Flimkien Frar 2016

Page 1

Newspaper Post

Frar 2016 | Numru 135

Tħobb tiġbed ritratti?

Il-Pupazz 9

Innu tal-Ġublew bil-Malti 6

Ir-raġel li jħobb jikteb fit-trab 30

10

Sfida ta’ 40 ritratt ma’ #Randan2016

Tifsir tal-kliem u l-istruttura tal-Innu tal-Ġublew tal-Ħniena

Minn bla sinsla reġa’ ħa l-ħajja

Kont kważi sirt ommok! 13 Ittra minn mara lil “tarbija” li għal ftit ma saritx “bintha”.

Mid-djarju ta’ min iltaqa’ ma’ Wiċċ il-Ħniena


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

L-Gœid æewwa

Lourdes Full Board u b’titjiriet diretti lejn Lourdes INŸURU Lourdes, Betherram, St. Jean de Luz, Col d‘Ibardin & Pont d’Espagne

¢563

minn

23-28 Marzu

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Head Office - Tel: 2124 1904 Valletta Branch - Tel: 2123 8039, 2124 5418 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Editorjal • Dun Anton Por telli

Ritratt ta’ veru

I

llum, iżjed minn qatt qabel, tista’ tipproduċi ritratt tiegħek innifsek li jurik mhux kif inti imma kif tixtieq tkun: isbaħ jew itwal jew b’aktar xagħar jew bla tikmix jew bid-daħka fuq wiċċek. Kultant aħna ma niħdux gost naraw lilna nfusna kif verament aħna: ma nindunawx kemm għandna kwalitajiet sbieħ, kemm għandna ħiliet, kemm nafu nħobbu, inħennu, ngħinu, naqsmu ma’ ħaddieħor. Ritratt veru ma jurix biss dak li jidher minn barra imma dak kollu li jiena jiena. Dan ir-ritratt jista’ jkollu biss min ikun jafna sewwa, min ikun iħobbna, min ikun għamilha magħna. Dan ir-ritratt veru huwa dak li jżomm f’qalbu l-Mulej Ġesù li jafna kif aħna, li jħobbna kif aħna u li ma jridx li nippruvaw inkunu foloz miegħu. U għalhekk bis-sinċerità kollha miegħu mmorru quddiemu bla biżà, bla mistħija u biċ-ċertezza li hu jħobbna kif aħna u jilqagħna b’idejh miftuħa. Ma ninsewx li hu jimla bil-qawwa tiegħu lil dawk li huma żgħar, dgħajfa u mwarrba. Din hi l-ħniena ta’ Alla li dehret f’Ġesù.

Seminar ta’ ġurnata għal kulħadd Il-Ħadd 14 ta’ Frar mill-10am sal-5pm Niltaqa’ ma’ Ġesù Imexxu Fr Mario Abela osa u Fr Noel Debono osa Augustinian Retreat House, Pjazza Santu Wistin, Victoria, Għawdex Facebook: Augustinians Malta Għal aktar informazzjoni: Fr. Terence Spiteri osa, terencespiteri@gmail.com, 9984 4628 Ikun hemm child care għat-tfal matul il-ġurnata kollha.

Frar 2016

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

K E L M A TA ’ F R A N Ġ I S K U

L-imħabba ta’ Alla aqwa mill-ħażen! Kemm huwa ta’ ferħ kbir li nista’ nagħtikom din l-aħbar: Kristu rxoxta! Nixtieqha tidħol f’kull dar, f’kull familja, speċjalment fejn hemm it-tbatija, fl-isptarijiet, fil-ħabsijiet. Fuq kollox, nixtieqha tidħol fil-qlub kollha għaliex huwa hemm li Alla jrid jiżra’ din l-Aħbar Tajba: Ġesù rxoxta! Għalik hemm it-tama. M’għadekx aktar taħt il-ħakma tad-dnub, tal-ħażin. Rebħet l-imħabba! Rebħet ilħniena! Il-ħniena ta’ Alla dejjem tirbaħ!... Xi tfisser li Ġesù qam mill-imwiet? Tfisser li l-imħabba ta’ Alla hija aqwa mill-ħażen u mill-mewt stess; tfisser li l-imħabba ta’ Alla tista’ tibdlilna ħajjitna, u twarrad dawk l-oqsma ta’ deżert li hemm fi qlubna. (31 ta’ Marzu, 2013)


Appell mill-ACN fis-Sena tal-Ħniena

Inti lest li tgħin lil ħutna ppersegwitati? Aktar minn 1,825,000 Kristjan fis-Sirja u l-Iraq kellhom għażla: jew li jikkonvertu għall-Islam, inkella jitilqu u jħallu kollox warajhom... jew jinqatlu. Issa qed jgħixu ’l bogħod minn djarhom fost tbatija u faqar kbir.

Huma tilfu kollox għal Kristu. Dawn jeħtieġu t-talb u l-ġenerożità tiegħek.

Int kif lest li tgħin?

Tista’ tgħin billi tingħaqad flimkien mal-familjari, mal-ħbieb u ġirien tiegħek u tagħti soljiev lill-Familji Kristjani. Għal aktar informazzjoni ibagħtilna email fuq info@acnmalta.org jew billi ċċempel 21487818. Aid to the Church in Need (Malta) 39b, Mdina Road, Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: info@acnmalta.org

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need is a Pontifical Foundation of the Catholic Church and registered in Malta as a Foundation regulated by the second schedule of the Civil Code Chapter (16) of the Laws of Malta.


Frar 2016 | 5

Mhux biżżejjed niċċelebraw il-wasla tiegħu!

D

in is-sena, il-Bidu tar-Randan se jaħbat l-10 ta’ Frar, meta niċċelebraw in-nawfraġju ta’ Missierna San Pawl. Niċċelebraw il-wasla tiegħu, u forsi ftit nagħtu kas x’seta’ qalilna meta kien hawn. Din is-sena għandna opportunità mill-isbaħ biex nirriflettu u ngħixu dak li wasslilna San Pawl. Ir-Randan jagħtina dan iċ-ċans b’qawwa ikbar. San Pawl wasslilna l-wiċċ tal-ħniena ta’ Alla li hu Ġesù stess. In-nies ta’ Malta tħassru lilu u lil sħabu u għenuhom. Iżda Pawlu tħassarhom ukoll għax, bħal Ġesù, rahom bħal nagħaġ bla ragħaj (Mark 6, 34). Bħal Ġesù, fejqilhom il-morda tagħhom (Mattew 14 u Atti 28). Iżda żgur ukoll, kif kien jagħmel Ġesù u kif kien imdorri jagħmel kull fejn kien imur, ħasbilhom għal dak li kellhom bżonn l-iktar biex itejbu ħajjithom u jimxu ’l quddiem: beda jgħallimhom ħafna ħwejjeġ (Mark 6:34). Id-direzzjoni li tana Ġesù permezz ta’ San Pawl hija l-pedament tal-messaġġ tarRandan. L-ewwel u qabel kollox, li naċċettaw il-ħniena ta’ Alla. Dan ma jfissirx biss li jiddispjaċina imma wkoll li nilqgħu l-maħfra u nibdew mill-ġdid. Ifisser li nħennu wkoll għalina nfusna u naħfru lilna nfusna. Is-sens ta’ ħtija jorbotna bħal ankra; biex nimxu ’l quddiem irridu nkunu ħielsa minn kull xkiel, inkluż dak li jorbotna mal-passat tagħna. Għalhekk, is-Sagrament tal-Qrar jeħlisna wkoll mis-sens tal-ħtija. Dan hu meħtieġ biex bil-grazzja ta’ Alla ngħaddu għall-impenn li nħennu għal xulxin. Kif? Ir-risposta jagħtihielna Ġesù stess: “Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” (Ġwanni 15:12). Fil-konkret, billi nitimgħu lil

min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, inlibbsu lill-għarwien, inżuru l-morda u l-ħabsin u nidfnu lill-mejtin, nagħtu parir tajjeb lill-ħosbiena, ngħallmu lil min ma jafx, inwiddbu lill-midneb, infarrġu lillimnikket, naħfru lil min jonqosna, nieħdu paċenzja b’min idejjaqna u nitolbu għallħajjin u l-mejtin. L-eżempju u l-għajnuna biex nagħmlu dan jagħtihulna Ġesù meta nilqgħu mħabbtu u nimxu fuq il-passi tiegħu. Ir-Randan huwa żmien meta, f’rabta ma’ Alla li tiġi mit-talb, bit-trażżin talemozzjonijiet tagħna u mingħajr daqq ta’ trombi, nilqgħu l-ħniena mingħand Alla u nuru ħniena mal-oħrajn. Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

1%

L-aktar għonja fid-dinja għandhom ġid daqs idl-oħra.

99%

L-aktar

62

persuna għonja fid-dinja għandhom ġid daqs tal-popolazzjoni tad-dinja.

50% Sors: Oxfam


6 | Flimkien

C . B o r da

Roddu ħajr lill-Missier għax hu tajjeb Id-dinja ħalaq bil-għerf tiegħu Lill-poplu jmexxi matul iż-żmie n Jaħfer u jilqa’ ’l uliedu miegħu . Roddu ħajr lill-Iben feddej talġnus Li ħabb lil kulħadd b’qalb bħa l tiegħu Biex inpattulu għal dak li hu tana Niftħu qalbna għal min hu filbżonn.

L-Innu tal-Ġublew bil-Malti

I

r-responsum, li jiġi rrepetut wara kull linja tal-versi jgħid: “in aeternum misericordia eius” (l-imħabba tiegħu għalina hi għal dejjem). Ir-ritornell li jiftaħ l-innu huwa: “Misericordes sicut Pater” (Ħanina bħallMissier - Lq 6:36) li huwa wkoll il-motto talĠublew tal-Ħniena. It-test oriġinali tal-innu hu tal-Ġiżwita P. Eugenio Costa. Il-mużika, magħżula wara konkors apposta, hi talkompożitur Kattoliku Ingliż, Paul Inwood. Il-kliem bil-Malti nkiteb minn C. Refalo. Hu innu sempliċi, fuq l-istil ta’ Taizé. Kien propju għalhekk li ntgħażel, biex l-assemblea titgħallmu malajr u tkantah. Jekk wieħed jaqra l-istrofi malajr jinduna li fl-innu hemm struttura teoloġika, u l-bażi tat-teoloġija Nisranija hi t-Trinità. L-ewwel tliet strofi jfakkruna li l-ħniena mogħtija mill-Missier tgħaddi mill-Iben permezz talIspirtu s-Santu (fl-innu mmarkati b’tipa ħoxna). Ir-raba’ strofa tirreferi għalina l-bnedmin, għad-dinja u l-ġrajjiet tagħha. It-Trinità twegħedna l-paċi u l-ferħ tal-qalb, għax is-saltna ta’ Alla mhix ħolma imma

Roddu ħajr għas-seba’ doni talIspirtu s-Santu l-għajn tat-tajjeb u ħelu mistrie ħ ifarraġna biex oħrajn infarrġ u b’imħabba u tama hekk nagħtu h ġieħ. Nitolbu l-paċi lil Alla tas-sliem Id-dinja tistenna l-Vanġelu tas -Saltna Il-maħfra u l-ferħ fil-qalb taċ -ċkejknin Arawh se jġedded is-smewwiet u artna. għandha l-għeruq tagħha hawn, fid-dinja. L-aħħar linja ta’ kull strofa tirreferi għal siltiet mill-Iskrittura (fl-innu qed nimmarkawhom fil-korsiv biex niftiehmu aħjar). Pereżempju fl-aħħar vers tal-ewwel strofa naqraw: “Jaħfer u jilqa’ ’l uliedu miegħu” – referenza għall-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa (Lq 15:1-7). L-aħħar vers tat-tieni strofa: “Niftħu qalbna għal min hu fil-bżonn” jirreferi għall-opri talħniena li nsibu fil-vanġelu ta’ San Mattew (Mt 25:31-40). Fit-tielet strofa, l-aħħar vers huwa: “b’imħabba u tama hekk nagħtuh ġieħ” (Korintin 13). L-aħħar vers tar-raba’ strofa jispiċċa: “Arawh se jġedded is-smewwiet u artna” (Apokalissi 21:1). Kemm ir-ritornell kif ukoll ir-responsum huma bil-Latin. Fejn ikun hemm kongregazzjoni magħmula minn nies ta’ ilsna u kulturi differenti, bħalma jkun hemm spiss fil-Vatikan, il-Latin jista’ jgħin għax kulħadd ikollu jitgħallem biss żewġ versi sempliċi li jiġu rripetuti ħafna drabi. Il-bqija jiġi tradott billingwa tal-pajjiż.


Frar 2016 | 7

L-Ewkaristija 70. Liema hu l-akbar Sagrament tal-Knisja? L-akbar Sagrament tal-Knisja hu l-Ewkaristija: l-ikla mqaddsa li hi s-sinjal tal-għaqda fl-imħabba tal-Knisja, u li fiha titwettaq din l-għaqda. F’din l-ikla jiġi mġedded is-sagrifiċċju ta’ Kristu u tibda titwettaq minn issa l-għaqda tal-bnedmin bejniethom fis-Saltna li għad trid tiġi. 71. Liema misteru tal-Knisja hu mfisser u mwettaq fl-Ewkaristija? Il-misteru tal-Knisja li jitfisser u jitwettaq fl-Ewkaristija hu l-konsagrazzjoni talofferti tagħna li permezz tagħhom il-ġisem u d-demm ta’ Ġesù Kristu saċerdot – issagrifikat biex ikun l-ikel spiritwali tagħna – huma preżenti sagramentalment taħt ix-xbihat tal-ħobż u l-inbid. 72. Liema misteru tal-grazzja hu mfisser u mwettaq fl-Ewkaristija? Il-misteru tal-grazzja li hu mfisser u mwettaq fl-Ewkaristija hu l-għaqda tad-dixxipli ta’ Kristu fl-ispirtu tal-karità. 73. Meta ġiet iċċelebrata l-ewwel Ewkaristija? L-ewwel Ewkaristija ġiet iċċelebrata flAħħar Ikla, meta Ġesù, qabel ma ġie mogħti għall-mewt – mewt li aċċetta minn rajh – ħa l-ħobż, radd il-ħajr u ta ġieħ lil Missieru, qasam il-ħobż, tah lid-dixxipli u qal, “Ħudu u kulu lkoll minn dan, għax dan huwa ġismi li jingħata għalikom.” Hekk ukoll, wara l-ikla, ħa l-kalċi, reġa’ radd il-ħajr, ta lid-dixxipli

tiegħu u qal, “Ħudu u ixorbu minnu lkoll, għax dan huwa l-kalċi ta’ demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem, id-demm li jixxerred għalikom u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” 74. X’jiġri mill-ħobż u mill-inbid fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija? Fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, meta l-qassis li jkun qed imexxi ċ-ċelebrazzjoni jtenni l-kliem ta’ Ġesù, il-ħobż u l-inbid jiġu kkonsagrati bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u għalhekk ma jibqgħux iżjed ħobż u nbid iżda jsiru l-ġisem u d-demm ta’ Kristu nnifsu li jkun tassew preżenti għalina. 75. Meta l-ħobż ikkonsagrat jinqasam, jew jiġi mgħolli ’l fuq, dawn il-ħwejjeġ jiġru lil Ġesù nnifsu? Le. Dawn il-ħwejjeġ jiġru biss lix-xbihat li huma sinjal li Ġesù hu preżenti u li permezz tagħhom Ġesù jkun tassew preżenti. 76. L-Ewkaristija hi sagrifiċċju? L-Ewkaristija hi sagrifiċċju, għax fiha Ġesù Saċerdot iġedded u jwettaq b’mod sagramentali l-għotja tiegħu nnifsu lillMissier bħala s-sagrifiċċju ewlieni u sħiħ għas-salvazzjoni tal-bnedmin. Fil-ħarġa li jmiss intemmu l-parti dwar l-Ewkaristija u nibdew dwar il-Magħmudija. Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.


Starting from

â‚Ź8,999

(Incl. Scrappage Scheme)

Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 25969641/3 Mob: 99991666 Email: info@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt

0%

D AV EPO AIL SIT AB LE

www.suzuki.com.mt


M argaret B o rg

Frar 2016 | 9

Il-Pupazz Kif minn bla sinsla reġa’ ħa l-ħajja

R

ajtu f’ħanut tal-ornamenti, f’borża tal-plastik mgħaffġa. Pupazz li donnu ħadd ma kien ta kasu. Ġbartu mill-ixkaffa u flejtu: barnuża ħamra, wiċċ espressiv, daqna mgerfxa, ġakkettina blistess lewn tal-barnuża, qalziet aħdar piżella. Tmien ewro. Ħallast u tlaqt id-dar. Fi triqti lura kont diġà fassalt kif u fejn se npoġġih: f’ħoġor it-tieqa li għadni kif ftaħt fit-taraġ! Imma minkejja l-wiċċ sabiħ li kellu, dalpupazz kellu xi ħaġa nieqsa: ma setax jieqaf bilqiegħda jew bilwieqfa! Seta’ joqgħod biss mimdud. Tgħid indendlu bi spaga? Le, inkella jkun qisu hemm xi ħadd jikkontrollah. Imbagħad ħsibtha! Sibt biċċtejn irħamiet żgħar u daħħalthomlu fid-dahar talġakketta. B’hekk dan il-karattru ġdid ġo dari ddritta u qam bilqiegħda. Ħarist lejh b’sodisfazzjon, tbissima fuq fommi. B’ferħ ta’ tifla żgħira, ġibt sellum millbitħa u tlajt inserrħu f’ħoġor it-tieqa. U meta tellajtlu sieq fuq oħra, deher tassew kuntent u paxxut. It-tektik tat-takkuna barra t-triq dawwarli ħsibijieti. Infetaħ il-bieb. Kienet l-għażiża binti Sara. Ħarist ’il fuq lejn il-pupazz, biex bħal indawrilha ħarsitha lejh. Milli jidher għoġobha wkoll. Hekk kif marret f’kamritha biex tistrieħ, ħakmuni ħsibijiet oħra. Ilpupazz qabbiltu magħha. Minn moħħi għadda bħal xenarju ta’ dak li kien ġara ftit snin qabel. Għeja mentali kienet filġet lillgħażiża binti. Għaddiet minn żmien meta kienet tqatta’ ħafna ħin f’sodditha; xejn ma baqa’ jinteressaha u jferraħha. “Ma, kif se ninqala’ minn dan l-istat?”

Dak iż-żmien ma kellix risposta, avolja xtaqt inweġibha. Illum naf li bl-imħabba u l-kuraġġ tal-familja u l-ħbieb, bit-terapija meħtieġa tal-professjonisti, u bil-għajnuna tal-ħanin Alla, binti fl-aħħar inqalgħet minn dak l-istat ikrah. Kulħadd jista’ jiġrilu hekk. Importanti li tibqa’ temmen, tittama u tappoġġja. Flaħħar tara d-dawl. Min ifittex b’qalbu kollha, iva, isib. Ħafna kienu qatgħu qalbhom minn binti, imma jien bqajt niżra’, u fl-aħħar ħsadt. It-trasformazzjoni tal-pupazz minn mifluġ għal wieħed bilqiegħda paxxut fit-tieqa tfakkarni f’dawk kollha li l-ħajja filġithom u għandhom bżonn saħħa ġdida fis-sinsla tagħhom biex jerġgħu jħarsu ’l quddiem u jqumu fuq saqajhom it-tnejn. Min jaf kemm niltaqgħu ma’ nies li forsi b’dik il-kelma jew ħarsa ta’ mħabba nkunu qed inpoġġulhom dik l-irħama f’daharhom biex niddrittawhom! U int ħabib, ġieli bi kliemek jew għemilek ħassejt li kont ta’ sinsla ġdida għal xi ħadd? Nawguralek li jekk xi darba f’ħajtek tkun int li tħoss il-bżonn, issib min jgħinek tieħu ftit kulur, tagħti togħma ġdida fir-riċetta ta’ ħajtek, u jerfgħek ’il fuq. Nisma’ l-ħoss tal-karozza ta’ żewġi. Wasal mix-xogħol. Jien u żewġi, żewġi u jien, nerfgħu lil xulxin kuljum fil-ħajja u nerfgħu magħna bl-imħabba u l-appoġġ lill-erba’ wliedna. Inkunu ta’ sinsla għal xulxin hekk kif jisbaħ jum ġdid. Żewġi jdaħħal il-karozza fil-garaxx u jidħol id-dar bit-tisfira tas-soltu. U jien ukoll nilqgħu bħas-soltu: tbissima u platt sħun. La għandna lil xulxin ma jonqosna xejn.


S ilvana C ar d o na

10 | Flimkien

R b b o Tħ

tiġbed ritratti? Trid tidħol għall-isfida ta’ 40 ritratt ma’ #Randan2016?

eġa’ wasal ir-Randan. Diġà qed nisma’ lil ommi u n-nanniet itanbruli biex nagħmel xi tip ta’ sagrifiċċju matul dawn l-erbgħin jum. Uff xi dwejjaq! Dejjem l-istess! Ma tistax tiekol laħam, ħelu u dik iċ-ċikkulata li tant inħobb! Imma din is-sena beħsiebni nagħmel xi ħaġa differenti. Beħsiebni nieqaf ftit mill-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum u ndur dawra miegħi nnifsi, u niċċekkja dak li qed nagħmel u kif u b’liema mod qed nagħmlu. B’hekk nista’ nħares ’il quddiem u lil ħajti nagħtiha direzzjoni biex tqarribni aktar lejn Alla. Biex nagħmel dan se nimpenja ruħi li nagħmel xi ħaġa kuljum permezz tal-aktar ħaġa li nħobb nagħmel fil-ħin liberu tiegħi: niġbed ir-ritratti. Iva, f’dawn l-erbgħin jum se nirrifletti dwar xi tema partikolari u niġbed ritratt tagħha biex imbagħad nagħmel album żgħir b’xi ħsibijiet dwarha. Probabbli ntellagħhom fuq l-internet ukoll biex ningħaqad ma’ żgħażagħ bħali li qed jagħmlu din l-isfida ta’ 40 ritratt għal żmien ir-Randan (#Randan2016) u flimkien noqogħdu narawhom u nikkummentaw fuqhom. Din hija l-lista li dwarha se niġbed irritratti għal kull jum. Ingħaqad miegħi inti wkoll! 1. Ras ir-Randan - Ritratt tal-irmied li jagħmilli s-saċerdot fuq rasi. Nikteb: “Ftakar li trab kont u trab trid terġa’ ssir.” 2. Ritratt ta’ xi ħaġa vjola, il-kulur li jintuża fir-Randan fil-knisja. 3. Ritratt ta’ xi sagrifiċċju li se nagħmel. 4. Ritratt tal-Bibbja li nħobb naqra minnha. 5. Il-poster tal-eżerċizzji spiritwali li se nattendi. 6. Ritratt ta’ konfessjonarju. Nikteb kif inħossni wara li nqerr.


Frar 2016 | 11

7. 8. 9. 10.

11.

12.

13. 14. 15.

16. 17. 18.

19. 20. 21. 22.

23.

24.

Ritratt ta’ tabernaklu. Nikteb x’inħoss quddiem il-preżenza tiegħu. Ritratt tal-knisja fejn se nisma’ quddiesa, avolja mhux il-Ħadd. Ritratt ta’ sigaretti jew alkoħol li ma ħadtx. Il-laptop / tablet / televixin. Se nnaqqas il-ħin fuqhom u ngħaddih nitkellem mal-familja. Ritratt tal-post fejn kont sejjer jew il-flus li kont se nonfoq, u minflok nagħtihom karità. Ġesù spiss kien imur fuq il-muntanji biex jitlob. Insib post fl-għoli u niġbed ritratt waqt li ngħid talba jew naqra xi silta mill-Vanġelu. Ritratt ta’ CD b’songs li nħobb nisma’ matul dan iż-żmien. Ritratt qed ngħannaq lil xi ħadd bħala sinjal ta’ maħfra. Ritratt tal-laħam, għaġin, pakketti li qgħadt lura minnhom, u se ngħaddihom lil xi ħadd fil-bżonn. Ritratt ta’ arloġġ. Ngħaddi ħin inżur lil anzjan jew marid l-isptar jew f’home. Il-ħwejjeġ li ma xtrajtx u flushom tajthom lil xi ħadd fil-bżonn. Bieb ta’ ħabs. Ritratt tat-talba li ngħid għall-bżonnijiet tal-inmates jew talpageant li jsir minnhom f’dawn il-jiem. Ritratt tal-Via Sagra li se nagħmel. Ritratt ngħidu r-rużarju mal-ħbieb jew il-grupp jew il-familja. Ritratt juri li qed nilqa’ lil xi ħadd ġdid jew barrani f’ħajti. Ritratt tal-kafè jew drink li se nieħu ma’ persuna li normalment ma ssibx ma’ min toqgħod. Qalb li qlajt jew tajt f’San Valentinu. Nikteb messaġġ ta’ mħabba għal min din ma jafx xi tfisser. Ritratt ta’ post kwiet. Nikteb xi jfisser għalija l-kwiet.

25. Borża b’affarijiet bażiċi u bżonnjużi ta’ kuljum li se nagħti lil xi ħadd. 26. Dar/Istitut, fejn nixtieq noffri ħini u l-għajnuna tiegħi fir-Randan. 27. Ritratt tas-siġra li nħobb jien biex tfakkarni fil-bidla li siġra ġabet fil-ħajja ta’ Żakkew u fis-siġra li l-injam tagħha ntuża biex sallbu lil Ġesù. 28. Ġesù fejjaq ħafna morda f’ġisimhom jew ruħhom. Nieħu ritratt ta’ xi fejqan u nikteb xi jfisser dan għalija. 29. Ritratt ta’ xemgħa b’simbolu li juri li Ġesù huwa l-uniku dawl li jmexxini. 30. Ritratt ta’ ħobż u l-inbid. Nitlob għal min għadu ma japprezzax l-Ewkaristija. 31. Ritratt ta’ arloġġ juri l-ħin tat-tlieta. Niftakar f’Ġesù li miet dan il-ħin. 32. Imsiemer jew xewk, li jfakkruni fittbatija ta’ Ġesù. Nipprova ma nkunx xewka għal ta’ madwari. 33. Idejn jitolbu. Insib ħin biex nitlob kuljum. 34. Ritratt ta’ ħaruf, simbolu ta’ Ġesù, ilĦaruf tal-Għid. 35. Weraq tal-palm jew żebbuġ, b’tifkira ta’ Ħadd il-Palm. 36. Ritratt taż-żjut li jitbierku fil-katidral f’Ħamis ix-Xirka. 37. Il-ġarra tal-ilma li tintuża fil-ħasil tar-riġlejn f’Ħamis ix-Xirka. Nikteb xi jfisser l-ilma għalija. 38. Ritratt ta’ riġlejn. Kif nista’ bħal Ġesù ‘naħsel’ riġlejn ħaddieħor? 39. Ritratt ta’ salib għażiż għalija. 40. Sibt il-Għid - Ritratt tan-nar fil-bieb talknisja li minnu jinxtegħel il-blandun. Insegwi sew u nirrifletti dwar dak kollu li jsir f’dan il-lejl qaddis. 41. Ħadd il-Għid - Ritratt ta’ statwa jew stampa ta’ Kristu Rxoxt. Nirringrazzja lil Ġesù li bil-mewt u l-qawmien tiegħu salvani u tani ħajja li ma tintemm qatt.


OLD RAILWAY TRACK S a n ta V e n e r a

Enhancing luxury with an affordable Mediterranean flair. Old Railway Track, Santa Venera | +356 2147 2241 | bridgepoint.com.mt


Frar 2016 | 13

Save The Embryo Protection Act Malta

Kont kwazi

sirt ommok!

G

ħandi 39 sena. Nisranija. Vittma ta’ abbuż fiżżwieġ. Isseparajna sentejn ilu. Fortunatament, nista’ ngħid, ma kellniex tfal. Naħdem fis-settur tal-edukazzjoni u nissapportja tfal b’diffikultajiet biex jitgħallmu. Inġorr fuq ġismi marki li għamluli tfal li huma emozzjonalment disturbati u li jien ippruvajt ngħin. Għal għoxrin sena sħaħ ippruvajt ngħin tfal li batew konsegwenzi ta’ deċiżjonijiet li ħadu l-adulti. U jien, kulma ridt għalija nnifsi kienet ħaġa waħda: li jkolli binti, u nrabbiha billi nuża dak kollu li tgħallimt matul is-snin. Għalhekk tajt l-ewwel passi fit-triq biex insir omm. Ferħana se ntir li se nkun nista’ nġorr u nrabbi tifla li ma se jkun jista’ jeħodhieli ħadd. Kont qed nistenna li nibda mill-bidu nett u nkun nista’ nħobbha u nagħtiha l-aqwa li stajt nagħti. Għalhekk b’kura kbira għażilt id-donatur tal-isperma. Għamilt it-testijiet kollha. Imlejt il-formoli kollha wkoll. U xtrajt vial wieħed (vażett żgħir tal-ħġieġ). Tkellimt mal-

obstetrician dwar iċ-ċiklu tiegħi biex ikun għal-lest. U propju l-lejl li għadda sibt il-websajt AnonymousUs. org. Qrajt storja wara l-oħra dwar persuni adulti mimlijin diqa: adulti li xi darba tnisslu minn donatur tal-isperma u omm li ma jafux min hi; b’diqa kbira f’qalbhom għax ma jafux l-għeruq ġenetiċi u soċjali tagħhom. Qrajt dwar drittijiet umani kkalpestati, drittijiet umani ta’ tfal li qed jinħolqu. Qrajt dwar ix-xebh li hemm bejn ix-xiri tal-isperma u t-traffikar talbnedmin. U bkejt. Qatt ma kont tajt kas ta’ dan. Nammetti li qasmuli qalbi, u ddeċidejt li ma rridx inweġġa’ persuni oħra b’dal-mod. Għalhekk, lilek, għażiża persuna li qatt m’jien se nġorr taħt qalbi, irridek tkun taf li jien inħobbok aktar milli nħobb lill-istess ħajti. Inħobbok aktar milli nħobb lili nnifsi jew il-kuntentizza tiegħi jew il-fulfillment tiegħi. Inti prezzjuża wisq biex tinġieb f’din id-dinja mgħobbija daqshekk kmieni b’uġigħ f’qalbek. – Inħobbok! Mingħand dik il-mara li kważi saret ommok.

Storja mibgħuta lil AnonymousUs.org.


14 | Flimkien A lfre d G auci To nna

Sejħa għal kitbiet bl-Ingliż

Call for writings in English

H

ave you ever written something but kept it in your drawer? Have you ever thought of writing something but never did? We are currently looking for writings and images which somehow speak faith. A story, a poem, a paragraph, a quote, a reflection, a letter, a comic strip, a painting, a photo. This initiative is open to persons – whether lay or consecrated – of all ages (under-18s to include consent form from parents/ guardians). Writings can be short or long (maximum 700 words). Eligible writings will appear in the upcoming website – Universe of Faith. Universe of Faith will offer you an opportunity to be accompanied in your faith through a virtual medium​. It is​aimed particularly at young European Catholics (1835) who consider themselves to be believers but who do not consider themselves as really belonging to the Church and at those who see themselves as somehow ‘Christian’ but do not see themselves as really believing what the Church believes.​Universe of Faith is an initiative of the Pastoral Formation Institute. Send your material on pfimalta@gmail.com or to Pastoral Formation Institute Catholic Institute, St Publius Street, Floriana FRN 1441 by 29 February

Tormented by Tinnitus Lord give me permission to shoot the birds in my ears. Their non-stop noise is driving me bonkers. It’s only when I fall asleep that the noise goes away. In fact, apart from those in pain, no one appreciates a good night’s sleep more than tinnitus sufferers. Sleep, for them, is a welcome break from a constant irritation. I call tinnitus a ‘permanent noise pollution’ that cannot be stopped. It is only through a miracle that it can cease What do tinnitus sufferers have in common with birds and crickets? Their noise is ever present in their ears! The lonely suffer from it more. Some interaction with others diminishes its intensity. Two loads I feel upon my back when this tormentor called Tinnitus triggers its neighbour – called Depression! There’s nothing science can do to cure tinnitus. The only remedy is to keep yourself busy. Tinnitus is so bothersome that some people even end their lives because they cannot stand it any longer. But let me not give up, Oh Lord, as there could be others who, somehow, are worse off than me. P.S. The only good that has come out of my tinnitus is writing this article to remind fellow sufferers not to give up but to keep challenging the condition by being active. Lying still makes it even harder to endure the tormentor in your ears.


ĦU KONTROLL! ĦILIET GĦAL MIN GĦANDU KUNDIZZJONI

Wieħed minn kull żewġ adulti qiegħed jgħix b’kundizzjoni kronika bħal ma’ hu l-mard tal-qalb, id-dijabete, l-artrite, u l-ażżma. L-Awto-ġestjoni huwa terminu li jkopri firxa sħiħa ta’ affarijiet li wieħed jista’ jagħmel meta qiegħed jgħix b’kundizzjoni kronika. Li tgħix b’kundizzjoni jinvolvi iktar minn sempliċement immaniġġjar mediku. Dan jirrekjedi wkoll adattament fil-mod li aħna ngħixu l-ħajja ta’ kuljum u l-ġestjoni talimpatt fuq l-emozzjonijiet tagħna. Li jkollok għarfien fuq il-kundizzjoni tiegħek, li tkun kapaċi tirrikonnoxxi u timmaniġġja l-impatt emozzjonali, u li tkun kapaċi u lest li tagħmel adattament fil-mod li tagħmel l-affarijiet ta’ kuljum, jgħin sabiex tkun tista’ tgħix ħajja ta’ sodisfazzjon.

snin tipprovdi sapport u edukazzjoni fuq l-Awtoġestjoni lil individwi b’kundizzjonijiet kroniċi.

Matul ix-xahar ta’ Novembru tal-2015, idDirettorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard b’kollaborazzjoni madDipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja, offra t-taħriġ lil 18-il parteċipant (li kienu selezzjonati), sabiex ikunu mħarrġa bħala trainers għal korsijiet ta’ Awto-ġestjoni (ffinanzjat partjalment mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropeja). It-taħriġ ġie mwettaq minn Self-management (UK), li hija waħda mill-ftit għaqdiet internazzjonali li ilha

Kull ġimgħa inti ħa tara aspett differenti talAwto-ġestjoni, minn dieta tajba għas-saħħa, l-eżerċizzju u r-rilassament sa kif tqassam l-affarijiet, kif tistabilixxi l-gowls u kif issolvi l-problemi. Fil-kors titagħallem ukoll ħiliet utli li jgħinuk tikkomunika aħjar mal-familja, malħbieb, mal-kollegi u mal-professjonisti tal-kura tas-saħħa tiegħek dwar il-kundizzjoni tiegħek.

Il-programm ta’ Awto-ġestjoni ħa jipprovdilek il-ħiliet u l-għodda li ħa jgħinuk timmaniġġja l-impatt li taf tħalli fuqek kundizzjoni kronika. Ħiliet ta’ Awto-ġestjoni jistgħu jkunu ta’ support għal persuni b’kull tip ta’ kundizzjoni kronika bħal l-ażżma, d-dijabete, l-mard tal-qalb, l-artrite, l-uġigħ kroniku, u ħafna iktar. Dan il-programm il-ġdid ħa jkun ipprovdut f’diversi kunsilli lokali f’Malta, bl-ewwel klassjiet jiġu offruti f’Marzu tal-2016 (ħa jibda fil-Mosta u f’Raħal Ġdid). Il-programm huwa twil sitt ġimgħat, b’sessjoni kull ġimgħa. Kull sessjoni għandha tieħu mhux iktar minn tlitt siegħat. Ilprogramm huwa offrut bla ħlas.

Joseph Grech Practice Nurse (Public Health)

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok, ċempel lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 2326 6000.


EURO TERM DEPOSIT ACCOUNT

3.00% p.a.* LIMITED OFFER *Gross of tax

ARE YOU 60 YEARS AND OVER? Account holder must be aged 60 and over, on account opening date • Interest payable monthly or annually • Interest cannot be added to capital and has to be credited to a savings or account held with APS Bank Ltd • Capital fixed for 10 years • Minimum deposit €5,000 Maximum deposit €50,000 • No fees • Offer valid for a limited period

facebook.com/apsban

2122 6644

k

apsbank.com.mt

values you can bank on

APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme.



18 | Flimkien

Dun H ecto r S cerri

Il-ġid tal-oħrajn,

mhux il-kumdità tiegħi

Jiswa wkoll, sabiex il-pjanti jiġu mħarsa u miżmuma f’saħħithom, li jkun hemm dejjem arja fis-sliem u l-kalma: u għalhekk inkeċċi minn ġo fija kull swied ta’ qalb, niket u diqa għaliex dawn ifissru arja mniġġsa u jekk iġebbdu fit-tul, il-pjanti jitgħaxxu u jitilfu s-sbuħija tagħhom. Minn Il-Ġnien Mistiku tar-Ruħ li tħobb lil Ġesù u lil Marija, 1843 Nipproponi li nipprattika l-virtù li nħobb ilproxxmu tiegħi, li npoġġi fil-ġenb il-kumdità tiegħi, u li nikkunsidra biss il-ġid tal-oħrajn. Il-Ġnien Mistiku, 1840 L-imħabba m’għandhiex biss takkumpanja l-azzjonijiet tagħna, imma għandha tagħtina l-ħajja u l-qawwa. (Il-Ġnien Mistiku, 1835) Fil-festa ta’ San Mikiel ... l-intenzjoni tiegħi hija li nirrinunzja għax-xewqat kollha tiegħi, daqslikieku kont mejta. L-intenzjoni tiegħi hi li naħdem bla qjies biex nibqa’, bla waqfien, fis-servizz ta’ Alla u tal-proxxmu tiegħi, billi naħrab kull għażż u nħaddan ix-xogħol iebes. Il-Ġnien Mistiku, 1836

Il-Beata Marija Adeodata Pisani twieldet Napli fl-1806. Wara sitwazzjonijiet ta’ diffikultà filfamilja, fl-1825 ġiet Malta ma’ ommha u marru joqogħdu r-Rabat, fejn saret midħla tas-Sorijiet Benedittini talImdina li magħhom issieħbet fis-16 ta’ Lulju, 1828. Għenet lill-foqra mhux biss materjalment imma wkoll billi kienet turihom kif jgħixu ħajja tassew Nisranija. Mietet fil-25 ta’ Frar, 1855 fl-Imdina. Ibbeatifikata minn Papa Ġwanni Pawlu II, fuq il-Fosos talFurjana, fid-9 ta’ Mejju, 2001. Nipproponi li ngħix kontinwament bil-ħsieb li kull ġurnata tista’ tkun l-aħħar waħda ta’ ħajti. Il-Ġnien Mistiku, 1839 Nitlob ’il-Mulej il-grazzja li ngħix u li mmut fil-pjaga tal-kustat ta’ Ibnu l-waħdieni. Nitlob ’il-Feddej li jferi l-qalb tiegħi, li jinkurunaha bix-xewk, u li jingasta s-Salib Imqaddes fiha, f’imitazzjoni tal-Qalb qaddisa tiegħu. Nittama li nikseb dan permezz tal-eżerċizzju kostanti tal-virtujiet li għex u li għallimna l-Imgħallem qaddis u l-Mulej tagħna. Il-Ġnien Mistiku, 1842 Bis-saħħa tat-talb, tax-xogħol u tal-imħabba, Adeodata saret nixxiegħa ta’ dak il-frott spiritwali u missjunarju li mingħajru l-Knisja ma tistax tipprietka l-Evanġelju. Mill-omelija ta’ Papa Ġwanni Pawlu II waqt il-Beatifikazzjoni, Mejju 2001


Frar 2016 | 19

F r C arl- M ari o S ultana

Mhux biex iżejnu biss!

X

i ħadd darba qal li Malta hija “Kattoliċissima”! Forsi ma kienx bogħod mill-verità għax f’ċertu sens tista’ taraha b’għajnejk. Biżżejjed tħares ftit madwarek u tara kif it-toroq tagħna mimlijin niċeċ u xbihat tal-qaddisin! Anki fid-djar tagħna nsibu xbihat li jfakkruna fil-ħajja tajba li għexu l-qaddisin tul ħajjithom fid-dinja u l-eżempji sbieħ li ħallewlna. Hawn ħafna familji li jieħdu ħsieb li x-xbihat tal-qaddisin fid-djar ikunu mżejna b’xi fjuri u xemgħa. Juru għożża u kura biex il-qaddisin u x-xbihat tagħhom jagħtuhom dak li jixirqilhom! Imma xi kultant, sfortunatament, nieqfu biss fuq l-istatwi tal-ġibs jew fuq ix-xbihat stampati tal-qaddisin! Għalkemm il-kura li nagħtu lil statwa jew xbieha turi dak li hemm f’qalbna, ftit ikun jiswa jekk dan inħalluh moħbi u ma naqsmuhx mal-oħrajn, speċjalment ma’ wliedna. It-tfal qatt ma jixbgħu jisimgħu stejjer mill-ħajjiet talqaddisin. Minnhom kapaċi jitgħallmu ħafna aktar mill-kliem sabiħ li nistgħu ngħidulhom dwar kif tista’ tgħix ħajja tajba. Din kienet l-għażla għaqlija li għamlu ommijietna u missirijietna meta daħħlu din ir-reliġjożità popolari, mhux biss fit-toroq imma wkoll fi djarhom. Għażlu li jedukaw lilna – uliedhom – billi jlaqqgħuna malqaddisin.

Xi tgħid kieku kellek terġa’ tuża x-xbihat u l-istatwi tal-qaddisin biex twassal il-messaġġ Nisrani?! B’hekk inkomplu dak li bdew ommijietna u missirijietna: li bi ftit kliem iwasslu messaġġ qawwi. Xi kultant dan jista’ jfisser li nsibulhom post fid-djar tagħna, li huma mimlijin b’ħafna affarijiet imma xi drabi tonqoshom dik il-laqta reliġjuża. Imma l-istatwi waħedhom u l-istampi tal-qaddisin mhumiex biżżejjed. Irid ikun hemm ukoll l-imġiba tajba u l-eżempju tagħna. Il-ħajja tajba li għexu l-qaddisin trid twassalna biex ngħixu ħajja tajba. Dan ifisser li nkunu nixbhu lill-qaddisin u, fuq kollox, li ħajjitna b’mod sħiħ tkun taqbel ma’ dik talqaddisin u nimxu fuq l-istess passi li mxew huma, li nagħmlu l-istess għażliet li għamlu huma! Hu b’dan il-mod li nkunu qed nippreżentaw stampa sħiħa, u li tiftiehem, lil uliedna. U hekk, ix-xbihat fit-toroq u filpjazez tagħna, kif ukoll dawk li nsibu fid-djar tagħna, ma jkunux qegħdin hemm biss biex iżejnu! Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Morda l-Għaqda għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes tistieden lill-morda kollha għal quddiesa ċċelebrata mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar fl-10am fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, B’Kara


d e c n u o n n a ants to be

Gr

soon

Call us on

21 424 750 www.solarsolutions.com.mt

Experience - Quality - Affordability

2/3 Tal-Balal Road, Xwieki, L/O G침arg침ur, Malta


Frar 2016 | 21

X’se jsir mill-karibù? Il-familja taċ-ċkejna Allison u l-antenati tagħha ilhom jgħixu flimkien mal-karibù fl-Alaska għal xi 10,000 sena.

I

l-karibù (speċi ta’ ċriev) jgħixu fl-inħawi l-aktar kiesħa tad-dinja u jivvjaġġaw f’merħliet kbar. Ta’ kuljum, minn ġenerazzjoni għal oħra, il-familji fir-raħal ta’ Allison dejjem kielu l-laħam tal-karibù. Millpartijiet l-oħra tal-ġisem tal-karibù jagħmlu l-ħwejjeġ u anke għodda għax-xogħol. Fir-rebbiegħa, il-karibù jħallu l-mergħat li jkunu fihom fix-xitwa u jitilgħu fil-Punent, fil-pjanura kostali, żona kbira ħafna u ċatta, biex hemm iwelldu l-frieħ tagħhom. F’din il-pjanura, li hi ċatta, l-ommijiet jistgħu jaraw fil-bogħod u għalhekk jistgħu jilmħu hemmx orsijiet ġejjin jaqbdu l-frieħ. Hemmhekk isibu wkoll il-ħxejjex meħtieġa li jżommuhom f’saħħithom. Meta mbagħad

L-intenzjoni tal-Papa għal Frar: Biex nieħdu ħsieb ilħolqien, mogħti lilna b’rigal, għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. X’nista’ nagħmel:

Xi darba matul Frar immur filkampanja biex ingawdi b’rispett kbir is-sbuħija tan-natura. Niftakar kif post bħal dan iqawwi qalb kulħadd.

Nitlob:

Dawlilna moħħna, Mulej, biex nieħdu ħsieb il-ħolqien li tajtna bħala rigal. Agħtina l-għerf biex nifhmu li meta ngerfxu l-ordni tannatura nagħmlu ħsara lill-bnedmin ħutna u noħolqu faqar ġdid.

jikbru, l-għoġġiela jieħdu t-triq lura lejn inNofsinhar tal-pajjiż fejn iqattgħu x-xitwa. Hekk kif il-karibù, fir-rebbiegħa jew filħarifa, jgħaddu mill-viċin, Allison u r-raħal kollu jmorru jilqgħuhom. Xi raħħala jmorru għall-kaċċa, waqt li oħrajn jieħdu ħsieb l-ikel jew jgħassu fuq il-kamp. Jeħtiġilhom li meta jerġgħu lura lejn djarhom jieħdu magħhom laħam biżżejjed biex jitimgħu l-familja tul is-sena kollha. Iżda minn ftit taż-żmien ’l hawn kollox inqaleb ta’ taħt fuq. Dan għaliex il-kumpaniji taż-żejt li diġà ħaffru fid-dawra kollha tal-kosta tal-Alaska issa bdew jistabbilixxu ruħhom fil-post fejn il-karibù jwelldu. In-nies tar-raħal ta’ Allison qatt ma tmur għall-kaċċa tal-karibù fuq il-kosta fejn iwelldu, lanqas jekk ikunu bil-ġuħ. Iżda l-kumpaniji taż-żejt jimpurtahom biss li għandhom post ieħor fejn iħaffru! Allison, bħal kulħadd, inkwetata li dan l-aġir ser jagħmel ħsara kbira lill-karibù. Għax jekk dawn ikollhom iwelldu xi mkien ieħor mhux se jkunu aktar protetti millorsijiet. U meta jonqos in-numru tal-karibù x’se jieklu r-raħal ta’ Allison? Ma jistgħux jimmaġinaw ħajjithom mingħajr il-karibù.


22 | Flimkien

ITTRA REBBIEĦA

M’għadux jeżisti?

Dan l-aħħar qed jiċċirkolaw messaġġi fuq Facebook li jiċħdu l-eżistenza tal-infern. Skont dawn, l-infern huwa invenzjoni tal-Knisja biex tbażża’ n-nies. Imma fil-fatt l-infern jissemma’ minn Ġesù nnifsu li fil-vanġelu spiss insibuh ikeċċi x-xjaten. Niftakar ukoll fit-talba li l-anġlu għallem lit-tfal ta’ Fatima: “O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern, eċċ.” Allura anki l-vanġelu vvintatu l-Knisja? U Fatima wkoll? Pauline Tonna, il-Fgura

Stazzjon tat-tv tal-Knisja

Ma nafx għaliex il-Knisja Kattolika f’Malta għad m’għandhiex l-istazzjon televiżiv tagħha. Knejjes oħra sabu l-mezzi biex jixtru l-air time u, tisma’ llum u tisma’ għada, fl-aħħar xi nies “jinqabdu fix-xibka”. Imma l-Knisja Kattolika tikkuntenta ruħha biss bil-programm Qalbinnies (li hu tajjeb) u slots qosra ħafna fuq stazzjonijiet oħra, ħafna drabi limitati għal spjega tal-vanġelu li wara kollox kulħadd jismagħha l-Ħadd fil-knisja. Ma naħsibx li n-nuqqas ta’ flus hi raġuni tajba, għax fejn irridu nsibuhom il-flus, anki għal affarijiet li ma jħallu l-ebda effett spiritwali! Naħseb li nies kapaċi għandna wkoll – l-aqwa esperti fil-media f’Malta huma saċerdoti. X’jonqos allura? Volontà? Fl-Italja ma kkuntentawx ruħhom bi slots qosra fuq l-istazzjonijiet l-oħra għax għandhom TV2000 li għandu ħafna x’jgħallimna dwar kif inwasslu l-messaġġ Nisrani b’mod effettiv. P. Bonello, Birkirkara

Biha jew mingħajrha?

Ma nafx kemm-il darba ntqal li l-omeliji li qed nisimgħu nhar ta’ Ħadd fil-knejjes f’Malta u Għawdex qed ikunu fqar. Ma rridx inkun negattiv imma naħseb qed inkun realistiku. Ħafna drabi l-omeliji jkunu kompletament irrilevanti għall-udjenza li jkun hemm. Xi drabi jintqalu affarijiet li aktar jgħoddu għal klassi ta’ studenti tat-teoloġija jew għal xi Bible study group. Drabi oħra tisma’ ħafna diskors devozzjonali. Nissuġġerixxi lill-awtoritajiet talKnisja biex mingħajr telf ta’ żmien jieħdu din il-kwistjoni bis-serjetà. Ħarsu madwarkom fil-knejjes fejn tmorru u araw jidhrux tfal, adolexxenti, żgħażagħ u koppji żgħażagħ. Tagħtihom tort? Se nibqgħu ngħidulhom li xorta għandhom jattendu għax il-quddiesa mhux magħmula biss mill-omelija? Fil-każ allura se jkollhom raġun jgħidulna: Mela neħħu l-omelija u niġu! J. Camilleri, il-Mosta

ITTRI MILL-QARREJJA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: flimkien@maltadiocese.org; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.




Frar 2016 | 25

G eo ffre y A xiak , N utri z z j o nista

Karrotti kull kulur

I

l-karrotti huma sors qawwi tal-vitamina A kif ukoll ta’ vitamini oħrajn, fibra u ħafna minerali oħra. Huma wkoll sors qawwi ta’ tip ta’ antiossidanti li fil-fatt issemmew warajhom, jiġifieri beta-carotene. Il-karrotti mhux bilfors ikollhom kulur oranġjo għax jistgħu jkunu sofor, ħodor, bojod, ħomor kif ukoll vjola. Il-kulur jindika l-minerali differenti li jinstabu fil-karrotti. Karrotti oranġjo fihom ħafna carotene. Il-karrotti tal-kuluri l-oħra fihom sustanzi oħrajn differenti li wkoll huma tajbin għassaħħa. Bħala antiossidanti, huma sustanzi tajbin ħafna għas-saħħa li jgħinu lil ġisimna jiġġieled il-mard tal-qalb, billi jnaddfu l-vini tagħna minn ħmieġ li jinġema’ fihom matul iż-żmien u li jista’ jsodd dawn il-vini meta jinġema’ ħafna ħmieġ mal-ġnub tal-vini. Fil-fatt, studju li sar fl-Olanda fuq medda ta’ għaxar snin juri li l-karrotti oranġjo u sofor huma l-aħjar biex inaqqsu r-riskju ta’ mard tal-qalb. Il-karrotti jaħdmu wkoll kontra l-kanċer tal-imsaren billi jnaddfu l-imsaren, perezz tal-fibra li fihom, u jgħinu lil ġisimna jiddiġerixxi l-ikel sew u bil-mod. Studju ieħor, li sar l-Awstralja, sab li għalkemm dejjem aħjar kieku nieklu l-karrotti friski u ftit wara li jkunu nġabru mill-għelieqi, is-sustanzi tal-karrotti ma jintilfux meta nżommu l-karrotti fil-friġġ, f’temperaturi tajbin, u magħluqin ġo karta umda u magħluqin f’kontenitur li jagħlaq l-arja. Hekk dawn kapaċi jservu għal ħafna ġimgħat.

Soufflé tal-Karrotti (271 kalorija kull porzjon)

Ingredjenti: • 750 gramma karrotti żgħar, imqaxxrin u mqattgħin • Kikkra zokkor abjad • Kuċċarina u nofs baking powder • Kuċċarina u nofs estratt tal-vanilla • 2 magħref tqiq • 3 bajdiet imħabbtin • Nofs kikkra marġerina mrattba • 2 kuċċarini icing sugar Metodu: Saħħan il-forn sa 175 Celsius. Sajjar il-karrotti f’kazzola kbira fl-ilma jagħli, sakemm isiru rotob ħafna. Neħħi l-ilma u aqlibhom f’bowl kbira. Meta l-karrotti jkunu għadhom sħan, uża mixer biex tħallat iz-zokkor, il-baking powder u l-vanilla sakemm jitħalltu sew. Żid it-tqiq, il-bajd u l-marġerin. Aqlibhom f’dixx tat-tisjir kbir. Sajjar fil-forn għal siegħa (f’forn diġà msaħħan) sakemm isir kollox kulur id-deheb. Ferrex ftit icing sugar filwiċċ qabel isservih.


THE NISSAN

MICRA WAS

€11,000* NOW

€10,300*

* Prices include scrappage scheme

VISIT OUR

NEW SHOWROOM

Malta: Nissan Motor Sales Ltd, National Road, Blata L-Bajda HMR9010 | T: 2016 0722 | M: 99407554 / 99463750 | E: info-nissan@nissan.com.mt | Gozo: Mizzi Motors Ltd, Mgarr Road, Ghajnsielem GSM9016 T:21556942 | M: 99782000 | E: jcassar@mizzimotors .com.mt | Leasing Dept: T: 23264524

AT NATIONAL ROAD, BLATA L-BAJDA!

www.nissan.com.mt

Q U A L I T Y

ChildCare

Committed to provide the best practice in early childhood education for the benefit of the child and the family.

Childcare and Development Centre

Sta Venera

Childcare Centre

Luqa

Paola

Għargħur

Naxxar

*Free Childcare is available to eligible families

CLOSER TO HOmE

Tel: 2144 5758 • Mobile: 9999 5758 • Email: info@vista.coop • www.vista.coop


Frar 2016 | 27

Lo għ o b • C lau d ia C ini

Tisliba

2. Nofs tużżana (5) 5. --- Baba u l-erbgħin ħalliel (3) 6. Għandha t-tfal (3) 7. Is-sena fiha tnax-il wieħed (5) 9. Kien jintlibes min-nisa fil-knisja (4) 10. It-tifel ta’ xi ħadd (4) 11. Pala; tavla (3) 13. Oħt ommok jew oħt missierek (4) 14. Uża għajnejk u ħares (3) 15. Fuqu ddur ir-rota (3) 17. Int innifsek (4) 18. Footballer Brażiljan (illum irtirat) famuż (4) 19. Omm ommok jew omm missierek (5) 20. Lewn is-sema (3) 21. Ċerimonja; funzjoni (3) 22. Jitwaħħlu fuq l-envelopp (5)

1

2

3

4

5

6 7

8

9

10 11

12

13

14 15

17

Weqfin 1. Ħelsien; fidwa (11) 3. Newwillu (3) 4. Alla tahom lil Mosè fuq is-Sinaj (11) 7. Aktar ma jixxotta aktar jixxarrab (7) 8. Jekk ikollok l-influwenza tkun ħaddtu! (3) 12. Drawwa, moda, kostum, użanza (3) 15. Lanterna (5) 16. Sors ta’ ilma sħun; isem ta’ belt fil-Belġju (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

R

16 18

19 20

21 22

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimdudin: 2. GAĠĠA, 5. GUL, 6. LOT, 7. BIBIEN, 9. SERE, 10. ABEL, 11. TAR, 13. INRI, 14. IJA, 15. SKI, 17. JOTT, 18. NITÀ, 19. ANKRA, 20. NOÈ, 21. IDI, 22. BTALA. Weqfin: 1. AGOSTINJANI, 3. ĠOB, 4. STELLA MARIS, 7. BERITTA, 8. NAR, 12. AJK, 15. SIKKA, 16. INA. Rebbieħ: M.A. Galea, l-Imġarr, Malta

Sib il-Kliem F

AĦBAR, ARTAL, BASAL, DAĦNA, IFJEN, ISFAR, RĦAMA, SADID, SKART, XAHAR. Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ kuluri. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, Kurja, Floriana.

X

Tweġiba għax-xahar l-ieħor: ISFAR u ABJAD.

S

Rebbieħ: M. Cassar, Ħal Balzan

DVD dwar l-Ekumeniżmu Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana pproduċiet DVD ta’ 35 minuta b’dokumentarju dwar l-Ekumeniżmu inġenerali u f’Malta. Jiswa €10. Min hu interessat jista’ jikteb lil ecumenical.commission@maltadiocese.org jew iċempel fuq 2590 6506.

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin


N

EW ! GelActiv THE GEL COMFORT SENSATION THAT KEEPS YOU GOING TM

We spend more than half our lives on our feet, putting them under enormous strain. That’s why Scholl has now developed an innovative solution that transforms shoes into a comfortable oasis and takes the pressure off your feet, long before they get overtired. Our special insoles with innovative GelActiv technology are available in three different varieties; Everyday, Sport and Work each tailored to meet a different set of needs.

Available form all Scholl Foothealth Centres and pharmacies

schollfoothealthcentre.com


Frar 2016 | 29

paġna mtella’ minn C lau d ia C ini

Għalina t-tfal Kif inkun kunfidenti? Jekk trid tkun kunfidenti trid temmen li inti tiswa. Tiswa ħafna, sew jekk tirbaħ u sew jekk titlef. Tiswa sew jekk tirnexxi u sew jekk tfalli. Tgħallem minn dak li jiġrilek. Ħadd mhu perfett jew bravu mill-ewwel. Kulħadd jibża’. Imma jekk xi darba jaqbdek il-biża’, tħallihx jikkontrollalek x’tgħid jew x’tagħmel. Ibqa’ int filkontroll. Jekk tagħmel jew tgħid xi ħaġa li wara jiddispjaċik għalija, tikkundannax u tmaqdarx iżżejjed lilek innifsek. Agħmel l-aħjar li tista’ biex tirranġaha. Obdi r-regoli li wara kollox qegħdin hemm biex jipproteġuk mill-inkwiet u l-periklu. Ipprova affarijiet ġodda, u dejjem erġa’ pprova billi tibdel xi ftit affarijiet. Qatt taqta’ qalbek. Ibqa’ pprova. Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tkun kunfidenti jekk: • il-ħbieb jistednuk tilgħab xi logħba magħhom li qatt ma lgħabt qabel; • stidnuk biex titkellem quddiem tfal jew nies oħra; • xtaqt tieħu sehem f’xi sport u ma għażlukx; • qed tinkwieta dwar xi reċta li se tieħu sehem fiha; • għamilt jew għedt xi ħaġa u issa qed jiddispjaċik li għamiltha jew għedtha; • ġibt marki baxxi f’xi test jew eżami li għamilt.

Kompetizzjoni bi premju

Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1.

2.

3.

4.

5.

6.

1. Turiha meta tħobb lil xi ħadd. 2. Ma jistax jinstab. 3. Festa żgħira f’għeluq snin xi ħadd. 4. Qaddej, lavrant. 5. Il-frieħ tal-ħanżira. 6. Għani, għandu ħafna flus. Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għallIn Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għal ta’ Jannar: JANNAR. Rebbieħ: S. Cassar, Ħal Qormi


30 | Flimkien

Mid-djarju ta’ min iltaqa’ ma’ Wiċċ il-Ħniena

Ir-raġel li jħobb jikteb fit-trab Isibuni bħala “l-adultera”. Ma jimpurtahomx x’jisimni, minn fejn jien. L-importanti li qabduni “fil-fatt”. Fejn kienu ż-żewġ xhieda li suppost rawni? U fejn hu r-raġel li miegħu qabduni “fil-fatt”? Tkażaw bija għal dak li għamilt, imma qisu mhu xejn li kixfuli għemili quddiem kulħadd, u li użawni bħala lixka biex jonsbu r-raġel li jħobb jikteb fit-trab. Imma hu tbaxxa lejn l-art u beda jikteb b’sebgħu fit-trab. Għall-inqas f’ħaġa waħda kont nixbhu lil dar-raġel: dak il-ħin it-tnejn konna quddiem fi tribunal. Jien diġà misjuba ħatja… nistenna biss konferma tal-kastig. Imma hu kien fi tribunal ukoll: iwieġeb xi jwieġeb, se jsibuh ħati. Kienu nasbuna waħda u sew! Imma hu tbaxxa lejn l-art u beda jikteb b’sebgħu fit-trab. Tgħid, x’kien qed jikteb? Ma nemminx li qagħad jikteb id-dnubiet tagħhom fit-trab. Dak ir-raġel ma joqgħodx iseksek u jikxef iddnubiet ta’ ħadd; ma joqgħodx iżomm kont tad-dnubiet. Lanqas ma nemmen li niżel jikteb fit-trab biex jurihom li qed jinjorahom. Ir-raġel li jħobb jikteb fit-trab ma jinjora lil ħadd. Forsi ried jevita li jħares dritt f’għajnejhom biex ma jħossuhomx imbarazzati bil-mistoqsija li kien se jagħmel u li minn dakinhar baqgħet tidwi mad-dinja.

Għalhekk f’daqqa waħda waqaf jikteb, qam dritt, u qalilhom: “Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla.” U raġa’ tbaxxa jikteb fit-trab. Imma x’seta’ kiteb fit-trab? Xi idea żgħira jiena forsi għandi. Naħseb li kiteb kelma waħda: “Inħobbok!” U naħseb ukoll li dik il-kelma kienet indirizzata mhux biss lili. Kienet indirizzata wkoll lil kull min kien bilġebla f’idu, ħerqan li jgaraha. Bla ma ntebħu kienu daħħlu lilhom infushom fi tribunal ukoll… u raw li huma wkoll kienu ħatja. Kollha kemm huma, wieħed wara l-ieħor, irmew il-ġebel fl-art. U telqu – ibda mix-xjuħ. Is-“sala” tat-tribunal malajr żvujtat. Imbagħad ir-raġel li jħobb jikteb fit-trab qam dritt u qalli: “Dawk fejnhom, mara? Ħadd minnhom ma kkundannak?” “Ħadd, Sinjur!” għedtlu. “Mela anqas jien ma nikkundannak!... Mur, u mil-lum ’il quddiem tidnibx iżjed.” Ma feraħlix talli kont dnibt. Imma offrieli l-possibbiltà li ninħeles millgaġġa tad-dnub… Ftit ġimgħat wara, il-kundanna ħadha fuqu hu – minfloki. Iffirmata: Il-midinba maħfura




Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.