Skip to main content

DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 11

Page 1

DECIZJONIJIET TA’ L-IPPJANAR NOTI LEGALI

EDIZZJONI NUMRU

Robert Musumeci

11


LIGI TA’ L-IPPJANAR KELMIET PRINCIPALI

Ricerka

Robert Musumeci

Tariffa SL551.01 Pagament Addizzjonali

Web

www.robertmusumeci.com

Email

info@robertmusumeci.com

Sorsi

www.eprt.org.mt www.ecourts.gov.mt

32

33 EDIZZJONI NUMRU 11

Washrooms Commitment Height Limitations

Store Area Protetta Girna


31

Tariffi tat-Tribunal Tariffa - SL551.01- Pagament addizzjonali

Ir-regolament (5) tal-L.S. 661.01 irid li rikors tal-appell li ma jkollux miegħu ddritt dovut u t-tariffi aministrattivi kif previst dwarhom fir-regolamenti 3 u 4 ikun meqjus null u bla effett biss f’dawk il-każijiet fejn l-appellant jonqos milli jħallas tali dritt u tariffi f’dak iż-żmien, wara li jkun għamel appell, hekk kif itTribunal jista’ jistabbilixxi…

Meta l-pagament marbut mat-tariffa ma jsirx mar-rikors promotur, dan jista’ jsir fil-mori ta’ l-appell. Dan kien ikkonfermat fis-sentenza fl-ismijiet Jonathan u Marthese Micallef -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar u lkjamat in kawza Ms Ursula u Dr Cory Greenland mogħtija mill-istess Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar is-7 t’Ottubru 2021 (Appell 91/20 JB, PA4551/19). Fil-fatt, dan kien appell ta’ terzi kontra lħruġ tal-permess PA4551/19 fejn gew approvati alterazzjonijiet u estensjonijiet ta’ bungalow eżistenti b’riżultat li din tiġi estiża minn residenza b’sular wieħed għal residenza (villa fully detached) imqassma fuq tlett sulari fi Triq il-Grigal, Marsascala. L-applikant ressaq eċċezzjoni preliminari fis-sens li l-appellant ma kienx ħallas it-tariffa kif mistħoqq u għalhekk l-appell kellu jiġi miċħud. Madankollu, it-Tribunal ikkonkluda hekk: ‘Illi fir-rigward tal-ewwel eċċezzjoni, it-Tribunal josserva li r-rata tat-tariffa dovuta għas-sottomissjoni tal-appell odjern hija kwistjoni aministrattiva regolata permezz tal-liġi sussidjarja 551.01, li tesiġi li r-rikors tal-appell għandu jkollu miegħu d-dritt dovut u tariffi aministrattivi stabbiliti skont liskedi elenkati. Illi regolament (5) tal-liġi sussidjarja 551.01 jipprovdi ssegwenti: “Rikors tal-appell li ma jkollux miegħu d-dritt dovut u t-tariffi aministrattivi kif previst dwarhom fir-regolamenti 3 u 4 ikun meqjus null u bla effett biss f’dawk il-każijiet fejn l-appellant jonqos milli jħallas tali dritt u tariffi f’dak iż-żmien, wara li jkun għamel appell, hekk kif it-Tribunal jista’ jistabbilixxi.” Illi fil-każ odjern, ma jirriżultax li kien hemm estremi ta’ ksur ta’ dan ir-regolament tant illi fil-mori ta’ dan l-appell saru pagament addizzjonali da parti tal-appellanti sabiex d-dritt dovut u t-tariffi aministrattivi jiġu mħallsa. B’żieda ma’ dan, it-Tribunal jippuntwalizza li l-eċċezzjoni tan-nullita hija sanzjoni estrema u ma għandhomx jiġu applikati bħala prassi ġenerali, propju għaliex dawn huma estremitajiet talliġi li għandhom jiġu applikati biss f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali. Għal dawn il-motivi, it-Tribunal jiċħad l-ewwel eċċezzjoni.’ Din is-sentenza kif redatta tagħti wieħed x’jifhem li kien jiġri l-istess kieku t-tariffa sħiħa, u addirittura mhux parti minnha, tħallset fil-mori ta’ lappell.

EDIZZJONI NUMRU 11


32

Washrooms kommessi jistgħu jsiru residenza Washrooms - commitment- height limitation

L-applikant appella minn din id-deċiżjoni billi nsista li l-bini eżistenti kien ġja jaqbeż għoli ta’ 12.3 metru filwaqt li fir-recess ta’ 4.25 metru kien hemm ġja lift eżistenti u kopert bil-permessi preċedenti tal-bini.

It-Tribunal osserva li l-bini eżistenti ta’ bilħaqq kellu għoli ta’ 9.62 metru fuq ilfaċċata u 12.7 metru total, ergo aktar minn dak permessibbli skont il-height limitation applikabbli għas-sit kif assenjat fil-Pjan Lokali (għaliex skont Policy GZEDGE-1 dan għandu jiġi limitat għal 8.9 metru fuq il-faċċata tal-bini u għoli totali ta’ 12.3 metru). It-Tribunal ra li ‘l-commitment tal-washrooms ma jistax jiġi injorat, anke jekk dawn jaqbżu l-għoli totali permessibbli minħabba li dawn huma legalment eżistenti’. It-Tribunal għalhekk approva l-permess mingħajr żidiet u estensjonijiet malfootprint preżenti tal-istess washrooms, għajr għal passaġġ kemm jista’ jkun limitat li jgħaqqad ir-residenza mat-taraġ u l-lift u li mal-għoli eżistenti tal-washrooms ma jsir ebda parapett wall fil-livell tal-bejt ta’ fuq nett.

Il-commitment ta’ washrooms bil-permess ma jistax jiġi njorat, anke jekk dawn jaqbżu l-għoli totali permessibbli. F’każijiet bħal dawn hemm lok ukoll li l-washrooms jinbidlu f’residenza. Dan kien ikkonfermat fis-sentenza fl-ismijiet Salvina Pace -vs- lAwtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar is-7 t’Ottubru 2021 (Appell 159/19 JB, PA10197/18). Dan l-appell kien jikkonċerna talba għall-alterazzjonijiet ma’ washrooms eżistenti sabiex dawn jiġu konvertiti f’żewġ appartamenti irtirati fuq blokka appartamenti eżistenti li jinsab fuq Triq l-Arċipriet Saver Cassar, fil-lokalita’ tan-Nadur. L-Awtorita’ tal-Ippjanar irrifjutat it-talba ta’ din lapplikazzjoni fuq il-bażi li ż-żieda fl-għoli tal-bini kien kontra Policy P35 tal-linja gwida DC15 minħabba li dan kien sejjer jirriżulta f’għoli totali li jaqbeż 12.3 metru, filwaqt li s-sular irtirat ma kienx se jżomm distanza libera ta’ 4.25 metru mill-faċċata tal-bini.

EDIZZJONI NUMRU 11


Store - Area Protetta - Girna

F’żona protetta, bidwi jista’ jkun intitolat għal kamra agrikola sakemm din tkun b’disinn ta’ girna. Dan seħħ fil-każ fl-ismijiet Kenneth Abela -vs- lAwtorita’ tal-Ippjanar deciz mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u lIppjanar nhar is-7 t’Ottubru 2021 (Appell 442/20 JB, PA3600/20). Dan lappell kien jikkonċerna talba sabiex jinbena maħżen agrikolu b’daqs ta’ 15 il-metru kwadru fuq sit li jinsab f’żona magħrufa bħala Ta’ Rdum, fil-limiti tal-Qala. L-iżvilupp propost ġie rrifjutat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar fuq ilbażi li s-sit jinsab ġgewwa żona protetta bħala Area of Ecological Value u Area of High Landscape Sensitivity, u għalhekk l-iżvilupp kien ikkunsidrat bħala kontra Policies 2.5A, 1.2F, 1.2G u 1.2H tal-linja gwida rurali tal2014, u kif ukoll kontra Policies TO1, TO8 u RO4 tal-iSPED li jitolbu għall-ħarsien tal-ambjent naturali. Madankollu, l-applikant ħass li kien intitolat għall-kamra peress li kellu biżżejjed tmiem reġistrati fuq ismu u għalhekk intavola appell quddiem itTribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn qal li l-Awtorita’ interpretat il-policies tal-linja gwida rurali b’mod żbaljat. Huwa sostna li lkriterju (4) ta’ Policy 2.5A ma teskludix li jista’ jsir tali tip ta’ żvilupp ġewwa żona protetta, iżda li, jekk xejn, dan għandu jkun suġġett għallprova li l-iżvilupp ma jikkompromettix il-protezzjoni taż-żona. It-Tribunal ikkonkluda li kien minnu li l-Policies 1.2F, 1.2G, 1.2H u 2.5A tal-linja gwida rurali tal-2014 jagħmlu preżunzjoni kontra żvilupp f’żona rurali fejn dan jista’ jagħmel ħsara lill-protezzjoni u l-kwalita’ ambjentali taż-żona.

EDIZZJONI NUMRU 11

“

…..sewwa mir-ritratti preżentati ma’ lapplikazzjoni u anke mir-ritratti mill-ajru, is-sit odjern kien jikkonsisti minn ħamrija u għalhekk il-bżonn ta’ kamra aggrarja seta’ jigi kkunsidrata bħala bżonn ġenwin

“

33

Policy 2.5A ma teskludix kmamar f’żoni protetti

Madankollu, it-Tribunal innota li sewwa mir-ritratti preżentati ma’ lapplikazzjoni u anke mir-ritratti mill-ajru, is-sit odjern kien jikkonsisti minn ħamrija u għalhekk il-bżonn ta’ kamra aggrarja seta’ jigi kkunsidrata bħala bżonn ġenwin. It-Tribunal għalhekk sab bilanċ f’dan kollu billi ippermetta li lkamra agragja tkun fil-forma u disinn ta’ girna u fejn din tkun mibnija biss missejjiegħ bil-metodi tradizzjonali bil- footprint area ta’ circa 15 il-metru kwadru meta mkejla esternament. Apparti dan, l-appellant gie mitlub jippreżenta Works & Construction Method Statement ghall-kunsens mingħand l-Awtorita’ ghallAmbjent u r-Riżorsi.


Bio Dr Robert Musumeci kiseb PhD fil-ligi mill-Universita ta’ Malta wara li, fl-2016, huwa rebaħ il-‘Best Doctor of Laws Thesis Award 2016’ għall- publikazzjoni 'The Development Planning Act 2016 A critical Appraisal'. Dr Musumeci kiseb ukoll Master of Science in Conservation Technology for Masonry Buildings lura fl-2004 mill- istess Universita’ ta’ Malta wara li ggradwa bhala perit fissena 1997. Dr Musumeci serva bħala ċermen tal- Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal- Bini (BICC) bejn is-snin 1998 u 2008. Eventwalment huwa serva bħala konsulent tal-gvern Malti fejn kien strumentali fir-riformi wara d-demerger tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar, it-twaqqif ta’ l- Awtorita’ ta’ l- Artijiet, l-emendi kostituzzjonali li jippermettu siġġijiet addizzjonali għas-sess sotto-rappreżentatl-introduzzjoni ta’ ligi gdida li tirregola l-agenti tal-proprjeta’ immobli kif ukoll il-ligi li waqqfet l-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dr Musumeci huwa l-awtur tal-ktieb ‘Selected Principles of Maltese Planning Law.’(Kite 2021) Dr Musumeci jghallem il-liġi tal-ippjanar u l-liġi amministrattiva fi hdan il-Fakuta tal-Ligi flUniversita’ ta’ Malta. Dr Musumeci huwa l-ewwel detentur ta’ warrant biex jipparattika bhala avukat u warrant biex jipprattika bhala perit.

© Drittijiet Riservati. Robert Musumeci. Avukat – Perit. 2021.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 11 by robertmusumeciavukatperit - Issuu