Newspaper Post
Ottubru 2016 | Numru 143
F’GĦELUQ L-450 SENA TAL-BELT VALLETTA:
Knisja li tgħammar fost id-djar ta’ wliedha
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! Lourdes
Festa tal-Immakulata Kunçizzjoni 7-11 ta’ Diçembru
Kranjska Gora/
Christmas Markets fis-Slovenja 8-13 ta’ Diçembru
Christmas Markets Delights
Awstrija u l-Æermanja 7-14 ta’ Diçembru
L-Ewwel tas-Sena
fi Vjenna
26 ta’ Diçembru - 2 ta’ Jannar
Christmas Market b’differenza!
Cologne
u Cruise abbord l-AROSA Flora fil-metropoli Olandiÿ (kollox inkluÿ) 6-13 ta’ Diçembru
Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
E D I TO R J A L • D U N A N TO N P O R T E L L I
Għeluq snin il-Belt
I
l-faċċata tal-magażin dan ix-xahar turi ftit mill-istatwi li jinsabu f’kantunieri ta’ xi toroq tal-Belt. Xtaqna li aħna wkoll infakkru l-450 sena mit-twaqqif talBelt Valletta. Il-Belt Valletta twaqqfet bħala belt kapitali u fortizza li tipproteġi lil min jgħix fiha. Imma belt mhux l-arkitettura biss li tagħmilha. Fuq kollox hi magħmula min-nies li jgħixu fiha u n-nies li sawruha. Il-Belt tagħna ssawret ukoll mill-fidi tan-nies li għexu fiha. Xhieda ta’ dan huma wkoll dawn l-istatwi fil-kantunieri. Donnhom iridu jgħidulna li l-barka u l-preżenza ta’ Alla mhijiex magħluqa biss ġol-knejjes tal-ġebel imma joħorġu barra u qegħdin magħna, fit-toroq, qalb in-nies, spalla ma’ spalla mad-djar tal-poplu. Jista’ jkun li ma tantx nagħtu kas dawn l-istatwi, imma nagħmlu tajjeb ngħidu talba żgħira meta ngħaddu minn taħthom. Dak in-naqra dawl li hemm quddiemhom, li għal diversi snin kien l-uniku dawl billejl fit-toroq tal-Belt, ifakkarna li l-fidi għandha ddawwal ħajjitna anki llum, f’dak li nagħmlu u li ngħidu. Jalla din il-fjamma tal-fidi f’qalbna ma tintefa qatt.
Ottubru 2016 • Numru 143
Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Flimkien fuq Radju Marija Programm dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am. K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U
Kompassjoni falza
Il-ħsieb dominanti ta’ żmienna xi kultant jipproponi “kompassjoni falza”: dik li tqis l-abort bħala għajnuna lillmara, l-ewtanasja bħala att ta’ dinjità, u l-“produzzjoni” tat-tfal bi dritt bħala xi kisba xjentifika flok ma tilqagħhom bħala don; jew tuża l-ħajjiet umani bħala oġġetti ta’ sperimentazzjoni fil-laboratorju biex taparsi ssalva oħrajn. Papa Franġisku, 15 ta’ Novembru, 2014
Drachma Parents Support Group Grupp ta’ sapport għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Il-laqgħat li jmiss se jsiru: • il-Ħamis, 20 ta’ Ottubru, il-Ħamis 17 ta’ Novembru u l-Ħamis 15 ta’ Diċembru f’Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta fis-7:30pm. • Il-Ħamis 3 ta’ Novembru u l-Ħamis 1 ta’ Diċembru f’Dar Nazareth, Tarxien, fis-7:30pm. Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.
ĠURNATA MISSJUNARJA | 23 TA’ OTTUBRU 2016
Jekk jogħġbok agħti ħajja u futur lil dawn it-tfal vulnerabbli. ibgħat donazzjoni b’SMS fuq 50617374 - €2.33 jew t50618820 - €6.99 għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il-Merkanti, Valletta | 7 Triq l-Imgħallem, Ir-Rabat Għawdex
I L- K E L M A TA L-A RĊ I S Q O F
Ottubru 2016 | 5
Iċ-ċappetti tal-bieb tal-ħniena
F
il-festa ta’ Kristu Re ta’ din is-sena, il-Papa Franġisku u aħna l-isqfijiet djoċesani fil-Knisja kollha nagħlqu uffiċjalment il-Ġublew tal-Ħniena. Il-Ġublew jintemm, għax hekk kien ippjanat li jsir, iżda l-bibien tal-ħniena jibqgħu miftuħin għax il-ħniena m’għandhiex limitazzjonijiet ta’ żmien u ta’ spazju. Neħtiġuha dejjem, mingħand Alla u mingħand xulxin. Mhix ħniena mqanqla mill-kompassjoni – inħenn għalik għax nitħassrek. Alla ma jitħassarniex. Alla jħobbna, u allura l-ħniena tiegħu mhux biss taħfrilna iżda tagħtina dinjità ogħla u aqwa milli kellna qabel ksirna l-patt tiegħu magħna. Qed ngħid ‘tiegħu magħna’ u mhux ‘tagħna miegħu’, għax l-ewwel pass dejjem hu jieħdu. Aħna nħobbu nżommu l-punt, inqabblu lilna nfusna ma’ ħaddieħor, inkejlu. Donnu li fir-relazzjonijiet tagħna bejnietna u ma’ Alla l-imħabba tfisser business – nagħtik kemm tagħtini. Il-ħniena u l-ġenerożità mhumiex tpartita iżda għotja sħiħa u bla lġiem. Flimħabba m’hemmx sakemm u sa meta. Għalhekk, kif jgħid San pawl, l-imħabba ma tintemm qatt. L-għira, li tiġi min-nuqqas ta’ kuntentizza bina nfusna u b’li għandna u minn ħafna ġudizzji fuq ħaddieħor, ħafna drabi mingħajr ma nkunu nafu eżatt il-verità tal-fatti, hija susa fina li therrina minn ġewwa.
Il-bniedem li jgħir huwa bniedem il-ħin kollu mnikket għax m’għandux dak li jaħseb li għandu ħaddieħor, dak li jixtieq li ħaddieħor m’għandux dak li għandu, u jasal ukoll biex jixtieq il-ħsara, forsi jasal biex jagħmilha wkoll lil min jaħseb li hu aħjar minnu. Jasal biex jobgħod. Għalhekk Ġesù jisħaq bla waqfien fuq l-imħabba li tagħti bla ma tistenna lura, li mhix business iżda għotja bla interessi, li għalina għandha bidu iżda m’għandhiex tmiem. Mhux grazzja kbira li Alla jħobbna tant li jagħtina li nistgħu inħobbu bħalu? L-imħabba mhix sfida ta’ Alla u mhix sfida għalina. Fejn hemm l-imħabba m’hemmx għira iżda apprezzament u gratitudni; m’hemmx xewqa għal ħsara jew vendikazzjoni iżda ħniena u mogħdrija. Il-bieb tal-ħniena huwa mdendel fuq iċċappetti tal-imħabba. Iktar ma nħobbu iktar qalbna ssibha faċli tħenn, iktar il-bieb ikun faċli jinfetaħ bla żaqżiq u bla tbatija. Il-bieb tal-ħniena ma jingħalaqx. Imma jekk xi darba jingħalaq jew jitbexxaq, ma tkunx problema kbira li jerġa’ jinfetaħ, għax iċ-ċappetti talimħabba huma midluka biż-żejt tal-ferħ u l-hena li jiġu minn Alla li f’Ġesù Kristu tagħna kollox biex inkunu bħalu u tiegħu. Nagħtukom il-barka tagħna Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta
Intenzjoni tal-Papa għal Ottubru: Biex fil-ħidma tagħhom, il-ġurnalisti jirrispettaw il-verità u jimxu dejjem fuq dak li hu sewwa Installa l-app tan-Network Dinji ta’ Talb mal-Papa: (1) Iftaħ l-‘Application Store’ (2) Fittex ‘Click to Pray’ (3) Agħżel ‘Install’.
BENNIENA TA’ ĦNIENA ĠUBLEW TAL-FAMILJA L-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa u wara jippreżenta l-Amoris Laetitia bil-Malti Kelliema oħra | Attivitajiet Sportivi | Counselling | Talb mal-Familja | Childminding Prayer Spaces | Workshops | Mużika | Qrar | Ikel u Xorb
Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù Il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru 2016 | 8.30am – 7.00pm Jum għall-Familja. Għal aktar informazzjoni żur www.laikos.org jew Laikos.org fuq Facebook Attività Djoċesana organizzata mis-Segretarjat tal-Lajċi b’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet tal-lajċi.
The smallest in the world Bursting onto the scene: October 2016 Find out more at our exclusive launch 17th - 28th October From the 13th October onwards please call for your free consultation Tel: 2704 0839 or Mob: 77771659 360 St Joseph High Road | Santa Venera | Tel: 27040839 Mob: 77771659
0%
SIT PO LE DE ILAB AVA
Starting from
€8,999
Price includes Scrappage Scheme
VISIT OUR NEW SHOWROOM AT ANTONIO BOSIO STREET, MSIDA! Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0000 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt
www.suzuki.com.mt
Ottubru 2016 | 9
AMORIS L AETITIA
Isbaħ minnek ma narax! Rebbieħa u b’saħħitha “wara battalja miġġielda flimkien”
D
iffiċli żżomm pjanta f’qasrija twarrad u tfewwaħ is-sena kollha anke mhux fi żmienha. Trid issaqqiha ta’ spiss, u mhux wisq, għax tifqagħha! U ma tridx tħalliha nieqsa għax tidbiel mal-ewwel. Fl-eżortazzjoni Amoris Laetitia, il-Papa Franġisku b’mod realistiku, prattiku u fi kliem sempliċi jagħti stampa ta’ kif relazzjoni tista’ tibqa’ dejjem “friska”. Meta żewġi ra lili l-ewwel darba, snin ilu, kont għoġobtu. Id-dehra fiżika tiegħi ġibditu lejja. U meta jiena lmaħtu, kont inġbidt lejh bl-istess mod. Għoġobni qabel ma bdejt insir naf il-karattru tiegħu. Imma llum, anke meta għaddew is-snin, dawk l-emozzjonijiet nistgħu nżommuhom ħajjin? L-emozzjonijiet sbieħ kapaċi jibqgħu reali bejn il-koppja meta l-ħarsa tal-għajnejn tkun sinjal ta’ apprezzament għal kemm nistinkaw biex inżommu lil xulxin ferħanin tul il-jum, fuq kemm nagħtu prijorità lir-relazzjoni tagħna – iva, saħansitra “qabel” uliedna stess. Messaġġ fuq il-mowbajl matul il-jum (Kemm ħadt pjaċir miegħek ilbieraħ! Veru kien mument sabiħ!), tgħanniqa mill-qalb, kumment ta’ apprezzament għal kejk tajjeb, għal tibdila ġdida jew għal xi biċċa xogħol li rnexxiet kollha juru biċ-ċar li aħna għadna nagħtu l-ewwel post lil xulxin, li int għadek importanti għalija, li aħna għadna speċjali għal xulxin. Meta l-koppja tgħaddi minn esperjenzi tqal ta’ mard, inġustizzja jew tbatija, tkun iebsa għaliha biex tibqa’ ferħana u pożittiva. Il-ferħ jaf jidher li għeb għalkollox, spiċċa u mhu se jerġa’ jiġi lura qatt. Papa Franġisku jispjega dan il-fatt bħala esperjenza li l-koppja taf toħroġ rebbieħa,
iktar b’saħħitha “wara battalja miġġielda flimkien”. Tul it-tbatija, il-ferħ jinħass meta nagħmlu l-impossibbli biex nippruvaw ngħixu dan il-mard flimkien, innaqqsu t-tbatija lil xulxin mingħajr skużi ta’ “nibża’, m’iniex kapaċi” jew “ma ninqalax”. Il-ferħ huwa li aħna rnexxielna ngħaddu minn din l-esperjenza kerha flimkien, anke fl-iktar iebes tagħha mingħajr ma ddisprajna u tħawwadna. Wara ħriġna iktar sħaħ, iktar qawwijin fl-imħabba tagħna lejn xulxin. Irridu nibqgħu kapaċi nferrħu u nagħtu pjaċir lil xulxin b’modi differenti. Il-ħajja sesswali tagħna trid tibqa’ mod kif nuru lil xulxin li int uniku jew unika għalija. Ħajja sesswali tkun kontinwazzjoni tal-ferħ li aħna nippruvaw ngħixu kuljum. Tgħaddi minn xiex tgħaddi, relazzjoni fi żwieġ trid tibqa’ relazzjoni ta’ ħbiberija unika u ta’ rispett reċiproku. C&E
10 | Flimkien
SI LVA N A C AR DON A ŻGĦA Ż AGĦ
Din għal min iħobb l-avventuri! #Sajf2016#baħar#xemx#kamping#volontarjat#safar#avventuri
I
s-sajf għadda, imma l-esperjenzi ġodda li nibtu f’tant żgħażagħ mhuma se jintesew qatt, għal ħafna raġunijiet! Min għax tefa’ CV u sab jaħdem; min għax bi ftit inkurraġġiment irnexxielu joħroġ mid-dar u għamel ħbieb ġodda; min mar cruise għall-ewwel darba mal-familja tiegħu; min bl-għajnuna tal-grupp li qiegħed fih tħajjar isiefer il-Polonja għall-Jum Dinji tażŻgħażagħ; min offra ħinu u l-enerġija tiegħu f’xi volontarjat lokalment jew barra; min ħass is-sejħa għal ħajja reliġjuża; min iltaqa’ mattfajla jew il-ġuvni tiegħu; u min... Forsi int, li għaddejt minn tant avventuri dan is-sajf jew li għadek qatt ma ppruvajt waħda, titħajjar tibda avventura ġdida bl-isem “Avventura ma’ Ġesù”? Din l-avventura mhijiex ta’ mument, sigħat, ġranet, jiem, xhur jew snin, imma avventura għal ħajtek kollha. Ma trid tħallas xejn għaliha anzi b’garanzija li matulha se tirċievi ferħ li ma jitfissirx u sodisfazzjon f’qalbek. Ma fihiex kompetizzjonijiet; kulħadd għandu ċans jibda; kulħadd jista’ jimxi bil-pass tiegħu – jekk wieħed jaqa’, jista’ jqum u jerġa’ jkompli miexi. Kulħadd jista’ jkun rebbieħ, bi premju li ma jispiċċa qatt.
M’għandek bżonn l-ebda ħila jew kwalifika partikolari. Biżżejjed tgħid iva, irrid nibda, imbagħad kemm tafdaH u tħalli f’idejH għax hu se jkun li jmexxik; hu se jkun il-leader tiegħek. Kulma għandek bżonn hi qalb kbira biex tħobb tassew lil kull min tiltaqa’ miegħu kull fejn se tkun u f’kull mument ta’ ħajtek. F’din l-avventura, moħħok użah sew biex issir taf aħjar lil Ġesù u twasslu wkoll lil sħabek. Matul din l-avventura żomm għajnejk miftuħa biex tosserva l-weġgħat u l-bżonnijiet tal-persuni li tiltaqa’ magħhom. Uża widnejk biex tismagħhom kull meta jixtiequ jkellmuk. Uża fommok biex tfarraġhom. Lissen kliem sabiħ, pożittiv, ta’ kuraġġ. Uża jdejk biex tgħin lil min jitolbok l-għajnuna kull fejn hemm bżonn. Uża saqajk biex tmur fejn l-aktar hu meħtieġ, fejn wieħed lanqas joħlom li jmur, fejn tħoss li qalbek qed tħabbat biex tmur. Din hi l-isbaħ parti tal-avventura: li tkun avventuruż u miftuħ għal affarijiet ġodda. Tibżax meta tiltaqa’ ma’ xi ostakoli jew tħossok qed tegħja u tixtieq tieqaf. Dawn ukoll huma parti mill-avventura! Imma ibqa’ sod, u ibqa’ miexi ’l quddiem, jum wara jum, fuq l-istess passi ta’ Ġesù, id f’id miegħu.
12 | Flimkien
Il-membri tal-Knisja 124. Min huma l-imseħbin jew il-membri tal-Knisja fuq l-art? L-imseħbin jew il-membri tal-Knisja fuq l-art huma dawk kollha li, wara li jkunu ħadu l-Magħmudija, ma ċaħdux it-twemmin fil-Vanġelu kif imwassal fit-tradizzjoni talKnisja. 125. Il-Knisja hi magħmula biss minn dawk li qed jgħixu fid-dinja? Il-Knisja tiġbor fiha mhux biss dawk li qed jgħixu llum fid-dinja iżda wkoll dawk kollha li mietu fi ħbiberija ma’ Alla u qed jistennew il-qawmien. Il-qaddisin fis-sema jingħaqdu magħna fit-talb u fit-tifħir lill-Missier, blIben u fl-Ispirtu s-Santu. 126. X’nifhmu meta ngħidu “Qaddis”? Qaddis hu dak li jgħix bl-Ispirtu s-Santu. F’das-sens aħna lkoll imsejħin biex inkunu qaddisin. Iżda dil-kelma ngħiduha speċjalment għal dawk l-irġiel u n-nisa qaddisa li l-Knisja tqiegħed quddiemna bħala xempji ta’ virtù u qdusija meta tħabbarhom “Qaddisin” bil-kanonizzazzjoni u tħalli li l-fidili jagħtuhom qima fil-pubbliku. 127. Il-Knisja qiegħda biss għan-nies qaddisa? Il-Knisja mhix qiegħda biss għan-nies qaddisa imma wkoll għall-midinbin, għaliex fiha Ġesù jissokta juri l-ħniena u l-mogħdrija tiegħu lejn ħutu bnedmin dgħajfa li huma mġarrbin u mdawrin mill-qawwiet tad-dnub u tal-mewt. 128. In-nies qaddisa huma lkoll membri tal-Knisja? Mhux in-nies qaddisa kollha huma membri tal-Knisja f’din id-dinja, għax id-don talIspirtu s-Santu mhux marbut mas-sinjal
tiegħu sagramentali li jidher fil-Knisja. Iżda n-nies kollha qaddisa jirċievu l-Ispirtu bilqawwa tas-Salib ta’ Kristu li fil-Knisja biss jiġi muri u ppritkat. 129. Għaliex il-Knisja tissejjaħ il-Knisja tal-foqra? Il-Knisja tissejjaħ il-Knisja tal-foqra għax (a) Ġesù qal li tal-fqar hija s-Saltna ta’ Alla (b) għaliex il-Knisja hi impenjata biex tiddefendi l-kawża ta’ min hu fil-bżonn jew mgħakkes (ċ) għaliex Ġesù wiegħed li l-għonja u s-setgħana tad-dinja jobogħduha (Gaudium et Spes, 1). 130. Min huma l-Patrijiet u r-Reliġjużi? Dawn huma għaqdiet ta’ rġiel u nisa li għall-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu joffru ħajjithom kollha b’wegħda għall-qadi talVanġelu billi jgħixu ħajja ta’ faqar evanġeliku bħala komunità ta’ ċelibi. Huma jwiegħdu ubbidjenza skont ir-regola approvata millKnisja u ġeneralment jiċċelebraw flimkien u b’mod solenni l-Liturġija tas-Sigħat u Liturġija oħra. Darba oħra: Marija Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.
FLEXORIN GEL huwa emulsjoni li hija fformulata speċifikament biex i�affi l-uġigħ tal-muskoli u anke tal-ġogi. Li jaghmel FLEXORIN GEL speċjali hu l-fa� li dan il-prodo� mhux xi ingwent ordinarju li hawn ħafna bħalhom fuq is-suq, iżda emulsjoni ta’ żejt u ilma mħall�n flimkien biex b’hekk ikun jista’ jippenetra l-ġilda (li ukoll hi magħmula minn saffi ta’ żejt u ilma) aħjar u b’mod ħafna aktar mgħaġġel. Minħabba din ir-raġuni, FLEXORIN GEL kapaċi jilħaq ferm aħjar tessu� (�ssues) fil-ġisem li jistghu jibbenefikaw mill-ingredjen� a�vi (ac�ve ingredients) li mgħammar bih FLEXORIN GEL Barra mill-fa� li FLEXORIN GEL jippenetra l-ġilda malajr, FLEXORIN GEL mgħammar b’si� ingredjen� li huma xjen�fikament ippruva� li jtaffu l-uġigħ u in�ammazzjoni. Għaldaqstant, FLEXORIN GEL joffri serħan mill-uġigħ u jtaffi l-in�ammazzjoni mill-ewwel. FLEXORIN GEL jista’ jiġi applikat sa tliet darbiet kuljum, huwa kklassifikat bħala medical device u għalhekk ma għandux bżonn preskrizzjoni tat-tabib.
FLEXORIN GEL jista jinxtara minn spiżeriji ewlenin madwar Malta w Għawdex u mill-Europharma Medical Centre, Triq Salvu Psaila, B’Kara Tel: 23859211 ; 23859272 info@europharma.com.mt
14 | Flimkien
D O R I A N N E B U T T I Ġ I EĠ
Rikbet il-mewġ Bethany ddeċidiet li ma tħallix il-mewġ ikissirha
B
ethany Hamilton hija surfer Amerikana ta’ 26 sena ta’ fama mondjali. Apparti dan, l-aktar ħaġa impressjonanti hija li rnexxielha tagħmel suċċess kbir minkejja li għandha driegħ wieħed biss. Imwielda l-Hawaii, it-tfulija tagħha għaddietha tisserfja flimkien mal-ġenituri tagħha u ħutha subien akbar minnha. Kellha futur sabiħ quddiemha. Kien irnexxielha tikseb sponsor fl-isport favorit tagħha u kellha ċ-ċans li tibda tieħu sehem fis-surf professjonali. Ġurnata waħda, meta kellha biss 13-il sena, Bethany marret biex tisserfja filgħodu flimkien mal-ħabiba tagħha tal-qalb, Alana Blanchard, missier Alana u ħuha. Waqt li Bethany kienet mimduda fuq it-tavla tassurf, bid-driegħha xellugi mdendel fil-baħar, attakkaha kelb il-baħar u ħatfilha d-driegħ xellugi kollu, sa taħt l-ispalla. Missier Alana għamel minn kollox biex iwaqqfilha d-demm. Wara li rnexxielhom joħorġuha mill-baħar, Bethany ttieħdet l-isptar. Kienet tilfet mas-60 fil-mija ta’ demmha u kienet taħt xokk kbir. Bethany damet madwar ġimgħa l-isptar. Minkejja t-trawma tal-inċident, iddecidiet li terġa’ tkompli bis-surfing, u fil-fatt madwar xahar wara l-inċident kienet diġà bdiet tisserfja. It-tavla kellha ċinga minn fejn setgħet taqbadha xħin tkun fil-baħar u kellha tagħmel aktar eżerċizzju biex tissaħħaħ. Bdiet titgħallem taqdef u tisserfja b’id waħda. Ħadet sehem f’diversi
kompetizzjonijiet internazzjonali, b’riżultati eċċellenti. Bethany tgħid li kienet il-fidi Nisranija tagħha li ispirata biex tipprova terġa’ tibni ħajjitha mill-ġdid. Issemmi kif il-Bibbja stess tgħallimna nkunu pożittivi, nagħmlu kuraġġ u ma naqtgħux qalbna. Ftit żmien wara li rkuprat mill-inċident tagħha, Bethany kellha opportunità tmur it-Tajlandja biex tgħin lil dawk milquta mittsunami tal-2004. Irrealizzat li hi u taqsam l-istorja tagħha mal-oħrajn, kienet qed tgħinhom jirbħu l-biża’ mill-baħar, li kien il-kawża ta’ ħafna mill-imwiet li ħalla warajh it-tsunami. Illum Bethany miżżewġa lil Adam Dirks u hija omm ta’ Tobias, imwieled fl-2015. Waqt li tieħu ħsieb trabbi lil binha, hi għadha attiva sew fil-qasam tas-surf professjonali. Bethany tqis il-baħar mhux bħala xi għadu li ħadidlha driegħha imma barka li għenitha tirkupra mit-trawma tal-inċident. Il-ktieb Soul Surfer (2004), maħdum f’film bl-istess isem fl-2011, hu bbażat fuq il-ħajja tagħha. F’idejna jekk, meta jiġi l-mewġ f’ħajjitna, inħalluhx jgħarraqna u jsabbatna, jew nippruvawx nirkbu fuqu, kif għamlet Bethany! Addattata mill-website http://bethanyhamiltonspeaks.com u mill-ktieb Soul Surfer. Bethany Hamilton
Ottubru 2016 | 15
P. M A RC E L LO G H I R L A N D O O F M B I B B J A
Il-Missier u l-Iben indaqs? Qarrej bagħtilna din il-mistoqsija: Fil-Bibbja nsibu li l-Missier “bagħat lil Ibnu biex jifdina”. Imma b’dan ma nkunux qisna qed ngħidu li l-Missier aqwa mill-Iben għax qed jordnalu? Barra dan, fil-Bibbja naqraw ukoll li Ġesù miet u li l-Missier “qajmu mill-mewt”. Hawn ukoll donnu li l-Missier hu aqwa mill-Iben għax kien hu li qajmu, meta aħna nemmnu li huma ndaqs.
B
iex id-diskors tagħna jkun ċar fuq din il-mistoqsija, naħseb li jkun siewi jekk naraw x’inhu t-twemmin tagħna fuq itTrinità Qaddisa skont il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika f’numru 257 u 258. Numru 257 jgħid hekk: “Alla wieħed tliet Persuni; dawl qaddis li jdawwal kollox! Alla hu l-hena ta’ dejjem, ħajja li tibqa’ għal dejjem, dawl li ma jintemm qatt. Alla hu mħabba: Missier, Iben u Spirtu s-Santu. Alla minn rajh, b’mod ħieles, irid jagħti s-sebħ tal-ħajja hienja tiegħu. Dan huwa “il-pjan kollu mħabba” (Ef 1:9) li Alla ħejja qabel il-ħolqien tad-dinja b’Ibnu l-Maħbub, ‘iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi permezz ta’ Ġesù Kristu’ (Ef 1:4-5), jiġifieri ‘nieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta’ Ibnu’ (Rum 8:29) permezz tal-Ispirtu li jagħmel minna ‘ulied adottivi’ (Rum 8:15). Dan il-pjan
huwa “grazzja li tahielna qabel iż-żmien tal-eternità” (2Tim 1:9-10), ġejja direttament mill-imħabba tat-Trinità. Turi ruħha fl-opra tal-ħolqien, fil-ġrajja kollha tas-salvazzjoni wara l-waqgħa, fil-missjoni tal-Iben u filmissjoni tal-Ispirtu, u tkompli fil-missjoni tal-Knisja.” Il-Katekiżmu jkompli jiċċara dan it-tagħlim f’numru 258 u jkompli jgħid li l-opra kollha ta’ Alla “hi opra tat-Tliet Persuni flimkien (...) iżda kull Persuna tagħmel il-ħidma waħda ta’ lkoll skont dak li hi personalment. Għalhekk il-Knisja tistqarr mat-Testment il-Ġdid (ara 1Kor 8:6) li ‘Alla hu Missier li minnu ġej kollox, Mulej Ġesù li permezz tiegħu sar kollox, u Spirtu s-Santu li fih hemm kollox.’ Huma l-missjoni divina tal-Inkarnazzjoni talIben u l-missjoni divina tad-don tal-Ispirtu s-Santu li juru x’għandhom tagħhom it-Tliet Persuni divini.” Meta l-awturi tal-Ġdid Testment ixandru l-ħidma ta’ Alla permezz ta’ Ġesù Ibnu, imdawlin mill-Ispirtu s-Santu, huma ma kellhomx quddiem għajnejhom l-iżvilupp progressiv tat-twemmin fit-Trinità Qaddisa. Imma l-għarfien tagħhom tal-fidwa, imwettqa minn Alla permezz ta’ Ġesù, tiġi mfissra bi kliem u ideat li s-semmiegħa tagħhom setgħu jifhmuhom. Dawn il-kliem u ideat saru fil-fatt iż-żerriegħa li kabbret ir-riflessjoni tal-Knisja matul is-sekli biex tkompli tifhem aħjar dak Alla li nemmnu fiH u l-misterju tremend ta’ mħabbtu għalina.
SU P P O R T E D EMPLOYMENT PROGRAMME Positive Supported Employment Programme
HOTLINE 7707 5555
Offering Support and Employment to the
VULNERABLE
197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2707 5555 | 2707 5556 | E: info@ma4se.org The official Supported Employment Programme affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159 Malta Representative of the European Union of Supported Employment.
18 | Flimkien
C L A I R E B O RG VO LO N TA R J AT
Meta aħna nagħtu…
B
il-ħajja kif inhi llum diffiċli tifhem kif hawn min lest li jaħdem bla ma jitħallas. Diffiċli wkoll tifhem kif hawn min lest jagħti minn ħinu meta kulħadd għandu daqshekk x’jagħmel. Imma fil-fatt il-ħidma fil-volontarjat hi xogħol li jsir bla ħlas. Barra minn hekk, għalkemm f’Malta jsir ħafna xogħol ta’ volontarjat, mhux bilfors li dak li jkun irid jagħti sigħat kbar u jittraskura l-prijoritajiet tiegħu. Anki ftit sigħat fix-xahar huma prezzjużi u jagħmlu differenza għal min ikun fil-bżonn. Hospice Malta hija organizzazzjoni mhux governattiva u li l-iskop ewlieni tagħha mhux li tagħmel profitt. Il-Hospice tgħin eluf ta’ persuni li għandhom il-mard serju tal-kanċer, motor neuron disease, mard serju tal-qalb, talkliewi, tal-fwied kif ukoll mard respiratorju. Il-voluntiera jgħinu biex kemm il-persuni li qed ibatu minn dawn il-kundizzjonijiet kif ukoll il-familjari tagħhom jingħataw l-għajnuna li jkollhom bżonn. Numru ta’ voluntiera joffru s-servizz ta’ sewwieqa u jwasslu l-pazjenti għadDay Therapy Unit tal-Hospice jew għallappuntamenti tagħhom l-isptar. Fid-Day Therapy Unit, fejn ukoll jgħinu grupp ta’ voluntiera, isir tisjir, crafts u attivitajiet oħra għall-pazjenti. Grupp ta’ voluntiera oħra jaħdmu fir-reception jew jagħmlu xogħol amministrattiv ieħor. Apparti dawn, hemm ukoll voluntiera li jgħinu fil-gruppi u l-attivitajiet ta’ sapport li jingħataw lill-persuni li jkunu tilfu lil xi ħadd qrib tagħhom. Numru sew ta’ voluntiera talHospice jgħinu fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi li jintużaw biex is-servizzi għall-pazjenti jibqgħu dejjem jitjiebu.
Imma, kif ngħidu fit-talba ta’ San Franġisk, meta aħna nagħtu, aħna naqilgħu. Għalkemm aħna m’għandniex nagħtu biex naqilgħu, fil-fatt ħafna voluntiera jsostnu li bl-għajnuna li jagħtu huma stess iħossuhom aktar sodisfatti u inqas stressjati fil-ħajja tagħhom, jiksbu kunfidenza akbar fihom infushom, u jħossuhom kuntenti li kellhom opportunità jsiru jafu persuni ġodda u tgħallmu ħiliet ġodda. Kull siegħa ta’ għajnuna li jagħti kull voluntier iġġib bidla fis-soċjetà tagħna, anki jekk din mhux dejjem tista’ tidher jew titkejjel. Grazzi għad-dedikazzjoni kbira tal-voluntiera u l-istaff, ħafna organizzazzjonijiet, inkluż il-Hospice, qegħdin jagħtu sapport u kuraġġ kbir lil bosta persuni li bħalissa għaddejjin minn żminijiet diffiċli.
Jekk tixtieq issir voluntier mal-Hospice, ikkuntattjana fuq 2144 0085 jew fuq info@hospicemalta.org. Jekk tixtieq tagħti donazzjoni jew trid iżjed informazzjoni dwar il-Hospice, tista’ ssib l-informazzjoni kollha fuq www.hospicemalta.org. Grazzi mill-qalb!
D OT T. A N D R E W B A L DACC H I N O E S P E R J E N Z A
Ottubru 2016 | 19
Mort f’dar il-Mulej
D
an l-aħħar ġimgħat kelli l-grazzja mmur pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa mal-Franġiskani Minuri, l-Ordni fdat bil-Kustodja ta’ ħafna mis-siti fl-Art Imqaddsa li huma għeżież għalina l-Insara. Għalija, li nżur dawn postijiet qaddisa bl-għajnejn tal-fidi ta’ pellegrin kienet esperjenza unika; esperjenza li missitli qalb, nisslitli ħafna hena u paċi, u li għamlet impatt fuq ħajti. Kien pellegrinaġġ fejn aktar ħallejt lil qalbi tkellimni milli moħħi. Kien għalhekk li, ta’ spiss, dak li kienet qed iġġarrab il-qalb issarraf fi dmugħ. Bkejt meta ħassejt tant paċi tal-qalb hekk kif inżilt għarkupptejja quddiem id-dar fqajra fejn kienet tgħammar it-tfajla Marija. Hemm fis-skiet ta’ qalbi rġajt smajt lil Marija tgħid: “Jiena l-qaddejja” (Lq 1:38). Kien propju hawn li għall-iva tagħha, il-Kelma ta’ Alla bdiet tgħammar f’ġufha. Żort ukoll Betlehem, fejn “il-Kelma saret laħam u għammret fostna” (Ġw 1:14). F’Betlehem, l-Ispirtu tal-Mulej reġa’ fakkarni li llum, aktar mill-bieraħ, il-Bxara it-Tajba hija mxandra lil nies sempliċi, fqajra, minsija u mwarrba, bħalma kienu r-rgħajja. Fl-aħħar wasalna Ġerusalemm, il-belt qaddisa fejn, quddiem il-qabar vojt ta’ Kristu
rebbieħ fuq il-mewt, ħassejt f’qalbi ferħ bla tarf. Fl-aħħar mill-aħħar, hija l-ħajja li tirbaħ fuq ilmewt, id-dawl fuq id-dlam, it-tama fuq il-qtigħ ta’ qalb. B’għajnejja baxxuti lejn l-art, erġajt smajt, bħan-nisa f’Ħadd il-Għid, kliem l-anġlu jtenni f’qalbi: “L-għala qegħdin tfittxuh qalb ilmejtin lil min hu ħaj?” (Lq 24:5). Kliem li jidwi llum aktar minn qatt qabel f’dinja li dejjem qed tfittex aktar dak li jdallam, jgħakkes u jeqred. F’qalbi smajt ukoll il-kliem ta’ Kristu Rebbieħ fuq il-mewt li qal lil Marija ta’ Magdala: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” (Ġw 20:13). Kliem li Kristu għadu jtenni llum lil kull wieħed u waħda minnha, speċjalment quddiem ittbatijiet u l-ħruxijiet tad-dinja tal-lum. Erġajt smajtu jsejjaħli b’ismi bħalma sejjaħ lil Marija. U hemm, għarkupptejja u b’rasi baxxuta, b’idejja marbuta mistrieħa fuq l-qabar vojt tiegħu, erġajt għaraft li Hu biss is-sid ta’ ħajti u li, iva, Sidi Ġesù huwa ħaj. Wara li għext din l-esperjenza qawwija ta’ grazzja u barka, nemmen bis-sħiħ u nħeġġeġ lil kull Nisrani impenjat, li bħali u fiċ-ċokon u d-dgħufija tiegħu qed jagħmel mixja ta’ fidi fil-ħajja ta’ kuljum, biex xi darba jew oħra f’ħajtu jagħmel dan il-pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.
Mother & Baby Club Il-Mother & Baby Club (Moviment ta’ Kana) se jorganizza playgroup Santa Venera minn Ottubru kull nhar ta’ Erbgħa bejn il-5pm u s-7pm. Opportunità tajba għall-ommijiet li jaħdmu u li jixtiequ jqattgħu ftit ħin mat-tfal tagħhom f’ambjent pjaċevoli fejn jiltaqgħu ma’ ġenituri oħra u tfal tampar uliedhom. Ċempel lill-playgroup leader Theresa Degabriele, 21381892. Għal iktar informazzjoni ċempel lill-kordinatriċi tal-playgroups, Tania Cortis, 21433673 jew 79326034.
20 | Flimkien
Kont taf? Malti tajjeb
• Kif tikteb “yesterday” bil-Malti? Ikteb lbieraħ (wara kelma li tispiċċa b’konsonanti, ikteb ilbieraħ). Pereżempju: Ġejna lura lbieraħ. Wasalt ilbieraħ. Imma ikteb: bħall-bieraħ; mill-bieraħ; tal-bieraħ; sal-bieraħ. • il-lejla jew illejla? this evening I’ll go = illejla mmur; the evening was cold: il-lejla kienet kiesħa. • the day before yesterday: Ikteb: lbiraħtlula (jekk qabilha hemm konsonanti, ikteb ilbiraħtlula). Imma ikteb: Għall-biraħtlula kont qed ngħid. Mill-biraħtlula ’l hawn. Iva, mort ilbiraħtlula.
Illużjonijiet
Liema ċirku hu l-akbar? Tax-xellug jidher akbar, imma fil-fatt huma ndaqs. Din l-illużjoni tissejjaħ Delboeuf Illusion.
Delboeuf Illusion
Simili għaliha hemm l-Ebbinghaus Illusion fejn iċ-ċirku tal-lemin jidher akbar meta fil-fatt huma ndaqs.
(Mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti)
Unsinkable Sam
Dan kien il-laqam ta’ qattus li “serva” fuq tliet vapuri fit-Tieni Gwerra; it-tlieta għerqu, imma hu baqa’ ħaj – għalhekk “unsinkable”. Kien qattus iswed u abjad u kien fuq il-vapur famuż Bismarck meta f’Mejju 1941 il-vapur għereq. Minn ekwipaġġ ta’ 2,200 salvaw biss 118 baħri u l-qattus, li sab dar ġdida fuq HMS Cossack. Peress li ma kinux jafu x’kien jismu, semmewh Oskar. Il-Cossack ħa sehem f’diversi konvojs imma f’Ottubru tal-istess sena ġie mgħarraq ukoll, imma Oskar ma kienx fost il-159 baħri li tilfu ħajjithom. Minn hawn ’il quddiem il-qattus sar jismu “Unsinkable Sam” u beda jservi fuq HMS Ark Royal. Imma xahar wara, f’Novembru, l-Ark Royal ġie mgħarraq ftit wara li telaq minn Malta. In-numru żgħir li salvaw ittieħdu Ġibiltà. U hekk il-“karriera” ta’ Oskar jew Sam fuq il-baħar ġiet fi tmiemha. Miet fl-1955 f’dar tal-baħrin irtirati f’Belfast.
Ebbinghaus Illusion
Illużjoni famuża oħra hija dik li tissejjaħ Ponzo Illusion. Dawn iż-żewġ linji ħomor indaqs jew le? Minħabba l-linji suwed, il-linja l-ħamra tal-lemin tidher itwal, imma fil-fatt dawn ukoll huma ndaqs!
Ponzo Illusion
22 | Flimkien
D U N H EC TO R S C E R R I Ġ AW H A R I N S A R A
Kif se nasal sax-xatt? John Wesley (1703-1791) kien predikatur magħruf flIngilterra, li waqqaf fergħa li ħarġet mill-Knisja Anglikana u li saret magħrufa bħala l-Knisja Metodista. Dan seħħ wara li Wesley għadda minn bosta esperjenzi. Fl-1738 huwa għadda minn konverżjoni profonda u għadda jipprietka f’kull rokna tar-Renju Unit. Dar il-pajjiż kollu fuq iż-żiemel! Kiteb għadd enormi ta’ ittri u ta’ prietki, li 44 minnhom huma meqjusa bħala l-pedament tal-Knisja Metodista.
* * * * *
“Il-vizzju ma jitlifx il-karattru tiegħu billi jsir tal-moda.” “Agħmel il-ġid kollu li tista’, Bil-mezzi kollha li tista’, Fil-manjieri kollha li tista’, Fil-postijiet kollha li tista’, Fil-ħinijiet kollha li tista’, Lin-nies kollha li tista’, Sakemm dejjem tista’.” “Sir ħuġġieġa nar għal Alla, u l-bnedmin jiġu u jarawk taqbad.” “Irrid inkun naf ħaġa waħda: it-triq għallġenna; kif nasal qawwi u sħiħ fuq dak ix-xatt hieni. Alla nnifsu ried jinżel għal-livell tagħna biex jgħallimna t-triq; għalhekk ġie mis-sema. Kiteb dan kollu fi ktieb. Agħtuni dan il-ktieb! Iqum kemm iqum, agħtuni l-Ktieb ta’ Alla!” “Iltqajt ma’ dawk tas-Soċjetà tagħna li setgħu jivvutaw fl-elezzjoni li kellna, u tajthom dan il-parir: 1. Li jivvutaw mingħajr xewqa ta’ rikompens jew rigal għall-persuna li jaħsbu li l-aktar jistħoqqilha; 2. Li ma jitkellmux fid-
deni għall-persuna li vvutaw kontra tagħha; 3. Li joqogħdu attenti li ma joħduhiex kontra dawk li vvutaw differenti minnhom” (6 ta’ Ottubru 1774).
*
“Ma kontx taf li Alla, apparti l-bżonnijiet biex tgħajjex il-familja tiegħek, afdalek dawk ilflus meħtieġa biex titma’ lil min hu bil-ġuħ, biex tlibbes lill-għeri, biex tgħin il-barrani, l-armla u l-orfni? Kif tista’, u kif tissogra, tqarraq b’Alla billi dawk il-flus tużahom għal xi ħaġa oħra?”
*
“Dak li ġenerazzjoni partikulari tasal li tittollera, ġenerazzjoni oħra tasal li tħaddan u taċċetta.”
*
“Agħtuni mitt predikatur li ma jibżgħu minn xejn ħlief mid-dnub, u li ma jixtiequ xejn għajr lil Alla, u ma jimpurtani xejn jekk ikunux kjeriċi jew lajċi; dawn biss jistgħu jheżżu l-bibien tal-infern u jwaqqfu s-Saltna tas-Sema fuq l-art!”
*
“Għandna nkunu rigorużi meta niġġudikaw lilna nfusna, u ġenerużi meta niġġudikaw lill-oħrajn.”
M I R I A M E L L U L PAĠ N A L E T T E R A R J A
Ottubru 2016 | 23
Poeżiji Mill-Kenn tas-Sodda Dil-ħemda tnebbaħni Il-kwiet iserraħni. Fejn għosfor l-għajjat, U t-tħaffir ta’ ġol-blat?
Il-qamar inemnem Ġo sħab tant imsemmen. Tgħid għada bla xemx, Għax ħlief riħ donnu m’hemmx? Feġġew qajla l-kwiekeb U t-tifel hemm rieqed. Itemm hekk il-jum Tgħid għada … inqum?
Kliem in-Natura
Rajtni miexja? Ilmaħtni ntir? Smajtni ngħanni? Fhimtu kliemi? Għaraftu wiċċi? Ħassejtu l-polz ta’ jdejja? Qrajtom il-vrus f’għajnejja? Kliem in-natura, meqjus miktub b’ittri tad-deheb indirizzat lilek Għalhekk tkunx int li tħassru bis-setgħa ta’ jdejk. Josianne X. Azzopardi
U l-ġurnata tispiċċa, Għarkupptejja ħdejn niċċa. Idejja flimkien, Ngħid grazzi tal-jiem. Rachel Galea
Il-qarrejja mistiedna jibagħtu novelli jew poeżiji qosra għal din il-paġna. Mhux possibbli li l-kontributuri jiġu infurmati dwar meta jew jekk hix se tidher il-kitba tagħhom. Il-kitba li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ixxahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħat bl-email (flimkien@ maltadiocese.org) jew bil-posta (Flimkien, Paġna Letterarja, PO Box 90, Marsa) jew fl-indirizz elettroniku mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.
Komda fuq is-Sufan Ir-riħ inewwaħ bl-imrar. Il-baħar jissabbat mal-blat. Ix-xemx tisreġ in-nar u jien komda nistkenn id-dar.
Hemm barra f’nofs il-Mediterran, hemm wieħed b’nifsu mifluġ - jgħajjat għall-għajjut, jissielet mal-baħar stinat, jitlob bil-ħniena ’l-kaptan U jien? Nixrob it-te fuq is-sufan. Josianne X. Azzopardi
D OT T. G O D F R E Y AG I U S S A Ħ Ħ I T N A
Ottubru 2016 | 25
Kostipazzjoni Irċevejt domanda mingħand qarrej dwar il-kostipazzjoni u d-dijarea li kultant tirriżulta meta wieħed jieħu mediċina għal din il-kundizzjoni.
L
-ewwel nett, meta tkun regolari flippurgar u f’daqqa waħda tibda tbati mill-kostipazzjoni, u wara li jkollok tieħu xi mediċina għal dan jibda jkollok episodji ta’ dijarea, ħu ħsieb li tmur għand it-tabib tiegħek minnufih. Meta persuna tibda tikber fl-età u tkun addottat ċerti drawwiet u ċerta rutina, u din ir-rutina tinbidel, wieħed għandu jara jekk hemmx xi raġuni għal din il-bidla. Il-kostipazzjoni ssir kronika meta din tippersisti għal ħafna ġimgħat. Meta nirreferu għall-kostipazzjoni nkunu qed nifhmu inqas minn tliet darbiet fil-ġimgħa. Jistgħu jsiru xi testijiet biex issib il-kawża, iżda din mhux dejjem tinstab. Ir-raġunijiet għall-kostipazzjoni jistgħu jkunu ħafna: djuq f’xi partijiet tal-imsaren li jistgħu jkunu qed jidjiequ minħabba xi tumur tal-imsaren jew ta’ xi organu ieħor li jkun qed jagħfas fuq l-imsaren; nuqqas ta’ saħħa fil-muskoli li jmexxu l-materjal ’il quddiem; nuqqas ta’ saħħa fin-nervituri li jirregolaw dawn il-muskoli. Insibu wkoll li d-dijabete, it-thyroid u anke t-tqala jistgħu jwasslu għallkostipazzjoni. Aktar ma nikbru, aktar innaqqsu fleżerċizzju, u dan jista’ jwassal għal din il-kundizzjoni. Il-kostipazzjoni tista’ tiġi kkawżata wkoll min-nuqqas ta’ xorb u meta d-dieta ma tinkludix biżżejjed fibre. Hemm ukoll xi mediċini li jieħdu l-anzjani li fost is-side-effects tagħhom jikkawżaw din ilproblema. Madankollu, il-mediċina għandha
tibqa’ tittieħed. Din il-kundizzjoni nsibuha fin-nisa aktar milli fl-irġiel. Il-kostipazzjoni tista’ twassal għal xi komplikazzjonijiet ukoll, bħall-morliti jew qsim fit-tarf tal-musrana (fissure). Kultant tista’ tant tkun miżdud li jkollok bżonn għajnuna minn tabib jew nurse biex tneħħi l-materjal iebes li ma jkunx jista’ joħroġ. Jekk titqanżaħ ħafna, tista’ toħroġ parti żgħira talmusrana ’l barra (rectal prolapse). X’tista’ tagħmel? Żid l-ammont ta’ fibre (ħaxix frisk u ċereali), ixrob ħafna ilma, u żid l-eżerċizzju bil-mod il-mod, ftit kuljum. Tħallix għal aktar tard biex tmur toilet. Hemm ħafna mediċini għal din ilkundizzjoni, iżda dejjem għandek timxi fuq il-parir li jtik it-tabib u mhux fuq xi suġġeriment tal-ħbieb, għax ir-raġuni għallkundizzjoni tiegħek tista’ ma tkunx l-istess bħal ta’ ħaddieħor.
26 | Flimkien
F R J O E F S A D N I C H A R L E S D E FO U C AU L D
Il-balzmu tal-ħniena
D
an l-aħħar qamet ċerta għagħa għallaħbar tal-qtil ta’ saċerdot Franċiż ta’ 84 sena, Jacques Hamel fil-knisja ta’ Rouen. Il-qtil sar fi sfond ta’ terroriżmu. Imma propju mitt sena ilu kien hawn sitwazzjoni simili, bid-differenza li fl-isfond kien hemm l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-persuna maqtula kien patri Franċiż ieħor: Charles de Foucauld. Fost l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja u l-kitba tal-Beatu Charles de Foucauld kienet il-ħniena – propju dak li qed niċċelebraw filĠublew tal-Ħniena. Charles de Foucauld jurina li biex inkunu dixxipli ta’ Kristu rridu: (a) nuru ħafna ħniena u ma nkunux pronti biex ninkurlaw (b) nuru attenzjoni lejn iż-żgħar, id-debboli, il-morda (ċ) infittxu s-sens veru tal-ħajja billi nersqu lejn Ġesù. Din il-ħniena Charles daqha hu stess għall-ewwel darba meta, ta’ 28 sena, huwa kkonverta mill-istil ta’ ħajja li kien qed jgħix.
Fi żmienu, lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, kienet imxerrda ħafna d-devozzjoni lejn ilQalb ta’ Ġesù. Din id-devozzjoni baqgħet filfamilja kbira tiegħu li ħalla warajh sal-lum. Charles miet waħdu, imma ftit wara l-1920 malajr bdiet tinbet il-familja tiegħu. Illum, din il-familja mżewqa ta’ xi 20 grupp ta’ lajċi, saċerdoti u reliġjużi hi mifruxa mad-dinja kollha. Fi żmien Charles (l-istess żmien ta’ Tereża tal-Bambin Ġesù) kienet għadha mifruxa ħafna l-idea ta’ Alla bħala xi ħadd ’il bogħod, aħrax, ibeżża’, moħħu biex jikkastiga. Bilmaqlub, Charles u Tereża ffukaw fuq Alla li hu Missier, b’qalb ta’ Omm li tħenn u taħfer. Din l-istess ħniena wasslet lil Charles biex jersaq lejn l-imwarrbin ta’ żmienu u jitkellem bil-miftuħ kontra l-iskjavitù li kien għad hemm fl-Afrika ta’ Fuq. Charles iġegħilna nistaqsu kemm qed inħossu din il-ħniena ta’ Alla u jekk aħniex naraw lil Alla qrib tagħna, dak Alla li jħenn għalina saħansitra qabel ma aħna nitolbuh. Nistaqsu wkoll jekk din il-ħniena aħniex insarrfuha f’għemil tajjeb inkella hijiex mejta. Il-Fraternitajiet tal-Beatu Charles de Foucauld f’Malta, lajċi u saċerdoti, se jiċċelebraw dan l-anniversarju b’żewġ avvenimenti: Seminar ta’ ġurnata fis-26 ta’ Novembru (Seminarju, Tal-Virtù, Rabat) fejn se jkun hemm kelliema barranin (ikkuntattja lil Valery Gauci fuq 7973 1954 jew val.gauci@ gmail.com) u Quddiesa mal-Arċisqof f’San Ġwann, il-Belt, fit-2 ta’ Diċembru fis6:30pm.
Għal kopja tal-ktieb “Il-Beatu Charles de Foucauld: Tagħrif dwaru u ħsieb għal kull jum tas-sena” ibgħat 10 euro lil Doris Borg, 8, Pjazza Rotunda, Mosta MST9042. Jintbagħatlek id-dar bil-posta.
Ottubru 2016 | 27
LO G Ħ O B • C L AU D I A C I N I
Tisliba 1
2
3
4
5
6 7
8
9
10 11
12
13
14 15
Weqfin 17 1. Ta’ San Ġwann il-Belt hekk hu (11) 3. Grupp ta’ plejers (3) 4. Dawk li jesploraw (11) 7. Tismagħha ddoqq mill-kampnar (7) 8. Jekk ikun Grigal jew Tramuntana, warrablu! (3) 20 12. Ipponta b’subgħajk (3) 15. Annimal tad-deżert (5) 16. Tibqax tħares l-istess naħa (3)
16 18
19 21 22
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 2. TIFLA, 5. ISA, 6. SKI, 7. WAQAF, 9. OASI, 10. IDEK, 11. ĦIN, 13. RAND, 14. ORS, 15. FAR, 17. FANN, 18. ANNA, 19. ATLAS, 20. JAF, 21. BUZ, 22. SKART. Weqfin: 1. BIJOGRAFIJA, 3. FUQ, 4. ĊIRKOSTANZA, 7. WIRDIENA, 8. FIN, 12. IVA, 15. FOLJA, 16. RAS.
Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.
Rebbieħ/a: R. Borg, Is-Siġġiewi
E
Sib il-Kliem S E
BIKJA, BTALA, EQLEL, FROTT, ĦASSA, MALTA, NASES, PERIT, SABIĦ, TOQBA Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru ŻEWĠ AFFARIJIET TAL-ISTATIONERY. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, PO Box 90, Marsa Tweġiba għax-xahar l-ieħor: GOMMA U LAPES.
O
Rebbieħ/a: S. Xuereb, Il-Mellieħa
Marriage Enrichment Course 4 laqgħat darba fil-ġimgħa għal koppji miżżewġin. Jibdew 21 ta’ Ottubru Post: Genesis 2, 1 Triq l-Oratorju, Naxxar. Nhar ta’ Ġimgħa, 7:30pm-9:30pm info@genesis2.org.mt jew 7920 2477
Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
Mimdudin 2. Fiha ssaħħan il-misħun għat-te jew il-kafè (5) 5. Ġnien (3) 6. Fuqu ddur ir-rota (3) 7. Jaqbel jekk ħadd ma jurihulek fil-bir! (5) 9. Hawn seħħ l-ewwel miraklu ta’ Ġesù (4) 10. F’nofsinhar jibda joqrob ħinu! (4) 11. Jekk jaqbdek dan, jaqbillek tiekol! (3) 13. Bih twaħħal ħaġa ma’ oħra (4) 14. Min jilgħab bih jinħaraq (3) 15. Abbundanza; risq (3) 17. Jekk għandek lilu, għandek x’tagħti! (4) 18. Magħqud flimkien, ħaġa waħda (4) 19. Bajja bejn il-Mellieħa u l-Marfa (5) 20. Fra (3) 21. Ħanut tax-xorb (3) 22. Ħafna nies (5)
NEW
GelActiv
TM
COMFY INSOLES DESIGNED & ASSESSED IN CONSULTATION WITH FOOT CARE SPECIALISTS FLAT SHOES
EVERYDAY HEELS
OPEN SHOES
EXTREME HEELS
Extra comfort for flat shoes designed for narrow style flat shoes to provide extra cushioning & shock absorption under the heels for lighter feeling feet all day. Does not crowd toes. Stays firmly in place.
Superior support for everyday comfort soft gel with built in arch support comfortably supports your feet to keep you going all day. Extra cushioning on the ball of foot & arch for a “comfy” feel. Relieves pressure so your feet are not stressed at the end of the day. Stays firmly in place.
Invisible comfort for open shoes transparent gel with an extra slim design is discreetly hidden when worn in open shoes. The ultrathin design doesn’t crowd toes while still cushioning the ball of the foot from pressure. Non slip design ensures that your feet & insole stay firmly in place.
Amazing cushioning pads for extreme heels ultra soft gel arch relieves pressures off ball of foot and provides extra comfort. Non slip design ensures that your feet & insole stays firmly
Available form all Scholl Foothealth Centres and pharmacies
schollfoothealthcentre.com Scholl ® and Gelactiv ® are trademarks of Reckit Benckiser Group of companies and are used under licence.
in place.
Għalina t-tfal
C L AU D I A C I N I
Ottubru 2016 | 29
Kif inkun onest? • • • • • •
Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tkun onest jekk: Meta dak li nagħmel ikun jaqbel • bi żball kissirt xi ħaġa ta’ ħaddieħor li ma’ dak li ngħid. kienet importanti għalih; Dak li nagħmel, nagħmlu sew. • tkellimt b’mod esaġerat dwar xi Meta nwiegħed xi ħaġa, inżommha. ħaġa li għamilt biex timpressjona; Ngħid dejjem il-verità. • għedt xi kliem f’rabja li bih weġġajt Ma niħux dak li mhux tiegħi. lil xi ħadd; Meta nagħmel żball, nammetti u • xi ħbieb qed iħajruk tieħu xi ħaġa li nipprova nirranġa l-iżball l-aħjar li nista’. mhix tiegħek
1.
2.
GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
3.
4.
5.
6.
KOMPETIZZJONI BI PREMJU
Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.
1. 2. 3. 4. 5. 6.
PINĠI BIL-KULUR Ftakar għid ir-rużarju kuljum flimkien mal-familja tiegħek
Stilel. Ċavetta kbira tal-antik. F’dar ikun hemm ħafna minnhom. Ħanżir ċkejken. Tal-pizza jew tat-torti. Il-belt kapital tiegħu hi Tokjo.
Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: GĦADIRA Rebbieħ/a: A. Calleja, Ħal Tarxien
30 | Flimkien
A . C A M I L L E R I FAT I M A
Ħdejn Fatima dehret 100 sena mid-dehriet tal-Anġlu tal-Paċi lil Luċija, Franġisku u Ġjaċinta
I
s-sena d-dieħla se niċċelebraw il-mitt sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima li seħħew fl-1917. Imma forsi ftit minna jafu li s-sena ta’ qabel, fl-1916, l-istess tfal kellhom tliet dehriet minn anġlu. L-ewwel dehra tal-anġlu ġrat fir-rebbiegħa tal-1916. Waqt li t-tfal kienu qed jirgħu n-nagħaġ, raw żagħżugħ imdawwar b’dawl qawwi. L-anġlu qalilhom biex ma jibżgħux għax hu kien “l-Anġlu tal-Paċi”. Imbagħad niżel għarkupptejh u qalilhom biex jitolbu miegħu dal-kliem: “Alla tiegħi, jiena nemmen fik, jiena nadurak, jiena nittama fik u jiena nħobbok. Jiena nitolbok maħfra għal dawk li ma jemmnux fik, ma jadurawkx, ma jittamawx fik u ma jħobbukx.” Wara li qal dan għal tliet darbiet, qam bilwieqfa u għeb. It-tieni dehra ġrat fis-sajf. It-tfal kienu qegħdin jistkennu wara nofsinhar fiddell ta’ xi siġar meta f’daqqa waħda reġa’ deher l-anġlu u qalilhom biex joffru kollox bi tpattija għad-dnubiet, jitolbu għallkonverżjoni tal-midinbin, u jissaportu bla tgergir it-tbatijiet li jkollhom. Minn dak il-ħin stess bdew joffru lil Alla dak kollu li jtaqqalhom u jitolbu ta’ spiss b’wiċċhom malart it-talba li l-anġlu kien għallimhom qabel. It-tielet dehra seħħet f’Ottubru. Din iddarba, l-anġlu dehrilhom b’Kalċi f’idejh. Kien
hemm ukoll Ostja li minnha kien nieżel xi qtar tad-demm għal ġol-Kalċi. Huwa niżel għarkupptejh fl-art quddiem il-Kalċi u l-Ostja u qal tliet darbiet: “Santissima Trinità, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, jien nadurak profondament. Jiena noffrilek ilĠisem l-aktar prezzjuż, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Sidna Ġesù Kristu, preżenti fit-tabernakli kollha tad-dinja, bi tpattija għall-offiżi, sagrileġġi u bruda li joffenduh u, għall-merti infiniti tal-Qalb Imqaddsa Tiegħu u tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, nitolbok għall-konverżjoni tal-midinbin.” Imbagħad l-Anġlu qam u reġa’ ħa f’idejh il-Kalċi u l-Ostja. Lil Lucia qarbinha blOstja, u ’l Ġjaċinta u ’l Franġisku tahom jixorbu mill-Kalċi, filwaqt li qal, “Ħudu l-Ġisem u ixorbu d-Demm ta’ Ġesù Kristu, offiż bl-iktar mod ikrah minn nies bla qalb. Pattu għal dawn l-offiżi u farrġu lil Alla tagħkom.” Għal darba oħra reġa’ niżel wiċċu mal-art u għal tliet darbiet qal l-istess talba lis-Santissima Trinità, imbagħad għeb. Jekk trid tkun taf aktar dwar id-dehriet ta’ Fatima ara l-ktieb Ħdejn Fatima Dehret li jinxtara mill-bookshop tal-Uffiċċju Missjunarju (Triq Merkanti, Valletta), il-Catholic Bookshop (Paola) jew ċempel 2189 2770.
Marriage Enrichment Course Għal koppji li qed jippreparaw għaż-żwieġ, koppji fil-bidu tal-ħajja miżżewġa u koppji li ilhom snin miżżewġin. Imexxu: Mons Anton Gouder, Dr Anthony Rutter Giappone, Mrs Christine Galea | 14-16 ta’ Ottubru | Post: Genesis 2, 1 Triq l-Oratorju, Naxxar Ħin: Il-Ġimgħa 7:30pm-9:30pm; is-Sibt 9:00am-5:30pm; il-Ħadd 9:00am-12.30pm E: info@genesis2.org.mt jew T: 7920 2477
Why wait for opportunity to knock? Talk to us about the APS Income Fund today.
2122 6644
invest@apsfunds.com.mt
apsfunds.com.mt
Investments should be based on the full details of the APS Funds SICAV p.l.c. Prospectus and the APS Income Fund Supplement which may be obtained from APS Bank Limited and any of its branches. APS Bank Limited is licensed to provide investment services by the Malta Financial Services Authority (MFSA). APS Funds SICAV p.l.c. and APS Income Fund are licensed by the MFSA. Issued by APS Funds SICAV p.l.c. APS Centre, Tower Street, Birkirkara BKR4012, Malta Tel. (+356) 2122 6644.
FEELING FREE AT HOME
invest in comfort and safety for yourself or your parents
Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters
Tel: +356 21 252206, Fax: 21 252 207 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta