2 minute read

L-Awditur Ġenerali jintalab jistħarreġ

Il-kwestjoni tal-isptarijiet tkompliet filParlament nhar il-Ħamis li għadda meta bdiet tiġi diskussa mozzjoni mressqa mill- Oppożizzjoni biex il-Gvern jiftaħ kawża lill-Vitals u Steward ħalli “jirkupra l-flus tat-tliet sptarijiet Is-seduta kienet waħda mqanqla sew u min segwiha ma tantx ħa impressjoni wisq tajba tad-diskussjoni bl-ispeaker ikollu biċċa xogħol mhux faċli ħalli jrażżan l-interruzzjonijiet mill-membri Parlamentari.

stabbilit “kemm insteraq il-poplu Malti” għax, qal, il-gvern kien għadu ma qalx “kemm insterqu miljuni ta’ ewro s’issa”. Hu baqa’ jsostni li minn dak li jirriżulta fl-estimi u fid-dokumenti tal-qorti, millinqas tħallsu €400 miljun mit-taxxi talpoplu u qal li tagħhom il-poplu Malti ma ħa xejn. Staqsa wkoll x’passi ħa l-Gvern dwar il-flus li ngħataw lil Vitals u Steward għat-tmexxija tal-isptarijiet f ’salarji

Advertisement

Fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Qorti qatt ma qalet li sabet lill-Gvern ħati ta’ frodi, u li mkien ma qalet li kien hemm xi aġir frodulenti mill-Gvern Hu xegħla lill-Oppożizzjoni li kienet qed tigdeb u timmanipula l-fatti b’rabta mas-sentenza li ngħatat mill-Qorti fi Frar li għadda.

Intant, wara li Steward qalu li se jtemmu l-ftehim mal-gvern Malti minħabba dak li qalu li kien ksur tal-ftehim kummerċjali, il-Prim Ministru qal li lGvern għandu tliet għanijiet ewlenin

X’aktarx li l-aktar deċiżjoni importanti li ħarġet mid-dibattitu kien li l-Prim Ministru kellu jitlob lill-Awditur Ġenerali (kif fil-fatt għamel), ħalli jistħarreġ l-allegazzjoni tal-Oppożizzjoni li Steward Healtcare li kienu qed imexxu t-tliet sptarijiet –dak Ġenerali t’Għawdex, il-Karin Grech u San Luqa - ħadet €400M u ma tawx valur lura f ’servizz

Id-dibattitu nfetaħ mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li sostna li kellu jiġi

Abela ta wkoll rendikont ta’ dak li sar minn Steward, fosthom l-investiment multi miljunarju, b’waħda mill-aqwa faċilitajiet tax-xorta tagħha fl-Ewropa, l-iskola medika internazzjonali ta’ Barts f ’Għawdex

Semma li bejn l-2019 – 2022 taħt Steward, l-isptar ġenerali t’Għawdex ħa ħsieb 65,000 pazjent fid-dipartiment tal-emer-ġenza, 259,000 fl-outpatients u wettqu kważi żewġ miljun u nofs test fil-laboratorju.

Fil-każ tal-isptar Karin Grech, il-Prim Ministru qal li kien hemm 1,000 ammissjoni fis-sena, u li bejniethom il-pazjenti ħadu madwar 70,000 siegħa ta’ kura u trattament. u ħarġu wkoll €250 miljun

L-għanijiet huma, li l-Gvern joffri servizz ta’ kwalità għall-pazjenti bi proġett ta’ sptar ġdid f ’Għawdex; li s-servizz tal-kura medika u l-kura akuti jitmexxew milGvern; u li jekk kien hemm flus li tħallsu mill-Gvern, u Steward ma sarrfuhomx f ’investiment, il-Gvern se jġibhom lura mingħandhom

Intant, wara li l-Gvern ried iressaq emenda għall-proposta, xi ħaġa li l-Oppożizzjoni oġġezzjonat għaliha minkejja li l-ispeaker qal li din setgħet issir, Id-deputati Nazzjonalisti ħarġu l-barra mill-Parlament u bbojkottjaw il-mozzjoni li huma stess kienu ressqu,li kienet tikkundanna lil Steward

Il-mozzjoni kif emendata mill-Gvern għaddiet wara li vvutaw għaliha l-membri tal-Gvern Fi tmiem is-seduta l-ispeaker iddeplora l-aġir taż-żewġ naħat għall-interruzzjonijiet u l-battibekki ta’ bejniethom, li f ’waqtiet anke wasslu biex is-seduta tiġi sospiża.

Anke jekk skont għalliem tas-sewqan tal-karozzi ż-żgħażagħ Maltin saru aktar iffukati fil-lezzjonijiet tas-sewqan, ħafna jħossu li f ’Malta hawn ċerta traskuraġni Għalhekk ftit jidher li niżlilhom tajjeb il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li l-età ta’ meta persuna tibda ssuq, fil-pajjiżi kollha tinżel għal 17-il sena

Bħal f ’għadd ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja l-etá biex wieħed jikseb liċenzja tas-sewqan f ’Malta, hi ta’ 18. Il-KE qed tagħmilha ċara li għalkemm trid tniżżel letá, sakemm tagħlaq 18-il sena, biex issuq, persuna jrid ikollha magħha fil-karozza adulta

Il-KE qed tipproponi wkoll li jkun hemm liċenzja tas-sewqan diġitali li tkun valida fil-pajjiżi membri kollha

Qed jiġi proponut ukoll li min jiġi skwalifikat milli ssuq f ’pajjiż tkun awtomatikament skwalifikat ukoll fil-pajjiżi kollha.

“Let

Ħalli l-familja tagħna tgħin lillfamilja tiegħek