Skip to main content

DECIZJONIJIET TAL-IPPJANAR - EDIZZJONI NUMRU 9

Page 1

DECIZJONIJIET TA’ L-IPPJANAR NOTI LEGALI

EDIZZJONI NUMRU

Robert Musumeci

9


LIGI TA’ L-IPPJANAR KELMIET PRINCIPALI

Ricerka

Robert Musumeci

Regolament 17(4) Regolament 17(5) Infurzar

Web

www.robertmusumeci.com

Email

info@robertmusumeci.com

Sorsi

www.eprt.org.mt www.ecourts.gov.mt

26

27 EDIZZJONI NUMRU 9

Artikolu 99(1) Artikolu 99(2) Tneħħija

Policy 2.9 Xatba 1.2 metri


25

Ir-Regolamenti 17(4) u 17(5) Regolament 17(4) - Regolament 17(5) - Infurzar

“

... il-permess jista’ joħroġ xorta

waħda bil- kundizzjoni li jitneħħew il-partijiet illegali fi żmien stipulat.

“

Id-differenza bejn Ir-Regolament 17(4) u 17(5) tal-Avviż Legali 162 tal2016 ħarġet ċara fis-sentenza fl-ismijiet Johann Gaffarena u J. Gaff Fuel Station -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar id-9 ta’ Settembru 2021 (Appell 179/17 JB, PA1172/15).

Dan l-appell kien jikkonċerna talba għas-sanzjonar ta’ Fuel Station kif mibnija b’alterazzjonijiet u żieda mal-permess oriġinali PA2223/06. Ixxogħolijiet mitluba għal sanzjonar kienu jinkludu l-bini ta’ garaxx fil-livell tal-basement, showroom tal-karozzi fil-pjan terran, uffiċini fl-ewwel sular, u erba’ car washe, fuq sit li jinsab f’Luqa Road, fil-limiti ta’ Ħal-Qormi. Liżvilupp propost ġie rrifjutat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar fuq il-bażi ta’ żewġ raġunijiet ta’ rifjut, ossija li l-għoli tal-bini kif propost jaqbeż għoli ta’ 7 metri li huwa kontra paragrafu 3.2 tal-Fuel Service Stations Policy u li fuq l-istess sit hemm preżenza ta’ llegalitajiet li jikkonsistu minn estensjoni tal-footprint tal-bini, żieda fl-għoli tal-bini, u l-iskavar ta’ livell tal-basement, u għalhekk l-iżvilupp propost ma jistax jiħi kkunsidrat qabel ma dawn jitneħħew skont Regolament 17 tal-Avviż Legali 162 tal-2016.

EDIZZJONI NUMRU 9

Minn din id-deċiżjoni kkonsegwa li r-Regolament 17(4) tal-Avviż Legali 162 tal-2016 essenzjalment jagħraf li jista’ jkun hemm partijiet mill-iżvilupp propost li jistgħu ikunu ikkunsidrati bħala aċċettabbli, filwaqt li partijiet oħra ma jkunux. Madankollu, ilpermess jista’ joħroġ xorta waħda bil- kundizzjoni li jitneħħew ilpartijiet illegali fi żmien stipulat.

Mill-banda l-oħra, ir- Regolament 17(5) irid li ma jingħatax permess għaliex minkejja li hemm parti taliżvilupp li hi kkunsidrata aċċettabbli u tiġi sanzjonata, din tkun se ċċaħħad fiżikament u tfixkel u tagħmilha diffiċli li tittieħed xi azzjoni ta’ infurzar fuq xi partijiet illegali oħrajn li ma jistawx jiġu rregolarizzati.


26

Tneħħija -vs- Tnaqqis

Mal-Qorti ta’ l-Appell, il-persuna milqut bl-imsemmi avviż (minn issa ‘l-aggravat’) insista li tali avviż ta’ enforzar kien ultra vires għax maħruġ għat-‘tneħħija talħsara’ mhux għat-tnaqqis tal-ħsara. (kwindi l-avviż kellu joħroġ a tenur talArtikolu 99(2) tal-Kap. 552 u mhux l-Artikolu 99(1)).

Artikolu 99(1) - Artikolu 99(2) - Tneħħija

Issa, l-Artikolu 99(1) tal-Kap 552 jipprovdi s-segwenti: “Jekk il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu li l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar biddehra jew kondizzjoni strutturali ta’ xi bini jew ta’ xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, jew bid-dehra ta’ xi sit fejn ikun qed isir jew sar żvilupp fih jew kostruzzjoni jew xi xogħlijiet oħra, il-Kunsill Eżekuttiv jista’ jinnotifika avviż ta’ twettiq fuq is-sid tal-art jew fuq l-okkupant tal-art jew fuq it-tnejn kif il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu l-aktar spedjenti, li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż. Id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 97(3) għandhom ukoll japplikaw għal avviż taħt dan l-artikolu.” Mill-banda l-oħra, l-Artikolu 99(2) tal-Kap 552 jipprovdi s-segwenti:

Meta niġu għal ordinjiet ta’ nfurzar, il-kelma ‘tnaqqis’ mhix inkompatibbli mal-kelma ‘tneħħija’. Dan ħareġ mis-sentenza fl-ismijiet JPM Brothers u Jefpet Ltd vs LAwtorita tal-Ippjanar (gia l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u lIppjanar) mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar id-19 ta' Ġunju, 2019 (Appell Nru. 12/2019). Inizjalment kien ħareġ avviż abbazi tal-Artikolu 99(1) tal-Kap 552 fir-rigward ta' Jerma Hotel, Triq-Salini, Marsacala li jgħid hekk: “Peress illi sar ksur tal-Artiklu 99 tal-Att VII tal-2016 dwar l-Ippjanar talIżvilupp u li jikkonsisti fi żvilupp li bid-dehra u/jew kundizzjoni tiegħu qiegħed iħassar il-ġmiel jew siwi taż-żona li qiegħed fiha minħabba li ġie żarmat is-sit imsemmi u tħalla fi stat ta' abbandun. ...omissis... L-Awtorita' tal-Ippjanar tesiġi li jittiedu passi kollha neċessarji sabiex titneħħa l-ħsara hawn fuq imsemmija fi żmien 16 il-ġurnata.”

EDIZZJONI NUMRU 9

“Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta mal-Kunsill Eżekuttiv, permezz ta’ regolamenti taħt dan l-artikolu jipprovdi li proprjeta’ li tkun fi stat ta’ abbandun u,jew tikkostitwixxi periklu, għandha titwaqqa’ minn sidha jew mill-Awtorita’, bi spejjeż tas-sid, skond id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 100. Bla ħsara għallġeneralita’ ta’ dak hawn qabel imsemmi, dawn ir-regolamenti jistgħu jipprovdu: (a) Il-mod li bih l-istat tal-proprjeta’ jiġi ċċertifikat bħala li qiegħed jikkostitwixxi periklu, (b) Il-metodologija u l-proċeduri li għandhom jittieħdu mill-Awtorita’ f’kull azzjoni li tista’ tieħu kif imsemmi qabel.” Tenut dan kollu il-Qorti nnotat li l-avviż kien inħareġ a bażi tal-Artikolu 99(1) talKap. 552 fil-konfront tal-istat ta’ kostruzzjoni tiegħu li kien qed iħassar il-ġmiel jew siwi taż-żona u dan minħabba li ġie żarmat u tħalla fi stat ta’ abbandun. Lordni tal-Kunsill Eżekuttiv, irraġunat il-Qorti, kienet fis-sens li ‘titneħħa l-ħsara’. Filwaqt li huwa veru li l-Artikolu 99(1) jagħti biss id-dritt ta’ ordni ta’ tnaqqis talħsara (u mhux ‘tneħħija’), il-Qorti osservat li ‘[…] l-kelma tneħħija għandha titqies fis-sens tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-effetti negattivi tal-binja fuq il-ġmiel u siwi taż-żona ’ u ma sabet xejn ħażin fil-mod kif inħareġ l-avviż. Kwindi, il-kelma ‘tnaqqis’ mhix inkompatibbli mal-kelma ‘tneħħija’.


27

Xatba u fencing madwar għalqa Policy 2.9 - Xatba - 1.2 metri

L-Awtorita’ ma tistax ma ssibx oġġezzjoni għal fencing madwar għalqa u mbagħad issib oġġezzjoni għal xatba għaliex din mhix ta’ l-injam u għandha għoli daqs il-fencing. Dan kien ikkonfermat fis-sentenza fl-ismijiet Mario Vella -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar id-9 ta’ Settembru 2021 (Appell 44/20 JB, PA6577/19).

ma kelliex raġun toġġezzjona għall-fatt li xxatba ma kinitx miksija blinjam u, aktar minn hekk, kienet taqbeż l-għoli ta’ 1.2 metri.

EDIZZJONI NUMRU 9

Dan l-appell kien jikkonċerna talba sabiex isir sanzjonar ta’ maħżen agrarju, tinda lightweight ma’ ġenb il-maħżen, fencing mal-konfini tas-sit u xatba. L-iżvilupp propost inzerta jinsab f’żona rurali fi Triq Marsalforn, ixXagħra, Għawdex.

L-iżvilupp propost ġie rrifjutat minn l-Awtorita’ tal-Ippjanar inter alia għaliex ix-xatba li l-appellant ittenta jissanzjona ma kinitx miksija blinjam u taqbeż l-għoli ta’ 1.2 metri, f’kunflitt ma’ Policy 2.9 tal-linja gwida rurali tal-2014. Madankollu t-Tribunal irraġuna li ġaladarba l-għoli u l-materjal ta’ din ixxatba kien simili għal dak tal-fencing madwar il-konfini tas-sit inkluż għal sanzjonar li fuqhom l-Awtorita` ma kienet esprimiet l-ebda oġġezzjoni minħabba li dan huwa “light/demountable and effective method to protect crops without being an eye-sore due to their natural properties and colour which blends with the natural environment”, l-Awtorita’ nstab li ma kelliex raġun toġġezzjona għall-fatt li x-xatba ma kinitx miksija bl-injam u, aktar minn hekk, kienet taqbeż l-għoli ta’ 1.2 metri.


Bio Dr Robert Musumeci huwa avukat u perit. Fl-2020, huwa kiseb ukoll PhD mill-Universita ta’ Malta wara li ddefenda t-teżi bit-titlu ‘Judicial interpretation of Maltese Development Planning Law – Eliciting the added value.’ Fl-2016, Dr Musumeci rebaħ il-‘Best Doctor of Laws Thesis Award 2016’ għall- publikazzjoni 'The Development Planning Act 2016 - A critical Appraisal'. Dr Musumeci kiseb Master of Science in Conservation Technology for Masonry Buildings lura fl-2004 mill- istess Universita’ ta’ Malta wara li ppublika strateġija ta’ konservazzjoni għall-Kappella magħrufa bħala Tal-Lunzjata li tinsab fl-inħawi ta’ Tal-Għolja fillimiti tas-Siġġiewi. Dr Musumeci serva bħala ċermen tal- Kunsill Konsultattiv dwar lIndustrija tal- Bini bejn is-snin 1998 u 2008. Eventwalment huwa serva bħala konsulent tekniku-legali tal-gvern Malti u kien strumentali fir-riformi wara d-demerger tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar u t-twaqqif ta’ l- Awtorita’ ta’ lArtijiet. Dr Musumeci kellu sehem attiv fit-tfassil ta’ numru ta’ liġijiet oħrajn, fosthom il-liġi l-ġdida li tirregola l-Periti, il-liġi li tirregola lħruġ ta' liċenzji ta' Aġenti tal- proprjetà immobbli kif ukoll il-liġijiet wara t-twaqqif tal-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dr Musumeci jgħallem il-liġi tal-ippjanar u l-liġi amministrattiva fi hdan il-Fakuta tal-Ligi fl-Universita’ ta’ Malta.

© Drittijiet Riservati. Robert Musumeci. Avukat – Perit. 2021.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook