»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Jannar 2020
Ir-rigal għalik fis-Sena l-Ġdida Nixtieq l-ewwelnett, nawgura lilkom u lill-familji tagħkom, għal din is-sena l-ġdida. J’Alla tkun sena ta’ grazzja, mimlija ferħ u paċi għalikom lkoll.
Fil-bidu ta’ sena ġdida, kulħadd jesprimi l-ħolm u xewqat, li jkun jixtieq li jseħħu fil-ħajja tiegħu. Anki l-parroċċa tagħna, li hija ffurmata min-nies, għandha l-ħolma u xewqa tagħha. Nixtiequ nipproponu lillkomunità tagħna, rigal sabiħ u għażiż, sabiex ikompli jqawwina u jsostnina fil-ħajja tagħna. Mingħajru ma’ ngħaddux. Huwa rigal uniku, mogħti lilna minn Ġesù sabiex jkompli jsaħħaħ r-rabta u l-imħabba tiegħu magħna. Mela dan, mhuwiex rigal kwalunkwe, imma rigal għaziz, ħiereġ mill-Qalb ta’ Ġesù għalina. Għalhekk, għal din is-sena l-ġdida, nixtiequ nintroduċu l-Adorazzjoni Ewkaristika, miftuħa għal kulħadd u li ssir kull nhar ta’ Ġimgħa, matul is-sena, fil-Knisja ż-Żgħira, mis-6.30pm sas-7.00pm. Nibdew mill-Ġimgħa 3 ta’ Jannar 2020. Għalfejn din neħtieġuha? Il-ħajja tagħna, mingħajr l-Ewkaristija, mhijiex kompluta u allura titlef is-sens tagħha. Il-veru ferħ jitnissel fina, frott din l-intimita tagħna miegħU. Għalhekk is-saħħa tagħna, tiġi kollha kemm hi minn din il-laqgħa ma’ Ġesù, li għażel li jibqà magħna, biex jurina kemm jixtieq jkun viċin tagħna. Iva, aħna dependenti fuq dan is-Sagrament ta’ mħabba.
Santa Tereża ta’ Calcutta, il-mara li għażlet li tħobb u li tgħix mal-fqar, hija personaġġ li dinja tħares lejha b’ammirazzjoni kbira. Il-Papa qaddis Gwanni Pawlu II, jgħidilna li dan ir-rispett kbir huwa dovut għal fatt, li din il-mara “innamrat ma’ Alla.” Ġesù Ewkaristija kien il-għaxqa tagħha. Kienet tfittxu f’kull ħin talġurnata. L-istess Ewkaristija kienet tagħtiha l-qawwa biex tħobb lil Ġesù u taqdih fost l-ifqar fost il-fqar. Fl-Ewkaristija, hija kienet tilmaħ il-kontinwazzjoni tal-misteru ta’ mħabba muri fuq is-salib, għalhekk hija tistqarr: “Meta inti tħares lejn il-Kurċifiss tifhem kemm ħabbek Ġesù. Meta inti tħares lejn l-Ostja Mqaddsa inti tifhem kemm Ġesù qiegħed iħobbok ISSA.” Aħna, allura ma nistgħux nikbru flimħabba tagħna lejn Ġesù jekk ma’ nkunux nies talEwkaristija. Għalhekk hija kienet tgħaddi l-aħjar ħin tal-ġurnata f’ riġlejn dan is-Sagrament ta’ mħabba. B’din l-Adorazzjoni Ewkaristika komunitarja, nixtieq li biha nirrispondu minn naħa tagħna, għal din l-imħabba ta’ Ġesù. Nixtieq li tassew nuru li nemmnu f’ din il-qawwa li aħna msejħin biex naduraw. Nixtieq li tassew nuru, li mingħajr l-Ewkaristija, l-fidi tagħna, titlef is-sens kollu tagħha u fl-aħħarnett nixtieq li tassew nuru li aħna lil Ġesù tassew nħobbuh. Nixtieq għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd biex nilqgħu dan irrigal li l-parroċċa, tixtieq tagħtina f’isem Ġesù għal din is-sena l-ġdida. Tkunu mberkin DUN EWKARIST ZAMMIT ARĊIPRIET