi ment u l-konnettività. Madankollu, tista’ ssir aktar selettiva u strateġika fil-kapaċitajiet li tiżviluppa u s-swieq li taqdi. Nistenna enfasi akbar fuq l-in novazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-infrastruttura diġitali, iċ-ċibersi gurtà, is-servizzi avvanzati u l-ab biltà tan-negozji Maltin li jiddi versifikaw ir-relazzjonijiet kum merċjali internazzjonali tagħhom. Hemm ukoll rwol għal inċentivi ta’ investiment aktar effettivi u kapital paċenzjuż biex jgħinu lill-kum paniji jadottaw it-teknoloġija, itej bu l-produttività u jespandu inter nazzjonalment. Dimensjoni daqstant impor tanti hija r-reżiljenza fiskali. L-inċer tezza ġeopolitika tagħmel il-pre servazzjoni tal-ispazju fiskali dej jem aktar siewja għaliex il-gver nijiet iridu jżommu l-kapaċità li jirrispondu għal xokkijiet li ma jistgħux jiġu mbassra. Il-pożizzjoni tad-dejn relattivament favorevoli ta’ Malta tipprovdi vantaġġ. L-impenji ta’ nfiq jeħtieġ li jiġu vvalutati kontra r-ritorni ekonomiċi fit-tul tagħhom, filwaqt li d-deċiż jonijiet ewlenin ta’ investiment għandhom ikunu appoġġjati
9
minn valutazzjoni rigoruża u eval wazzjoni tal-impatt. L-objettiv għandu jkun li tissaħħaħ il-ka paċità tal-pajjiż li jiflaħ tfixkil futur mingħajr ma jkun hemm bżonn ripetut ta’ interventi fiskali straor dinarji. Fl-aħħar mill-aħħar, nixtieq li lbaġit 2027 juri li Malta tifhem iddifferenza bejn l-istabbiltà eko nomika u r-reżiljenza ekonomika. L-istabbiltà hija dwar il-protezzjoni tal-ekonomija mill-konsegwenzi immedjati ta’ xokk. Ir-reżiljenza hija dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-istituzzjonijiet u l-infrastruttura li jagħmlu x-xokk li jmiss inqas ta’ ħsara. Tal-ewwel kienet saħħa ewlenija tal-politika ekonomika ta’ Malta f’dawn l-aħħar snin. Tal-aħħar trid issir il-prijorità li tiddefinixxiha għad-deċennju li ġej. Fid-dinja, li qed ngħixu fiha bħalissa, il-vantaġġ kompetittiv ta’ Malta ma jistax jistrieħ biss fuq l-attraenza tat-taxxa, il-kompetitti vità tal-ispejjeż jew il-kapaċità tagħha li tespandi l-forza taxxogħol tagħha. Irid jistrieħ dejjem aktar fuq il-kwalità tal-istituzzjo nijiet tiegħu, il-ħiliet tan-nies tie għu, is-sofistikazzjoni tan-negozji tiegħu u l-kapaċità tiegħu li ja datta. Din hija t-trasformazzjoni ekonomika li nittama li nara riflessa fil- baġit.
10
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA
11
X’jidirlek mill-Baġit 2027 minn dak li tħabbar s’issa?
L
i tħabbru s’issa huma biss indikazzjonijiet ta’ direzzjoni, mogħtija l-aktar mill-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi – kif inhu naturali. Fakkruni fid-dikjarazzjoni magħmula snin twal ilu mill-Prim Ministru Ingliż Margaret Thatcher “The lady’s not for turning!” Il-Gvern hu determinat li jissalvagwardja l-andament ekonomiku tal-pajjiż, li baqa’ qawwi, bl-użu ta’ sussidji ġenerali fuq il-fjuwil. Se jibqa’ jinsisti li dan hu l-aħjar mod kif jinħarġu u jiċħad li jkun aħjar jekk talanqas iżomm is-susidji mrażżna billi jpoġġi xi limiti jew targets ekonomiċi jew soċjali fuqhom. Jirrikonoxxi li bil-prezzi jiet tal-fjuwil li dejjem qed jiżdiedu internazzjonalment, dan se jfisser spiża ħafna akbar għall-Gvern milli kien previst. Imma l-Gvern se jibqa’ lest li jidħol għaliha għax bis-sussidji qed jirnexxielu jissalvagwardja t-tkabbir ekonomiku u jikkontrolla l-għoli fil-prezzijiet waqt li jsostni l-impjiegi. Fl-istess ħin, il-Gvern determinat ukoll li l-ħofra finanzjarja filbaġit ma taqbiżx it-3 fil-mija talekonomija. Dan biex jibqa’
konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ewro. Il-Ministru tal-Finanzi qal li qed jirrekjedi li l-ħala fl-amministrazzjoni talgvern tiġi kontrollata, ħaġa li għandha tnaqqas fl-ispiża. Se jagħfas fuq ċittadini u kumpaniji li mhumiex iħallsu taxxi dovuti minnhom biex iħallsuhom, li għandu jżid fid-dħul. Biss niddubita kemm dan se jkun biżżejjed biex jilqa’ għaż-żieda li tista’ tikber sew fis-sussidji. Jibqa’ li fit-tħejjija tal-baġit, isir eżerċizzju biex ċerti spejjeż, kurrenti jew imwegħda, jitneħħew. L-għażla tkun bejn il-posponiment ta’ wegħdi li saru u t-tnaqqis fl-ispiża kapitali jew kurrenti (jiġifieri ta’ konsum) fin-nefqa talGvern. L-esperjenza f’Malta u f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea tindika li l-aktar li jispiċċaw im naqqsa se jkunu spejjeż ta’ natura kapitali, jiġifieri ta’ investiment.
Kif tiddeskrivi l-qagħda ta’ pajjiżna bħalissa? Għandna biex nifirħu li l-ekonomija baqgħet daqshekk stabbli u b’rankatura ta’ tkabbir
fiż-żminijiet diffiċli u fl-inċertezzi li saru parti mir-realtà ekonomika internazzjonali. Imqabbla ma’ paj jiżi oħra, ir-riżultati miksuba huma tajba ħafna. Dwar dan il-Gvern jixraqlu kull tifħir. Min-naħa l-oħra, il-bażi tattkabbir ekonomiku qed jintrabat dejjem aktar ma’ servizzi – turiż mu, servizzi finanzjarji u s-settur tal-imħatri bl-internet. It-turiżmu speċjalment qed ipoġġi piżijiet dejjem jikbru fuq l-ambjent fiżiku u uman. Nitħasseb li l-bażi ekonomika hi – jew tista’ malajr issir – fraġili. Imma din il-ħaġa ma tidhirx li tinkwieta liż-żewġ naħat fil-Kamra tar-Rappreżentanti jew lis-settur privat. Minbarra hekk, il-livelli ta’ investiment kapitali mill-Gvern u mill-privat mhumiex sodisfaċenti, waqt li l-governanza ekonomika u soċjali għandha fejn titjieb sew.
Minħabba s-sitwazzjoni ta’ tensjoni ġeo-politika li hawn fid-dinja, x’tistennew mil- baġit speċjalment mill-aspett ekonomiku? Li fl-għażliet li jagħmel, lil hinn
Alfred Sant, eks MEP
mir-retorika, il- baġit 2027 joffri – madwar perspettiva medja ta’ żmien – prospett konkret ta’ stabbiltà fl-għażliet li jagħmel. Irid jagħti xhieda prudenti ta’ realiżmu ekonomiku imma b’sens ta’ ġustizzja soċjali. Il-proposti ta’ investimenti fit-tul li jservu biex itejbu l-kompetittività tal-pajjiż jeħtieġ li ma jibqgħux aktar fuq il-karta imma jibdew jitwettqu.
“Pajjiżna qiegħed f’pożizzjoni tajba mil-lat ta’ tkabbir ekonomiku”
P
ajjiżna qiegħed f'pożizzjoni tajba mil-lat ta' tkabbir ekonomiku anke fejn jidħol id-dejn tal-Gvern meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija.
Però rridu noqogħdu attenti sabiex in-nefqa tal-Gvern ma tikbirx wisq b’mod mgħaġġel ħalli jkollna r-reżiljenza meħtieġa għal dak kollu li jista’ jinqala’. Wieħed ma jridx jinsa li d-dħul tal-Gvern qiegħed dejjem jiddependi iżjed middħul ta’ taxxi diretti speċјalment mid-dħul fuq taxxi li ġej minn kumpaniji barranin. Fl-eqqel taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u fjuwils minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika, wieħed jistenna li kif iddikjara l-Gvern iżomm is-sussidji għaddejjin. Kulħadd jaqbel fuq dan. L-isfida li għandna quddiemna hija meta l-agħar taż-żieda f’dawn il-prezzijiet jgħaddi jekk hux se nibdew immorru għal soluzzjonijiet iktar sostenibbli u ma nibqgħux niddependu mis-sussidji biss bħala l-unika soluzzjoni. Hemm ukoll l-isfida tal-produttività. Biex tiżdied il-produttività hemm bżonn deċiżjonijiet f’tibdil fit-tassazzjoni, inċentivi akbar u anke policies oħra fil-pajjiż sabiex ikun inċentivat fejn l-iktar li jmur lejn investiment produttiv milli jmur f'investiment f’assi spekulattivi oħrajn.
– Silvan Mifsud, Konsulent Finanzjarju u Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ
12
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
Malta tidħol fil-Budget 2027 minn pożizzjoni ta’ saħħa li ftit pajjiżi fl-Ewropa jistgħu jilħqu … għal darb’oħra, l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’rata aktar mgħaġġla mill-medja tal-Unjoni Ewropea
I
d-defiċit niżel taħt it-3.0 fil-mija tal-PDG, filwaqt li d-dejn pubbliku jibqa’ ferm taħt illimitu ta’ 60.0 fil-mija stipulat fit-Trattat. Dawn il-kisbiet saru minkejja sensiela ta’ xokki jiet esterni, mill-għeluq tal-Istrett ta’ Hormuz sa kunflitt mill-ġdid fl-Lvant Nofsani, li kull wieħed minnhom poġġa pressjoni akbar fuq il-prez zijiet tal-enerġija u poġġa lill-ekonomiji mad war il-kontinent għall-prova. Matul dan kollu, Malta żammet sod. Li jinżammu stabbli l-prezzijiet tal-elettriku u tal-fjuwil għall-familji u n-negozji tiswa lillGvern miljuni ta’ ewro kull sena. Li tipproteġi lill-pajjiż minn prezzijiet internazzjonali volatili tinvolvi spiża reali u rikorrenti, iżda hija spiża li għażilna li nġorru aħna. L-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija tibqa’ prijorità ċentrali għall-2027, u din se tinkiseb fil waqt li d-defiċit jinżamm taħt it-3.0 fil-mija talProdott Domestiku Gross (PDG). Hija din iddixxiplina fiskali li tagħmel tali stabbiltà waħda sostenibbli u kredibbli. Madankollu, is-saħħa li għandna llum ma teliminax il-vulnerabbiltajiet li hemm moħbija taħtha. Ir-rata tal-fertilità f’Malta hija l-aktar baxxa fl-UE27, filwaqt li popolazzjoni li qed tixjieħ se tkompli teżerċita pressjoni fuq il-
pensjonijiet, il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul fissnin li ġejjin. Dawn l-isfidi mhumiex raġuni għal allarm; huma raġuni biex tittieħed azzjoni. Huma jsaħħu l-ħtieġa li tinżamm id-dixxip lina fl-infiq pubbliku, filwaqt li jsir investiment maħsub sew fil-pedamenti tar-reżiljenza ta’
Malta għad-deċennju li ġej: is-sigurtà tal-ener ġija tagħna, il-forza tax-xogħol tagħna, il-familji tagħna u n-negozji tagħna. Id-Dokument ta’ Qabel il-Budget jippreżenta l-evidenza li se tiggwida d-deċiżjonijiet li jmiss. Qed jiġi ppubblikat biex jiġi żgurat li d-dibattitu li jwassal għall-Baġit ikun wieħed infurmat. Nistieden lill-imsieħba soċjali, lin-negozji u lissoċjetà ċivili biex jidħlu f’diskussjoni dwaru, jisfidaw il-kontenut tiegħu u jaqsmu l-fehmiet tagħhom. L-għażliet li se nagħmlu fil-Budget 2027 se jkunu ffurmati, fi proporzjon ugwali, kemm miċ-ċifri ppreżentati f’dawn il-paġni kif ukoll min-nies li ħajjithom hija riflessa f’dawn iċ-ċifri. Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru talFinanzi Clyde Caruana fid-dokument ta’ qabel il-Budget 2027. Huwa enfasizza li Malta għad diet minn uħud mill-aktar snin diffiċli fi żminijiet reċenti u ħarġet minnhom aktar b’saħħitha. Irresponsabbiltà tagħna issa hija li nippreservaw dik is-saħħa u nibnu fuqha għas-snin li ġejjin. Sostenn tat-tkabbir permezz ta’ reżiljenza ekonomika L-ekonomija ta’ Malta wriet reżiljenza konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin, billi żammet
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA
13
tkabbir b’saħħtu minkejja sensiela ta’ xokkijiet esterni u inċertezza internazzjonali akbar.
stretti u żiedu l-inċertezza; dawn il-fatturi kollha kellhom impatt negattiv fuq il-konsum privat u
dgħajjef fil-kummerċ fl-ewwel kwart tal-2025, l-esportazzjonijiet irkupraw b’mod qawwi,
Din ir-reżiljenza tirrifletti l-kapaċità talekonomija li tadatta għal kundizzjonijiet li qed
l-investiment. Minbarra hekk, prospetti aktar dgħajfa
b’żieda ta’ 6.8 fil-mija fit-tieni kwart, u komplew jespandu fit-tielet u r-raba’ kwart, b’rati ta’ 4.3
jinbidlu, filwaqt li żżomm il-pass f’oqsma ewlenin ta’ attività. Hekk kif l-iżviluppi globali
għall-esportazzjoni – li jirriflettu kummerċ glo bali dgħajjef fil-oġġetti u sfidi kontinwi fil-kom
fil-mija u 6.0 fil-mija, rispettivament. Din ix-xejra pożittiva kompliet fl-ewwel kwart tal-2026,
jkomplu jevolvu, iż-żamma ta’ din il-prestazzjoni se tiddependi fuq il-preservazzjoni tas-saħħiet
petittività – mistennija jpoġġu pressjoni akbar fuq l-attività ekonomika. F’dan il-kuntest, il-
meta l-esportazzjonijiet kibru b’4.9 fil-mija. It-tkabbir fl-importazzjonijiet segwa xejra
fundamentali tal-ekonomija, flimkien mat-tis ħiħ tal-kapaċità tagħha li tassorbi xokkijiet fu
Kummissjoni Ewropea (KE) tbassar li l-PDG talUE se jikber b’1.1 fil-mija fl-2026 u b’1.4 fil-mija
simili; żdied minn 0.6 fil-mija fl-ewwel kwart tal2025 għal 8.7 fil-mija fit-tieni kwart, imbagħad
turi u tappoġġja tkabbir stabbli, inklużiv u sos tenibbli.
fl-2027. It-tkabbir fiż-żona tal-euro huwa mbassar li
naqas għal 4.4 fil-mija u 3.7 fil-mija fit-tielet u r-raba’ kwart, rispettivament, biex wara reġa’
Il-perspettiva ekonomika internazzjonali
jkun kemmxejn aktar baxx, jiġifieri 0.9 fil-mija fl-2026 u 1.2 fil-mija fl-2027. Sadanittant, Malta
żdied għal 5.6 fil-mija fl-ewwel kwart tal-2026. Is-settur tat-turiżmu wkoll żamm tkabbir sod
L-ekonomija globali fl-2026 kienet influwen zata minn diversi żviluppi ġeopolitiċi li kellhom
hija mbassra li se tirreġistra l-ogħla rata ta’ tkabbir tal-PDG reali fost l-Istati Membri tal-UE
matul dan il-perjodu, u b’hekk ikkontribwixxa b’mod pożittiv għad-domanda esterna u ap
effett negattiv fuq il-produzzjoni globali. It-tfix kil fil-ktajjen tal-provvista, li rriżulta minn żvi
matul il-perjodu previst, kif jidher fil-Figura 1.2.
poġġja l-attività ekonomika ġenerali. Meta mqabbla mal-bqija tal-UE, Malta
luppi fl-Istrett ta’ Hormuz, wieħed mill-aktar kurituri tal-enerġija importanti fid-dinja, wassal
L-ekonomija Maltija It-tkabbir ekonomiku lokali baqa’ relattiva
għal żieda qawwija fil-prezzijiet taż-żejt, b’kon segwenzi li nħassu fis-swieq internazzjonali
ment b’saħħtu minkejja inċertezza ġeopolitika kontinwa u ambjent estern ta’ sfida, ikkarat
kwart tal-2026. Filwaqt li t-tkabbir annwali talPDG reali fl-UE kollha baqa’ relattivament baxx,
kollha. Dawn l-effetti negattivi ma llimitawx ruħ
terizzat minn tensjonijiet globali persistenti u attività ekonomika dgħajfa madwar l-Ewropa.
b’varjazzjonijiet bejn 0.8 fil-mija u 1.5 fil-mija matul dan il-perjodu, Malta b’mod konsistenti
hom għas-settur tal-enerġija biss; huma wasslu għal żieda fl-ispejjeż tat-trasport u tal-ikel,
Għalkemm it-tkabbir ekonomiku naqas fil-pass tiegħu fl-2025 meta mqabbel mar-rati ta’ tkab
kisbet riżultati aħjar mill-medja tal-UE, b’diffe renza li saret partikolarment evidenti fit-tieni
saħħew l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni, dgħajfu s-sentiment tan-negozju u naqqsu l-kapaċità
bir b’saħħithom b’mod eċċezzjonali rreġistrati fis-snin preċedenti, Malta kompliet taqbeż il-
nofs tal-2025. Il-prestazzjoni ekonomika sostnuta tal-pajjiż
tal-familji li jixtru l-oġġetti u s-servizzi. L-ekonomiji fl-Ewropa u fl-Asja li jiddependu
medja tal-UE27 b’marġni konsiderevoli. Kif jidher fil-Figura 1.3, it-tkabbir reali tal-
irriflettiet domanda domestika b’saħħitha, appoġġjata minn konsum reżiljenti kemm
fuq l-importazzjoni tal-enerġija kienu fost dawk l-aktar milquta. Hekk kif dawk li jfasslu l-politika ffaċċjaw pressjonijiet inflazzjonarji dejjem jiż diedu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sar l-ew wel bank ċentrali ewlieni li għolla r-rati talimgħaxx. Minkejja l-ambjent ekonomiku globali dif fiċli fl-ewwel nofs tal-2026, l-impatt negattiv ta’ ostakli kummerċjali akbar u inċertezza għolja ġie mtaffi parzjalment permezz ta’ investiment akbar fit-teknoloġija – inklużi l-intelliġenza arti fiċjali u l-emerġenza ta’ sistemi ta’ AI awtonomi (agentic AI) – kif ukoll permezz ta’ kundizzjonijiet finanzjarji favorevoli u stimolu fiskali u monetarju kontinwu. Ir-rapport *World Economic Outlook* (WEO) ta’ April 2026, ippubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), jindika li l-produzzjoni globali żdiedet bi 3.4 fil-mija fl-2025, l-istess livell irreġistrat fl-2024. L-IMF innota li dan ir-rit mu ta’ tkabbir baqa’ ferm taħt il-medja storika
PDG fuq bażi annwali kien ta’ 3.1 fil-mija flewwel kwart tal-2025, qabel ma naqas għal 2.5 fil-mija fit-tieni kwart, u sussegwentement saħħaħ għal 3.8 fil-mija u 6.5 fil-mija fit-tielet u r-raba’ kwarti tal-2025, rispettivament. Ittkabbir reġa’ naqas fl-ewwel kwart tal-2026 iżda baqa’ reżiljenti, u rreġistra rata ta’ tkabbir reali b’saħħitha ta’ 3.9 fil-mija. Minkejja dan ittnaqqis fil-pass, Malta kompliet tirreġistra tkab bir ekonomiku b’saħħtu, immexxi primarja ment mid-domanda domestika, filwaqt li s-settur estern ukoll ta kontribut pożittiv għallattività ekonomika ġenerali. L-iżviluppi fis-settur estern ukoll saħħew matul is-sena. Wara tkabbir relattivament
mill-familji kif ukoll mill-Gvern, flimkien ma’ kontribut dejjem jissaħħaħ mid-domanda esterna. Fl-ewwel kwart tal-2026, id-domanda domestika baqgħet il-mutur ewlieni tat-tkab bir ekonomiku, u kkontribwiet 3.7 punti per ċentwali għat-tkabbir tal-PDG reali, filwaqt li d-domanda esterna wkoll tat kontribut pożittiv. B’ħarsa ’l quddiem, investiment kontinwu flintelliġenza artifiċjali (AI), fl-infrastruttura diġitali, u fil-ħiliet relatati mal-AI se jkun essenz jali biex jappoġġja t-tkabbir fil-produttività, irawwem l-innovazzjoni, u jsaħħaħ il-kompe tittività ta’ Malta fit-tul, partikolarment hekk kif in-negozji qed jintegraw dejjem aktar it-tekno loġiji tal-AI fl-operazzjonijiet tagħhom.
ta’ 3.7 fil-mija li kienet irreġistrata fil-perjodu bejn l-2000 u l-2019. L-IMF tbassar li t-tkabbir globali se jonqos għal 3.1 fil-mija fl-2026, jiġifieri 0.2 punti per ċentwali inqas milli kien imbassar fit-tbassir tagħha ta’ Jannar 2026. Wara dan, huwa mistenni li t-tkabbir jirkupra ftit għal 3.2 fil-mija fl-2027 (Figura 1.1). L-ekonomija tal-UE qed tiffaċċja xokk ġdid fl-enerġija fost tensjonijiet ġeopolitiċi akbar filLvant Nofsani. Il-prezzijiet ogħla tal-enerġija kkontribwew għal żieda fl-inflazzjoni, naqqsu s-saħħa tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, wasslu għal kundizzjonijiet monetarji aktar
kompliet tirreġistra tkabbir ekonomiku reali ferm aktar b’saħħtu matul l-2025 u fl-ewwel
14
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026
Anzjanità b’dinjità: Wegħdiet li qed isiru realtà Jikteb l-Onor Dr Deo Debattista – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva
I
lbaġit mhuwiex sempliċement eżerċizzju
ta’ ċifri u allokazzjonijiet finanzjarji. Huwa riflessjoni tal-prijoritajiet ta’ Gvern u, fuq kollox, tal-viżjoni tiegħu poplu
għall-futur talMalti. Għalina,
l-anzjani mhux għandhom
biss post
importanti f’din il-viżjoni, iżda huma parti essenzjali mill-progress li pajjiżna għamel matul is-snin. Għalhekk, nitkellmu
meta dwar
investiment fl-anzjanità attiva, inkunu qed nitkellmu dwar investiment fid-dinjità, flindipendenza u fil-kwalità tal-ħajja. Dan huwa l-impenn li ħadna malpoplu Malti permezz talmanifest elettorali Malta Flimkien, u li qed inkomplu nwettqu permezz ta’ inizjattivi konkreti. Il-politika tagħna hija ċara: li l-persuna anzjana tibqa’ fiċ-ċentru tad-
deċiżjonijiet tagħna, mhux biss bħala benefiċjarja tasservizzi, iżda bħala persuna li għandha vuċi, esperjenza u kontribut x’toffri lis-
soċjetà. Aktar servizzi, aktar indipendenza Permezz tal-Anzjanità
Attiva u Kura fil-Komunità (AACC), qed inkomplu nwettqu politika li tagħti prijorità lill-kura filkomunità. Nemmnu li kull persuna anzjana għandha tingħata l-opportunità li tibqa’ tgħix f’darha, fost ilfamilja u fil-komunità li trabbiet fiha, sakemm dan ikun possibbli. Għalhekk qed insaħħu servizzi bħall-Home Help, Meals on Wheels, Telecare u Carer at Home, li jipprovdu għajnuna diretta lill-anzjani u serħan ilmoħħ lill-familji tagħhom. Iżda l-impenn tagħna ma jieqafx mas-servizzi eżistenti. Matul dawn l-aħħar xhur komplejna nintroduċu titjib li jirrifletti dak li qed jgħidulna l-anzjani nfushom.
Eżempju ċar huwa s-servizz Silver T, li estendejna l-ħinijiet tiegħu biex aktar persuni anzjani jkunu jistgħu jivvjaġġaw b’mod aktar aċċessibbli. Flistess waqt, komplejna nsaħħu ċ-Ċentri għallAnzjanità Attiva, fosthom permezz tal-estensjoni talġranet tal-ftuħ taċ-ċentru ta’ Bormla. Dawn huma deċiżjonijiet li jistgħu jidhru żgħar fuq il-karta, iżda jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ kuljum. Għal persuna anzjana, opportunità oħra biex toħroġ mid-dar, tiltaqa’ ma’ sħabha jew tattendi attività tista’ tfisser ħafna aktar minn sempliċi servizz. Qed nagħtu wkoll
OTTUBRU 2026 | EKONOMIJA importanza
15
lill-innovazz
joni. L-introduzzjoni ta’ esperjenzi ta’ realtà virtwali fiċ-ċentri u l-kollaborazzjoni mal-MDIA għat-taħriġ diġitali juru li l-anzjanità attiva għandha tħares ’il quddiem. It-teknoloġija għandha tkun opportunità għal kulħadd, irrispettivament mill-età. San Vinċenz de Paul:
Investiment tal-kura
fil-kwalità
Il-ħidma tkompli wkoll
tagħna f’San
Vinċenz de Paul, fejn qed insaħħu l-kura speċjalizzata u s-servizzi kliniċi għallpersuni anzjani. L-espansjoni tas-servizz tal-oftalmoloġija u l-investiment f’sistema ġdida tal-ultrasound huma eżempji konkreti ta’ kif qed intejbu l-aċċess għall-kura u nsaħħu l-effiċjenza tasservizzi. Dawn l-investimenti jirriflettu wkoll l-impenn tagħna li nkomplu nwettqu l-miżuri tal-manifest elettorali u nibnu servizzi tas-saħħa aktar moderni u sostenibbli. Għalina, il-kwalità talkura mhijiex biss kwistjoni ta’ infrastruttura jew tagħmir. Hija wkoll kwistjoni ta’ rispett, attenzjoni u kura umana. Kull resident għandu jingħata l-opportunità li jgħix f’ambjent fejn iħossu sigur, rispettat u apprezzat. OPSA: Id-dinjità tibqa’ prijorità Permezz tal-Awtorità għall-Istandards talPersuni Anzjani (OPSA), qed inkomplu nsaħħu l-istandards, il-protezzjoni u l-kwalità tas-servizzi għall-anzjani. It-tnedija tal-Freephone 1578 hija inizjattiva oħra li tressaq lill-Awtorità eqreb lejn il-pubbliku, billi tagħmilha aktar faċli għallanzjani u l-familji tagħhom biex jiksbu informazzjoni u gwida. Għax servizz ta’ kwalità
ma jfissirx biss li jkun disponibbli, iżda li jkun aċċessibbli, sigur u mibni fuq ir-rispett lejn iddrittijiet tal-persuna. Viżjoni għall-ġejjieni, b’riżultati llum Il-Viżjoni Malta 2050 tagħtina direzzjoni fit-tul għal pajjiż fejn il-kwalità tal-ħajja tibqa’ fiċ-ċentru tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Iżda viżjoni ma tistax tibqa’ biss fuq il-karta. Trid tissarraf f’deċiżjonijiet, investimenti u servizzi li
l-poplu jħoss fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Huwa proprju għalhekk li l- baġit għandu sinifikat importanti. Għax wara kull allokazzjoni hemm persuna anzjana li teħtieġ servizz, familja li qed tfittex l-għajnuna, jew resident li jistħoqqlu l-aqwa kura. Il-wegħdiet tagħna mhumiex biss kliem miktub f’manifest. Huma impenn li qed inwettqu, pass wara pass, għall-ġid tal-anzjani tagħna. Nemmen bis-sħiħ li l-progress ta’ pajjiż ma
jitkejjilx biss minn kemm jimxi ’l quddiem, iżda wkoll minn kemm jieħu ħsieb lil dawk li għenu biex jibnih. Dan huwa l-Gvern li nemmen fih: Gvern li jisma’, jinvesti u jwettaq. Gvern li jħares lejn
l-anzjanità mhux bħala piż, iżda bħala valur. Għax anzjanità b’dinjità mhijiex privileġġ. Hija dritt li rridu nkomplu niggarantixxu lil kull persuna anzjana f’Malta u Għawdex.
16
EKONOMIJA | OTTUBRU 2026