Skip to main content

Flimkien Novembru 2014

Page 1

Newspaper Post

Novembru 2014 | Numru 120

6

Weġġaħ ’il missierek u ’l ommok

4

9

Il-Baġit tan-Nisrani

Il-Premju ta’ Malala

La nikber insir bħalek! Mumenti li jgħaddu u ma jerġgħux jiġu

13

Il-Karba tal-Poplu t’Alla

L-intervent ta’ 7 Mons. Mario Grech fis-Sinodu

It-13-il Ammen

10 Liema huma? Xi jfissru?

Qassis għal 48 siegħa

18 L-istorja ta’ William Carmona

Din x’fidi hi?

19 Kemm hi ġenwina l-fidi li għandna?

21 Ittri mill-qarrejja 23 X’se ndoqqu? X’se nkantaw? 25 Niekol għal tnejn? 27 Logħob 29 Paġna tat-tfal 30 Talba mill-qalb


BSL

Britannia Tours … your holiday starts here!

FROM

LOURDES Feast of Immaculate Conception 4-9 December (8 December - Public Holiday)

¢545 Hotel Lys de Marie 3 star or Padoue 4 star

FROM

BENIDORM - COSTA BLANCA

¢339

5-8 December (8 December - Public Holiday) All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


Editorjal • Dun A nton Por telli

Il-qassisin

I

llum naqsu ħafna, imma kultant xi ħadd minnhom joħloq kontroversji u problemi. Fil-maġġoranza tagħhom jgħixu s-sejħa li għamlilhom il-Mulej: biex ikunu miegħu ħalli jwasslulna l-imħabba ta’ Alla li dehret f’Ġesù. Nafu li n-numru tagħhom qed jonqos u ħafna huma anzjani: qed jitnaqqas in-numru tal-quddies u l-knejjes idumu magħluqa aktar. Għandna r-responsabbilità li nieħdu ħsiebhom lill-qassisin li għandna, mhux biss bil-ġid materjali (bħall-flus) imma wkoll birrispett u s-support li nagħtuhom. Nevitaw ittgergir bla sens u bla skop, u naraw it-tajjeb li għandhom u li hu ta’ eżempju għalina. The Priests, it-tliet qassisin Irlandiżi li kienu magħna s-sena l-oħra se jerġgħu jiġu biex jippreżentaw kunċert tal-Milied. Huma jħossuhom obbligati li d-don tal-kant li tahom il-Mulej jużawh biex ifaħħruh u jferrħu lil dawk li jisimgħuhom. Aħna lkoll mistednin inkunu magħhom jew is-Sibt 29 jew il-Ħadd 30 ta’ dan ix-xahar fis-7.00pm fl-Istitut Kattoliku. Dak li jidħol mill-kunċert imur fixShepherds Fund, li jieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-qassisin.

Open Weekend f’Dar Frate Jacoba Triq Wied iz-Ziju, Wied il-Għajn 6-8 ta’ Dicembru • is-Sibt (6) mill-5pm sas-7:30pm (quddies fil-5pm) • il-Ħadd (7) mid-9am sas-7pm (quddies fid-9am u 5pm) • it-Tnejn (8) mid-9am sas-7pm (quddies fid-9am u 5pm)

Novembru 2014

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Mini-Kwizz

Il-Bibbja tagħna l-Kattoliċi hi l-istess bħal tal-Lhud?

AĦSEB FUQHA

If we command our wealth, we shall be rich and free. If our wealth commands us, we are poor indeed. (Edmund Burke)

Grupp Nixtieq Nistaqsi • Il-Ħamis 6 ta’ Novembru: Għalfejn tlieta u ieħor magħhom? (Il-Vanġeli Sinottiċi) • Il-Ħamis 4 ta’ Diċembru: Ġesù jew Pawlu beda l-Kristjaneżmu? (L-Ittri ta’ San Pawl) Imexxi Dun Pawl Sciberras Il-Kurja, Floriana (dħul minn Triq l-Iljun); fis-6pm

Talb impitter bil-kulur Serje ta’ pitturi jservu ta’ ispirazzjoni għal vjaġġ interjuri lejn Alla. Il-pitturi ta’ Lida Sherafatmand (imwielda l-Iran u toqgħod Malta) huma talb impitter fuq it-tila minflok miktub fuq karta. L-artista nnifisha tagħti s-sinifikat wara l-pitturi u tistedinna nagħmlu vjaġġ interjuri u personali. Tippreżenta erba’ pitturi: Għatx Intern, Tbatija, Kompassjoni u Ferħ. Wara kull waħda jiġu ssuġġeriti testi mill-Iskrittura għat-talb personali. Tmexxi: Lida Sherafatmand

Tel: 2099 5249

Mill-Ġimgħa 14 ta’ Novembru (filgħaxija) sal-Ħadd 16 (wara nofsinhar). Għal kulħadd

youthalivefoundation@gmail.com

Mt St Joseph, Tarġa Gap, Mosta

www.youth-alive.net

Ibbukkja: 2141 6916


4 | Flimkien

10 snin Flimkien

Mons P. Cremona O.P.

Il-Premju ta’ Malala

K

ull sena jingħata l-Premju Nobel għall-paċi. Din is-sena ngħata lil żewġ persuni: raġel Indjan (Kailash Satyarthi) u tfajla ta’ 17-il sena mill-Pakistan (Malala Yousafzai) għall-ġlieda tagħhom kontra l-oppressjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, u għad-dritt tat-tfal kollha għall-edukazzjoni. Talli Malala ħadmet ħafna biex bniet u tfajliet ikollhom id-dritt għall-edukazzjoni, it-Taleban sparawlha f’rasha (meta kellha 15-il sena). Ġiet operata fl-Ingilterra, fejn qed tkompli bl-istudji tagħha. Din il-ġrajja tgħallimna kemm hawn nies fid-dinja li lesti jagħtu ħajjithom għall-prinċipji u d-drittijiet umani, xi wħud minnhom lanqas biss inkunu smajna dwarhom. Tgħallimna kemm għandna għalxiex nirringrazzjaw lil Alla, u lil dawk ta’ qabilna, għall-faċilitajiet li għandna llum fl-edukazzjoni. Turina x’għatx kbir hawn għall-edukazzjoni fost dawk li m’għandhomx l-opportunità, u għalhekk nifhmu aħjar l-importanza tal-edukazzjoni għall-bniedem. Dil-ġrajja turina wkoll kemm għad hawn pajjiżi fid-dinja fejn in-nisa għadhom bla dinjità, f’soċjetajiet dominati millirġiel, bla liġijiet li jħarsulhom id-drittijiet fundamentali. Aħna nemmnu li Alla ħalaq l-irġiel u n-nisa t-tnejn xbieha tiegħu, u b’dinjità indaqs. Għandna nieħdu interess f’sitwazzjonijiet ta’ inġustizzja madwarna, u ma neħdux for granted dak li għandna.

D

an ix-xahar il-magażin Flimkien jagħlaq għaxar snin. Il-Kulleġġ tal-kappillani jirringrazzja lilkom il-qarrejja, l-ewwel, għall-inkuraġġiment u s-sapport tagħkom. Grazzi lil kull min ikkontribwixxa bil-kitba tiegħu. Grazzi lil min irriklama fuq il-magażin għax mingħajr sapport finanzjarju l-magażin ma joħroġx. Grazzi lill-membri kollha tal-Bord Editorjali, kemm preżenti u dawk passati, għall-fedeltà u l-kontribut tagħhom. Grazzi lil Outlook Coop għad-disinn, u lil Velprint għall-istampar u t-tqassim tal-magażin. Fl-aħħar, imma żgur mhux l-inqas, grazzi lid-distributuri li xemx jew xita jqassmu l-magażin fid-djar tagħna. Tweġiba għall-mini kwizz Bibbji differenti Il-Bibbja Kattolika hija differenti minn dik Lhudija f’żewġ affarijiet. L-ewwel nett il-Lhud għandhom biss it-Testment il-Qadim, filwaqt li l-Bibbja tagħna fiha wkoll it-Testment il-Ġdid, li huwa dwar x’għamlu u x’għallmu Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Imma d-differenza qiegħda wkoll fitTestment il-Qadim. Lejn l-aħħar tal-ewwel seklu, il-Lhud tal-Palestina ddikjaraw li l-kotba li jqisu bħala ispirati kienu 39 u kienu dawk miktubin bl-Ebrajk. Il-Lhud ta’ Lixandra (fl-Eġittu) għamlu lista oħra li kienet tinkludi xi kotba oħrajn miktubin bil-Grieg (Tobit, Bin Sirak, Ġuditta, il-Ktieb tal-Għerf, iż-żewġ kotba tal-Makkabin, Baruk, partijiet minn Ester, u partijiet minn Danjel). Il-kotba tat-Testment il-Qadim li l-Protestanti jqisu bħala ispirati huma dawk id-39 skont il-Lhud tal-Palestina. Il-Kattoliċi jaċċettaw bħala ispirati l-lista ta’ 46 ktieb skont ilLhud tal-Eġittu.


Our gift to you this Christmas

Enjoy every special moment this Christmas with a FREE hearing test and evaluation.

Cleartone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our Malta & Gozo clinics, running from Monday 17th November - Saturday 22nd November. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology. A standard clinic fee will apply.

11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Call: 21430571 / (mob) 79418101

CLEAR-TONE HEARING


Il-Kmandamenti (4) • Dun Hector Scerri

6 | Flimkien

A

lla jrid li, wara li nagħtu ġieħ lilu, nagħtu ġieħ lill-ġenituri tagħna. Kien mingħandhom li aħna rċevejna l-ħajja. Kienu huma l-ewwel nies li kellmuna dwar Alla.

B

’mod pożittiv, dan il-kmandament ifisser id-dmirijiet li għandna lejn il-ġenituri tagħna, in-nanniet, u dawk li għandhom xi forma ta’ awtorità fuqna billi nuruhom rispett, napprezzawhom, nimxu fuq l-eżempji tajba tagħhom u naraw x’jonqoshom. Dan ifisser li nobduhom, nisimgħu mill-pariri siewja tagħhom, u ngħinuhom b’kull mod meta tonqoshom saħħithom jew jikbru fl-età.

I

l-Knisja tgħallem li dan il-kmandament jinkludi fih ukoll ir-rispett u d-dmirijiet tal-istudenti lejn l-għalliema tagħhom, l-impjegati lejn min iħaddimhom, iċ-ċittadini lejn pajjiżhom u lejn min jiggvernahom.

F

id-dawl ta’ dan ir-raba’ kmandament, ilKnisja titkellem ukoll dwar id-dmirijiet tal-ġenituri lejn uliedhom: li jieħdu ħsiebhom u li jagħtuhom formazzjoni morali tajba u formazzjoni spiritwali soda.

I

l-familja hija l-ambjent naturali fejn ilbniedem jitwieled, jitrabba u jiġi mħarreġ biex jgħix ħajja tajba, responsabbli u solidali fis-soċjetà. Il-Knisja ma tehda qatt ixxandar l-aħbar it-tajba taż-żwieġ u tal-familja mibnija fuq il-fedeltà dejjiema bejn raġel wieħed u mara waħda għall-ġid tagħhom u għat-trobbija tal-ulied.

Weġġaħ ’il missierek u ’l ommok

P

apa Franġisku jgħidilna: “It-tendenza saret li nħarsu lejn iż-żwieġ bħala sempliċi forma ta’ gratifikazzjoni affettiva li jista’ jinbena bi kwalunkwe mod u jitbiddel skont kif iħossha dak li jkun. Imma l-kontribut indispensabbli taż-żwieġ lis-soċjetà hu ’l fuq mil-livell emottiv u millħtiġijiet li jinbidlu tal-koppja ... (u jiġi) millprofondità tal-impenn li jieħdu l-miżżewġin li jaċċettaw li jidħlu f’komunjoni ta’ ħajja sħiħa” (Eżortazzjoni Appostolika Il-Ferħ talEvanġelju, numru 66). “Weġġaħ lil missierek u ’l ommok, sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej Alla tiegħek jagħtik” (Eż 20:12). “Min iweġġaħ lil missieru jkollu għomor twil, u min iserraħ lil ommu jkun qed jisma’ millMulej ... Ibni, ieqaf ma’ missierek fi xjuħitu, u matul ħajtu tweġġagħlux qalbu. Ukoll jekk moħħu jħallih, agħdru, u tonqsux mill-ġieħ meta għadek mimli bis-saħħa” (Sir 3:6.12).


Sinodu dwar il-Familja

Novembru 2014 | 7

Il-Karba tal-Poplu t’Alla Siltiet mill-intervent ta’ Mons. Mario Grech fis-Sinodu tal-Isqfijiet fit-8 ta’ Ottubru

B

ħala isqof li ġej mill-Knisja f’Malta u Għawdex, nista’ ngħid li fil-qalb ta’ dawk li jemmnu hemm għatx qawwi għall-Vanġelu, imqar fejn qed isibuha iebsa biex jilqgħu u jgħixu b’mod sħiħ it-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ u l-familja. (...) Naqsam magħkom tliet punti li wasalt għalihom wara li smajt il-poplu ta’ Alla talKnejjes ta’ Malta u Għawdex. 1. Kontinwità: Il-familja llum hi anki dik tar-raġel u l-mara divorzjati li qed jgħixu fittieni relazzjoni; dik li fiha wlied b’orjentament omosesswali; dik fejn hemm tbatija biex wieħed jgħix il-paternità responsabbli; dik miġruħa mill-falliment; dik mitfugħa f’kultura li ftit tgħin u tifhem kunċetti bħalma hi l-liġi naturali. Irridu nkunu nafu tajjeb lill-familji tagħna biex nistgħu nħabbru l-Vanġelu b’mod konkret. Punt tat-tluq hu l-lingwaġġ, li jrid ikun lingwaġġ ta’ Knisja li hi omm ħanina u fl-istess ħin tabib! Nistqarr kemm ħassejt dan il-bżonn jiena u nisma’ lill-familji ta’ persuni omosesswali, u lill-istess persuni b’dan l-orjentament, li jħossuhom miġruħa mil-lingwaġġ użat għalihom f’xi kitbiet tagħna, ngħidu aħna fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (§2358), u minħabba f’hekk qed ibatu biex iżommu ħajja l-fidi tagħhom fi Kristu u jħossuhom ulied il-Knisja. Hemm bżonn nitgħallmu nitkellmu b’lingwaġġ li l-bniedem tal-lum jaf u jħoss bħala lingwaġġ li jista’ jikkomunika l-verità u l-karità evanġelika.

2. Il-kreattività: Dawk li jħossuhom f’sitwazzjonijiet pastorali diffiċli, jinterpellaw u jipprovokaw il-ħtieġa li ninżlu fil-fond tal-kontenuti. (...) Dan l-approfondiment “kreattiv” irid isir f’isem il-kontinwità mat-tradizzjoni. Huwa propju minn din il-kontinwità li joħroġ il-ġdid. Bla dubju, ilkreattività fil-lingwaġġ u fl-imġiba pastorali mal-persuni li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet pastorali diffiċli mhux sempliċi bidla minn barra, imma titlob li nfittxu tweġibiet ġodda. 3. L-akkumpanjament: Il-Knisja trid toffri akkumpanjament validu lill-persuni kollha. Mingħajr ma naqgħu f’xi xorta ta’ vanġelu kif irriduh aħna, irridu nibnu modi kif insieħbu lil kull persuna, u nipproponu mixjiet li jwasslu għal maturità vera fil-fidi u komunjoni fi ħdan il-Knisja. L-akkumpanjament ma jistax jieqaf biss mal-verifika ta’ sitwazzjoni hekk imsejħa “irregolari” u meqjusa “irriversibbli”, bla ma mbagħad ma jkollu ċar quddiem għajnejh b’liema mod dawn ħutna jistgħu jikbru iżjed biex jaslu għal komunjoni sħiħa. Fil-qalba tal-Vanġelu tal-familja hemm is-salvazzjoni ta’ kull bniedem, anki ta’ dawk li jinsabu f’sitwazzjonijiet pastorali diffiċli. Aħna r-Rgħajja għandna d-dmir li anki lil dawn inwasslulhom il-Vanġelu tal-Fidwa. Hu dmir urġenti, għax il-bniedem qed jgħix dawn is-sitwazzjonijiet illum. Issa hu ż-żmien li nwieġbu għal din il-karba tal-Poplu ta’ Alla. Għal verżjoni sħiħa tal-intervent ta’ Mons Grech ara l-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.


L-użu tal-ilma, kemm kiesaħ u speċjalment sħun, għal kura ta’ kondizzjonijiet mediċi u fiżiċi, ilu pprattikat għal mijiet ta’ snin. Minn żmien irRumani saż-żmien tallum, ċentri tal-kura joffru dan is-servizz lill-pazjenti tagħhom minħabba benefiċċji partikulari u differenti. Ilma sħun jaħdem fuq ir-rilassament talmuskoli u jiffaċilita il-moviment tal-ġogi. Hekk pazjent li jkollu muskoli iebsa bħal tal-għonq jew tad-dahar dawn jinħallu u l-movimenti talirkiekel tal-għonq u d-dahar jiżdied. Psikoloġikament, il-persuna tħossha rilassata u trankwilla. Is-sħana taffetwa in-nervituri ta’ ġisimna, li jitrasmettu sens ta’ rilassament filmoħħ. Peress li l-ilma joffri ambjent differenti, persuna li għandha bżonn teżerċita ruħha ser ikollha aktar motivazzjoni . L-ilma għandu qawwa li jimbotta persuna ‘l fuq. Persuna tista’ tirrilassa kompletament mingħajr ma tegħreq. Din il-forza tal-ilma tista’

Terapija fl-ilma hi tajba għal: • Artrite: Issaħħaħ il-muskoli u żżid ilmovimenti tal-ġogi • Dipressjoni: Effett pożittiv u ta’ rilassament fuq il-ġisem u l-moħħ • Wara ksur tal-għadam jew trawma: L-effett ‘l fuq tal-qawwa tal-ilma jiffaċilita biex ikun hemm anqas strapazz u piż fuq il-ġogi tas-sieq. • Uġiegħ tal-għonq u d-dahar: Is-sħana tal-ilma u l-facilità ta’ moviment tgħin biex l-uġiegħ jonqos u l-muskoli jissaħħu. Pressa tal-ilma tgħin biex timmassaġġa l-muskoli fil-fond. • Persuni bi bżonnijiet speċjali: L-ilma u s-sħana jiffaċilitaw movimenti f’persuni bi bżonnijiet speċjali, li fuq l-art mhux possibli jagħmlu. Minħabba n-nuqqas ta’ gravità, persuna juża inqas saħħa biex jiċċaqlaq. Terapija fl-ilma tista’ tkun l-unika mod biex persuna tħossha libera u normali. LiveLife hu ċentru ta’ riabilitazzjoni privat, li joffri, fost servizzi oħra, pool b’ilma sħun u attrezzata għal kull bżonn ta’ terapija.

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

Il-benefiċċju ta’ terapija fl-ilma

tintuża biex persuna teżerċita kontra s-saħħa tal-ilma. Persuna timbotta ‘l isfel mentri l-ilma jimbotta ‘l fuq. Waqt it-terapija fl-ilma, jista’ jintuża tagħmir bħal floats, biex jew jgħin il-persuna biex parti minn ġisimha ikun fiss, waqt li l-partijiet l-oħra jistgħu jitħaddmu, jew biex joffru aktar reżistenza meta jsir moviment kontra l-ilma. Din ir-reżistenza tiżdied aktar ma l-persuna tgħaġġel bil-movimenti tagħha. L-ilma wkoll joffri pressjoni fuq ġisimna, li din tiżdied meta l-persuna tinżel fil-fond. Din ilpressjoni tgħin biex tniżżel nefħiet fil-ġogi u biex tgħin iċ-ċirkulazzjoni tad-demm.


Riflessjoni • Joe Sant

Novembru 2014 | 9

Il-baġit tan-Nisrani

S

ena wara l-oħra, għall-ħabta ta’ Ottubru jew Novembru, mal-wasla tal-Baġit, il-mezzi tax-xandir kważi kuljum itambrulna f’moħħna figuri u statistiċi dwar oqsma differenti tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż. Isemmu persentaġġi mqabbla ma’ perijodi ta’ qabel biex wieħed jasal għall-konklużjonijiet li jidhirlu hu. Fi kliem ieħor, l-istatistika jużawha bħall-arblu taddawl: min biex jistrieħ miegħu u min biex jilluminah! Barra minn hekk, nisimgħu wkoll ħafna kliem tekniku li jħobbu jużaw l-ekonomisti, u li dawn jirrepetu qishom qed jgħidu l-litanija tal-qaddisin. Għall-biċċa l-kbira minna dawn il-figuri kkomplikati u frażijiet oskuri ma jagħmlux wisq sens: minn widna jidħol u minn oħra joħroġ, u fil-moħħ iħallu biss taħwid! Madankollu, in-Nisrani bi ftit rieda jista’ jagħmel użu tajjeb minn dan il-vokabularju biex ifassal il-baġit spiritwali tiegħu. Pereżempju, nisimgħu li kulħadd irid ittrasparenza. Għan-Nisrani din għandha tfisser li jkun onest fi ħsibijietu u għemilu mal-oħrajn; ma jimxix b’żewġt uċuħ iżda b’sinċerità u b’rispett lejn il-verità, anki meta din tweġġgħu. Isemmu wkoll is-sussidjarjetà. Hu dmir ta’ kull Nisrani li juri mħabbtu lejn min hu aktar fil-bżonn u lejn id-dgħajjef fis-soċjetà, dan mhux biss bil-flus iżda wkoll billi wieħed jagħti ħin b’impenn biex jgħin lil dawk

li jinsabu f’sitwazzjonijiet soċjali diffiċli, fejn hemm faqar, nuqqas ta’ xogħol, firda, injoranza, vizzji. Imbagħad hemm il-kompetittività li tant jinsistu fuqha! Hawn in-Nisrani għandu jħabbatha mal-kultura sekularizzata taddinja tal-lum billi bl-eżempju ta’ għemilu, aktar milli bil-kliem, iwassal il-messaġġ tal-Vanġelu. Biex verament jikkompeti jrid ikun il-melħ tal-art u l-musbieħ li jdawwal is-sewwa avolja jkun jgħix f’labirint bla valuri Insara u ta’ xejra għalkollox materjalista. U kemm-il darba smajna li fl-oqsma kollha tat-tmexxija għandu jkun hemm ilkontabbiltà? M’għandix dubju li kull Nisrani jħoss fil-kuxjenza li, jekk mhux f’din id-dinja, għad irid jagħti kont għal dak li għamel u dak li m’għamilx skont il-kariga li jkollu, skont ir-responsabbiltà fdata lilu. Frażi oħra komuni hija l-progress sostenibbli. Hawn in-Nisrani għandu joqgħod ferm attent għax jekk fil-mixja tiegħu jieqaf jaqdef, jew jibred jew iħares lura, il-kontrokurrent qawwi ta’ ambjent bla valuri Nsara jkaxkruh bla ma jintebaħ. Għalhekk inNisrani jrid jagħmel progress fil-fidi tiegħu li jkun kostanti, sostenut. Hemm bosta kliem ieħor li jintuża fixxjenza politika u ekonomika li n-Nisrani jista’ japplikah għall-ġid tiegħu, imma naħseb li biżżejjed dan li semmejna llum għallbaġit tagħna … inkella nibża’ li noħloq xi inflazzjoni!


10 | Flimkien

Liturġija

It-13-il

L

Ammen

-ewwel Ammen tiġi wara s-sinjal tasSalib li ngħidu fil-bidu nett. Għalija din l-Ammen mhix biss l-Ammen li tiġi fit-tmiem tas-sinjal tas-salib imma timmarka l-wasla tiegħi fil-knisja wara l-mixja middar, inġorr dak li għadda mingħalija millquddiesa tal-bieraħ. Il-mixja tiegħi mid-dar inħobb naraha bħala parti mill-purċissjoni tas-saċerdot lejn l-altar. L-ewwel Ammen tiegħi tissiġilla dan kollu. It-tieni Ammen tasal fi tmiem l-Att Penitenzjali, meta s-saċerdot f’isem il-Missier jaħfirli u jħollni minn dnubieti. Hawn inħobb niftakar f’Pietru li wara li nidem mid-dnub tiegħu jisma’ lil Ġesù jistaqsih: “Pietru, tħobbni?” U jien, bit-tieni Ammen tiegħi, ngħidlu: “Iva, Mulej, inti taf li nħobbok!” U meta nħossni maħfur, kif inħossni? Inħossni nixtieq infaħħar lil Alla, inbierku, nagħtih ġieħ, u nroddlu ħajr! Għalhekk, ittielet Ammen li ngħid wara l-Glorja għalija tfisser festa. Is-saċerdot imbagħad jagħmel talba: il-Kolletta – ġabra jew kollezzjoni (mhux il-ġabra għall-festa jew għall-knisja!). Issaċerdot hawn isir “kelliem” għall-miġemgħa kollha – anki tiegħi – għax jiġbor it-talb tagħna lkoll u jippreżentahom lil Alla. Irraba’ Ammen turini li aħna lkoll qegħdin flimkien quddiem Alla. Meta ngħid il-Kredu ma nkunx qed nuri biss FIEX nemmen imma F’MIN nemmen!

Inħobb inqis il-Quddiesa bħala talba ta’ 13-il Ammen. Ħa ngħidilkom liema huma, u xi jfissru għalija

Il-Kredu mhux sempliċi lista ta’ duttrina li rrid naċċetta, imma stqarrija li jiena nemmen li Alla kien preżenti fl-istorja tal-bniedem. Għalhekk, wara l-qari mill-Iskrittura u l-omelija tas-saċerdot, bil-ħames Ammen inkun qed ngħid: Jiena nemmen f’dan kollu! Fit-Talb tal-Fidili nipprova nagħmel bħal dawk l-erba’ rġiel fil-vanġelu li ġarrew is-sodda tar-raġel magħtub, tellgħuh fuq is-saqaf, fetħu ħofra, u niżżluh quddiem Ġesù biex ifejqu. Niftakar li l-quddiesa mhix talba tiegħi waħdi. Niftakar li l-gwerer, l-inġustizzji, il-mard, id-diskriminazzjoni, u dak li nisma’ fl-aħbarijiet, għandu jinteressa anki lili. Għalija, il-gazzetta hi parti millquddiesa daqs il-Kelma ta’ Alla! B’din is-sitt Ammen tiegħi nkun qed niffirma l-petizzjoni jien ukoll! Waqt li jittellgħu l-offerti xi drabi nkantaw: “Aħna x’nistgħu noffru, aħna m’għandna xejn … ħu kollox Mulej”. Imma quddiem ilpreżenza ta’ Alla nindunaw li hu jista’ jibdel anki ħajjitna u kulma nagħmlu. Fit-Talba fuq l-Offerti s-saċerdot jiġbor fil-qosor dak li se jiġri minn issa ’l quddiem: Alla tana l-ħolqien


Novembru 2014 | 11

personali, tiegħi waħdi. L-Ammen tat-tqarbin kollu, imbagħad aħna noffrulu l-ħobż u turi li jien qrib ta’ Kristu. l-inbid, u hu jibdilhom u jagħtina l-ġisem Wara t-tqarbin nagħmlu t-talb personali u d-demm ta’ Ibnu, biex fit-Tqarbin insiru tagħna fis-skiet, f’intimità ma’ Ġesù. Il-Knisja ħaġa waħda miegħu. Bl-Ammen inkun qed trid li anki dawn it-talbiet jingħaqdu kollha nagħmel tiegħi ukoll din it-talba. flimkien f’talba waħda fejn nirringrazzjaw Tibda t-Talba Ewkaristika: l-aktar mument lil Alla tat-tqarbina li rċevejna, nitolbuh solenni tal-Quddiesa. Is-saċerdot jikkonsagra biex is-salvazzjoni li rċevejna tibqa’ magħna l-ħobż u l-inbid li jsiru l-ġisem u d-demm matul il-jum kollu, u jgħinna nkunu xhieda ta’ Kristu, u joffrihom lill-Missier f’isem iltal-imħabba tiegħu ma’ kull min niltaqgħu Knisja għas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha. miegħu. B’din l-Ammen nimpenja ruħi li se Fit-Talba Ewkaristika s-saċerdot jitkellem nkun xhud tal-fidi tiegħi barra l-knisja. f’isimna lkoll. Kull kelma, kull ġest, kull frażi hija importanti. L-aħħar darba li l-appostli raw lil It-Talba Ewkaristika Tlettax-il mod kif lil Alla ngħidlu: Ġesù fid-dinja kienet tispiċċa bil-kliem: Iva, jien inħobbok! “Bi Kristu, ma’ meta berikhom u qalilhom imorru Kristu u fi Kristu Inti taf li jien inħobbok! fid-dinja jxandruh. … kull ġieħ u glorja Aħna wkoll, fl-aħħar tal-quddiesa nirċievu għal dejjem ta’ dejjem”. Din l-Ammen turi l-barka ta’ Alla. Hekk kif ngħidu lkoll flimkien l-qbil sħiħ tagħna ma’ dak kollu li jkun qal “Ammen”, is-saċerdot jgħidilna “Morru (u is-saċerdot. Din l-Ammen tissejjaħ l-Ammen għixu) fil-paċi ta’ Kristu”. Kulħadd għandu il-Kbira. bżonn din it-tnax-il Ammen – anki min ma Wara li ngħidu l-Missierna nagħmlu talba jitqarbinx. diretta lil Ġesù biex jagħtina s-“sliem tiegħu”. U t-tlettax-il Ammen? Dik ngħidha Hekk kif ngħidu l-Ammen tagħna għal din filgħaxija, b’rasi fuq l-imħadda, wara li ntemm it-talba, is-saċerdot jistedinna noffru l-paċi il-jum, li matulu Ġesù jkun mexa, bierek u lil xulxin … u mhux biss lil min hemm ħdejna qasam kollox miegħi. U hekk, minn filgħaxija dak il-ħin! nkun lest biex għada nerġa’ nqum u mmur L-għaxar Ammen hija l-unika Ammen li ngħid waħdi fil-quddiesa kollha. Din ngħidha ngħix dawk it-tlettax-il Ammen mill-ġdid. Tlettax-il mod kif lil Alla ngħidlu: Iva, jien meta min iqarbinni jgħidli: “Il-Ġisem ta’ inħobbok! Inti taf li jien inħobbok! Kristu”. F’dal-mument l-Ammen tiegħi hija


Family health insurance

middlesea Family health insurance Reduce your family’s health insurance costs and at the same time enjoy better benefits with the miDDlesea Family health insurance. Call us today to find out how this new insurance plan covers all the members of your household under one policy.

if it matters to you, it matters to us. contact us on 21246262, visit www.middlesea.com or contact any of our authorised intermediaries. Find us on

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. COM 300312 633 JOB J355 10/14

Visit www.middlesea.com for a list of insurance BeneFits


Uliedna

Novembru 2014 | 13

La nikber insir bħalek!

G

ħadni niftakar meta twieled it-tifel: qisu lbieraħ. Ma niftakrux jitgħallem jimxi għax ma kontx miegħu; U lanqas niftakru jitgħallem jitkellem, għax ma kontx inkun id-dar. Tafu intom, kemm trid il-ħajja! Kontijiet, xogħol, overtime, safar… Kien jgħidli: “Pa, meta nikber, irrid insir bħalek. Issa tara kif insir bħalek!” Xi drabi minn fuq il-mowbajl kien jistaqsini: “Meta ġej id-dar, pa?” U jien kont inwieġbu: “Ma nafx eżatt meta, imma niltaqgħu żgur, ibni, u tara kemm nieħdu gost flimkien!” It-tifel għalaq għaxar snin: qisu lbieraħ. Bħala rigal tajtu ballun. Qalli, “Grazzi, pa! Ejja nilagħbu! Għallimni nixxuttja!” “Mhux issa. Mhux illum, ibni, għax għandi x’nagħmel.” “Ok, pa, ma jimpurtax!” U telaq ’il hemm, b’dik ittbissima fuq fommu.

Tbissima li qisha qed tgħidli: “La nikber insir bħalu. Issa tara! Se nsir bħalu żgur!” Għadu qisu lbieraħ: spiċċa l-kors li għamel. Kien sar raġel issa; laħaqni sew fit-tul. “Ibni, kemm jien kburi bik! Ejja nitkellmu ftit, ejja bilqiegħda hawn.” Ibni xejjer waħda rasu, u qalli bit-tbissima, “Mhux issa, pa. Taf x’għandi bżonn jekk jogħġbok? Li ssellifni ftit iċ-ċavetta tal-karozza. Narak iżjed tard.” Issa ili li rtirajt mix-xogħol: qisu lbieraħ. Ibni issa kiber, u qed jgħix għal rasu. L-aħħar li ċempiltlu, għedtlu, “Nixtieq narak ftit, jekk ma jimpurtax.” Weġibni: “Nixtieq, pa, jekk insib il-ħin. “Taf int, ix-xogħol li għandi ħadli rasi, u t-tfal dejjem ma jifilħux. Imma nieħu pjaċir żgur kieku niltaqgħu. Ħadt gost inkellmek ftit.” U hekk kif niżżilt it-telefown, irrealizzajt li ibni kien tassew sar bħali. Ibni kien sar bħali! U meta rġajt ċempiltlu d-darba ta’ wara, u staqsejtu, “Meta se narak, ibni?” huwa weġibni, b’dik it-tbissima tas-soltu tiegħu, “Ma nafx eżatt meta, pa, imma niltaqgħu żgur, u tara kemm nieħdu gost flimkien!” Ċerti mumenti tal-ħajja huma imprezzabbli. U ma jerġgħux jiġu. Liberament addattata mill-kunzunetta “Cat’s in the cradle” kantata minn Harry Chapin


14 | Flimkien

Riflessjoni • Carmel Galea

PostaPay&Save

Għaliex ma baqax tabib tal-għajnejn biss? Twieled il-Belt, u kien speċjalista tal-għajnejn. Kien duttur fil-filosofija. Idoqq l-orgni, il-kitarra, il-vjolin, u l-oboe. F’ċertu mument f’ħajtu ddeċieda li jsir tabib tal-erwieħ, u jdoqq kordi differenti fil-qlub tan-nies. Qassam ġidu lillfoqra u ta attenzjoni speċjali lill-emarġinati, fosthom il-prostituti. Miet meta kellu biss 45 sena. Imma x’għamel dan ir-raġel biex fil-funeral tiegħu t-toroq tal-Gżira kienu miżgħuda binnies? Għaliex kien daqshekk maħbub? Kun af aktar dwar Dun Karlu Manchè billi takkwista u tara DVD bi dramm oriġinali dwaru. Ċempel l-uffiċċju parrokkjali tal-Gżira 2133 5841.

Nitolbu flimkien Ġabra ta’ talb li konna ngħiduh kuljum sa minn tfulitna. Illum forsi nsejnieh jew m’għadniex ngħiduh. Min jixtieq jixtri kopja tal-ktieb, jikteb jew iċempel lil Mary Haber, Block A, Flat 3, Binja Kordin, Pjazza Sant’Antnin, Paola. Tel. 21677867.

Irtir iggwidat fuq livell individwali Is-suġġetti u t-testi bibliċi għat-talb jiġu diskussi individwalment ma’ min qed imexxi. Irtir fuq stil Injazjan (diskussjoni individwali ma’ min imexxi, talb personali, skiet u ġabra) Imexxi: Fr Vince Magri sj Mill-Erbgħa 10 ta’ Diċembru (filgħaxija) sal-Ħadd 14 (wara nofsinhar). Għal kulħadd. Mt St Joseph, Tarġa Gap, Mosta Ibbukkja: 2141 6916

PostaPay&Save huwa Payment Account li permezz ta’ passbook jagħtik il-faċilita’ li tippjana kif tqassam flusek aħjar. F’dan il-Payment Account tista’ tiddepożita ċekkijiet jew flus u minnhom tħallas il-kontijiet jew jiġbed il-flus skont ilbżonn. Permezz tal-PostaPay&Save tista’ tittrassferixxi flus ġewwa PostaPay&Save Payment Accounts oħra, kif ukoll tirċievi flus mingħand individwi oħra li wkoll għandhom il-passbook, dan kollu jsir b’effett immedjat u mingħajr ħlas addizzjonali. Il-passbook huwa ferm konvenjenti sabiex iżżomm rendikont ta’ kull tranżazzjoni li tagħmel, waqt li tikkontrolla l-infiq tiegħek aħjar. Benefiċċji • Fuq passbook jitniżżlu t-tranżazzjonijiet kollha li tagħmel. • Tista’ tittrasferixxi jew tiġbed flus mingħajr spejjeż addizzjonali. • Tħallas il-kontijiet kollha bħal dawk tad-dawl u l-ilma, linji fissi tat-telephone, internet u TV, u tixtri prodotti u servizzi mill-Fergħat Postali mingħajr ma ġġor flus fuqek. • Jinfetaħ b’minimu ta’ €50 sa massimu ta’ €8,000. • Jista’ jinfetaħ joint ma’ persuna oħra jew f’isem assoċjazzjoni, eċċ. • Tirċievi l-imgħax. • Huwa servizz bla ħlas. PostaPay&Save huwa prodott ta’ Lombard Bank u qed jiġi offrut fil-Fergħat Postali ta’ Birkirkara, Bormla, Marsa, Mosta, Sliema u Nadur, Għawdex. Għal aktar informazzjoni dwar isservizz żur il-website www.maltapost.com/ postapayandsave jew ċempel fuq 2122 4421


Cappuccino Iced Cappuccino

Malta International Airport • The Point Balzan • The Embassy, Valletta • Baystreet

FOR COFFEE LOVERS


25 years

1989-2014

Take advantage from the 15c5 feed-in tariff guaranteed for 20 years

0% INTEREST This is a limited time offer, on first-come first-served basis

25 YEARS OF AFFORDABLE GREEN ENERGY FOR ALL. CELEBRATE WITH US. YOUR ENERGY. TODAY & TOMORROW. ideas for life

PHOTOVOLTAIC S YSTEMS

CALL US ON 2180 7123

80, Triq il-Kaccatur, Qormi, QRM3561 Email: sales@bajadagroup.com


Qassis għal 48 siegħa L-Isqof David Choby jamministra l-Ordni Sagri lil William Carmona nhar it-8 ta’ Settembru li għadda fit-taqsima tal-kura intensiva fil-Christus Santa Rosa Medical Center, f’San Antonio.

“W

ieħed mill-aktar mumenti għal qalbi bħala isqof huwa meta mmexxi ordinazzjoni ta’ saċerdoti ġodda. Imma li namministra l-Ordni Sagri lil xi ħadd li hu tant ħerqan li jirċeviha u fl-istess ħin jinsab ftit sigħat biss bogħod mill-mewt għalija kien mument li tassew messli qalbi.” Hekk qal l-Isqof David Choby wara li ordna saċerdot lil William Carmona, nhar it-Tnejn, 8 ta’ Settembru. 48 siegħa wara, William kien mejjet. Kellu 51 sena. “Ma naf bl-ebda vokazzjoni oħra li tmiss tant mumenti mill-ħajja tal-bniedem daqs is-saċerdozju,” qal l-Isqof Choby. “Il-qofol tassaċerdozju huwa l-misteru tal-fidwa tagħna, jiġifieri li mmutu u nqumu mal-Mulej.” William kien mill-Kolombja, wieħed minn 13-il aħwa. Ta’ 12-il sena kien diġà joħlom li jkun saċerdot. Issa, sena biss bogħod millordinazzjoni, William kien f’qiegħ ta’ sodda, marid bil-kanċer. Is-seba’ seminaristi l-oħra li kienu fl-istess kors miegħu żammewlu kumpanija l-ħin kollu sakemm dam fl-ITU. Kollha kienu preżenti waqt li l-Isqof diliklu jdejh biż-żejt u poġġa jdejh fuq rasu biex jordnah. Dak il-ħin dik in-nitfa ta’ kamra fl-isptar kont tistħajjilha l-aqwa katidral. F’sala kbira fl-ewwel sular tal-isptar kien hemm 200 persuna oħra li attendew iċ-ċerimonja.

Fl-istudji tiegħu William l-aktar li kien jimpurtah ma kinux id-dettalji akkademiċi imma kif dawn setgħu jgħinuh jaqdi l-missjoni tiegħu bħala saċerdot. Wieħed minn ħbiebu, djaknu millVeneżwela, li waqt iċ-ċerimonja libbsu l-istola, qal: “Meta libbistu l-istola, rajtu jiftaħ għajnejh. Kif kont ħdejh, għedtlu kemm konna nħobbuh, u kemm kien ta’ eżempju tajjeb għalina speċjalment fit-talb. Moħħu kien li jfittex il-ġid tal-Knisja, speċjalment dawk ta’ lingwa Spanjola.” Nissapportjaw is-saċerdoti tagħna Ibgħat donazzjoni għall-Good Shepherd Fund u tkun qed tgħin lill-fond ta’ għajnuna għas-saċerdoti Maltin. Ibgħat id-donazzjoni tiegħek: (1) bil-posta (b’ċekk f’isem ilGood Shepherd Fund) lil: Good Shepherd Fund, Kurja, Floriana; jew (2) permezz tal-kappillan tal-parroċċa; jew (3) ġibha personalment il-Kurja, Floriana, f’invilopp magħluq. Jekk trid riċevuta bil-posta, agħtina ismek u l-indirizz. Jekk trid li tintbagħatlek riċevuta bl-email, agħtina l-indirizz elettroniku. F’isem is-saċerdoti Maltin: GRAZZI tal-ġenerożità tiegħek.


Novembru 2014 | 19

Din x’fidi hi?

Xi drabi nużaw ċerti espressjonijiet li jġagħluk tiddubita dwar kemm hi ġenwina l-fidi li għandna jew li qed ngħaddu lil ta’ warajna. Pereżempju: 1. “Aħfer - u tara kif tħossok aħjar wara!” Imma jien għandi naħfer għax Ġesù qalli naħfer. Full stop! U jekk hemm bżonn, qal, anki sebgħa u sebgħin darba! Anki jekk ma nħossnix aħjar wara! Ġesù ma qallix naħfer biex nakkwista xi ħaġa lura. Veru li nista’ “inħossni aħjar” meta naħfer, imma allura jekk ma nħossnix aħjar, ma naħfirx? 2. “Agħti karità - u tara kif Alla jipprovdilek.” Għalhekk għandi nagħti karità, biex nakkwista xi ħaġa aqwa? Nagħti karità biex forsi Alla bi premju jgħinni nirbaħ is-Super 5? Ngħin, biex xi darba nsib lil min jgħin lili? Illivell ta’ mħabba li qed jistenna minni Ġesù huwa ferm ogħla minn hekk! 3. “M’għandekx ċans tmur quddies? Mur xorta, għax Alla jgħinek tlaħħaq ma’ kollox.” Dal-kliem donnu qed jgħid li Alla jrid isibli l-ħin hu, qisni għamiltlu xi pjaċir u mortlu l-quddies. Imma fil-verità, jekk irrid nisma’ quddiesa u nlaħħaq ma’ kollox, kulma rrid nagħmel hu li norqod nofs siegħa inqas u noħroġ mis-sodda ftit qabel!

4. “Rabbi lit-tfal tajjeb, u tara kif issibhom meta tikber!” Allura jien qed inrabbi ’l uliedi biex nieħu xi ħaġa lura mingħandhom? Mhux aħjar inħobbhom bla kundizzjoni?

5. “Agħti d-demm, għax xi darba tista’ tiġi bżonnu anki int.” Għandi nagħti d-demm biex niżgura li jkun hemm biżżejjed meta niġi bżonnu jien? Nagħti d-demm, għax meta nagħti d-demm fl-istess ħin inkun qiegħed ukoll innaddaf is-sistema ta’ ġismi? Dejjem irrid xi ħaġa lura?

6. “Ħobb lil ħaddieħor kif trid li ħaddieħor iħobb lilek.” Meta niġi biex inħobb lil ħaddieħor, il-kejl li tana Ġesù hu differenti. Wara kollox, qalilna, anki l-pagani kapaċi jagħmlu hekk! Hu jridna nħobbu lil ħaddieħor kif kien iħobb hu stess! Jiġifieri bla kundizzjonijiet. Bla xejn marbut magħha. Bla ma nistenna xejn lura!

7. Sum, għax bis-sawm tippurifika s-sistema tad-diġestjoni ta’ ġismek. Anki jekk is-sawm jista’ jkollu dak l-effett, imma dan għandu jkun l-iskop tas-sawm bħala Nsara?

Jekk il-fidi li ngħix jew li qed ngħaddi lil ta’ warajja hi mibnija fuq “veritajiet” bħal dawn, ma nafx x’fidi qed ngħaddi…


Ittri mill-qarrejja

Novembru 2014 | 21

Ittri mill-qarrejja

Ibgħat l-ittri hekk: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, PO Box 90, il-Marsa

ITTRA REBBIEĦA

Mhux post it-tpaċpiċ

Mhux se nikkummenta fuq l-artiklu fil-ħarġa ta’ Settembru (Mumenti quddiemu) imma dwar ir-ritratt ta’ miegħu li juri realtà f’ħafna mill-knejjes tagħna. Jidher raġel jitlob filwaqt li fuq wara hemm grupp ta’ nies ipaċpċu, b’waħda minnhom titbissem u l-oħra tiġġestikola b’idejha! F’diversi knejjes hawn min jasal qabel u jibqa’ wara l-quddiesa sempliċement biex ipaċpaċ, u dan mhux biex jaqsam ma’ ta’ ħdejh xi ħsibijiet spiritwali. Permezz ta’ dan ilmagażin nitlob lil kull min għandu din id-drawwa biex jieqaf minn dan il-vizzju, u nħeġġeġ lill-kappillani biex regolarment ifakkru li l-post u l-ħin tat-tpaċpiċ huma barra l-knisja. Ilknisja hi post tat-talb, mhux minn fejn tisma’ l-aħħar aħbarijiet fuq l-oħrajn. M. King, Sta Venera AVUKAT - Dr R. Zammit LL.D

Nista’ ngħolli l-ħajt? Il-blokk ta’ warajja għandu xaft għal ġol-bitħa tiegħi. Sular minnhom għandu tlett itwieqi li jiġu dirett fuq il-bitħa tiegħi. Min kien joqgħod fih qabel qatt ma kien jiftaħ twieqi, imma issa dejjem bit-twieqi miftuħin, u mhux qed inħossni komda. Il-ħajt hu tiegħi, għax min bena ma qabadx magħna biex ma jħallasx tal-appoġġ. Kemm nista’ ngħolli l-ħajt? Ngħid ukoll li min kien hemm qabel xi sentejn ilu għadda pajp tal-ilma minn fuq il-bejt tal-washroom li għandi fil-bitħa bla permess mingħandi. Nista’ naqbad u nneħħih peress li tlabtu biex jagħmel dan u baqa’ ma ġiex? Nista’ ngħid lil min qed joqgħod hemm issa biex jagħmel dan, għax jien ma indunajtx qabel? AC, M’Skala Ħajt li jaqsam żewġ propjetajiet ta’ żewġ persuni differenti jista’ jiġi mgħolli, sew minn parti u sew minn oħra. Il-parti li tgħolli l-ħajt tkun obbligata tħallas għax-xogħlijiet. Il-parti l-oħra tkun tista’ tappoġġa mal-istess ħajt imma f’dak ilkaż tkun obbligata tħallas nofs l-ispejjeż. Dik il-parti tal-ħajt li tkun ġiet miżjuda, jekk imma il-ħajt ma jkunx sar komuni, trid tiġi mantnuta mill-parti li bnietha. Ikun hemm bżonn il-permess tal-MEPA. L-artiklu rilevanti hu 414 tal-Kodiċi Ċivili. Ġieli fuq ħitan komuni jew ħitan ta’ terzi, xi persuni jaqbdu u jgħaddu wajers jew kanen

tal-ilma. Sakemm ma jkunux permessi li jagħmlu dan b’liġijiet speċifiċi, dan jista’ jitqies bħala “spoll”. Jeżistu diversi rimedji. L-aktar komuni u effettiva hi l-kawża ta’ spoll: actio spolii. Din trid issir fi żmien xahrejn mindu jitqiegħed l-oġġett li jfixkel il-pussess tal-propjetarju. Jekk dan iż-żmien jaqbeż, u taqbeż ukoll is-sena li fiha tista’ issir l-actio manutentionis, tista’ ssir kawża oħra biex jitneħħa l-inkonvenjent. Intant mhux permess li wieħed jieħu l-liġi f’idejh, u jaqbad u jneħħi l-kanna minn jeddu. Però, kull każ ikun fih il-fatti partikolari tiegħu li jridu jiġu analizzati fid-dettall.


Parroċċi Maltin • Joseph Pellicano

Novembru 2014 | 23

X’se ndoqqu? X’se nkantaw? Dawn huma xi mistoqsijiet li spiss isiru meta niġu biex inħejju l-animazzjoni tal-quddiesa għat-tfal...

F

’dawn l-aħħar snin inħass il-bżonn li l-quddiesa għat-tfal tingħata iktar ħajja biex it-tfal jieħdu aktar sehem fiha. Waħda mid-diffikultajiet hija n-nuqqas ta’ għażla fil-kant bil-Malti. Għalhekk ilKummissjoni Djoċesana Tfal ħadmet fuq CD “Vuċi Waħda”, b’kant u mużika addattati għat-tfal u li jistgħu jindaqqu waqt ilquddiesa jew ċelebrazzjonijiet oħra. Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal twaqqfet mill-Arċisqof Pawlu Cremona fl-2008 bilgħan li t-tfal ikollhom leħen fil-Knisja, u biex il-Knisja tagħraf aspetti differenti tal-ħajja mil-lenti tagħhom. Il-Kummissjoni tara li f’kull parroċċa jkun hemm Kummissjoni Tfal biex tgħin biex it-tfal ikollhom sehem ikbar fil-parroċċa. Kull ħidma u attività li ssir mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal issir mit-tfal għat-tfal. Huma t-tfal stess li joħolmu b’inizjattivi fejn bl-għajnuna tal-adulti jaħdmu biex dawn jitwettqu. Il-Kummissjoni hi magħmula minn Delegat tal-Arċisqof, tliet adulti oħra, u rappreżentanza tat-tfal minn kull unità tal-parroċċi f’Malta. Il-kant tas-CD tkanta kollu mill-kor tattfal li għandha d-Djoċesi taħt id-direzzjoni ta’ Carlos Vella, li kiteb ukoll il-kliem u l-mużika. Il-preparamenti għal din is-CD kienu ħafna. Apparti l-isponsors li taw

l-għajnuna tagħhom, it-tfal riedu li huma wkoll ikollhom sehem dirett fiha. Saru attivitajiet ta’ fund raising f’diversi parroċċi fejn il-qligħ mar kollu għall-ispejjeż tas-CD. It-tnedija tas-CD se ssir waqt iċċelebrazzjoni għat-tfal li se ssir fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, is-Sibt 22 ta’ Novembru fis-Santwarju Ġesù Ħniena Divina, inNaxxar fl-4:30pm. Se jkun hemm quddiesa animata għat-tfal bis-sehem ta’ diversi kummissjonijiet u għaqdiet li jaħdmu mattfal fil-parroċċi, u se jindaqqu l-kanzunetti tas-CD. Il-quddiesa se tkun ċċelebrata millArċisqof Cremona. Huma mistednin it-tfal kollha bil-familji tagħhom u l-operaturi pastorali li jaħdmu mat-tfal. Għandha ssir kull inizjattiva biex ngħinu lit-tfal jersqu lejn Ġesù. Kienet ix-xewqa tiegħu li jmorru għandu għax “tagħhom u ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”. Iżda l-ikbar għajnuna biex dan iseħħ hi talġenituri tat-tfal u dawk li jieħdu ħsiebhom li bil-preżenza tagħhom waqt il-quddiesa jkunu l-ikbar eżempju għalihom. B’hekk l-adulti ukoll ikunu vuċi waħda biex Ġesù jidħol filqalb tat-tfal. Parroċċi interessati li jwaqqfu Kummissjoni Tfal għandhom jikkuntattjaw lis-Sur Joseph Pellicano tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal.


Get Cosy with Scholl this Winter Relax in a world of feeling, always rested and restored

F O OT H E A LT H C E N T R E

www.schollfoothealthcentre.com Available from Scholl Foothealth Centres, Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Gozo, and all leading pharmacies. Tel: 20601148


26 | Flimkien Saħħitna • Dr Anna Maria Vella

Niekol għal tnejn? I

t-tielet xahar tat-tqala jista’ jkun karatterizzat minn dardir u rimettar. Ikun hawn min jirremetti minn filgħodu sa filgħaxija, jew filgħodu biss, jew filgħaxija biss. Kulħadd bl-istorja tiegħu. Imma għalkemm l-omm malajr tinduna li din l-istorja mhijiex xi fairytale, taf ukoll li dan id-dardir u r-rimettar huma sinjali li t-tarbija qiegħda tikber f’saħħitha. Wasalna għar-raba’ xahar. Kważi diġà nofs it-tqala! Bil-mod il-mod il-mara terġa’ tibda tieħu r-ruħ. Id-dardir ta’ filgħodu jibda jonqos, l-irwejjaħ donnhom ma jibqgħux jagħtuha daqshekk fastidju, u l-ikel donnu jibda jinżel bħalma kien jagħmel qabel! Filgħodu jibda jisbaħ aħjar, għaliex anki dik l-għeja kbira li kienet tħoss tibda tonqos. U hawn irridu nibdew nitkellmu fuq suġġett importanti ħafna: id-dieta. L-ammont ta’ ikel għandu jibqa’ l-istess. Inneħħu l-idea li l-omm fit-tqala “trid tiekol għal tnejn”. Fl-ewwel tliet xhur tat-tqala m’għandha tiżdied xejn fil-piż. Jekk mara taf li għandha piż żejjed, allura fit-tqala għandha toqgħod aktar attenta u mhux tkompli żżid fil-piż. Ħxuna żejda ġġib magħha ħafna kumplikazzjonijiet fit-tqala bħad-dijabete,

pressjoni għolja, u diffikultajiet waqt il-ħlas. Għalhekk hawn m’aħniex nitkellmu dwar sbuħija jew il-“figure”, imma dwar kwistjoni ta’ mard. Fit-tqala kollha, l-omm m’għandhiex tiżdied aktar minn 12-il kilo. Jekk tiżdied iktar tkun qed iżżid iċ-ċans ta’ mard għaliha u għat-tarbija. Għandha tevita ħlewwiet żejda aktar mis-soltu, u tnaqqas ukoll mill-ħobż, l-għaġin u l-patata. Għandha tibbaża d-dieta tagħha fuq ħaxix frisk u misjur, proteini u karboidrati b’mod limitat. It-tabib se jissuġġerixxi li tieħu vitamini bħal folic acid u ħadid, għaliex mara tqila jkollha bżonn minn dawn is-sustanzi iżjed mis-soltu. Xi ngħidu għall-eżerċizzju? Ħafna nisa jaħsbu li min ikun qed jistenna tarbija m’għandux jagħmel iżjed eżerċizzju. Din hi idea oħra żbaljata ħafna. Naturalment hawn m’aħniex nitkellmu dwar eżerċizzju strappazzanti imma dwar mixja ta’ nofs siegħa kuljum b’pass moderat. Meta t-temp ikun jippermetti, anki l-għawm jagħmel tajjeb ħafna, speċjalment jekk il-vini tar-riġlejn jibdew jikbru u jintefħu. Wieħed forsi għandu jevita r-rota jew il-ġiri. Tajjeb li dejjem nikkonsultaw mattabib tagħna minħabba li l-ebda każ mhu bħal ieħor.


Logħob • Claudia Cini

Novembru 2014 | 27

Mimdudin 1. L-ewwel numru li jitla’ fil-lottu (5) 3. Delizzju ta’ qbid ta’ tjur u għasafar (5) 6. Irtukkatur tas-sengħa fil-ġebel, l-injam, eċċ. (11) 8. Ikollok lilu fil-Magħmudija u fil-Griżma (7) 12. Valiġġa; bagoll (7) 15. Iġib il-paċi (11) 16. Mhux ġodda (5) 17. Ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser! (5) Weqfin 1. Suġġeriment (5) 2. u 9. Weqfin. Fired; ferraq (8) 4. Frott aċiduż (5) 5. F’din il-parti tal-Mellieħa ssib il-kappella tal-Kunċizzjoni (5) 7. Posterjuri (7) 9. Ara 2. Weqfin 10. Mhux misjur (3) 11. Xagħar twil miġbur fuq wara tar-ras (5) 12. Ballun ċkejken tal-ħġieġ (5) 13. Kittieb; kompożitur (5) 14. Min iħawwadha jkun jaf x’fiha! (5)

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa. A B C D E F G H I J K L M

B÷S F+K I-Y SxZ R-C A+O MxS G-D E+T U÷U H÷S CxZ L-T

13 5 12

N O P Q R S T U V W X Y Z

J+S E÷S V-J CxC O+M L÷W NxN P-C T+X L÷S E+N Q-T Y-E

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

17

Soluzzjoni ta’ Ottubru

Rebbieħ: A. Mifsud, il-Mosta

Mimdudin: 1. TOKKA, 3. SOPOP, 6. SPEĊJALMENT, 8. ANFIBJI, 12. ĊENAKLI, 15. KON-KATIDRAL, 16. ANIMA, 17. BAQAR. Weqfin: 1. TOSKU, 2. KRETA, 4. PRETI, 5. PUTIR, 7. ABITANT, 9. NOÈ, 10. JAL, 11. KOKKA, 12. ĊINJI, 13. IŻRAQ, 14. DULUR. Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Alfakodo

2

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Soluzzjoni ta’ Ottubru A 1 N 9

B 6 O 14

C 10 P 16

D 19 Q 4

E 3 R 11

F 21 S 18

G 25 T 20

H 23 U 7

I 15 V 24

J 2 W 13

K 22 X 17

L 8 Y 26

Rebbieħ: B. Busuttil, Baħar iċ-Ċagħaq

Għalliem: Isa, Oliver, għid il-verità. Jaqaw għamillek il-H.W. il-papà? Oliver: Le Miss. Kieku pprova jibdieh, imma kellha tkomplih il-mamà.

M 12 Z 5


Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

Novembru 2014 | 29

Basket Frott

KOMPETIZZJONI Nissuġġerixxu li t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom u wara jwieġbu l-mistoqsija. Ibagħtuha hekk: Flimkien, Komik, Kurja, PO Box 90, il-Marsa. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Rebbieħ ta’ Ottubru: M. Mangion, Ħaż-Żebbuġ

ID-DENFIL • • • • • • • •

Huwa mill-istess familja tal-balena. Jikkomunika ma’ sħabu bil-ħsejjes u t-tisfir. Iż-żgħir jibqa’ ma’ ommu sa kważi tliet snin. Kapaċi jogħdos sa 1,000 pied fond. Jaqbeż ’il barra mill-ilma għoli ta’ 20 pied. Adult jiekol 14-il kilo ta’ ħut kuljum. Jgħix medja ta’ 17-il sena Jgħum bil-25 mil fis-siegħa.


30 | Flimkien

L-aħħar Paġna • Alfred Muscat

Talba mill-qalb O Mulej, int Feddej tiegħi, Għinni nerfa’ das-salib. F’waqtiet inħossu jgħaffiġni Imma hemm dlonk lilek insib!

Issa aħjar nieqaf ingerger u ma nkunx wisq negattiv, biex b’kuraġġ nerġa’ nimtela u nsir aktar pożittiv.

Nitolbok tini l-paċenzja nissaporti dal-waqtiet. Uġigħ, telqa u anki għeja, ngħaddi minnhom ta’ sikwit.

Indur lejk, O Ġesù Msallab. B’fidi ngħidlek: Jekk int trid, din il-ġlieda jien nirbaħha, ma nibqax aktar marid.

Ħruq ta’ stonku w d-dijarea, saħħti jdgħajfu xi waqtiet. L-immunità tiġini baxxa u d-deni malajr jiżdied.

Dal-kalċi f’idejk inħalli. Tista’ tbiegħdu int jekk trid. Inti biss il-Ħallieq tiegħi, Inti biss ta’ ħajti s-Sid.

Testijiet ikolli nagħmel, X-rays u xi tilqimiet. Demm malajr jibdew jeħduli, biex jaraw din minn xiex ġiet.

Lilek nitlob minn qiegħ qalbi, Ommna, Sidtna Marija. Biex taqlagħli din il-grazzja, u biex int tidħol għalija.

Meta l-kawża isibuli, il-mediċina dlonk tiżdied. Għalkemm dawn jagħmluli tajjeb, jagħmlu l-ħsara f’xi waqtiet!

Fl-aħħar nett, Mulej, nitolbok, biex il-fidi tkattar fija, u hekk nista’ nirrifletti l-imħabba tiegħek għalija.

Minn dit-triq hemm bżonn li ngħaddi, kemm bit-tlajja’ u kemm bl-inżul. Biex infiq mill-kundizzjoni u dil-marda le ittul.

Nittama lilkom li qrajtu bi kliemi ma dejjaqtkomx. Ktibthom biss b’tama waħda, li l-fidi fiH ma tonqoskomx.


Photo by Photocity

Will be returning to p r e s e n t a

Christmas ConCert o n s at u r d ay 29 t h a n d s u n d ay 30 t h n ov e m b e r at t h e C at h o l i C i n s t i t u t e tickets (at ₏50 and ₏30) are available from www.istitutkattoliku.com or at the Catholic institute booking office: 2203 9506, 2123 8429


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Flimkien Novembru 2014 by Archdiocese of Malta - Issuu