Skip to main content

Flimkien Settembru 2014

Page 1

Numru 118

Newspaper Post

Settembru 2014 |

Irbaħ Vodafone Smart Android Kompetizzjoni: paġna 12

3 Editorjal 4 Il-kelma tal-Arċisqof 4 L-aħħar 36 sena 6 Issemmix l-isem t’Alla fil-batal 7 Grazzja bi prezz irħis jew bi prezz għoli 8 Kif se nimla l-ħin? 9 Mumenti quddiemu 13 Korsijiet mill-Istitut Formazzjoni Pastorali 12 Is-sitt elementi 18 Strong boundaries create secure children 21 Ittri mill-Qarrejja 23 Il-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat 25 Is-sigriet tagħna 27 Logħob 29 Il-biljett tal-linja 30 Hekk aħjar!


BSL

Britannia Tours … your holiday starts here!

Normandy 23-26 October

MINN

¢399

Black Forest Magic 10-17 October

MINN

¢539

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


Editorjal • Dun A nton Por telli

Dak kien żmien!

F

orsi meta rajt it-tifel jaqbeż fil-faċċata ta’ quddiem għedt f’qalbek: xi darba kont nagħmel bħalu – imma llum!... Imma dawk minna li kbirna, u forsi ma nifilħux naqbżu l-ħbula fiżikament, spiss nagħmlu qabżiet ta’ xorta oħra: qabżiet bilmoħħ, qabżiet mentali. U dawn mhux dejjem ikunu sbieħ għax ikunu ħsibijiet ta’ suspett, għira, tgergir, thewdin, paraguni inġusti. Faċli ninsew it-tajjeb li tana l-Mulej, il-ġid personali afdat f’idejna, il-ħiliet u l-grazzji li l-Mulej ixerred fuqna. Spiss insiru aktar negattivi milli pożittivi, u hekk nitilfu l-ħafna okkażjonijiet li jiġuna biex it-tajjeb tagħna – bħall-esperjenzi, it-tagħlim li ġemmajna matul is-snin – ngħadduh lil dawk iżgħar minna, fil-familja, mal-ħbieb, malġirien. Minħabba dan qed nitilfu ħafna snajja, ħiliet u drawwiet żgħar li jagħmlu l-ġid, li aħna tgħallimna matul iż-żmien u tkun ħasra jekk nitilfuhom. Fosthom hemm ukoll it-talb u s-sens tal-preżenza ta’ Alla f’ħajjitna. Fit-tifel jaqbeż naraw il-futur, imma nagħrfu li dan irid jinbena fil-preżent fuq l-esperjenzi tal-passat ta’ dawk li huma edukaturi tiegħu.

Settembru 2014

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

K atekwizz

X’infakkru fil-festa tal-Vitorja? Risposta f’paġna 8

Aħseb fuqha “Preach the gospel at all times, and if necessary use words.” Fr a ncis of Assisi

Catherine Spiteri Kors tal-Purtieri

Ritratt tal-faċċata: Luke, mibgħut minn Bridget Sultana

Mother & Baby Club L-għan tal-Mother & Baby Club (Moviment ta’ Kana) hu li jissapportja lill-ġenituri fit-trobbija ta’ wliedhom. Il-playgroups iħejju lit-tfal ta’ bejn sena u nofs u tliet snin għall-iskola. Dan isir filpreżenza tal-ġenituri jew in-nanniet. Il-ġenituri jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi bejniethom. Il-playgroup jiltaqa’ sagħtejn filgħodu darba fil-ġimgħa minn Ottubru li ġej sa Ġunju 2015: Għargħur, Lija, Mosta, Raħal Ġdid, San Ġiljan, Sta Venera, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Ikun hemm ħarġiet edukattivi b’taħditiet minn professjonisti fit-trobbija tat-tfal. Ċempel: Tania Cortis, 7932 6034.

Trid t˙it purtieri sbie˙ mhux tas-soltu, b’sistema moderna ta’ kif g˙andek t˙affef ix-xog˙ol? Nitg˙allmu bedspreads, soft furnishings, u ’l fuq minn 100 pavaljun differenti. Mela ejja g˙al dan il-kors li hu tajjeb g˙al min jaf i˙it kif ukoll g˙al min ma jafx i˙it. Il-lezzjonijiet jing˙ataw minn g˙alliema b’il fuq minn 20 sena esperjenza u kkwalifikata barra. Il-kors isir il-Blata l-Bajda Tel: 2157 8951 / 7957 8951


Il-Kelma tal-Arċisqof • Mons P. Cremona O.P. STORJA TAL-KNISJA FIL-QOSOR (17)

Insara ħutna

F

l-Atti tal-Appostli naqraw fuq l-ewwel persekuzzjoni tal-Appostli. Pietru u Ġwanni ġew mitfugħin fil-ħabs misSinedriju, u kif ġew meħlusin sabu lill-kotra tal-Insara titlob għalihom. Aħna llum fid-dinja għaddejjin minn din l-istess persekuzzjoni, imma fuq skala ikbar u eħrex. Dawn qegħdin jiġu ppersegwitati u maqtulin sempliċement għax huma Nsara. Dawn kollha huma l-martri ta’ żmienna, għax qegħdin imutu għar-reliġjon tagħhom. Il-Papa Franġisku jtenni riflessjoni oħra: “Dawn qegħdin jinqatlu f’isem Alla l-Imbierek”. U jkompli jgħid li qatt ma tista’ tasal biex tittratta ħażin bnedmin oħra u toqtolhom “f’isem Alla”. Ġesù dejjem għallem li Alla tagħna huwa Alla tal-imħabba, Alla tal-ħniena. Il-Papa Franġisku ilu ħafna jħeġġiġna biex ninteressaw ruħna f’dawn ħutna Nsara u nitolbu għalihom, u jekk ikun hemm iċ-ċans anke ngħinuhom. B’hekk inkunu qegħdin nagħtu x-xhieda quddiem id-dinja, is-solidarjetà u l-imħabba li kellimna dwarhom Ġesù Kristu.

L-aħħar 36 sena 1978 Pontifikat ta’ 34 jum ta’ Ġwanni Pawlu I (Albino Luciani). Jibda l-pontifikat ta’ Ġwanni Pawlu II (Karol Wojtyla) – l-ewwel papa mhux Taljan wara aktar minn 400 sena. 1981 Attentat fuq il-Papa fi Pjazza San Pietru minn Mehmet Ali Ağca. 1989-91 Waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u tal-Komuniżmu fl-Ewropa. 1990 Ġwanni Pawlu II jżur Malta. 1992 Joħroġ il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. 2000 Ċelebrat il-Ġublew. Il-Papa jitlob maħfra għad-dnubiet kollha magħmula millmembri tal-Knisja Kattolika fil-passat. 2001 Il-Papa jerġa’ f’Malta, u jibbeatifika lil Dun Gorġ Preca, Nazju Falzon u Adeodata Pisani. 2004 Pontifikat ta’ Joseph Ratzinger bħala Benedittu XVI. Iżur Malta f’April, 2010. 2013 Riżenja ta’ Benedittu XVI. L-aħħar papa li kien irriżenja minn jeddu kien Ċelestinu V fis-sena 1294. Bidu talpontifikat ta’ Jorge Mario Bergoglio, Arċisqof ta’ Buenos Aires. L-ewwel papa Ġiżwita, l-ewwel mill-Amerika, u l-ewwel bl-isem ta’ Franġisku. TMIEM TAS-SERJE


HEARING TESTS ARE

AS SIMPLE AS EYE TESTS & C AN HELP TO IMPROVE THE QUALITY OF YOUR LIFE JUST AS EASILY Clear-Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our Malta & Gozo clinics, running from Saturday 27th September - Saturday 4th October. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology. A standard clinic fee will apply.

CLEAR-TONE HEARING 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Call: 21430571 / (mob) 79418101

ty n rra ble a l w aila a v ob w a l G o n


Il-Kmandamenti • Dun Hector Scerri

6 | Flimkien

La ssemmix l-isem ta’ Alla fil-batal

I F

it-tieni kmandament il-Mulej iridna nuru rispett lejn l-isem qaddis tiegħu. Alla wera lilu nnifsu lilna l-bnedmin, u fdana bl-isem tiegħu wkoll. Dan ifisser li hu jistedinna biex nidħlu f’intimità miegħu.

L

-isem tal-Mulej huwa qaddis. Għalhekk m’għandniex inżebilħuh permezz tad-dagħa. Aħna lkoll imsejħin biex inbierku, infaħħru u nigglorifikaw l-isem tal-Mulej. Meta nagħtu ġieħ lill-isem t’Alla, inkunu qed nagħtu ġieħ lil Alla nnifsu. Alla huwa l-Qaddis, u jrid li aħna wkoll insiru qaddisin.

I

t-tieni kmandament huwa sejħa biex ma nabbużawx mill-isem t’Alla. M’għandna nagħmlu ebda użu li ma jixraqx lil dan l-isem. Ma’ dan inżidu li m’għandniex niddisprezzaw l-isem ta’ Ġesù Kristu, talVerġni Marija u tal-qaddisin.

I

d-dagħa jmur direttament kontra t-tieni kmandament. Id-dagħa huwa kliem ta’ mibegħda, ċanfir, sfida u disprezz li bih il-bniedem jonqos lil Alla b’mod gravi. Il-ħalf bl-isem ta’ Alla, mingħajr ħsieb ta’ dagħa, huwa wkoll nuqqas ta’ rispett lejn il-Mulej.

t-tieni kmandament ifakkarna wkoll li m’għandniex nieħdu ġuramenti foloz. Meta tieħu ġurament jew taħlef tkun qed issejjaħ lil Alla bħala xhud tal-verità ta’ dak li qed tgħid. Alla huwa Verità, u din hija r-raġuni l-għala ġurament falz huwa nuqqas serju għax tkun qed issejjaħ lil Alla bħala xhud tiegħek meta dak li tkun qed tgħid mhuwiex veru, u għalhekk kontra l-verità; tkun qed issejjaħ lil Alla biex ikun xhud ta’ gidba!

F

orsi ftit napprezzaw li dan ilkmandament ifakkarna fid-dinjità kbira tal-isem li ningħataw filMagħmudija. Meta ħaduna għas-sagrament tal-Magħmudija, u ssawwab l-ilma fuq rasna għal tliet darbiet, min għammidna qal: “N. (u hawn daħħal ismek), jiena ngħammdek fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu”. Dan ifisser li isem ilMulej iqaddes lilek, u li ismek bħala Nisrani jew Nisranija ngħatalek meta ġie msejjaħ l-isem qaddis ta’ Alla-Trinità. Dan kollu juri kemm għandna nuru rispett lejn l-isem qaddis ta’ Alla. Il-bniedem li jidgħi iżeblaħ l-isem ta’ Alla u, fl-istess ħin, jonqos mir-rispett lejh innifsu. Għandna nitolbu ħafna għall-konverżjoni ta’ min jonqos lil Alla b’dan il-mod. Nippruvaw nikkoreġu bi prudenza kbira lil min jidgħi. Fil-ħin li nisimgħu lil min jidgħi, nagħmlu riparazzjoni billi nfaħħru lil Alla, lill-Madonna u lill-qaddisin.

“Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!” (Salm 8:2).


Riflessjoni • Joe Galea

Settembru 2014 | 7

Grazzja bi prezz irħis jew bi prezz għoli

D

ietrich Bonhoeffer, teologu Luteran Ġermaniż, għamel din ir-riflessjoni: “Grazzja bi prezz irħis hi għadu kbir tal-Knisja għax hi t-tħabbira tal-maħfra mingħajr l-indiema; il-Magħmudija mingħajr sens ta’ komunità; iċ-Ċena Qaddisa mingħajr l-istqarrija tad-dnubiet; l-assoluzzjoni mingħajr il-qrara personali. Hi grazzja mingħajr ma wieħed jimxi wara Kristu; grazzja mingħajr salib, mingħajr il-Kristu ħaj, inkarnat.... Illum qed niġġieldu għall-grazzja bi prezz għoli.” U bir-raġun li jgħid hekk, għax minħabba t-twemmin tiegħu ntbagħat mill-Gestapo fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Flossenbürg fejn inqatel fit-8 ta’ April 1945, ta’ 39 sena. Bonhoeffer ħallas prezz għoli għal din it-tip ta’ grazzja, u ta xhieda għaliha. Dwar il-grazzja ‘bi prezz għoli’ huwa jgħid li: “Hija t-teżor moħbi fl-għalqa, li għalih raġel imur ibigħ kulma għandu, u dan jagħmlu bil-ferħ. Hi l-ġawhra prezzjuża, li biex jiksibha n-negozjant ibigħ kollox. Hi l-parir ta’ Ġesù li wieħed jitlef l-għajn li qed tfixklu; is-sejħa ta’ Kristu li twassal lid-dixxiplu jħalli x-xbiek tiegħu u jmur warajh; hi l-Vanġelu li hemm bżonn infittxuh mill-ġdid; id-don li dejjem irridu nitolbu għalih mill-ġdid. Hi wkoll il-bieb li dejjem u mill-ġdid irridu nħabbtu fuqu. Hi ta’ prezz għoli għax issejħilna biex nimxu wara Kristu,

għax il-bniedem jiksibha bil-prezz ta’ ħajtu stess, u għax bil-prezz tagħha tagħti l-ħajja. Fuq kollox hi grazzja ‘bi prezz għoli’ għax lill-Missier swietlu ħafna; swietlu l-ħajja ta’ Ibnu stess. Hekk hi l-Inkarnazzjoni: grazzja bi prezz għoli.” Tassew ħasra li l-kultura moderna ma tħallix wisa’ għall-grazzja bi prezz għoli, għax hi kultura ta’ ħarba mir-responsabbiltà u mill-impenn. Il-grazzja bi prezz irħis hi meta wieħed jirċievi l-grazzja mingħand Kristu, imma ma jimxix warajh; kultura ta’ meta wieħed isib l-iskużi, meta wieħed jibża’ jikkoreġi anki meta jkun hemm bżonn; meta minflok nammettu t-tort tagħna, noqogħdu nwaħħlu fl-ambjent, fiċ-ċirkustanzi u f’dak li writna. Il-grazzja bi prezz irħis tinsab filKristjaneżmu ‘tas-salott’, kif isejjaħlu l-Papa Franġisku; Kristjaneżmu li mhux effettiv; spiritwalità personali li aktar moħħha f’kemm se tirbaħ u żżid indulġenzi mal-kont tagħha milli kif timpenja ruħha għall-oħrajn kif irid minna Ġesù. U jien f’liema “grazzja” qiegħed? Ta’ prezz irħis jew prezz għoli? Lili jogħġobni dak li qal Josemaria Escrivà: “Bħala Nisrani, għandek dejjem iżżomm miegħek il-kurċifiss, tqiegħdu fuq il-bank tax-xogħol tiegħek, tbusu qabel torqod u kif tqum. U meta l-ġisem dgħajjef tiegħek jeħodha kontra r-ruħ, erġa’ busu.”


8 | Flimkien

Who is the Priest? Ktejjeb dwar is-saċerdot, bl-Ingliż, traduzzjoni ta’ Emanuel Micallef. Min hu interessat jista’ jċempel lill-awtur fuq 79003655.

Dun Ġorġ: il-Musical Proġett teatrali mużikali żagħżugħ li beda 3 snin ilu. Dwar il-ħajja ta’ San Ġorġ Preca. Il-musical huwa produzzjoni miktuba, maħduma u mtellgħa kompletament live minn 120 żagħżugħ u żagħżugħa. L-awtur u d-direttur huwa Mark Laurence Zammit. Sar l-ewwel darba f’Novembru 2013 f’Għawdex. Se jerġa’ jsir il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, l-Istitut Kattoliku, Floriana. Se jsir ukoll bit-Taljan fi Sqallija f’April li ġej. Ibbukkja: dungorgmusical@gmail.com jew 2155 6616 / 7900 5284.

Tweġiba għall-Katekwizz: il-Vitorja Għall-Knisja f’Malta, il-‘Vitorja’ tirreferi għall-festa tat-twelid ta’ Marija (ilBambina). Fil-każ tal-qaddisin, il-Knisja tfakkar biss jum il-mewt. Imma filkaż ta’ Ġwanni l-Battista u l-Madonna tfakkar ukoll it-twelid minħabba s-sehem importanti li kellhom fil-fidwa tagħna. L-ewwel kitba li ssemmi t-twelid ta’ Marija ma kenitx il-Bibbja imma l-Protoevanġelju ta’ Ġakbu, miktub fittieni seklu. Dan isemmi li l-ġenituri kienu Anna u Ġwakkin. Il-festa ssir fit-8 ta’ Settembru, disa’ xhur mit-8 ta’ Diċembru ta’ qabel (meta nfakkru l-konċepiment ta’ Marija fil-ġuf ta’ ommha).

Spiritwalità • Minn suġġeriment ta’ Dun Salv Borg

Kif se nimla l-ħin? Int wieħed minn dawk li tajt ismek biex tagħmel ħin ta’ adorazzjoni darba fil-ġimgħa? Mela forsi ġieli staqsejt lilek innifsek kif se timla dik in-nofs siegħa?

F

takar li l-aktar ħaġa importanti mhux x’se toqgħod tagħmel imma quddiem min se tkun f’dan il-ħin. F’din in-nofs siegħa tista’ tieħu liema pożizzjoni trid, bilqiegħda jew għarkupptejk, basta tgħinek titlob. Iż-żewġ paġni li ġejjin fihom suġġerimenti sempliċi dwar x’tista’ toqgħod tagħmel waqt l-adorazzjoni. Qegħdin magħmulin apposta b’mod li tista’ taqta’ l-paġna u teħodha miegħek għall-adorazzjoni u timxi fuqha. Imma dan hu biss suġġeriment. Mhux bilfors tużah. Minflok, tista’ toqgħod quddiemu u ma tgħid u tagħmel xejn; toqgħod sempliċement “iżżommlu kumpanija” – qisek qiegħed ħdejn xi ħadd għażiż għalik. Wara kollox, Hu jaf x’hemm f’qalbek, u bejn żewġt iħbieb bħalkom m’hemmx bżonn ħafna kliem! Hu stess qal: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħallpagani; dawn mingħalihom li aktar ma jgħidu, aktar jinstemgħu” (Mt. 6:8). Bilfors fil-knisja? Tista’ tagħmel dan il-ħin ta’ adorazzjoni anki fid-dar, waħdek, jekk ma tistax tkun quddiem is-Sagrament. Ingħaqad ma’ Ġesù Sagramentat fl-aktar tabernaklu viċin tad-dar jew mat-tabernakli kollha fid-dinja. Dejjem ftakar li qiegħed fil-preżenza ta’ Ġesù, anki jekk tkun f’post fejn il-preżenza ta’ Alla ma tantx tidher jew tinħass. AQTA’ DAWN I U ĦUDHOM IŻ-ŻEWĠ PAĠN B A TMUR TITLO MIEGĦEK MET


Settembru 2014 | 9

Mumenti quddiemu Naqsam il-ħin li għandi għalladorazzjoni f’erba’ “mumenti”. Dawn m’hemmx għalfejn ikunu eżatt indaqs, u mhux bilfors nagħmilhom kollha 1. Nadurah F’dan il-ħin inġib quddiem għajnejja min hu dak li hemm preżenti fl-Ewkaristija. Innissel ġo fija sentimenti ta’ stagħġib u adorazzjoni; dwar kemm hi ħaġa tal-għaġeb li Ġesù huwa realment u verament preżenti quddiemi (jew, forsi aħjar, nirrealizza kemm hi ħaġa tal-għaġeb li jien qiegħed quddiemu)! Dan issentiment ta’ stagħġib għandi nibqa’ nħossu anki meta nkun għamilt l-adorazzjoni diversi drabi. Naħseb kemm hi ħaġa tal-għaġeb li Kristu, Alla-Bniedem, huwa verament preżenti biddivinità, bl-umanità, bil-ġisem u r-ruħ. Jien qiegħed quddiem il-Ħallieq tiegħi, il-Feddej u s-Salvatur tiegħi, il-Mulej u s-Sultan. Iċċentru tal-ħin tal-adorazzjoni huwa HU, u mhux jien. M’hemmx għalfejn ngħaġġel biex ngħidlu x’għandi bżonn – aktar tard se jkolli ċans nagħmel dan – apparti li Hu diġà jaf x’neħtieġ! Inħalli lili nnifsi nistrieħ u nħoss il-faraġ tal-preżenza kollha mħabba tiegħu għalija. Nibqa’ fis-skiet, u nisma’, għax Alla wkoll irid ikellem lil qalbi.

Jekk ma jiġunix f’moħħi sentimenti bħal dawn, nuża xi kliem minn talbiet jew innijiet li naf, bħal “Jien nadurak bil-qima” jew “Qaddis, Qaddis, Qaddis” li ngħidu fil-Quddiesa. Dawn it-talbiet li nuża f’din il-parti għandi naqrahom jew ngħidhom bilmod, filwaqt li nipprova nifhimhom, u nibqa’ dejjem iċċentrat fuq il-preżenza ta’ Ġesù quddiemi fit-tabernaklu. M’hemmx għalfejn nispiċċa ngħid dan it-talb kollu sal-aħħar. L-importanti hu li l-kliem li ngħid ikun jesprimi l-ħsibijiet u x-xewqat li għandi f’qalbi, u mhux biss “ngħidu bl-amment”. M’għandix għalfejn ngħaġġel biex nuża dawn it-talbiet “lesti” u miktubin minn ħaddieħor! Nibqa’ ftit fuq il-kliem u s-sentimenti li nħoss jien. F’din il-ħaġa, nimxi skont kif inħoss f’qalbi. 2. Nirringrazzjah Nirringrazzjah talli qiegħed quddiemi b’mod daqshekk tal-għaġeb. Nirringrazzjah għas-saċerdoti li permezz tagħhom ikompli l-preżenza tiegħu fl-Ewkaristija. Naħseb


10 | Flimkien

ftit fil-ferħ li ħasset Marija meta ndunat li ġo fiha kellha lil Ġesù. Nista’ nuża t-talba talMagnificat (Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej…) u nirrealizza li bħalma dakinhar Ġesù kien preżenti fil-ġuf ta’ Marija, daqshekk ieħor bħalissa huwa preżenti quddiemi taħt iddehra tal-ħobż. Inkella nuża t-talba ta’ Xmun li meta Marija ppreżentat lil Ġesù fit-Tempju irrealizza li f’idejh kellu l-Feddej, u qal: “Issa tista’, o Sid, tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem skont kelmtek...” (Lq 2:29-32). Nirringrazzja ’l Alla għall-barkiet l-oħra li tani: il-membri tal-familja, id-don tal-ħajja, din l-opportunità li nkun fil-Preżenza tiegħu, talli jħobbni, talli jsostnini f’mumenti diffiċli. 3. Nurih il-bżonnijiet Issa nressaq quddiemu l-bżonnijiet tiegħi, dak li qed jinkwetani u jsewwidli qalbi. Niftakar spiss fil-kliem tiegħu: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28). Nitlob għall-konverżjoni tal-midinbin, għall-membri tal-familja tiegħi (insemmihomlu wieħed wieħed, b’isimhom), għal dawk imbegħdin mis-Sagramenti, għall-morda, min jinsab waħdu, min qalli biex nitlob għalih, għall-Papa. Nitlob għallgrazzja li nagħraf ir-rieda tiegħu għalija f’kull mument tal-ħajja. Nitlob għall-paċi fid-dinja u fil-qlub. Nitlob għal min għamilli xi deni. 4. Nitlob maħfra Niftakar fil-ħażen u d-dnubiet li hawn fid-dinja: gwerer, inġustizzji, mibegħda ta’ bniedem lejn ieħor, ta’ poplu lejn ieħor, nuqqas ta’ rispett lejn il-ħolqien. Tajjeb li matul il-ġurnata nieħu interess f’dak li jiġri madwari, nara l-aħbarijiet u naqra l-gazzetta. Dawn għandhom ikunu affarijiet li nitkellem dwarhom ma’ Ġesù. Il-ħin taladorazzjoni mhuwiex xi ħarba mir-realtà. Dawn huma affarijiet li lil Ġesù jinteressawh.

Spiritwalità • Minn suġġeriment ta’ Dun Salv Borg

Nitlob maħfra b’xi att tal-indiema li naf ngħid jew b’talb li nużaw fil-Quddiesa bħal “Ma jistħoqqlix, Mulej, li tidħol taħt is-saqaf tiegħi…” Ma ninsiex nitlob maħfra għaddnubiet tiegħi wkoll: meta ġġudikajt lil ħaddieħor, kont biered fil-fidi, ma tajtx kas biżżejjed tal-oħrajn.

Meta ma jkollix aptit nitlob? Allura nitlob propju dwar dan! Imma nitlob xorta. Meta nitlob avolja m’għandix aptit jew m’għandix paċenzja noqgħod fil-kappella, ifisser li qed inkun fidil. Din il-fedeltà fit-talb hija talba fiha nnifisha. U meta nkun distratt? Meta xi drabi ġismi jibqa’ fil-kappella imma moħħi jitlaq jiġri f’ħafna distrazzjonijiet, m’hemmx għalfejn nikkonfondi. Kif ninduna, nipprova nerġa’ ninġabar, u noffrilu l-istess distrazzjoni. Jista’ jkun li l-ħsieb li ġie f’moħħi ma kienx distrazzjoni imma xi ħaġa li għandi “niddiskutiha ftit miegħu”. Anki dak li jġegħilni nkun distratt jista’ jkun materja għat-talb! Rużarju waqt l-adorazzjoni? F’kull wieħed mill-erba’ mumenti nista’ ngħid ir-Rużarju għax jadatta ruħu għall-mumenti kollha (biex nadura, nirringrazzja, ngħidlu bil-bżonnijiet, u nitlob maħfra). B’Marija ħdejja, u b’Ġesù preżenti quddiemi fl-Ewkaristija, noqgħod inġib quddiem għajnejja l-ġrajjiet mill-ħajja ta’ Ġesù u Marija li nikkuntemplaw fir-Rużarju. Bħal Marija, u ma’ Marija, “ngħożż f’qalbi” dawk ilmumenti. Imma biex verament “ngħożż f’qalbi” ma rridx ngħaġġel – anki jekk ma nilħaqx ngħid ir-Rużarju kollu!


YOUR DRIVING PERFORMANCE CAN SAVE YOU UP TO 40% ON MOTOR INSURANCE

Motor Insurance Car location for 18-30 in case of theft year olds

Accident alert

You can monitor your driving performance

Log on to motormaxmalta.com for more details. Contact us on 21246262, visit www.middlesea.com or contact any of our authorised intermediaries.

If it matters to you, it matters to us.

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. COM 140514 JOB 41156 08/14

41156 - MotorMax Flimkien August 2014 113x155mm.indd 1

08/08/2014 09:13


Trobbija diġitali • Josita Dalli

Is-sitt elementi

B

iex isserraħ moħħok u tħossok li tista’ tafda lil uliedek meta jkunu fuq l-internet hemm bżonn l-edukazzjoni. Imma meta ngħidu edukazzjoni m’aħniex nifhum biss l-edukazzjoni tat-tfal imma l-ewwel u qabel kollox l-edukazzjoni tiegħek innifsek! Importanti li bħala ġenitur tkun midħla tal-apparat teknoloġiku li qed jużaw uliedek, speċjalment dawk li jistgħu jaqbdu malinternet. Liema huma l-aktar l-elementi essenzjali għal trobbija “diġitali” tajba? 1. QATT taħseb li hu tard wisq biex issaħħaħ il-limiti li tagħmlilhom (boundaries) jew biex tgħallem lil uliedek fuq it-teknoloġija. Jista’ jkun li huma jaħsbu li jafu jużawha biżżejjed imma xorta waħda jkollhom bżonn lil min jinfurmahom u jiggwidahom. 2. TKELLEM magħhom fuq kif jista’ jkun li waqt li jkunu qed ifittxu fuq suġġetti bħal pereżempju saħħithom jew id-dehra fiżika tagħhom, tista’ titlgħalhom informazzjoni It-teknoloġija qed tavvanza b’pass mgħaġġel ħafna. Ibqa’ aġġornat mal-aħħar teknoloġija bl-għajnuna tas-sit www.ibrowsesafely.com.mt. Dan is-sit jgħinek tieħu deċiżjonijiet infurmati. Il-kampanja ibrowsesafely imnedija minn Vodafone Malta tappoġġja l-kampanja BeSmartOnline. Żur ukoll: www.facebook.com/ibrowsesafely.com.mt.

żbaljata jew perikoluża f’dan il-perjodu vulnerabbli ta’ ħajjithom. 3. IDDISKUTI kif għandha tkun l-imġiba tagħhom mal-oħrajn u x’għandhom jitfgħu fuq l-internet. Tistħix tkellimhom fuq kwistjonijiet bħall-pornografija u mġiba riskjuża oħra, bħall-messaġġi sesswali. 4. AGĦTI element ta’ kontroll lil uliedek biex jixtru apps u mużika (mhux kollox tiddeċiedi int), imma ara li l-limiti jkunu ċari ħalli jonfqu flushom b’mod responsabbli. 5. IDDISKUTI ma’ wliedek affarijiet bħattniżżil mill-internet u l-plaġjariżmu ħalli jifhmu x’inhu legali u x’mhuwiex. 6. ISSETTJA l-“kontrolli tal-ġenituri” skont il-livell ta’ maturità tat-tifel jew it-tifla tiegħek. Jekk jgħidulek biex tneħħihom kollha, aħsibha sew qabel tgħid iva! Qis li jkunu jafu x’tip ta’ mġiba hi aċċettabbli fuq l-internet.

Kompetizzjoni Vodafone Irbaħ Vodafone Smart Android Tista’ tirbaħ mowbajl Smart Android offrut minn Vodafone jekk taqra l-artiklu u ssemmi wieħed mis-sitt elementi essenzjali għal trobbija “diġitali” tajba. Il-kompetizzjoni hi miftuħa biss għall-ADULTI. Ibgħat it-tweġiba sal-15 ta’ Settembru: Flimkien, Kompetizzjoni Vodafone, Kurja, Floriana. Rebbieħ ta’ Awwissu: K. Farrugia, ir-Rabat


L-Ostjoporosi Il-mediċina tallum, toffri apparat ta’ djanjosi biex pazjent jista’ jkun jaf jekk hux fir-riskju ta’ ostjoporosi - dan jissejjah Bone Density Scanner. L-ispeċjalista jirrakomanda trattament ta’ pinnoli jew forom oħra biex il-livell ta’ kalċju fl-għadam jiżdied u hekk tnaqqas ir-riskju ta’ ksur. Dan mhux biżżejjed. Persuna għandha tnaqqas jew iżżid mill-fatturi li jistgħu jaffettwaw l-ostjoporosi bħal ikel xieraq u tnaqqas il-konsum ta’ sigarretti u alkohol. Fattur importanti ħafna li mhux biss jgħin biex isaħħah l-għadam, iżda anke biex inaqqas ir-riskju ta’ waqgħat hi l-attivita’ fiżika. Eżercizzju regolari ser jgħin biex ġisimna jsaħħah l-għadam u l-muskoli; iżid l-istamina tagħna u hekk ma nejjewx malajr u jtejjeb is-sens ta’ bilanċ, hekk irriskju ta’ waqa’ jonqos. Livelife hu ċentru ta’ riabilitazzjoni privat li jinsab tas-Sliema fejn hemm, persuna li teħtieġ għajnuna biex tibda’ xi forma ta’ attivita’ fiżika ser issibha. Iċ-Ċentru għandu Gyms, pool u professjonisti kwalifikati biex jgħinu lil individwu fuq bażi personali.

Seminar fuq l-Ostjoporosi, nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru fil-Livelife tas-Sliema Programm: 10:00am Sessjoni ta’ Eżercizzji għallprevenzjoni tal-Ostjoporosi 10:30am Lecture minn Prof Andrew Borg, Rewmatologu 11:00am Lecture minn Ms Miriam Kerr, Spiżjara. Għal aktar informazzjoni u biex tirriserva post, ċempel fuq 2133 9000.

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

L-Ostjoporosi hi kundizzjoni li taffettwa l-għadam fejn dawn jibdew jitilfu mill-kalċju u b’hekk l-istess għadma titlef is-saħħa tagħha. Minħabba f’hekk anke sforz żgħir bħal waqa’, daqqa jew skoss jista’ jirriżulta fi ksur. L-għadam hu magħmul minn forma bħal xheda tan-naħal, li tgħati s-saħħa lill-għadam biex jifilħu l-piż tagħna, u kull forma ta’ strapazz ieħor. Fl-ostjoporosi din l-istruttura tant titlef saħħa minħabba in-nuqqas ta’ għadam, li sforz żgħir anke minimu bħal għatisa, tista’ tfarrak għadma. Immaġina, dar tal-ġebel li xi ħadd qed iżarma ġebla minn hemm u minn hawn. Maż-żmien, issaqaf mhux ser ikollu min iżommu l-fuq u d-dar tiġġarraf. Il-kondizzjoni hi komuni fil-persuni l-fuq minn 50 sena, nisa aktar minn irġiel. Fil fatt mara minn tnejn u raġel minn erbgħa jista’ jkollhom l-ostjoporosi. L-għadam kollha jkunu affettwati, biss l-għadma tal-wirk (hip), ir-rukkelli tal-ispina ta’ dahrna u ta’ idejna u spallejna, huma fost l-aktar li nistgħu niksru minħabba li dawn huma dawk li jkollhom l-aktar sforz, jew meta naqgħu noħorġu jdejna l-quddiem biex nilqgħu l-waqa’. Il-menopawża fin-nisa, ġenetika (storja ta’ ostjoporosi fil-familja), persuni ta’ statura żgħira u figura rqieqa huma fatturi li jikkontribwixxu għal ostjoporosi li ma għandniex kontroll fuqhom. Biss hemm fatturi oħra li jikkontribwixxu għal ostjoporosi li nistgħu nikontrollaw. Dawn huma: • Nuqqas ta’ Vitamina D u kalċju • Nuqqas ta’ konsum ta’ frott u ħaxix • Konsum għoli ta’ mluħa, protejini u kafe’ • Tipjip u konsum ta’ alkohol • Nies fuq dieta • Nuqqas ta’ attivita’ fiżika.


Taħriġ għallĦajja Nisranija Min jien quddiem Alla? Kif nista’ ngħix ta’ Nisrani fid-dinja tal-lum? Kif nista’ nitlob aħjar? X’sens fiha l-Liturġija?

J

ekk ġewk f’moħħok mistoqsijiet bħal dawn, m’intix waħdek! Kull sena madwar 200 persuna jattendu wieħed mill-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u jiskopru b’mod iżjed profond is-sbuħija tal-fidi tagħna u tas-sejħat sbieħ li l-Mulej jagħmel biex ikunu ta’ servizz aħjar għal ta’ madwarhom. Bosta korsijiet joffru approfondiment f’suġġetti bħall-Iskrittura, l-Ispiritwalità, l-Impenn Soċjali, u l-Psikoloġija. Dan isir b’mod teoretiku u prattiku, biex kull kors joffri formazzjoni sħiħa … lejn dixxipulat mimli entużjażmu fi ħdan il-Knisja u fissoċjetà tagħna. Fl-aħħar ta’ kull kors jingħata ċertifikat li huwa rikonoxxut ċivilment. Tibżax li se tagħmel dan il-vjaġġ waħdek għax f’kull kors ikun hemm persuni li jgħinuk kemm biex tifhem il-materjal tal-kors kif ukoll biex tikber b’mod spiritwali bħala dixxiplu talMulej. L-iskop ta’ dan kollu huwa biex tkun tista’ tagħti servizz aħjar lill-oħrajn. “Dawn, għax huma tiegħu, jistħoqqilhom l-aħjar!”

Dawn huma l-korsijiet li se jibdew: • The Human Experience of God in Prayer • Ethics & Politics: The Call to Public Life • Module on the Ministry of the Liturgical Cantor • General Education Award in Evangelisation • Higher Education Award in Evangelisation in a Digital Age • Higher Education Award in Family Ministry • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry • Higher Education Award in Liturgy • Higher Education Award in Parish Nursing • Higher Education Award in Catholic Social Teaching • Higher Education Award in Missiology • Higher Education Award in Christian Leadership. Isiru wkoll korsijiet: • mill-Fakultà tat-Teoloġija • mill-Istitut Agostinjan • mill-Istitut Karmelitan • mill-Għaqda Biblika • mill-Moviment ta’ Kana • mis-Segretarjat għall-Katekeżi • mis-Segretarjat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi. (Applikazzjonijiet għal dawn ilkorsijiet għandhom isiru direttament lillorganizzazzjoni rispettiva.)

Għal aktar tagħrif: www.maltapfi.org; 22039 510/ 513 jew info@maltapfi.org


Esperjenzi ta’ min attenda Lynn Grech

Course in Family Ministry Peress li qed nipprepara għall-ħajja miżżewġa u nibda nibni l-familja tiegħi, ħsibt li kors dwar Family Ministry jista’ jgħinni nkompli nikber personalment. Ħassejt li din l-esperjenza tatni ħafna u għamlitni aħjar, mhux biss personalment imma anki professjonalment għax minnha ħadt insights ġodda dwar id-dinamika u l-isfidi fil-familja u xi jfisser verament iż-żwieġ Nisrani. Ilkors huwa interattiv ħafna, u peress li huwa miftuħ għal persuni minn kull qasam talħajja wieħed jista’ jakkwista insights ġodda f’diversi realtajiet u esperjenzi.

Ray Azzopardi

Course in Catholic Social Teaching Il-Kors dwar it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja għenni napprezza aktar id-dinjità tal-persuna umana, u jkolli viżjoni aħjar u aktar realistika tas-soċjetà ta’ madwarna. Irrealizzajt li jekk wieħed ma jifhimx fil-fond xi tfisser id-dinjità tal-persuna li fuqha hija mibnija s-soċjetà, qatt ma nistgħu nindirizzaw b’mod sodisfaċenti il-problemi ekonomiċi, soċjali jew kulturali li s-soċjetà qiegħda taffaċċja.

Joseph Mercieca

Course in Liturgy L-aktar ħaġa li laqtitni fil-Kors tal-Liturġija kienet it-tifsira ddettaljata li tana Fr Jesmond

Manicaro tal-kliem li hemm fit-Talba Ewkaristika u kif il-ħobż u l-inbid li ntellgħu bħala offerti jsiru verment ilĠisem u d-Demm ta’ Kristu.

Liliana Farrugia

Course in Evangelisation Kont indeċiża jekk għandix napplika għallKors fl-Evanġelizzazzjoni, minħabba li kont mingħalija li Evangelizzazzjoni kienet tfisser nies iħabbtu l-bibien u jippridkaw. Iżda r-realtà hija differenti. Propju kien Alla li ħabbat fuq il-bieb tiegħi! Tgħallimt dwar x’inhi tassew l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, u skoprejt li anki jiena għandi bżonnha f’ħajti!

Francis X. Grima

Course in Evangelisation Il-Kors fl-Evanġelizzazzjoni tani l-opportunità nikseb bażi reliġjuża tajba, iżda kien ukoll xprun biex insir midħla iktar ta’ xi tfisser il-Knisja għalija, x’importanza għandha fil-ħajja ta’ llum, u li jien nifforma parti sħiħa minn dan ir-rigal li tani Alla għall-ġid tiegħi u taloħrajn. Waqt il-kors kellna minjiera sħiħa ta’ dokumenti li wieħed seta’ bil-kumdità u skont l-esiġenzi tiegħu, jaqra, jifli, jifhem u jagħraf is-sbuħija tat-tagħlim talKnisja u kif dan għandu mbagħad jgħixu personalment u f’komunjoni mal-oħrajn.

Miġburin minn Sarah Cremona

Għal aktar tagħrif: www.maltapfi.org; 22039 510/ 513 jew info@maltapfi.org


25 years

1989-2014

Take advantage from the 16c5 feed-in tariff guaranteed for 20 years

0% INTEREST Offers available till the end of September 2014

25 YEARS OF AFFORDABLE GREEN ENERGY FOR ALL. CELEBRATE WITH US. YOUR ENERGY. TODAY & TOMORROW. ideas f

or life

PHOTOVOLTAIC S YSTEMS

CALL US ON 2180 7123

80, Triq il-Kaccatur, Qormi, QRM3561 Email: sales@bajadagroup.com


18 | Flimkien

Uliedna

Strong boundaries create secure children

I

magine you are standing on the roof deck of a skyscraper. There are no railings, and the wind is blowing. Where would you be? You would probably be in the centre, where you could feel some security. Now imagine there are high sturdy railings around the edge of the roof deck. You walk over to the railing, push on it a few times, to make sure it is sturdy and will hold. Now you feel secure and free to stand by the edge, maybe even look down. Those railings really changed the experience for you, didn’t they? You went from feeling insecure to feeling secure just by having a firm boundary around you. It is just this kind of feeling of security your child is after when he challenges you to set firm and consistent limits and boundaries for him. When you set solid boundaries for your child, you are sending him a clear message that says: “I care about you, and I want you to be safe and feel secure as you learn about

the world. I am an authority on whom you can always rely.” Some parents find it difficult to set and enforce boundaries for their children. Some may be insecure in their own lives and experiences, and inadequately prepared to provide a secure environment for their children. Others have consciously or unconsciously decided that being their child’s ‘friend’ is more important than being his ‘parent’. Don’t let your child grow up an orphan Think about the kind of relationship your child has with his friends. Friends are equals. Each feels free to tell the other what he thinks, and to be a confidant. Childhood friends drop each other and move on to other friendships. Friends don’t guide, nurture, and protect each other; they don’t set boundaries and limits for each other. Is this the kind of relationship you want to have with your child?


Settembru 2014 | 19

Being a ‘friend’ to your child is one way to side-step the conflict, responsibility and pain of being a parent. It is also a good place to hide if you don’t know how to parent. But your role in your child’s life is to be his parent. Being a parent is not an adversarial relationship, but one in which clear lines are drawn about who is in charge. When you find yourself and your child thinking alike, or spending a lot of time hanging out together, it may be time to rethink your role. If you are not creating a solid, secure base from which your child can explore the world, you are probably being a ‘friend’ rather than a ‘parent’. What a boundary provides The world can be just as intimidating for your child as being on that skyscraper’s roof deck without a railing was for you. Children look to their parents to tell them what is expected of them, what is OK to do, and how to act. When they are young, boundaries usually centre on safety, but as your child gets older you will need a new set of limits that fit with your child’s expanding world. Limits are the safe zone for your child. Within the limits, the world is safe and predictable. It is easier for your child to venture out into the rest of the world when he knows there is this safe zone you have created for him.

Many parents have a hard time setting boundaries for their children because they are afraid that if they do, their child won’t like them. Some parents also feel that setting limits restricts their child’s creativity or sense of exploration. But if you do not set boundaries for your child, he or she is going to act out until you assume the leadership role of parent. He will push you again and again, until you show him where his limits are. When you won’t set boundaries for your child, you put him or her in a dangerous position. In order to get you to respond, your child will continually test you by doing whatever inappropriate behavior he can think of to awaken the ‘parent’ in you. He may talk to strangers, engage in inappropriate sexual activity, develop an eating disorder, take up substance abuse, or fail at school. Clear and consistently-enforced boundaries teach your child the rules of life, so that he can grow up and fit in. Setting and enforcing limits for your child is an act of nurturing and love. You are not trying to control your child. You are simply being a good parent. Being without a parent is the most insecure feeling a child can have. Addattat minn artiklu fuq il-websajt ta’ Natural News.


www.caremark.com.mt

Guarantees peace of mind‌

Care and Support... any day, any time A team of well-trained care and support workers, led by reliable management, will seek to address your needs in your own home, at a reasonable cost. A range of care packages are available. Call us on 23456500 or email malta@caremark.com.mt Capital Business Centre, Entrance A, Taz-Zwejt Street, San Gwann

Rental Service Available! Quality products at aordable prices!


Ittri mill-qarrejja

Settembru 2014 | 21

Ittri mill-qarrejja ITTRA REBBIEĦA

Mingħajru nħossni vojta

Jien għadni żagħżugħa. Fl-ewwel snin ta’ ħajti, il-fidi tiegħi kienet pjuttost superfiċjali għax kont biss imdorrija u mrobbija fiha. Il-quddiesa ma kontx nifhem x’inhi, imma meta sirt naf tassew x’inhi ma bqajtx inqisha biss ritwal imma mezz biex inkun qrib ta’ Alla. L-istess ir-Rużarju, ftit ftit sar biss rutina u beda jdejjaqni imma biż-żmien skoprejtu tassew, u bdejt nitolbu b’aktar konvinzjoni. Komplejt nikber spiritwalment meta dħalt mal-Christian Life Communities (ibbażati fuq l-ispiritwalità ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola) għax wasalt biex nibni relazzjoni aktar personali ma’ Alla u seħħew bidliet kbar fija speċjalment kif nesprimi mħabbti lejn il-proxxmu. Inħoss li l-eżami tal-kuxjenza, l-eżerċizzi spiritwali u l-meditazzjoni xprunawni u għenuni nikber bħala persuna u bħala Nisranija. Jalla nibqa’ nsib ħin kuljum biex niddjaloga mal-akbar kumpann tiegħi li hu Ġesù. Nemmen li minn 24 siegħa f’ġurnata sħiħa m’għandix ikolli skuża biex ma nsibx ftit ħin għat-talb. Il-fidi hija rigal, imma rridu nibżgħu għaliha u nkunu grati li nistgħu nesprimuha fil-libertà mingħajr persekuzzjoni. Mingħajr Alla, ħajti nħossha vojta u bla skop. Nirringrazzjah talli jagħtini l-opportunità niskoprih dejjem iżjed. E. Saliba, il-Furjana

AVUKAT - Dr R. Zammit LL.D

Ilma fuq ħaddieħor Mistoqsija: Jista’ jkollok pajp tal-ilma tal-gallarija jagħti għal fuq il-bankina? Min ikun għaddej jispiċċa jixxarrab b’ilma li min jaf xi jkun fih! R. Cassar Tweġiba: Fil-Liġi Ċivili jeżisti servitù li jobbliga lill-fond li qiegħed isfel biex jirċievi ilma ġej minn fond li qiegħed ogħla minnu. U allaħares le, inkella l-fond ta’ fuq li jirċievi l-ilma tax-xita ma jkunx jista’ jeħles mill-ilma li jaqa’ fuqu! Imma dan ma jagħtix setgħa lillfond ta’ fuq li jeħles mill-ilma tiegħu b’mod li joħloq inkonvenjent serju għal min qiegħed isfel jew ikun għaddej mit-triq! L-ilma jrid jinżel b’mezzi adatti (eż. katusi jew mogħdijiet oħra). Skont l-artiklu 339(f) tal-Kodiċi Kriminali mhux permess li b’nuqqas ta’ ħsieb jintefa’ ilma fuq terzi. Hekk jitħares is-sens ta’ “bonviċinat” li hu essenzjali biex persuni jgħixu fil-kwiet f’soċjetà bħal tagħna, fejn il-popolazzjoni hi densa, bħal dik f’Malta. L-għaqal u l-prudenza f’dan il-qasam huma aktar rakkomandati. Fl-antik meta ma kienx hawn drenaġġ ikkumnikat, din il-kontravenzjoni kienet aktar popolari għax kien hemm il-periklu li xi nies jitfgħu l-ilma tal-ħasil bl-addoċċ millgalleriji.

L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mogħtija minn Merlin Publishers Ltd. Ibgħatha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, PO Box 90, il-Marsa


Festa Folkloristika Is-Sibt 27 ta’ Settembru filgħaxija u l-għada l-Ħadd filgħodu Oriġinat u organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun

www.zejtunlocalcouncil.com


Settembru 2014 | 23

Parroċċa San Pawl, Rabat L-Arċipriet Louis Suban

Bixriet ġodda

F

il-parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, dan l-aħħar ħsibna biex nagħtu format ġdid lill-Kunsill Pastorali. Konna qed naraw li bi 38 membru l-Kunsill kien sar kbir wisq, għalhekk qsamnieh f’żewġ sezzjonijiet. Jiġifieri l-membri kollha kif inhuma llum jibqgħu jiltaqgħu tliet darbiet fis-sena biex jiddiskutu attivitajiet li jinteressaw lillparroċċa kollha bħall-Milied, l-Għid, il-festa parrokkjali, Corpus u oħrajn. Fix-xhur l-oħra jiltaqa’ l-eżekuttiv li jkun iżgħar u fih ikunu rappreżentati s-saċerdoti, il-kummissjonijet u r-reliġjużi rġiel. L-assemblea parrokkjali ta’ kull sena norganizzawha f’Settembru. Norganizzawha f’żewġ sessjonijiet, u fiha jipparteċipaw madwar 75 ruħ. Fl-assemblea nieħdu tema li tkun taqbel mat-tema magħżula middjoċesi. Fl-ewwel sessjoni nġibu xi espert fuq il-materja biex ikellimna dwarha. Fit-tieni sessjoni ninqasmu fi gruppi żgħar, fejn niddiskutu mistoqsijiet ippreparati fl-ewwel sessjoni. Dak li joħroġ mill-workshops imbagħad jinġabar f’dokument biex naħdmu fuqu matul is-sena li tkun ġejja. Fil-parroċċa tar-Rabat tinħass ħafna l-preżenza tal-komunitajiet reliġjużi, kemm nisa kif ukoll irġiel. Xi wħud minnhom jiġbru madwarhom komunitajiet bit-timbru partikolari tal-kariżma tagħhom. Barra minn dan, peress li t-territorju tar-Rabat huwa mdaqqas, jeżistu komunitajiet oħra mbegħdin mill-parroċċa, bħan-Nigret, il-Baħrija, Santa Katerina u l-Imtaħleb. Il-Kunsill Pastorali jlaqqa’ dawn ir-realtajiet flimkien u permezz tal-kummissjonijiet parrokkjali jipprova jikkordina l-ħidma

pastorali biex tilħaq lil kulħadd. Fil-Kunsill għandna kummissjonijiet għad-djakonija, il-kateketika, iż-żgħażagħ u l-adolexxenti, l-istampa, it-tfal, u l-liturġija. Barra dawn, għandna erba’ gruppi tal-koppji, grupp ta’ Kana, żewġ gruppi taż-żgħażagħ, tliet gruppi tar-romol, diversi friegħi talAzzjoni Kattolika, grupp ta’ nisa separati, żewġ gruppi ta’ talb Kariżmatiċi, Fokolarini, u grupp ta’ talb ta’ San Piju tal-Pjagi. Għandna wkoll grupp ta’ nisa ‘kompensatriċi’ li jitolbu għall-midinbin u jgħinu f’diversi attivitajiet parrokkjali. Din is-sena rranġajna ċ-ċentru pastorali u attrezzajnieh b’mezzi awdjo-viżivi moderni. Bit-tibdil li għamilna fiċ-ċentru żdied l-ispazju għal-laqgħat u l-ħidmiet pastorali. Mill-Qarrejja

L-eżempju jkaxkar

Il-Ġimgħa ta’ qabel il-festa ta’ Corpus Christi inzertajt għall-quddiesa tas-7pm fil-knisja tan-Nazzarenu, tas-Sliema, fejn matul il-ġurnata kollha kien hemm adorazzjoni tas-Sagrament. Wara l-quddiesa fetħu l-bibien beraħ u ħarġu żewġ lajċi jqassmu stedina sempliċi imma qawwija: Come and join us in silent prayer (ingħaqad magħna għal talb fis-skiet). L-adorazzjoni baqgħet sejra sal-10pm. Kienu ħafna li laqgħu l-istedina u daħlu jaduraw. Prosit lil-lajċi li għamlu ħilithom f’din l-inizjattiva. Forsi jagħmlu hekk parroċċi oħrajn ukoll! Kif jgħid ilMalti: l-eżempju jkaxkar! Mary Rose Schembri Wismayer


THE ULTIMATE SOCK PROTECT iT socks have been developed through close collaboration with podiatrists, engineers and people just like you. They improve blood circulation, keep feet warm and relieve pressure from swollen and wide feet.

Recommended for people with diabetes, arthritis and other medical conditions, which lead to sensitive or sore-prone feet.

PROTECT iT socks are seamless, with ideally padded layers to protect the sensitive and sore-prone areas of your foot, while eliminating rubbing and chaffing. These socks don’t bunch up or wrinkle, they stay dry all day long and fight bacteria and fungi, giving extra protection against odour, callouses and blisters.

Available from all Scholl Foothealth Centres in Sliema, Valletta, Mosta and Fgura, Suffolk (Valletta), Lotto (The Point), and Abela’s Health & Beauty Centre in Gozo.


Saħħitna • Dr Anna Maria Vella

Settembru 2014 | 25

Is-sigriet tagħna Ix-xahar li għadda rajna kif inħolqot it-tarbija: billi ngħaqdu flimkien żewġ ċelloli u saret il-‘fertilizzazzjoni’. Dan ix-xahar se nkomplu dal-vjaġġ ma’ din il-kreatura tant delikata f’dawn l-ewwel ġimgħat tal-eżistenza tagħha

M

adwar 30 siegħa wara li tkun saret il-fertilizzazzjoni (jiġifieri li l-bajda tal-mara tkun ingħaqdet malisperma tar-raġel) il-ħlejqa l-ġdida jkollha żewġ ċelloli. Wara 40 siegħa dawn iż-żewġ ċelloli jkunu saru erbgħa; wara tlitt ijiem, ikunu saru 16-il ċellola. Ta’ erbat ijiem tkun iffurmata dik li ngħidulha morula, jew massa ta’ ċelloli li diġà jibdew juru li mhumiex kollha l-istess! Din il-morula tibda nieżla minn ġol-fallopian tube biex bil-mod il-mod tippenetra fil-muskolu tal-utru, u donnha tingħaqad u ssir ħaġa waħda miegħu. Dan iseħħ madwar sitt jew sebat ijiem minn meta l-ovum u l-isperma jkunu ltaqgħu. L-utru f’dan il-mument ikun qiegħed jiżviluppa b’ritmu mgħaġġel ħafna u jkun rikk fin-nutrijenti u s-sustanzi biex din ilħlejqa ġdida ssib dak kollu li jkollha bżonn biex tkompli tiżviluppa. Dan kollu jkun possibbli permezz tal-ħafna ormoni differenti li l-omm tkun qed tipproduċi. Ladarba din il-ħlejqa tidħol ġolmuskolatura tal-utru, tibda tinqasam ħafna drabi, tant li issa n-numru taċ-ċelloli ma tkunx tista’ tgħoddu iżjed. L-embrijun ikun beda l-ġirja tiegħu biex jikber u jiżviluppa kemm jista’ jkun malajr. Kollox jibda jikber b’ritmu mgħaġġel. Dak li jiġri f’dawn l-ewwel

ġimgħat hu xi ħaġa tal-għaġeb … u sadattant il-ġenituri jkunu għadhom ma jafux x’qed jiġri! Jekk l-omm tkun qed tieħu t-temperatura tagħha kull filgħodu, tinduna li din tkun għoliet wara l-ovulazzjoni, u mbagħad, wara 14-il ġurnata, baqgħet għolja u ma niżlitx. Il-period ma jkunx ġie. Wara tliet ġimgħat ta’ temperatura ogħla min-normal, u l-period jibqa’ ma jiġix, il-mara jidħollha s-suspett li dak li xtaqet ikun seħħ, għalhekk tistenna ftit ġranet oħra u tagħmel it-test tat-tqala. Illum jeżistu ħafna testijiet sempliċi li ħafna nisa jagħmlu waħedhom bl-ewwel urina ta’ filgħodu. Huwa meqjus li madwar id-dinja jitwieldu 250 tarbija kull minuta (mat-360,000 kuljum). Għalhekk forsi jkun hawn min iqis it-tnissil u t-twelid ta’ tarbija bħala xi ħaġa komuni u xejn tad-dinja l-oħra. Imma meta dik it-tqala tkun tiegħek, allura ħaġa oħra! Dan ikun mument speċjali u emozzjonanti għall-koppja li ħafna drabi ma jkunux jistgħu jemmnu, u tarahom sejrin jiġru għand it-tabib biex jikkonfermalhom dak li jkunu diġà jafu! Hu mument li ħafna koppji jħobbu jżommuh ‘sigriet’, għall-inqas għall-ewwel ġranet – imma mbagħad erħilhom ixandruh malerbat irjieħ tad-dinja! Storja sabiħa, speċjali, eċċitanti. U l-vjaġġ ikompli!


Arzella

Childcare Centre 3 months to 3 years

Il-KatekiÛmu tal-Knisja Kattolika

rivedut

Jista’ jiġi ordnat mill-Kurja Se jkun għall-bejgħ fl-1 ta’ Ottubru

Opening in September 495, St Joseph High Road, St Venera SVR 1014 Tel: 2125 5194 Email: arzellachildcentre@gmail.com

• 1,104 paġna • Bl-indiċi u r-referenzi • Ktieb meħtieġ għall-istudjużi u għal min jixtieq jifhem aħjar x’tgħallem il-Knisja • Ta’ għajnuna kbira għall-eżami tal-Matrikola tar-Reliġjon Prezz ta’ qabel il-pubblikazzjoni:

€15 minflok €19 sal-aħħar ta’ Settembru


Logħob • Claudia Cini

Settembru 2014 | 27

Mimdudin 1. Divan; kanapè (5) 3. Kurċifiss (5) 6. Żagħżugħ; għadda t-tfulija (11) 8. Mimlijin panna (7) 12. Mitluq; minsi; fejn ġie ġie; addoċċ; bla ordni (7) 15. Sintetiku; imitattiv; falz (11) 16. Ara 9 Weqfin 17. Valutazzjoni; kalkolu (5)

Tisliba 1

2

6

A H+Q B C-P C RxT D F÷Z E S+N F K-V G O÷R H RxV I W+H J E-L K Y+H L X÷V M ZxV

N O P Q R S T U V W X Y Z

P-I T+W QxR S÷V X-U ZxH G+R S-D J÷H M-V A+L B+L RxR

4

5

13

14

7

8

Weqfin 1. Għaxra f’idejna u f’saqajna (5) 2. ---- ta’ taħt; ilbies jasal sal-qadd (5) 4. Ħġieġa li biha tiffoka ċar (5) 11 5. Tajba; ġenwina (5) 7. Ħarqiet esaġerati bix-xemx (7) 9. u 16. Mimdudin: Rvellar; oppożizzjoni (8) 10. Kompli kabbar ma’ dak li hemm (3) 15 11. Ċena tal-ewwel insara (5) 12. Mejda li fuqha jsir is-saġrifiċċju (5) 13. Imħaddmin; m’għadhomx ġodda; ippruvati (5) 14. Ħajta ħoxna f’lampa jew musbieħ (5) 16

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

3

9

10

12

17

Soluzzjoni ta’ Awwissu

Rebbieħ: A. Palma, Ħaż-Żabbar

Mimdudin: 1. TITAN, 3. ĦALIB, 6. PRIVATAMENT, 8. ABITANT, 12. FAMILJA, 15. AWTORIZZATI, 16. ADATT, 17. RIZZA. Weqfin: 1. TOPAZ, 2. TRIJA, 4. LMENT, 5. BITĦA, 7. TATTIKI, 9. BLA, 10. NEJ, 11. ĦMARA, 12. FETĦA, 13. AVANZ, 14. BRIJA. Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Alfakodo

2

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Soluzzjoni ta’ Awwissu 3

A 10 N 2

B 4 O 22

C 20 P 17

D 19 Q 6

E 21 R 9

F 18 S 26

G 1 T 25

H 8 U 3

I 5 V 14

J 13 W 12

K 15 X 23

L 11 Y 7

M 24 Z 16

Rebbieħ: R. Grech, San Ġwann

Iben: Pa, kif bdew il-bnedmin? Missier: L-ewwel kien hawn Adam u Eva, u kellhom it-tfal. Dawn kellhom it-tfal tagħhom u baqgħu sejrin hekk sakemm ġejna aħna. Iben: Ma, kif bdew il-bnedmin? Omm: Aħna konna xadini, imbagħad evolvejna sakemm ġejna kif aħna llum. Iben: Pa, għalfejn gdibtli? Missier: Le, ibni ma gdibtlekx. Ommok kienet qed titkellem fuq il-familja tagħha.


Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

Settembru 2014 | 29

Biljett tal-linja

KOMPETIZZJONI Nissuġġerixxu li t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom u wara jwieġbu l-mistoqsija. Ibagħtuha hekk: Flimkien, Komik, Kurja, PO Box 90, il-Marsa. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Rebbieħ ta’ Awwissu: A. Tabone, is-Swieqi

L-ILJUN • • • • •

L-għajta tiegħu tinstema’ minn 8 kilometri bogħod. Jiġri b’veloċità ta’ 81 mil fis-siegħa. Jiekol bejn 5 u 7 kilo laħam kuljum. Jistrieħ għal 20 siegħa kuljum. Juri l-ferħ u l-affezzjoni billi jħokk b’rasu u b’żaqqu mal-oħrajn. • Jgħix bejn 12 u 15-il sena.


Riflessjoni • Claudine Camilleri

30 | Flimkien

Hekk jaqbel! Ara! Flimkien wasalna! X’kien? Is-soltu tkun ġa dħalt id-dar! Ġo posti nintasab. bi ħwejġi sew komdi, biex wara jum xogħol, nistrieħ … għall-erwieħ! U l-istorbju li qed tagħmel wisq jistordini. Platti jċekċku, washing machine, u ġiri tat-tfal… Din ta’ kuljum ma niflaħhiex aktar. Bil-mod qed tifnini, timlini mrar. Ħa tibda bil-qerda biex ngħinek xi ftit? Għajjiena biex tkompli x-xogħol tad-dar? Mhux int?! Stajt bqajt hawn, ma ħriġt taħdem xejn. Mhux xorta? Fil-każ bil-pensjoni nħallsu d-dejn!

Hekk jaqbel! U ajma għall-ikel ser tagħmel dan l-għaġeb? Mhux kemm titfgħu fil-forn, jew tgħalli l-għaġin? Inkella biċċtejn ċanga tajbin?... Ma tridx xi għerf kbir! U iva biex tiskot nagħmillek pjaċir. Illum inwassallek it-tfal il-Mużew. Hekk jaqbel!

U trid taħsel l-art u tfarfar ta’ spiss. U tonxor u tgħaddi l-ħwejjeġ tat-tfal. U tiġbor it-tfal fil-ħin mill-iskola, U tara li kiluh kollu l-lunch. Tiftaħ pitazzi u kotba fuq mejda ... Basta lili tħallini fil-kwiet … bla strapazz.

Ħallini, itlaqni. Kif qbadt miegħi biss! Mhux naħdem immur u flus sew qed inġib? U int iva taħdem … imma jien iktar minnek. Għajjiena?!... U ejja, issa iskot! Hekk jaqbel!

Kollox sew, tinkwetax, illum, la ġiet hekk! Nixxuttalek il-platti u npoġġihomlok ġol-bank. Hekk jaqbel!

U b’leħnek jirtogħod ... u ħarstek ’il bogħod.

Int taf kemm inbati fuq xogħli? Il-ħin kollu għaddej … ma niqafx! L-istorbju madwari jkissirli l-widnejn. Kif niftaħ għajnejja filgħodu minn kmieni nixxennaq għal din ir-rokna ta’ dari: nisserfja, niċċettja, inpaċpaċ fuq facebook u nsegwi xi logħba meta l-ħin ikun sar. Nistaħba mit-tgergir u l-qrid tiegħek.

Bilwieqfa quddiemi, u qed tgħidli li sejra. Lissintli … “Hekk jaqbel!”

Laqgħat tal-grupp Nixtieq Nistaqsi Fis-6pm, fil-Kurja, Floriana (dħul minn Triq l-Iljun). Il-laqgħat li jmiss: • il-Ħamis 2 ta’ Ottubru (Suġġett: Ir-Relazzjonijiet Soċjali ta’ Ġesù – Dun Hector Scerri) • il-Ħamis 6 ta’ Novembru (Suġġett: Għalfejn tlieta u ieħor magħhom? – Dun Pawl Sciberras)


Will be returning to p r e s e n t a

Christmas ConCert o n s at u r d ay 29 t h a n d s u n d ay 30 t h n ov e m b e r at t h e C at h o l i C i n s t i t u t e t i C k e t s W i l l ava i l a b l e f ro m m i d - o C to b e r


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Flimkien Settembru 2014 by Archdiocese of Malta - Issuu