
1 minute read
Nota tad-Dirretur
from (B')Saħħtek
by B'Saħħtek
Inħossni tassew ixxurtjajt li kull sena l-MCAST jafdani u jqabbadni biex ngħallem il-kors dwar Community performance. Fit-tieni sena tagħhom, l-istudenti tal-arti performattiva tagħna jitgħallmu kif jużaw it-teatru bħala mezz bex tilħaq lis-soċjetà. Ilgrupp ta’ din is-sena ħa l-impenn xejn faċli li jesplora t-tema sensittiva ta’ eating disorders u joħloq xogħol artistiku li jindirizza dan is-suġġett. L-istudenti ilhom disa’ xhur sħaħ jagħmlu riċerka kemm fuq livell psikoloġiku, kif ukoll artistiku, u wara ħafna esperimenti, taqtigħ il-qalb u sigħat twal ta’ ħidma, lesti biex jistednukom biex tkunu parti minn dan id-djalogu tant importanti. Nirringrazzja wkoll lil Dar Kenn għall-Saħħtek, li b’qalb tad-deheb emmnu sa mill-bidunett f’dan il-proġett u tawna s-sapport kollu meħtieġa biex illejla noffrulkom dan il-kontribut ċkejken, imma nemmen siewi, għall-kommunità.
Tyrone Grima
Advertisement
Tutor/Direttur



‘Dar Kenn Għal Saħħtek’ hija ċentru residenzjali, semiresidenzjali, u ta’ outpatients, immirati biex jipprovdu trattament ħolistiku lill-pazjenti bi problemi ta’ eating disorders u obezità.
Il-pazjenti f’Dar Kenn Għal Saħħtek huma segwiti minn tim multidixxiplinarju magħmul minn diversi professjonisti, fosthom psikjatri, djetologi, nutrizzjonisti, fizjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, infermiera u carers. Il-pjan ta’ kull ġurnata huwa strutturat u jiffoka fuq l-immaniġġjar bir-reqqa tal-ikel, kif ukoll f'attivitajiet immirati biex jiggwidaw lill-pazjenti jerġgħu jiksbu stil ta’ ħajja san. Dar Kenn Għal Saħħtek tipprovdi gwida komprensiva lill-pazjenti bbażata fuq drawwiet ta' ikel lokali li huma accessibbli għal kulħadd.
Dar Kenn Għal Saħħtek ġiet iddisinjata biex tipprovdi kemm kura speċifika ta’ terapija meħtieġa minn kull individwu. Jiġi wikoll offrut sostenn u appoġġ lill-familja u qraba tal-pazjenti.
Darleen Zerafa
Direttur Dar Kenn Għal Saħħtek
