Skip to main content

DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 6

Page 1

DECIZJONIJIET TA’ L-IPPJANAR NOTI LEGALI

EDIZZJONI NUMRU

Robert Musumeci

6


LIGI TA’ L-IPPJANAR KELMIET PRINCIPALI

Ricerka

Robert Musumeci

Ċermen Eżekuttiv Delega Tqassim ta’ poter

Web

www.robertmusumeci.com

Email

info@robertmusumeci.com

Sorsi

www.eprt.org.mt www.ecourts.gov.mt

17

18 EDIZZJONI NUMRU 6

FAR Tables and Chairs Passaġġ pedonali

Applikazzjoni Sommarja

Terzi Regolament 18(5)


Miċ-ċermen eżekuttiv ‘l isfel Ċermen Eżekuttiv - Delega - Tqassim ta’ poter

L-Artikolu 10 tal-Kap 552 tal-Ligijiet ta’ Malta iqis li l-operat kollu talAwtorita’ ta’ l-Ippjanr jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Ezekuttiv. LArtikolu 10(3) iżid jghid li kull ħaġa li għandha ssir mill-Awtorita tista’ issir mid-Direttorat li hu responsabbli b’delega ta’ funzjoni lil dak idDirettorat. B’hekk, kull referenza għal Awtorita’ titqies referenza għadDirettorat. Dan ħareġ mis-sentenza fl-ismijiet JPM Brothers u Jefpet Ltd vs L-Awtorita tal-Ippjanar mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar id-19 ta' Ġunju, 2019 (Ap 12/2019). Li gara huwa li kien ħareġ avviż ta’ nfurzar iffirmat minn ċertu Mark Mizzi għad-Direttur tal-Infurzar fir-rigward talJerma Hotel, Triq-Salini, Marsacala. Mal-Qorti ta’ l-Appell, il-persuna milqut bl-imsemmi avviż (minn issa ‘laggravat’) insista li l-avviż inhareg b’mod illegali ghaliex dan kien iffirmat minn ċertu Mark Mizzi, għad-Direttur tal-Infurzar meta l-Artikolu 99 talKap 552 jgħid li hu l-Kunsill Eżekuttiv li joħroġ avviż simili. Min-naħa tagħha, il-Qorti ikkonfermat li avviż ta’ nfurzar a bazi talArtikolu 99(1) jinħareġ mill-għola organu tal-Awtorita’ cioe’ l-Kunsill Eżekuttiv. Madankollu, l-Artikolu 96 imbagħad jagħti l-poter lil Kunsill Eżekuttiv li jappunta uffiċjali biex joħorġu enforcement notice fil-kuntest tal-Artikolu 97.

Huwa veru li f’dal-każ l-ordni inħareġ a bazi tal-Artikolu 99. Detto cio, ilQorti qieset li l-Artikolu 5 iqis l-Awtorita’ tal-Ippjanar bħala entita waħda magħmula mill-Kunsill Eżekuttiv u l-Planning Board. Imbagħad lArtikolu 10 iqis li l-operat kollu tal-Awtorita’ jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Eżekuttiv. In oltre, l-Artikolu 10(3) iżid li kull ħaġa li għandha issir mill-Awtorita’ tista’ issir mid-Direttorat li hi responsabbli b’delega ta’ funzjoni lil dak id-Direttorat u kull referenza għal Awtorita’ titqies referenza ghad-Direttorat.

EDIZZJONI NUMRU 6

“

‘…skont l-Artikolu 99, il-Kunsill Eżekuttiv jista’ jagħmel ordni ta’ nfurzar …..pero’ tali ordni tista’ tiġi eżegwita tramite d-Direttorat li taħtu taqa’ rresponsabbilita’ għal avvizi ta’ nfurzar…’

“

16

F’dan il-kaz, huwa minnu li l-Kunsill Eżekuttiv (skont l-Artikolu 99) huwa lorganu li jista’ jagħmel ordni ta’ nfurzar. Madankollu, l-istess ligi tghid li tali ordni tista’ tiġi eżegwita tramite d-Direttorat li taħtu taqa’ r-responsabbilita’ għal avvizi ta’ nfurzar. Kwindi, f’dal-kaz, l-ordni ta’ nfurzar maħruġa mill-Awtorita’ tqieset li nħarġet skont il-liġi stante li l-Kunsill Eżekuttiv hi waħda miż-żewġ partijiet formanti lAwtorita’ skont l-Artikolu 5 filwaqt li l-ordni in kwistjoni kienet effettivament eżegwita tramite d-Direttur tal-Infurzar li hu d-Direttorat li taħtu jaqa’ linfurzar.


17

Imwejjed u siġġijiet go FAR FAR - Tables and Chairs - passaġġ pedonali

Fl-appell, l-applikant irribatta li s-sit in kwistjoni huwa sit FAR u għalhekk jinkludi spazju pubbliku. Fil-kaz odjern, dejjem skont l-appellant, il-linja tal-bini u tal-istabilimenti kummerċjali kienu rtirati 12.5 metri mill-bankina pubblika u kien se jkun hemm passaġġ pedonali b’wisa minima li tvarja minn 2.25 metri sa 4.7 metri u dan apparti l-wisa’ ta’ tal-metru bankina. Da parte tiegħu, it-Tribunal osserva li sakemm it-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet jiġi ristrett għal ringiela waħda mat-tul tal-ġenb ta’ l-istabiliment kummerċjali approvat, l-iżvilupp kien se jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-linja gwida dwar l-outdoor catering areas on public open space tas-sena 2016. Dan il-għaliex limwejjed u siggijiet kienu se jikkumplimentaw l-operat tal-istabiliment kummerċjali approvat fil-permess PA1996/16 filwaqt li kien ser jigi provdut passaġġ pedonali ta’ madwar 5 metri wisa’ meta’ mkejjel mill-kolonni esterni ta’ support. B’hekk, it-Tribunal qies li l-ispazju pubbliku ma kienx ser jiġi kompromess u ghaddha biex japprova l-permess.

Huwa possibli li jitqiegħdu mwejjed u siġġijiet ġo spazju ‘pubbliku’ approvat bil-policy tal-Floor Area Ratio (FAR). Hekk ġie stabbilit fissentenza fl-ismijiet Dizz Ltd kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar id-29 ta’ Lulju 2021 (Appell 21/20 JB, PA7516/19). Dan l-appell kien jikkonċerna talba sabiex isir tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet fuq spazju miftuħ li jifforma parti min sit ġja kopert bil-permessi PA1996/16 u PA1505/15 għal żvilupp high-rise. Is-sit jinsab fi Triq il-Gżira kantuniera ma’ Triq tas-Sliema, fil-lokalita` tal-Gżira. L-iżvilupp in mertu ġie inizjalment rrifjutat għaliex, skont l-Awtorita’ ta’ lIppjanar, il-proposta kienet tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-linja gwida dwar l-outdoor catering areas on public open space tas-sena 2016, fis-sens li l- obbligu għal passaġġ pedonali b’wisa ta’ 1.5 metri (li għandu jeskludi kull forma ta’ ostaklu) ma kienx qed jigi provdut.

EDIZZJONI NUMRU 6


18

Oġġezzjonanti waqt il-proċess sommarju Applikazzjoni Sommarja – Terzi - Regolament18(5)

Meta waqt applikazzjoni sommarja ikun hemm terzi li joġġezzjonaw, jiskatta r-Regolament 18(5) tal-Liġi Sussidjarja 552.13 u lapplikazzjoni trid tiġi konvertita sabiex tinħadem bħala waħda taħt ilproċess ta’ full development application.

“...ic-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ippjanar kien obbligat li jirreferi l-applikazzjoni sabiex jinhadem bhala full development application u mhux tigi deciza taht il-procedura ta’ applikazzjoni sommarja..”

EDIZZJONI NUMRU 6

Dan kien għal darb’ohra ribadit fis-sentenza fl-ismijiet Sera Dalli kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawza Jonathan Attard mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar id-29 ta’ Lulju 2021 (Appell 29/21 JB, PA6744/20). L-appell tat-terzi appellanti kien kontra l-ħruġ ta’ permess sommarju li jġib referenza PA6744/20.

It-Tribunal spjega b’dan il-mod ghaliex applikazzjoni sommarja fejn ikun hemm oggezzjonijiet tal-pubbliku trid tiġi konvertita sabiex tinħadem bħala waħda taħt il-proċess ta’ full development application: ‘…il-procedura tal-applikazzjoni odjerna huwa wiehed differenti minn dak ta’ applikazzjonijiet ohrajn, minhabba li dan l-izvilupp kien jikkwalifika taht il-procedura ta’ applikazzjoni sommarja kif jipprovdi Regolament 18 tal-ligi sussidjarja 552.13. Fil-kaz ta’ applikazzjoni sommarja, dan huwa mekkanizmu fejn dawk il-kategoriji ta’ zvilupp indikati taht l-iSkeda 2 talistess ligi sussidjarja huma meqjusa bhala zvilupp li jista’ jigi kkunsidrat f’inqas zmien u minghajr dewmin minhabba li dan l-izvilupp ikun ikkunsidrat bhala konformi ma’ policies u pjanijiet tal-Awtorita’. Ilmekkanizmu ta’ applikazzjoni sommarja m’huwiex intiz sabiex inaqqas mittrasparenza ta’ talbiet u applikazzjonijiet ta’ zvilupp, izda fejn ma jkunx hemm kwistjonijiet staordinarji u zvilupp ikun konformi ma’ policies, ikun jista’ jigi facilitat il-hrug ta’ permess minghajr dewmin. Tant huwa minnu, li l-procedura ta’ applikazzjoni sommarja jinkludi pubblikazzjoni talapplikazzjoni u kif ukoll jippermetti d-dritt li terzi persuni jressqu loggezzjonijiet u/jew kummenti taghhom fir-rigward ta’ kwalunkwe zvilupp li jkun propost.’


‘… huwa importanti li wiehed ma jinjorax il-procedura kollha talapplikazzjoni sommarja, fejn fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet minn terzi, jipprovdi illi: “(4) Jekk dikjarazzjonijiet fuq Applikazzjoni bi Proċedura Sommarja jiġu riċevuti fil-perijodu stipulat fir-regolament 11(2)(b), iċ-Chairperson Eżekuttiv għandu jevalwa l-merti tad-dikjarazzjonijiet u għandu jipprepara rakkomandazzjoni dwar jekk l-applikazzjoni tissodisfax l-kriterji kollha ta’ dawn ir-regolamentiu li l-iżvilupp huwa inkluż fl-iSkeda 2, liema rakkomandazzjoni għandha tiġi riferuta għal deċiżjoni lill-Chairperson talBord Ippjanar jew id-delegat tiegħu li għandu jiddeċiedi l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mill-pubblikażzjoni tal-applikazzjoni.” U kif ukoll li: “(5) Jekk iċ-Chairperson tal-Bord Ippjanar jew id-delegat tiegħu iqis li ddikjarazzjonijiet għandhom raġunijiet dwar l-ippjanar, dan ma għandux jaċċetta l-applikazzjoni u d-dispożizzjonijiet tas-subregolament (8) għandhom japplikaw.” Ghalhekk Regolament 18(5) huwa wiehed car u jesigi li jekk ic-Chairperson tal-Bord tal-Ippjanar jew id-delegat tieghu iqis li l-oggezzjonijiet imressqa minn terzi huma ragunijiet dwar ippjanar, applikazjoni ta’ zvilupp taht ilprocedura sommarja ma tistax tigi accettata u l-applikazzjoni ghalhekk ghandha tkompli bhala wahda ta’ full development permission application. Dan huwa intiz sabiex it-trasparenza u s-sehem tal-partijiet kollha ma jintilifx waqt il-process ta’ applikazzjoni tal-izvilupp. Ghalhekk jekk loggezzjonijiet tal-appellanta kienu bbazati fuq ragunijiet dwar ippjanar, icChairperson tal-Kummissjoni tal-Ippjanar kien obbligat li jirreferi lapplikazzjoni sabiex jinhadem bhala full development application u mhux tigi deciza taht il-procedura ta’ applikazzjoni sommarja.’ Minkejja li dan li ntqal ma kienx ifisser li l-oġġezzjonijiet tal-objector huma neċessarjament relevanti jew bir-raġun, kellu bil-liġi jiġi assigurat issehem tal-partijiet kollha u li l-applikazzjoni tinħadem bl-aktar mod trasparenti.

EDIZZJONI NUMRU 6

“

...mekkanizmu fejn dawk il-kategoriji ta’ zvilupp indikati taht l-iSkeda 2 tal-istess ligi sussidjarja huma meqjusa bhala zvilupp li jista’ jigi kkunsidrat f’inqas zmien u minghajr dewmin minhabba li dan l-izvilupp ikun ikkunsidrat bhala konformi ma’ policies u pjanijiet talAwtorita’.

“

Madankollu, it-Tribunal kompla jgħid hekk:

L-appellant għalhekk ingħata raġun fis-sens li l-file kellu jinħadem bhala full development application sabiex il-partijiet kollha ma jitilfu ebda dritt ta’ sehem li jippermetti l-liġi u għalhekk skont Regolament 18(5), l-applikazzjoni kellha tiġi konvertita sabiex tinhadem bħala waħda taħt il-process ta’ full development application.


Bio Dr Robert Musumeci huwa avukat u perit. Fl-2020, huwa kiseb ukoll PhD mill-Universita ta’ Malta wara li ddefenda t-teżi bit-titlu ‘Judicial interpretation of Maltese Development Planning Law – Eliciting the added value.’ Fl-2016, Dr Musumeci rebaħ il-‘Best Doctor of Laws Thesis Award 2016’ għall- publikazzjoni 'The Development Planning Act 2016 - A critical Appraisal'. Dr Musumeci kiseb Master of Science in Conservation Technology for Masonry Buildings lura fl-2004 mill- istess Universita’ ta’ Malta wara li ppublika strateġija ta’ konservazzjoni għall-Kappella magħrufa bħala Tal-Lunzjata li tinsab fl-inħawi ta’ Tal-Għolja fillimiti tas-Siġġiewi. Dr Musumeci serva bħala ċermen tal- Kunsill Konsultattiv dwar lIndustrija tal- Bini bejn is-snin 1998 u 2008. Eventwalment huwa serva bħala konsulent tekniku-legali tal-gvern Malti u kien strumentali fir-riformi wara d-demerger tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar u t-twaqqif ta’ l- Awtorita’ ta’ lArtijiet. Dr Musumeci kellu sehem attiv fit-tfassil ta’ numru ta’ liġijiet oħrajn, fosthom il-liġi l-ġdida li tirregola l-Periti, il-liġi li tirregola lħruġ ta' liċenzji ta' Aġenti tal- proprjetà immobbli kif ukoll il-liġijiet wara t-twaqqif tal-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dr Musumeci jgħallem il-liġi tal-ippjanar u l-liġi amministrattiva fi hdan il-Fakuta tal-Ligi fl-Universita’ ta’ Malta.

© Drittijiet Riservati. Robert Musumeci. Avukat – Perit. 2021.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 6 by robertmusumeciavukatperit - Issuu