DECIZJONIJIET TA’ L-IPPJANAR NOTI LEGALI
EDIZZJONI NUMRU
Robert Musumeci
12
LIGI TA’ L-IPPJANAR KELMIET PRINCIPALI
Ricerka
Robert Musumeci
Wisa’ tat-triq Sanita’ Tliet darbiet
Web
www.robertmusumeci.com
info@robertmusumeci.com
Sorsi
www.eprt.org.mt www.ecourts.gov.mt
35
36 EDIZZJONI NUMRU 12
Policy 2.5B 1994 Applicant’s Status
Artikolu 31 Pjanti riveduti Pjanti nieqsa
34
Ir-regola ta’ ‘tliet darbiet il-wisa’ tattriq’ Wisa’ tat-Triq – Sanita’ – Tliet darbiet
Is-sentenza fl-ismijiet Kunsill Lokali Marsaxlokk -vs- l-Awtorita’ talIppjanar u l-kjamat in kawża Monica Cassar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-28 t’Ottubru 2021 (Appell 144/18 JB, PA2545/17) ikkonfermat li l-għoli globali tal-faċċata ta’ bini m’għandux jeċċedi tliet darbiet il-wisa’ tat-triq. Dan kien appell ta’ terzi fejn it-tħassib tal-Kunsill appellant kien jinkludi l-użu ta’ l-arja quddiem proprjetajiet ta’ terzi fuq toroq dojoq. Madankollu t-Tribunal sab li l-ilment ma kienx mistħoqq peress li l-għoli globali tal-faċċata ma kienx jeċċedi tliet darbiet il-wisa’ tat-triq.
...it-Tribunal deherlu li l-għoli globali talfaċċata ma kienx jaċċedi tliet darbiet ilwisa’ tat-triq u għalhekk il-parametri stabbiliti f’termini ta’ saħħa u sanita’ kienu sodisfatti.
Dan ir-raġunament kien imsejjes fuq dak li jgħidu r-Regolamenti tal2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Saħħa u Sanità), partikolarment subregolament (2) tar-Regolament 14 li jirregola l-għoli globali talfaċċata li jaqra hekk kif ġej: ‘(1) F’toroq jew spazji miftuħa li huma wiesgħa tliet metri jew inqas, l-għoli globali tal-faċċata m’għandux ikun aktar mid-doppju tal-wisa’ tat-triq jew spazju miftuħ, liema wisa’ għandu jiġi ikkalkulat bħala d-distanza orizzontali netta bejn il-faċċata tal-bini fuq it-triq u l-faċċata tal-bini fuq it-triq tal-eqreb faċċata fuq innaħaloħra tat-triq jew spazju miftuħ. Il-proporzjon għoli fil-konfront tal-wisgħa ma japplikax f’każ ta’ faċċati li jħarsu fuq il-baħar jew fuq art li tinsab il-barra miż-żona tal-iżvilupp. (2)F’toroq jew spazji miftuħa li huma wiesgħa aktar minn tliet metri iżda inqas minn jew mhux iżjed minn ħmistax-il metru, l-għoli globali tal-faċċata m’għandux jeċċedi tliet darbiet il-wisa’ tat-triq jew spazju miftuħ liema wisa’ għandu jiġi kkalkolat kif speċifikat fis-subregolament (1). Il-proporzjon għoli filkonfront tal-wisa’ ma japplikax f’każ ta’ faċċati li jħarsu fuq il-baħar jew fuq art li tinsab il-barra miż-żona tal-iżvilupp: Iżda wkoll jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet li jiddependu fuq il-kuntest tas-sit, f’liema każ kull faċċata li hi ogħla minn dak previst f’dan ir-regolament għandha tirrispetta l-kuntest tal-madwar’
F’dan il-każ, it-Tribunal deherlu li l-għoli globali tal-faċċata ma kienx jaċċedi tliet darbiet il-wisa’ tat-triq u għalhekk il-parametri stabbiliti f’termini ta’ saħħa u sanita’ kienu sodisfatti.
EDIZZJONI NUMRU 12
35
Storage ta’ qabel is-sena 1994 Policy 2.5B – 1994 – Applicant’s status
F’dan il-każ instab li l-istrutturi ta’ qabel l-1994 ma kienux għadhom eżistenti llum il-ġurnata u dan apparti l-fatt li l-AAC talab għal proof of arable farming li ma’ rriżultax li din ġiet sottomessa sabiex tkun tista’ tiġi evalwata minn dan l-istess kumitat. Għaldaqstant l-argument miġjub mill-appellant li huwa kien intitolat għal storage area għax sempliċiment kien hemm struttura qabel is-sena 1994 ma segwiex li huwa msejjes fuq policy.
Kmamar eżistenti f’għelieqi li nbnew wara s-sena 1978 iżda qabel is-sena 1994 jistgħu jiġu sanzjonati diment li dawn ikunu “storage facilities for arable farming” eżistenti. Dan ifisser li teżisti problema meta l-istrutturi ta’ qabel l-1994 ma jkunux għadhom eżistenti. Dan l-insenjament insibuh fis-sentenza fl-ismijiet Emmanuel Vella -vs- lAwtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-28 t’Ottubru 2021 (Appell 278/17 JB, PA179/17). F’din is-sentenza, it-Tribunal osserva li għalkemm Policy 2.5B tal-linja gwida rurali tal-2014 tesprimi preżunzjoni favorevoli għal “Agricultural stores for arable farming established before October 1994”, din ilpreżunzjoni hija għal “existing storage facilities for arable farming”, bi kriterju (1) jesiġi “consultation with the AAC concerning the applicant’s status”.
EDIZZJONI NUMRU 12
Artikolu 31 – Pjanti riveduti – Pjanti nieqsa
L-Artikolu 31 tal-Kap 551 tal-Liġijiet ta’ Malta jagħti s-setgħa litTribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar jordna lill-applikant jippreżenta pjanti addizzjonali li l-istess applikant ikun naqas li jissottometti fil-proċess ta’ qabel it-teħid tad-deċiżjoni appellata. Dan ġie affermat fis-sentenza fl-ismijiet Godwin Caruana -vs- lAwtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-28 t’Ottubru 2021 (Appell 217/18 JB, PA0097/17). L-applikazzjoni sotto appell inzertat li kienet tinkludi sanzjonar talfaċċata, korrezzjoni tas-sit u installazzjoni tal-pannelli solari fuq il-bejt ta’ residenza f’ Ħad- Dingli. L-Awtorita’ insistiet l-applikant kien naqas milli jipprovdi dettal fil-pjanta tal-elevazzjoni u għalhekk kien hemm issue biex jinħareġ il-premess. Detto cio’, it-Tribunal sab li seta’ jilqa’ pjanti riveduti, ai termini tal-Artikolu 31 ta’ Kapitolu 551 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’dana illi f’dan il-każ partikulari setghet tiġi sottomessa pjanta tal-elevazzjoni riveduta li turi l-varjazzjoni mill-permess oriġinali - xi ħaġa li kien naqas jagħmel l-applikant filproċess li wassal għat-teħid tad-deċiżjoni quddiem l-Awtorita’ appellata.
EDIZZJONI NUMRU 12
“
L-Artikolu 31 tal-Kap 551 tal-Liġijiet ta’ Malta jagħti s-setgħa lit- Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar jordna lill-applikant jippreżenta pjanti addizzjonali…
“
36
It-Tribunal jista’ jordna (hu) pjanti addizzjonali
Bio Dr Robert Musumeci kiseb PhD fil-ligi mill-Universita ta’ Malta wara li, fl-2016, huwa rebaħ il-‘Best Doctor of Laws Thesis Award 2016’ għall- publikazzjoni 'The Development Planning Act 2016 A critical Appraisal'. Dr Musumeci kiseb ukoll Master of Science in Conservation Technology for Masonry Buildings lura fl-2004 mill- istess Universita’ ta’ Malta wara li ggradwa bhala perit fissena 1997. Dr Musumeci serva bħala ċermen tal- Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal- Bini (BICC) bejn is-snin 1998 u 2008. Eventwalment huwa serva bħala konsulent tal-gvern Malti fejn kien strumentali fir-riformi wara d-demerger tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar, it-twaqqif ta’ l- Awtorita’ ta’ l- Artijiet, l-emendi kostituzzjonali li jippermettu siġġijiet addizzjonali għas-sess sotto-rappreżentatl-introduzzjoni ta’ ligi gdida li tirregola l-agenti tal-proprjeta’ immobli kif ukoll il-ligi li waqqfet l-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dr Musumeci huwa l-awtur tal-ktieb ‘Selected Principles of Maltese Planning Law.’(Kite 2021) Dr Musumeci jghallem il-liġi tal-ippjanar u l-liġi amministrattiva fi hdan il-Fakuta tal-Ligi flUniversita’ ta’ Malta. Dr Musumeci huwa l-ewwel detentur ta’ warrant biex jipparattika bhala avukat u warrant biex jipprattika bhala perit.
© Drittijiet Riservati. Robert Musumeci. Avukat – Perit. 2021.