Sliem u Ħajja - Mejju 2018

Page 1

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Mejju 2018

KELMA TAL-KAPPILLAN

Ingergru u nieqfu hemm? Fil-ħajja, l-bniedem, jgħaddi min ħafna mumenti sbieħ, bħal ngħidu aħna; twelid ta’ tarbija, l-Ewwel Tqarbina u l-Ġriżma talIsqof tat-tfal, suċċess fl-istudju u eżamijiet, żwieġ fil-familja u diversi mumenti oħra li għax iferħuna, jibqgħu mmarkati u għeżież għalina. Imma, fil-ħajja, kif lkoll nafu, mhux kollox huwa ward u żahar u allura, mhux l-ewwel darba, li nispiċċaw ingergu, minħabba xi sitwazzjoni jew realta’ li ngħaddu minnha. Xi drabi, ma neskludhiex li jkollna raġuni valida li nagħmlu dan, imma rridu noqgħodu attenti li kemm jista’ jkun ma nkomplux ntaqqlu l-ambjent li nkunu fih, bit-tgergir tagħna. Għalhekk tajjeb li fil-ħajja nippruvaw li:   » Mhux biss naraw dak li huwa negattiv, imma nagħrfu wkoll il-ħafna sabiħ li hawn madwarna. X’ħin toqgħod taħseb ftit, tinduna li għandna ħafna aktar posittivi madwarna.   » Naċċettaw il-fatt, li fil-ħajja, mhux kollox kif irrid jew kif naħsibha jien. Kulħadd għandu l-istil u l-idejat tiegħu.

» Nifhmu li fil-ħajja, billi ngerger u nieqaf hemm, ma nieħdu xejn, allura nistaqsi ftit, x’ nista’ nagħmel aħjar jiena min naħa tiegħi biex l-affarijiet jkunu aħjar, għax faċli naħli l-ħin, ngħid, x’messu jagħmel ħaddieħor u jiena nibqa’ ma nagħmel xejn   » Nkunu aktar ottimisti, ħalli nimtlew bil-kuraġġ biex nagħmlu l-bildiet li hemm bżonn, għax inkella faċli ħafna iżjed li naqtgħu qalbna bittgergir biss. Fl-aħħarnett, ejjew ma ninsewx li n-nisrani, għax jemmen fil-qawwa ta’ Kristu Rxoxt, m’għandux jkun bniedem li joqgħod igerger biss u daqshekk, imma bi kliemu u għemilu jipprova jnissel ferħ u kuraġġ flambjent li jkun fih, għax il-fidi tagħna, fuq dan hija mibnija u mhux fuq in-negattivita. Nselli ħafna għalikom, filwaqt li nitlob biex ilBarka ta’ Alla tkun dejjem magħkom u fuq il-familji tagħkom. Tkunu Imberkin!! DUN EWKARIST ZAMMIT KAPPILLAN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.