Skip to main content

DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 8

Page 1

DECIZJONIJIET TA’ L-IPPJANAR NOTI LEGALI

EDIZZJONI NUMRU

Robert Musumeci

8


LIGI TA’ L-IPPJANAR KELMIET PRINCIPALI

Ricerka

Robert Musumeci

Policy P13 Standard S8 Vetturi/Utenti Pedonali

Web

www.robertmusumeci.com

Email

info@robertmusumeci.com

Sorsi

www.eprt.org.mt www.ecourts.gov.mt

23

24 EDIZZJONI NUMRU 8

Użu 4C Użu 4D Kċina

Artikolu 99(1) Artikolu 99(2) Ordni Tneħħija Hsara/Kostruzzjoni


22

Aċċess kondiviż Policy P13 - Standard S8 - Vetturi/Utenti Pedonali

vetturi. Il-permit holder irribatta li l-isqaq in kwistjoni huwa wieħed pubbliku u għalhekk intiż biex jgħaddi t-traffiku minnu, liema sqaq kien ta’ tul qasir u wiesa’ biżżejjed sabiex minnu tgħaddi vettura waħda fil-kumdita’ u mingħajr periklu u nkonvenjent għall-utenti tal-isqaq u s-sewwieqa. Il-permit holder kompla jargumenta li minn dan l-isqaq kien hemm access ghal dar li inghatalha permess fis-sena 1938 u fejn allura l-istess sqaq kien indikat bħala wieħed pubbliku b’wisa’ ta’ għaxar piedi (madwar 3.05 metri).

Min-naha tiegħu, it-Tribunal beda biex jinnota li għalkemm l-allinjament tat-triq hekk kif jidher mill-Geoserver tal-Awtorita’ ma jinkludix l-isqaq in kwistjoni, dan lisqaq jagħmel parti mit-toroq antiki tar-Rabat Għawdex, It-Tribunal żied jinnota li dawn it-tip ta’ sqaqien huma karatteristika komuni fil-qalba tal-irħula, speċjalment fil-gżira t’Għawdex. Infatti, fil-preżent dan l-isqaq joffri aċċess pedonali għallentratura tad-dar tal-appellanti man-naħa tal-Punent, hekk kif jidher mill-permess approvat PA4941/07, kif ukoll għall-utenti tal-art agrikola. Madankollu, it-Tribunal irrefera wkoll għal Policy P13 li tistipula s-segwenti:

L-aspetti ta’ amenita’ u sigurta` ma jistgħux jiġu kompromessi b’aċċess kondiviż għall-vetturi u utenti pedonali. Dan kien stabbilit fis-sentenza flismijiet Joseph & Laura Sant -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawza Alessandra Haber mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni talAmbjent u l-Ippjanar nhar id-29 ta’ Lulju 2021 (Appell 368/19 JB, PA1441/19). F’dan l-appell minn terzi kontra l-approvazzjoni tal-permess PA1441/19 (fejn kien approvat bini ta’ residenza fuq żewġ sulari u ieħor irtirat, inkluż garaxx fil-livell sotterran accessibli minn sqaq li kien ivarja bejn 2.31 metri u 2.6 metri fil-wisa’), l-aċċess għall-imsemmi garaxx inzerta madwar 20 metru ‘l ġewwa mill-entratura prinċipali tal-isqaq filwaqt li l-aċċess għaddar kien ta’ madwar 12 -il metru mill-istess entratura għall-isqaq. Tajjeb jigi mfakkar li l-istandard ta’ wisa’ ta’ karozza huwa ta’ 1.8 metri u dan skont Standard S4 tal-linja gwida DC15. Fl-appell, pero’, it-terzi appellanti sostnew li l-garaxx approvat fil-livell sotterran huwa aċċessibli biss minn sqaq li qatt ma kien intenzjonat bħala access ghat-traffiku ta’

EDIZZJONI NUMRU 8

‘In all cases, safety and convenience of all road users will be a prime consideration. The access must be designed and located to ensure that: a) It will not materially reduce road safety, including motorists and vulnerable road users such as pedestrians and cyclists; b) Adequate visibility will be provided along both the carriageway and the footway for vehicles entering and leaving the development; c) It will not conflict with traffic flow, other road users and adjacent accesses; f) Where the volume of vehicle movements justifies it and site conditions permit, a separate entry and exit and/or a separate vehicle and pedestrian access is required’. It-Tribunal għalhekk qal li teżisti preżunzjoni ġenerali kontra l-aċċess komuni għall-vetturi u l-utenti pedonali anki meta dan ikun propost fil-konfini tal-istess proprjeta’. L-istess prinċipju, kompla jżid it-Tribunal, għandu japplika fil-każ odjern fejn dan il-kunflitt qiegħed bejn proprjetajiet ta’ terzi. Ġaladarba l-aspetti ta’ amenita’ u sigurta` kienu qed jiġu kompromessi b’aċċess kondiviż, fejn l-istess aċċess jimponi riskju għall-vetturi u utenti pedonali deħlin u ħerġin mid-daħla ta’ dan l-isqaq, it-Tribunal ta raġun lill-appellanti sa fejn kien jikkonċerna l-aċċess għall-garaxx.


23

Żieda ta’ kċina ma’ użu 4C Użu 4C - Użu 4D - Kċina

L-introduzzjoni ta’ kċina żghira ma’ Class 4C ġja munit bil-permess hi meqjusa bħala waħda ‘kumplimentari’ għal użu leġittimu, anke meta s-sit ikun jinsab f’żona residenzjali. Dan kien stabbilit fis-sentenza fl-ismijiet Tyron Gatt -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar id-29 ta’ Lulju 2021 (Appell 386/19 JB, PA4892/19).

Kċina approvata ghaliex luzu prezenti ta’ bar kien ukoll gja mhux acettabli go zona residenzjali…

L-appell in mertu kien jikkonċerna talba għall-bdil ta’ użu ta’ fond kummerċjali li ġja kien jintuża bħala ħanut tat-tip Klassi 4C għal użu ġdid ta’ Klassi 4D u għalhekk bħala stabbiliment tal-ikel u xorb fejn jista’ jibda jsir ukoll tisjir fuq il-post. Is-sit tal-iżvilupp propost kien jinsab f’area residenzjali ġewwa ż-żona ta’ konservazzjoni urbana taż-Żurrieq. L-iżvilupp propost ġie inizjalment irrifjutat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar appuntu għaliex stabbilimenti tal-ikel u xorb fejn jista’ jsir tisjir fuq il-post m’humiex aċċettabbli ġewwa żona residenzjali skont Policy SMHO02 talPjan Lokali għaż-Żurrieq. L-appellant irribatta li l-fond kien kopert bilpermess PA1879/96, liema permess kien ġja jinkludi użu ta’ bar u kċina. LAwtorita’ baqgħet iżżomm ferm mar-rifjut u tispjega li l-użu propost talpost bħala Klassi 4D bl-inklużjoni ta’ tisjir ġewwa l-post huwa intensifikazzjoni tal-użu eżistenti u li dan joħloq injury to amenity peress li s-sit jinsab ġewwa żona residenzjali. Da parte tiegħu, it-Tribunal irraġuna b’mod differenti għaliex, skontu, ilpost kien ġja munit bil-permess PA1879/96, fejn dan kien approva bini ta’ ‘commercial store, bar and basement’ izda mingħajr kċina. Detto cio, itTribunal saħaq li l-użu preżenti ta’ bar kien ukoll mhux aċċettabli ġewwa żona residenzjali. Magħdud ma’ dal-fatt, ladarba l-estensjoni tal-kċina kienet se tkun waħda minima meta kumparat mal-bqija tal-użu kummerċjali tal-post, it-Tribunal deherlu li dak li jista’ jissajjar ġewwa lkċina ser ikun limitat għal ħdejn l-użu prinċipali tal-post bħala bar u b’hekk aċċetta li jinħareġ il-permess għaliex l-istess kċina kienet ser ‘tikkumplimenta l-użu preżenti li huwa wieħed leġittimu u kopert bilpermessi.’

EDIZZJONI NUMRU 8


Tneħħija ta’ ħsara jew kostruzzjoni? Artikolu 99(1) – Artikolu 99(2) – Ordni Tneħħija Hsara/Kostruzzjoni

L-Artikolu 99(1) tal-Kap 552 jikkontempla ordnijiet għat-tneħħija talħsara mentri l-Artikolu 99(2) jikkontempla ordnijiet għat-tneħħija talkostruzzjoni nnifisha. Din id-differenza kienet spjegata fis-sentenza flismijiet JPM Brothers u Jefpet Ltd vs L-Awtorita tal-Ippjanar (gia lAwtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar) mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar id-19 ta' Gunju, 2019 (App Nru. 12/2019). Inizjalment kien ħareġ avviż fir-rigward tal- Jerma Hotel, Triq-Salini, Marsacala li jgħid hekk: “Peress illi sar ksur tal-Artiklu 99 tal-Att VII tal-2016 dwar l-Ippjanar talIzvilupp u li jikkonsisti fi zvilupp li bid-dehra u/jew kundizzjoni tieghu qieghed ihassar il-gmiel jew siwi taz-zona li qieghed fiha minhabba li gie zarmat is-sit imsemmi u thalla fi stat ta' abbandun. ...omissis... L-Awtorita' tal-Ippjanar tesigi li jittiedu passi kollha necessarji sabiex titnehha l-hsara hawn fuq imsemmija fi zmien 16 il-gurnata.” Dan l-Avviż ħareġ abbażi tal-Artikolu 99(1) tal-Kap 552 li jipprovdi ssegwenti: “Jekk il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu li l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar bid-dehra jew kondizzjoni strutturali ta’ xi bini jew ta’ xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, jew bid-dehra ta’ xi sit fejn ikun qed isir jew sar żvilupp fih jew kostruzzjoni jew xi xogħlijiet oħra, il-Kunsill Eżekuttiv jista’ jinnotifika avviż ta’ twettiq fuq is-sid tal-art jew fuq lokkupant tal-art jew fuq it-tnejn kif il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu l-aktar spedjenti, li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas ilħsara kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż. Id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 97(3) għandhom ukoll japplikaw għal avviż taħt dan l-artikolu.”

EDIZZJONI NUMRU 8

“

....ta’ bilħaqq il-leġislatur ried jagħmel distinzjoni bejn tneħħija ta’ ‘ħsara’ u tneħħija ta’ ‘kostruzzjoni’

“

24

Mal-Qorti ta’ l-Appell, il-persuna milqut bl-imsemmi avviż (minn issa ‘laggravat’) insista li tali avviż ta’ enforzar kien ultra vires għax kien maħruġ għat-tneħħija tal-ħsara u għalhekk kellu jsir a tenur talArtikolu 99(2) tal-Kap 552 u mhux lArtikolu 99(1) li jipprovdi għattnaqqis tal-ħsara. F’kummenti obiter, il-Qorti qalet hekk: ‘ …Li kieku l-Kunsill Ezekuttiv talab it-tnehhija tal-kostruzzjoni infisha a bazi tal-artikolu 99(2) kienet tkun kwistjoni differenti, pero l-ordni mahrug kienet ghat-tnehhija tal-hsara

(kelma sottolineata mill-Qorti) tazzona bid-dehra tieghu mhux talkostruzzjoni kif irid l-artikolu 99(2).’ Jidher għalhekk li ta’ bilħaqq Qorti taghmel distinzjoni bejn tneħħija ta’ ‘ħsara’ u tneħħija ta’ ‘kostruzzjoni’. Madankollu, ma hemm xejn xi jzomm li l-passi mehtiega ghat-tnehhija ta’ hsara ikunu jinvolvu wkoll eliminazzjoni ta’ strutturi mibnijin.


Bio Dr Robert Musumeci huwa avukat u perit. Fl-2020, huwa kiseb ukoll PhD mill-Universita ta’ Malta wara li ddefenda t-teżi bit-titlu ‘Judicial interpretation of Maltese Development Planning Law – Eliciting the added value.’ Fl-2016, Dr Musumeci rebaħ il-‘Best Doctor of Laws Thesis Award 2016’ għall- publikazzjoni 'The Development Planning Act 2016 - A critical Appraisal'. Dr Musumeci kiseb Master of Science in Conservation Technology for Masonry Buildings lura fl-2004 mill- istess Universita’ ta’ Malta wara li ppublika strateġija ta’ konservazzjoni għall-Kappella magħrufa bħala Tal-Lunzjata li tinsab fl-inħawi ta’ Tal-Għolja fillimiti tas-Siġġiewi. Dr Musumeci serva bħala ċermen tal- Kunsill Konsultattiv dwar lIndustrija tal- Bini bejn is-snin 1998 u 2008. Eventwalment huwa serva bħala konsulent tekniku-legali tal-gvern Malti u kien strumentali fir-riformi wara d-demerger tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar u t-twaqqif ta’ l- Awtorita’ ta’ lArtijiet. Dr Musumeci kellu sehem attiv fit-tfassil ta’ numru ta’ liġijiet oħrajn, fosthom il-liġi l-ġdida li tirregola l-Periti, il-liġi li tirregola lħruġ ta' liċenzji ta' Aġenti tal- proprjetà immobbli kif ukoll il-liġijiet wara t-twaqqif tal-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dr Musumeci jgħallem il-liġi tal-ippjanar u l-liġi amministrattiva fi hdan il-Fakuta tal-Ligi fl-Universita’ ta’ Malta.

© Drittijiet Riservati. Robert Musumeci. Avukat – Perit. 2021.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 8 by robertmusumeciavukatperit - Issuu