Prezz: €2.50 Għall-bejgħ f’fergħat magħżula. Lista fuq ilgurnal.mt
ilgurnal.mt
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
ĦARĠA Nru 3
jirbħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
p15
Hachikō
Il-Ġurnal, gazzetta għallistudenti fl-iskejjel Maltin, immirata b'mod speċjali għal dawk f'livell medju u sekondarju.
p21
Kieku kollox kien l-istess? p28
p22
Għax hekk qalet
Editriċi Rita Saliba
p2
Kif Issir
Ġurnalist
p3
l-influencer!
TOY STORY
B'Tifkira ta'
FUQ ERBA’ ROTI!
p5
Woody, Buzz u Jessie jispiraw tliet Porsche 911 uniċi.
Meta Tieqaf
il-Mużika!
IRA
p21
LOSCO p16
Ritratt: Porsche / Porsche Newsroom
p26
Andrew Vella
p10
p6
SKY
G ANDNA BZONNOK! ASTRO SAVER JINSAB MAQBUD FUQ IL-PJANETA L-HAMRA. TISTA' TG INU JIGI LURA FID-DINJA?
Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).
BROWN
TISLIBA
u ‘Inħobbimali’ n l-an
p26
2
Ħarġa Nru 3
Pubblikatur, Produzzjoni, Disinn u Reklamar ArtHouse Design Studio Bord Editorjali Rita Saliba (Editriċi), Robert Caruana (Koeditur) Kuntatt info@ilgurnal.mt Website ilgurnal.mt
B’ringrazzjament lid-diversi awturi, kontributuri u sponsors ta’ dan il-kontenut informattiv.
© ArtHouse Design Studio, 2026.
Drittijiet tal-awturi u copyright Il-kontenut kollu ta' Il-Ġurnal huwa protett mid-drittijiet tal-awtur u ma jistax jiġi riprodott, ikkupjat jew imqassam mingħajr il-kunsens bilmiktub tal-pubblikatur. Korrezzjonijiet u kjarifiki Aħna impenjati li nipprovdu informazzjoni preċiża u kredibbli. Jekk tinnota xi żball jew informazzjoni skorretta tista’ tikkuntattjana bl-
email, u aħna nagħmlu l-korrezzjonijiet meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà L-opinjonijiet espressi fil-ġurnal huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux l-opinjonijiet tal-editriċi jew tal-pubblikatur. Il-Ġurnal mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe ħsara jew telf li jista’ jirriżulta millinformazzjoni ppubblikata.
Protezzjoni tad-data u privatezza Il-Ġurnal jimxi mal-GDPR u mal-liġijiet dwar ilprivatezza. Kwalunkwe data personali miġbura mill-qarrejja tintuża biss għall-iskopijiet speċifikati u ma titqassamx ma’ partijiet terzi.
Regoli tal-Logħob Il-kompetizzjonijiet huma miftuħa għal parteċipanti ta’ 11-14-il sena residenti f’Malta u Għawdex sal-15/01/2027. Meta tipparteċipa ibagħtilna s-soluzzjonijiet fl-indirizz loghob@ilgurnal.mt flimkien ma’ ismek, kunjomok u numru fejn inkunu nistgħu nċemplulek.
Inċemplu lil min ikun bagħtilna l-ewwel risposta tajba li titla' u jrid iwieġeb tajjeb mistoqsija biex jirbaħ il-premju kif inhu indikat filkompetizzjoni rispettiva. Ir-rebbieħa jitħabbru fil-paġna: facebook.com/ArtHouseMalta
e
Kif Issir
Ġurnalist Illum li ssir ġurnalist ifisser aktar minn sempliċiment tikteb rapport. It-teknoloġija moderna, l-internet u l-vidjografija bidlu kif niġbru u nwasslu l-aħbarijiet. Ġurnalist tajjeb għandu jkun kurjuż, jistaqsi l-mistoqsijiet u juża l-għodod diġitali biex jikteb, jirrekordja u jxandar l-istejjer b’mod effettiv.
F’din it-taqsima se nispjegaw il-passi ewlenin biex tibda l-vjaġġ tiegħek fid-dinja tal-ġurnaliżmu! Rajtha online… Imma vera?
Mhux kulma tara online huwa aħbar
Staqsi lilek innifsek: •
Hija vera?
L-aħbarijiet fid-dinja diġitali
Fuq l-internet jista’ jikteb kulħadd. U hawn tibda l-problema.
•
Naf minn fejn ġiet?
•
Hemm xi ħadd affidabbli li kkonfermaha?
•
Tista’ tagħmel il-ħsara jew toħloq konfużjoni?
Illum jekk tiġri xi ħaġa importanti ħafna drabi nsiru nafu biha kważi mill-ewwel. Niftħu l-internet u nsibu artikli, filmati, stampi u aġġornamenti dwar dak li jkun qed jiġri f ’Malta u madwar id-dinja. Dan hu utli ħafna. L-internet jgħinna nibqgħu infurmati u nsibu l-informazzjoni malajr. Imma hemm mistoqsija li tajjeb nistaqsu lilna nfusna kull darba:
Dak kollu li naraw online huwa veru? Mhux dejjem. Fl-imgħoddi n-nies kienu jistennew il-gazzetta, l-aħbarijiet fuq it-televixin jew ir-radju biex isiru jafu x’ġara. Illum aħbar tista’ tidher online ftit sekondi biss wara li jkun seħħ xi avveniment. Dan hu vantaġġ kbir, iżda l-ħeffa għandha wkoll il-lat l-ieħor tagħha. Xi kultant l-informazzjoni tinxtered qabel ma xi ħadd ikun waqaf jiċċekkja jekk hix vera.
Ħaġa tista’ tidher professjonali, ikollha titlu kbir u stampa impressjonanti iżda xorta tkun żbaljata. Kultant tkun sempliċiment xi ħaġa li ma nftehmitx sew. Drabi oħra tkun informazzjoni esaġerata jew saħansitra kompletament falza. Għalhekk hemm differenza kbira bejn l-informazzjoni li sempliċiment tidher online u x-xogħol ġurnalistiku. Ġurnalist ma jistax sempliċiment jisma’ xi ħaġa u jippubblikaha. Irid jiċċekkja l-fatti, ifittex sorsi affidabbli u jipprova jifhem sew x’ġara qabel ma jgħaddi l-informazzjoni lill-pubbliku. L-għan mhuwiex biss li jkun l-ewwel wieħed li jgħid l-aħbar – iżda li jgħidha **sew**. Dan ma jfissirx li dak kollu li nsibu online huwa ħażin. Hemm ħafna informazzjoni tajba u utli. Imma rridu nitgħallmu nagħrfu x’nistgħu nafdaw u x’għandna niċċekkjaw aħjar.
Ftit sekondi jistgħu jagħmlu differenza kbira.
Aħseb bħal ġurnalist
“AĦBAR URĠENTI:
Ejja ngħidu li tara aħbar interessanti online. Qabel temminha mill-ewwel staqsi ftit mistoqsijiet sempliċi:
L-ewwel reazzjoni tiegħek forsi tkun: “Veru?”
•
Min qed jgħidha, din?
•
Minn fejn ġiet l-informazzjoni?
•
Hemm sors ieħor affidabbli li qed jgħid l-istess ħaġa?
•
It-titlu jidher esaġerat wisq?
•
Hemm data, ismijiet u dettalji ċari?
Xi ħaġa ma tidhirlekx sew? Tiqafx mat-titlu. Ara min kitibha, minn fejn ġiet u jekk sorsi oħra humiex qed jikkonfermawha. Immaġina li kieku tirċievi dan il-messaġġ:
Għada m’hemmx skola!”
Imma qabel tibda tgħid lil sħabek, iċċekkja. Hemm avviż uffiċjali mill-iskola? Ħabbret xi ħaġa l-awtorità responsabbli? Hemm data u dettalji ċari? Jekk le jista’ jkun sempliċiment għajdut. U problema żgħira tista’ malajr issir waħda kbira jekk kulħadd jibda jgħaddi l-istess messaġġ.
Qabel temmen jew ixxerred aħbar… AĦSEB! Meta tgħaddi l-informazzjoni lil ħaddieħor tkun qed tgħinha tasal għand aktar nies. Għalhekk tajjeb li tieqaf sekonda u taħseb qabel tagħmel dan.
Huwa importanti wkoll li toqgħod attent għallinformazzjoni personali. Passwords, numri tat-telefown, indirizzi u dettalji privati m’għandhomx jingħataw jew jintbagħtu lil ħaddieħor bla bżonn. L-internet jista’ jkun post millaqwa biex titgħallem, tiskopri affarijiet ġodda u ssir taf x’inhu jiġri fid-dinja. Imma kultant jista’ wkoll iqarraq bik. Għalhekk m’għandekx għalfejn temmen kollox u lanqas tissuspetta kollox. Trid sempliċiment titgħallem tieqaf, tiċċekkja u taħseb. Ġurnalist tajjeb ma jgħaġġilx biex ixandar aħbar sempliċiment biex ikun l-ewwel wieħed. L-ewwel jistaqsi, jiċċekkja u jfittex ilfatti. U jekk tagħmel l-istess tkun diġà qed tibda **taħseb bħal ġurnalist**.
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Għax hekk qalet
Is-supereroj Nina, bl-identità sigrieta Buffura, u Pawlu Ċiklun huma t-tfal tal-familja Vallewro, it-tfal ta’ Anġlu Vultaġġ u Marija Arzella.
Kunċett u ħolqien tal-karattri minn Fabio Giangolini, kitba tal-iskript u arti tal-komik minn Robert Caruana
miġjub lilkom mill-Bank of Valletta
l-influencer!
3
OQGĦOD ATTENT
L-influencers jistgħu jirrakkomandaw prodotti tajbin ħafna, imma meta tixtri informa ruħek fuq min qed ibigħ minn qabel.
Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).
4
Ħarġa Nru 3
Ejja nimmaġinaw il-futur tal-arti
f ’Malta Q
att ħsibt dwar kif se jkun il-futur tal-artisti f’Malta?
Spazji u postijiet
U xi ngħidu għal dawk li jħobbu jsegwu forom differenti tal-arti? Taħsbu li se jkun hemm aktar teatri, skejjel taż-żfin, kunċerti, mużewijiet u wirjiet tal-arti x’jesperjenzaw?
Fejn għandha ssir l-arti? Hemm bżonn ta’ aktar studjows, teatri jew postijiet ġodda għallkreattività?
Bħalissa l-Kunsill Malti għall-Arti qed jaħdem preċiżament sabiex dan il-futur ikun l-isbaħ wieħed possibbli. Qed nagħmlu dan permezz tal-Istrateġija 2030, dokument li ser iwitti t-triq għal industrija kreattiva aktar b’saħħitha f’Malta. Din l-Istrateġija 2030 tistgħu timmaġinawha bħala lista twila ta’ affarijiet li għandhom isiru biex l-arti u l-kultura f’Malta jitjiebu għal kulħadd. Il-vjaġġ beda permezz tal-Istrateġija 2025, li issa ġiet implimentata u ġa qed turi l-frott. Issa wasal iż-żmien biex inkomplu naħdmu fuq il-pjan il-ġdid: Strateġija 2030! U tlabna lill-artisti, l-istudenti, l-għalliema u kull min iħobb l-arti biex jaqsam l-ideat tiegħu. Biex dan iseħħ qed niltaqgħu ma’ dawn sabiex ikellmuna dwar x’jaħsbu li għandu jiġri filfutur. Għalhekk organizzajna sensiela ta’ laqgħat speċjali li fihom laqqajna gruppi żgħar ta’ nies sabiex inkunu nistgħu nitkellmu u nitgħallmu dwar kif jaħsbuha fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-arti u l-kultura. Kull laqgħa ġabet magħha tema differenti dwar id-dinja tal-arti, bħal ngħidu aħna:
Flus u sieħba L-artisti fejn jistgħu jsibu l-appoġġ? Mhux biss millgvern imma wkoll minn negozji u kumpaniji privati oħra.
Il-kreattività u l-ekonomija Kif tista’ l-arti tingħaqad ma’ ħiliet ġodda, l-għodod diġitali u anke l-AI?
Qed niġbru l-ħsibijiet ta’ kulħadd, u mhux biss tal-artisti professjonali. Wara kollox, jekk tħobb il-kotba, il-mużika, il-films jew il-pittura int ġa parti mix-xena artistika u kulturali tagħna! B’hekk Strateġija 2030 tkompli teħodna fuq vjaġġ sabiħ mimli arti, mużika, teatru u immaġinazzjoni.
Il-kultura fi ħdan il-komunitajiet L-arti kif iġġib lin-nies flimkien, tiċċelebra l-kulturi differenti u tagħti vuċi lil kulħadd?
Tagħlim u tkabbir Kif nistgħu niżguraw li tfal u żgħażagħ bħalkom, kif ukoll adulti, jibqgħu jitgħallmu u jgawdu l-arti għal dejjem?
Tixtiequ tkunu tafu aktar dwar din l-Istrateġija u kif qed tiġi mfassla? Tistgħu żżuru s-sit tagħna.
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Intervista ma’
Meta tkun qed toħloq kartun, x’tagħmel l-ewwel: taħseb filburdata, fil-wiċċ jew f’xi ħaġa li ġratlek dik il-ġurnata?
Ġorġ Mallia Mall ia
Dak kollu, attwalment, u aktar. Ħafna drabi l-ideat jiġu minn kullimkien. Minn xi artiklu li nkun qrajt f’gazzetta, jew xi ħaġa li xi ħadd ikun qalli… Nistagħġeb kif moħħi jiġri ġirja sfrenata malli tiġi l-ewwel idea, u qabel ma llesti l-kartun għalkollox ma noqgħodx kwiet.
minn Rita Saliba
B'tifkira ta' Ġorġ Mallia Din l-intervista ma' Ġorġ Mallia saret ftit taż-żmien qabel ma ħalliena. Bħala artist, awtur u illustratur Ġorġ ħalla warajh wirt artistiku u kulturali imprezzabbli. Qed nippubblikaw din l-intervista b'tifkira tiegħu, bħala ġieħ lil ħajtu, lill-ħidma tiegħu u lill-imħabba li kellu lejn l-arti u l-kreattività. Grazzi, Ġorġ. Tibqa' mfakkar. Meta kont żgħir kont tpinġi fuq il-kotba tal-iskola jew kont tisma’ bil-kalma lillgħalliema? (Għax ħafna minna għadna nġorru xi doodles moħbija!) Mhux meta kont żgħir biss… Jien ma nistax noqgħod kwiet nisma’ lezzjoni mingħajr ma nħażżeż xi ħaġa. Imma, iva, meta kont żgħir ukoll. Fil-fatt il-Liċeo l-għalliema kienu jirreferu għalija bħala ”dak li jpinġi”, għalkemm mhux kollha kienu jifhmu li xorta kont inkun nagħti kas x’kienu qed jgħidu, avolja kont inkun mitluf f’xi disinn ikkumplikat.
X’kien l-ewwel kartun li qatt għamilt, u tiftakar jekk ħaddieħor daħakx bih? Naħseb li kont student l-Università meta skoprejt li stajt nuża t-tpenġijiet tiegħi biex indaħħak, jew niġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa li kienet qed iddejjaqni. Kont sirt l-editur ta’ gazzetta satirika/umoristika talistudenti jisimha IT-TOGA. Naħseb li l-ewwel kartuns tiegħi fiha kienu. Biżżejjed ngħidlek li sa siegħa wara li kull ħarġa kienet toħroġ ħlief daħk ma kontx tisma’ mal-università kollha (li kienet ħafna ħafna iżgħar milli hi llum).
Kif evolva l-vjaġġ tiegħek mit-tpinġija biex sirt akkademiku filqasam tal-komiks? Hija fin-natura talakkademiku li jkun irid jistudja dak kollu li jinteressah. Hemm kurżità fina u fonda li ma tħalliniex immissu biss mal-wiċċ ta’ xi ħaġa imma nkunu rridu bilfors nidħlu fiha sa ma nkunu nafu dak kollu possibbli. Kont naqra l-komiks minn mindu kelli xi tmien snin – ħabbewni malqari, il-kitba u t-tpinġija – u ridt nuri lid-dinja li l-komiks kienu wkoll ta’ min jistudjahom. Kemm huma stess fihom infushom (innarrattiva viżiva tant tvarja u hija eċitanti immens), kif ukoll x’jistgħu jħallu f’moħħ u qalb min jaqrahom. Jista’ jkun li rnexxieli xi ftit, għax għadhom sal-lum jirreferu għar-riċerka li għamilt f’dan. Issa qed nikteb ktieb fuq hekk… (Xi darba, meta nirtira, nispiċċah…)
X’inhu l-proċess tipiku tiegħek meta toħloq il-komiks jew xi kartun, mill-idea sal-arti finali? L-idea tiġi l-ewwel. Jien kollox jispirani. Jekk hi satira, mela nara n-naħa tad-daħk, anke tal-iktar affarijiet serji. Malli tiġi l-idea nibda nħażżeż, noħloq xenarju biex inlibbes l-idea f’mod li tista’ tiftiehem kemm jista’ jkun minn min jaraha. Dan ukoll hu proċess ta’ komunikazzjoni. Malli jkolli x-xenarju kif irridu, noħloq skizz komplut, jew bl-idejn (bil-lapes fuq karta) inkella diġitali (fuq is-CINTIQ jew l-iPad Pro). Imbagħad, x’aktarx diġitali minn hawn ’l hemm, ngħaddi kollox bl-iswed u nittrasferixxi kollox fil-kompjuter u nagħti l-kulur fuq l-Adobe Photoshop. Jekk hemm kliem xi ndaħħal nippreferi ndaħħlu fi programm ieħor tal-Adobe, l-InDesign.
5
Kif tħossok meta tara tifel jew tifla jitbissmu għax raw xi illustrazzjoni tiegħek? (Għax dik hi superqawwa vera.)
... l-akbar sodisfazzjon: li narahom jitbissmu. Kif bidlet il-mod kif taħdem it-teknoloġija diġitali? Kif għadni kif għedt, illum kważi kollox diġitali naħdem. Xorta tpenġija. Flok fuq karta, fuq skrin. Dak kollox. Iktar faċli għax żball (u minn dawk nagħmel ħafna) nista’ nikkoreġih mill-ewwel. U l-prodott finali jkun komplut ukoll.
X’jagħmel kartun jew karikatura tajbin jew memorabbli? Mhux kulħadd jidħak bl-istess ħaġa, imma karikatura tajba xxebbah persuna filwaqt li tgħawweġ il-fattizzi tagħha. Kartun tajjeb x’aktarx li jkun jaqta’ fillaħam il-ħaj.
Għaliex il-komiks għandhom jittieħdu bisserjetà bħala forma ta’ rakkont? Għaliex huma fost l-aqwa forom ta’ komunikazzjoni artistika li hawn. Hemm l-arti fl-istampi u hemm is-sengħa fil-kitba. Meta tgħaqqadhom flimkien toħloq ġeneru uniku li jikkomunika u jiddeverti fuq ħafna livelli. Rajt xogħol artistiku li jbellahni fl-aqwa komiks.
Nafu li f’pajjiżi oħra l-komiks kienu u għadhom poplari ħafna ma’ kull età. X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-futur tal-komiks f’Malta? Il-komiks f’Malta jgħaddu minn fażijiet ta’ popolarità. Fil-bidu tas-snin tmenin, ngħidu aħna, kellna splużjoni ta’ komiks, imma dik il-mewġa mbagħad battiet. Bħalissa hawn għadd ta’ artisti bravi ħafna li qed jipproduċu xogħol veru sabiħ. Hawn ukoll festivals bħall-Comic Con li jgħinu biex iżidu filpopolarità tal-komiks. Jien għandi tama kbira li hemm futur sod jistenna.
Li kellek tpinġi lilek innifsek bħala supereroj tal-lapsijiet u l-kuluri, x’poteri speċjali jkollok? Issa sew! Naħseb ikolli s-superpoter li noħloq is-superpoteri kollha. Ma taħsibx?
X’inhi l-aktar ħaġa li tħajrek tpinġi meta tkun għajjien jew trid tbiddel ftit il-burdata? Din ta’ spiss nagħmilha, għax fit-tpenġija tassew nistrieħ. Insib li nuża ħafna ħafna linji rqaq fittpenġijiet li joħorġu meta nkun f’dak l-istat. Ma nafx, donni nedha fihom u ntajjar xi ftit mill-burdata ħażina li jkolli.
Dak hu l-akbar sodisfazzjon: li narahom jitbissmu. Jew jistagħġbu. Jew sempliċiment jinteressaw ruħhom għax laqtithom stampa li nkun penġejt. Għalhekk nagħmel dan ix-xogħol, u tista’ tgħid għal xejn aktar. Imma dak hu ħlas kbir li jgħinni nkompli sejjer.
X’parir tagħti lit-tfal li jixtiequ jsiru illustraturi jew kittieba meta jikbru? (U jekk hemm xi sigriet żgħir li jgħin, aħjar!) Mhux sigrieti. Lanqas xejn. Żewġ affarijiet li jaħdmu dejjem. Iqallbu ħafna kotba illustrati u komiks… u flistess ħin jixtarru sew l-istili ta’ min ikun penġiehom. U huma stess għandhom ipenġu. Il-ħin kollu. Dak kollu li jiġihom f’moħħhom. Ma jagħtux kas jekk huma jew ħaddieħor jaħseb li dak li jpenġu ”mhux tajjeb” – kulma joħolqu sabiħ, u kollu jgħinhom jesprimu ruħhom b’mod li maż-żmien isir aktar b’saħħtu sa ma huma stess jibdew jagħmlu komiks u illustrazzjonijiet sbieħ, fil-kotba tal-futur.
6
Ħarġa Nru 3 Ritratt: Atiba Jefferson / Red Bull Content Pool
SKY BROWN minn Robert Caruana
AGĦTIHA BOARD… U TITLAQ! FUQ IR-ROTI JEW FUQ IL-MEWĠ! Isem: Sky Brown Sena tat-twelid: 2008 Nazzjonalità: Brittanika u Ġappuniża
Ritratt: Atiba Jefferson / Red Bull Content Pool
S
ky twieldet ilĠappun fl-2008 minn missier Ingliż u omm Ġappuniża. Minn età żgħira ħafna kellha passjoni kemm għall-iskateboarding kif ukoll għas-surfing. Bdiet kmieni u malajr uriet li l-età mhijiex ostaklu biex timmira ’l fuq.
KISBIET U REKORDS
Tirrappreżenta: Il-Gran Brittanja Sport: Skateboarding u surfing Dixxiplina: Park skateboarding
Ta’ 13-il sena biss Sky irrappreżentat lill-Gran Brittanja fil-Logħob Olimpiku ta’ Tokyo u rebħet ilmidalja tal-bronż fl-iskateboarding. B’hekk saret l-iżgħar atleta fl-istorja ta’ Team GB li rebħet midalja Olimpika.
Sky hija wkoll surfer appassjonata u kkompetiet f’livell għoli f’dan l-isport. Il-ħolma tagħha hija waħda straordinarja: li tirrappreżenta lill-Gran Brittanja kemm fliskateboarding kif ukoll fis-surfing fil-Logħob Olimpiku.
Iżda s-suċċess ma ġiex mingħajr mumenti diffiċli. Sky sofriet diversi injuries serji matul il-karriera żagħżugħa tagħha. Madankollu kull darba ħadmet biex tirkupra, reġgħet telgħet fuq il-board tagħha u kompliet tagħmel dak li tħobb.
Għal Sky l-isport mhuwiex biss dwar il-midalji. Hija titkellem dwar kemm hu importanti li tieħu gost b’dak li tagħmel, tesprimi ruħek u tispira lil żgħażagħ oħra, speċjalment lill-bniet, biex ikollhom il-kuraġġ jippruvaw.
Id-determinazzjoni tagħha tat il-frott. Fl-2023, ta’ 14-il sena, saret l-ewwel champion tad-dinja tal-iskateboarding għall-Gran Brittanja. Sena wara, fl-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024, rebħet midalja oħra tal-bronż.
Sib xi ħaġa li tħobb, aħdem ħafna għaliha u meta taqa’, erġa’ qum.
U r-roti huma biss nofs l-istorja.
Tokyo 2020: Rebħet il-bronż Olimpiku ta’ 13-il sena Rekord: L-iżgħar atleta fl-istorja ta’ Team GB li rebħet midalja Olimpika 2023: Saret l-ewwel champion tad-dinja tal-iskateboarding għall-Gran Brittanja Pariġi 2024: Rebħet it-tieni midalja Olimpika tal-bronż tagħha Rebħet kompetizzjonijiet importanti bħall-X Games u d-Dew Tour Ħolma kbira: Li tikkompeti kemm fl-iskateboarding kif ukoll fis-surfing
Ritratt: George Karbus / Red Bull Content Pool
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Mars
7
Il-Flus, id-Dinja Virtwali u Missjoni lejn X’għandhom x’jaqsmu l-flus ma’ logħba tar-realtà virtwali? Aktar milli taħsbu! Permezz tat-teknoloġija nistgħu nitgħallmu li l-flus ma jaqgħux mis-sema. Irridu naħdmu għalihom, nagħżlu sew kif nużawhom u nwarrbu ftit minnhom għall-futur.
L-użu tar-realtà virtwali daħal f’diversi setturi, inkluż fl-edukazzjoni, fejn qed jagħti lit-tagħlim dimensjoni ġdida. Qed jgħinna b’mod interattiv nifhmu kif pereżempju nistgħu nużaw flusna b’mod għaqli.
Il-Litteriżmu Finanzjarju Il-litteriżmu finanzjarju huwa kruċjali fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Dan għaliex jippermettilna nieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati u responsabbli, anke minn età żgħira, mill-mod kif nieħdu ħsieb flusna fil-ħajja ta’ kuljum sal-ippjanar ta’ avvenimenti importanti f’ħajjitna. X’tagħmlu meta taqilgħu xi ħaġa talflus? Tonfquhom mill-ewwel? Tixtru xi logħba? Jew iġġemmgħuhom? Il-litteriżmu finanzjarju jgħinna nwieġbu dawn ilmistoqsijiet. Għandu wkoll irwol importanti li jiftħilna għajnejna dwar scams, frodi online u offerti qarrieqa, li kulma jmur dejjem qed isiru aktar sofistikati.
Ir-Realtà Virtwali It-teknoloġija llum hija parti importanti millħajja tagħna ta’ kuljum. Wieħed mill-aktar żviluppi interessanti huwa r-realtà virtwali (VR) li mhux biss toffri divertiment... iżda tista’ tgħinna nitgħallmu ħiliet ġodda, inkluż kif nimmaniġġjaw il-flus b’mod għaqli. Dak li jagħmel ir-realtà virtwali daqshekk interessanti huwa li meta tilbes il-headset tħossok qisek tassew dħalt ġo dinja oħra u mhux sempliċiment tħares lejha fuq skrin. Il-logħob permezz tal-VR huwa aktar interattiv. Il-plejer isir parti mil-logħba, ikun jista’ jesplora postijiet ġodda, isolvi l-isfidi u anke jitgħallem waqt li jkun qed jieħu gost.
Il-VR fit-Tagħlim
Tgħidli, imma kif tiġi żviluppata logħba bil-VR?
Permezz ta’ logħba VR nistgħu nitgħallmu kif naqilgħu l-flus, nippjanaw kif se nużawhom u ma nberbqux kollox f’salt.
Kollox jibda minn idea jew tnejn. Bħalma jinħadem film, logħba virtwali tinkludi l-mużika, l-effetti tal-ħoss u elementi oħra bħall-animazzjoni u l-effetti virtwali li flimkien jagħmlu l-logħba VR tidher u tinstema’ aktar reali. Biex toħloq logħba VR trid tkun kreattiv, tħobb il-kompjuters u tieħu gost issolvi l-problemi. Trid titgħallem tuża programmi msejħa "game engines", li jgħinuk tibni x-xeni, il-karattri u l-isfidi tal-logħba. Mhix xi ħaġa li se tagħmel waħdek. L-artisti, il-programmers, il-game designers u l-game developers jaħdmu flimkien biex jibdlu idea f’esperjenza. Imbagħad jittestjaw il-logħba pass pass, isibu dak li mhux jaħdem u jirranġawh. Jeħtieġ ħafna paċenzja u tagħlim kontinwu biex dejjem ittejjeb l-esperjenza tal-plejer, għax it-teknoloġija dejjem qed tinbidel.
Intom lesti għall-isfida?
Tistgħu żżuru l-istand tal-Bank of Valletta fil-Playcon fl-MFCC, Ta’ Qali, mid-19 sat-22 ta’ Novembru biex tipprovaw “Crash Landed on Mars.”
Crash Landed on Mars Immaġinaw li qegħdin tivvjaġġaw f’vettura spazjali u tinżlu fuq Mars. Bil-għan li titilqu mill-pjaneta jkollkom tagħmlu diversi xogħlijiet u sfidi biex taqilgħu biżżejjed muniti virtwali. B’dawn il-muniti tridu tħallsu għall-fjuwil u t-tiswijiet, u tixtru biss dak li verament għandkom bżonn. Kull deċiżjoni finanzjarja jkollha konsegwenza: jekk tonfqu wisq fuq affarijiet mhux essenzjali, jista’ ma jibqgħalkomx biżżejjed flus għal xi emerġenza jew għall-pass li jmiss tal-vjaġġ. Din hija logħba bil-VR, żviluppata millBank of Valletta, li tgħallimna kunċetti importanti tal-edukazzjoni finanzjarja. Tgħallimna nagħmlu baġit, inqassmu d-dħul bejn l-ispejjeż u t-tfaddil u nagħrfu d-differenza bejn dak li hu bżonn u dak li sempliċiment nixtiequ. Naraw kif ammont żgħir imwarrab regolarment jista’ jikber maż-żmien, u għaliex tajjeb li jkollna ftit flus imwarrba lesti għal meta tinqala’ problema mhux mistennija. Għalhekk il-logħob bil-VR jista’ jkun ħafna aktar minn divertiment. Waqt li nesploraw dinjiet ġodda u nsolvu l-isfidi, nistgħu nitgħallmu ħiliet utli għall-ħajja, bħalma hi l-edukazzjoni finanzjarja, waqt li nkunu qed nieħdu gost.
8
Ħarġa Nru 3
Għaliex il-Parlament ta’ Malta għandu din id-dehra? Kelma Għarbija moħbija fil-ftira Maltija
I
l-bini tal-Parlament ta’ Malta ġie ddisinjat mill-Perit Renzo Piano, li hu magħruf mad-dinja kollha. Id-disinn tiegħu huwa modern, iżda ġie ppjanat bir-reqqa biex ikun f’armonija mas-swar u l-ambjent storiku tal-Belt Valletta. Il-bini għandu struttura tal-azzar miksija bil-ġebla naturali Għawdxija.
Il-bini huwa maqsum f’żewġ blokok ewlenin, bi spazji miftuħa bejniethom li jippermettu lin-nies jaraw u japprezzaw partijiet misswar tal-Belt li jidhru minn bejn dan il-bini modern. Il-faċċati tal-ġebel ġew iddisinjati wkoll biex inaqqsu mir-raġġi qawwija taxxemx filwaqt li jħallu d-dawl naturali jidħol fil-bini.
Għaliex għandna bżonn parlament
I
l-Parlament huwa wieħed mill-istituzzjonijiet1 ewlenin tad-demokrazija. F’demokrazija n-nies jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom, jiġifieri membri parlamentari li jitkellmu u jieħdu d-deċiżjonijiet f’isimhom. Il-Parlament huwa l-post fejn dawn ir-rappreżentanti eletti jiddiskutu liġijiet ġodda, jistaqsu lill-gvern, jiddibattu kwistjonijiet importanti u jivvutaw fuq deċiżjonijiet li jolqtu lill-pajjiż b’interess komuni.
Dan jgħin biex iddeċiżjonijiet jiġu diskussi fil-miftuħ u l-membri parlamentari jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jiċċaraw id-dubji li jkollhom dwarhom, minflok jittieħdu sempliċiment minn persuna waħda.
Fi kliem sempliċi: ħen Id-demokrazija tagħti le huwa lin-nies, u l-parlament lenin fejn wieħed mill-postijiet ew żentat. dak il-leħen ikun rappre organizzazzjonijiet importanti li jirregolaw il-mod kif ngħixu bħala soċjetà 1
L-għana kien bħal rap battle Maltija
L
-għana huwa uffiċjalment wirt dinji. L-għana tradizzjonali Malti tpoġġa fil-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli talUNESCO fl-2021. Forma minnhom hija fil-fatt dwell improvviżat tal-kant, li fih dawk li jgħannu jwieġbu lil xulxin bir-rima u b’argumenti intelliġenti. Ħafna qabel bdew jeżistu r-rap battles l-għannejja Maltin kienu diġà jisfidaw lil xulxin bir-rima improvviżata. Fl-għana spirtu pront iridu jirrispondu malajr lil xulxin waqt li jżommu r-rima, jibnu argument konvinċenti u spiss iżidu doża ta’ umoriżmu. L-ebda parti mill-għana ma tista’ sempliċiment tinqara minn skript — parti kbira mill-ħila hi li taħseb kif se twieġeb dak il-ħin. Forma oħra tradizzjonali, l-għana tal-fatt, kienet tikkonsisti minn kanzunetti twal li jirrakkuntaw ġrajjiet lokali importanti biex ma jintilfux mill-memorja tal-komunità. Il-UNESCO żiedet l-għana fil-Lista Rappreżentattiva tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità fl-2021. B’hekk waħda mill-eqdem tradizzjonijiet mużikali f’Malta għandha xi ħaġa sorprendentement moderna: l-improvviżazzjoni, ilkompetizzjoni u l-logħob bil-kliem intelliġenti.
Klieb il-baħar qed jgħinu biex ibassru l-uragani
I
r-riċerkaturi qed iwaħħlu s-sensors malklieb il-baħar biex waqt li jgħumu jiġbru l-informazzjoni dwar it-temperaturi u l-fond tal-oċeani. Din id-data tista’ tgħin lixxjenzati biex jipprevedu kemm jistgħu jkunu qawwijin l-uragani.
A
nki l-ftira Maltija hija protetta millUNESCO. It-tradizzjoni u s-sengħa ta’ kif issir il-ftira żdiedet fil-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO fl-2020. Il-ftira sempliċi Maltija ġġorr magħha sekli sħaħ ta’ storja. Il-UNESCO tinnota li “ftira” ġejja mill-kelma Għarbija “fatir”. Il-forma karatteristika ċatta tagħha, il-qoxra ħoxna u t-toqob kbar irregolari jiddistingwuha minn ħobż ieħor Malti. Imma l-UNESCO ma rrikonoxxietx biss ir-riċetta meta inkludiet is-sengħa ta’ kif issir il-ftria Maltija fil-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli fl-2020. Ittradizzjoni tinkludi l-għarfien tal-furnara, is-sengħa li jagħġnu t-taħlita b’idejhom, il-ħiliet li jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra u d-drawwa fis-soċjetà Maltija li wieħed iħejji u jiekol ftira mħawra. Għalhekk ħaġa li faċilment tidher donnha ikla sempliċi fil-fatt tirrifletti l-konnessjonijiet Mediterranji ta’ Malta, patrimonju lingwistiku Għarbi u sekli ta’ kultura tal-ikel lokali. Il-festa Maltija wkoll hija wirt tal-UNESCO. Il-festa tar-raħal ta’ kull sena — inklużi l-purċissjonijiet, il-marċi tal-banda, il-logħob tan-nar u s-sehem tal-komunità — tniżżlu fl-2023.
Se nilbsu r-robots fil-futur? Wieħed mill-iktar apparati li ġibdu l-għajn fl-IFA 2026 huwa eżoskeletru għall-użu personali — teknoloġija li tintlibes madwar ilġisem u r-riġlejn biex tgħin fil-moviment. Flimgħoddi l-eżoskeletri kienu jidhru qishom teknoloġija tal-films ta’ Iron Man; iżda iktar u iktar kumpaniji qed jiżviluppawhom għal persuni ordinarji, biex jiffaċilitaw il-mobilità u għall-attivitajiet fuq barra.
9
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
It-temperaturi tal-baħar kisru r-rekord f’Awwissu I l-medja tat-temperatura talbaħar madwar Malta laħqet id-29.5 °C f’Awwissu, u b’hekk kisret ir-rekord preċedenti ta’ 28.7 °C għal dan ix-xahar. Fis-27 t’Awwissu t-temperatura fin-Nofsinhar t’Għawdex telgħet sa 30.8 °C, u l-medja tat-temperatura tal-baħar madwar il-gżejjer baqgħet ’il fuq minn 30 °C għal tmint ijiem.
Ix-xjenzati jgħidu li dan hu fatt importanti, għax il-baħar iżomm issħana fih bħal batterija kbira. Meta arja iktar friska tibda riesqa filħarifa, dik is-sħana żejda u l-umdità fl-arja jistgħu jikkawżaw maltempati bir-ragħad li jkunu iktar qliel, għargħar f’ħin qasir, irjieħ qawwija u anki silġ kbir f’kundizzjonijiet partikolari tat-temp. Mhux bilfors ifisser li Malta se jkollha iktar maltempati, imma dawk li tassew jiffurmaw fuq pajjiżna jistgħu jkunu iktar intensi.
A
nderson Taylor naqqax ismu fil-Guinness World Records bħala l-iżgħar kuratur maskili ta’ mużew fid-dinja. Huwa beda jġemma’ kampjuni talistorja naturali meta kien għadu żgħir ħafna u llum jgħin fit-tmexxija ta’ mużew li fih kollezzjoni ta’ fossili u materjal relatat maddinosawri.
Ritratt: L-Università ta’ Queensland
Wirdien “cyborg”
W
irdien “cyborg” biex isalvaw in-nies — Ix-xjenzati qed iwaħħlu kameras żgħar u apparat elettroniku ma’ wirdien kbir biex dan jitkaxkar fit-terrapien wara xi
terremot u permezz tiegħu jinstabu n-nies li jkunu sfaw mirduma. Xi verżjonijiet sperimentali jistgħu saħansitra jġorru apparat żgħir biex jingħataw injezzjonijiet mediċi.
Il-kelb tiegħek jaf meta tkun imdejjaq? I
r-riċerkaturi skennjaw l-imħuħ tal-klieb waqt li wrewhom uċuħ umani. B’hekk sabu evidenza li l-klieb jistgħu jiddistingwu espressjonijiet ta’ ferħ, rabja, biża’ u dwejjaq. Ir-riċerka dehret f’TIME for Kids, waqt li Reuters, The Guardian u pubblikazzjonijiet oħra xjentifiċi rrappurtawha wkoll.
Spider-Man jikser rekord wara rekord! Brand New Day żamm l-ewwel post fil-box office Amerikan għal sitt ġimgħat u daħħal aktar minn $2.3 biljuni madwar id-dinja, u b’hekk sar wieħed mill-films li daħħlu l-aktar flus fl-istorja.
S
pider-Man reġa’ magħna — u din id-darba l-ħajja ta’ Peter Parker inbidlet kompletament! Fi Spider-Man: Brand New Day Tom Holland jerġa’ jilbes il-libsa tal-eroj famuż, erba’ snin wara No Way Home. Iżda hemm problema kbira: ħadd ma jiftakar min hu Peter Parker, lanqas l-eqreb ħbieb tiegħu, MJ u Ned. Mingħajr il-ħajja li kellu qabel Peter jitfa’ l-enerġija kollha tiegħu biex jipproteġi lil New York. Iżda li tkun Spider-Man mhux faċli, speċjalment meta jfeġġ għadu misterjuż li jpoġġi l-belt f’periklu. U hemm aktar! Fil-film jidhru wkoll karattri magħrufa ta’ Marvel, fosthom ilPunisher, interpretat minn Jon Bernthal, u l-Hulk, interpretat minn Mark Ruffalo.
Ritratt: Sony Pictures Entertainment. © 2026 CPII. All Rights Reserved. © & ™ 2026 MARVEL.
Għandu 11-il sena u jmexxi mużew!
Taħt id-direzzjoni ta’ Destin Daniel Cretton il-film jgħaqqad l-azzjoni kontinwa ma’ storja dwar il-ħbiberija, is-solitudni u r-responsabbiltà. Peter Parker jista’ jkun li ntesa… iżda Spider-Man żgur li le!
Kont taf li...
Spider-Man deher għallewwel darba fil-komiks ta’ Marvel fl-1962 u nħoloq minn Stan Lee u Steve Ditko.
Is-Sagħtar 400 ħarġa S
ena wara l-oħra mill1971 ir-rivista Sagħtar waslet għan-numru 400 f’Marzu li għadda! Baqgħet toħroġ kull sena skolastika għal iktar minn 50 sena u llum, bl-istorja twila tagħha, nistgħu nqisuha enċiklopedija ta’ informazzjoni, letteratura u logħob miġjuba lill-qarrejja minn mijiet ta’ kittieba u illustraturi Maltin ewlenin.
Gwen Ishmael,
ir-rebbieħa talkompetizzjoni f'IlĠurnal organizzata minn Esplora! Il-parteċipanti kienu mistiedna jaqsmu l-ħsibijiet u l-kreattività tagħhom billi jwieġbu l-mistoqsija: “Xi jfisser STEAM għalik?” STEAM tirreferi għal ħames oqsma importanti fit-tagħlim: ix-Xjenza, itTeknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika. Dawn l-oqsma jħeġġuna nkunu kreattivi, naħsbu b’mod kritiku, nesperimentaw u niskopru affarijiet ġodda. Ringrazzjament speċjali lil Xjenza Malta talli ġentilment offriet il-premju għar-rebbieħa ta’ din ilkompetizzjoni. Grazzi wkoll lil kull min ħa sehem u qasam magħna l-ideat u l-ħsibijiet kreattivi tiegħu.
10
Ħarġa Nru 3
Intervista minn Rita Saliba
a k i r i Il-l
i t l a bil-Mfil-mużika
Kif bdiet il-band? Bdiet minn tlieta minna, li kellhom band. Kienu jdoqqu f’ħafna avvenimenti f’Għawdex imma dik il-band ma kienet qed tmur imkien. Xtaqu jagħmlu xi ħaġa bis-serjetà. Dak iż-żmien kont indoqq ma’ diversi bands oħra u bdew jaraw kif jgħaqqdu band ġdida b’mużika aktar bis-sens, jinvestu f’xi ħaġa aktar serja. Avviċinawni għax kienu jafu li ndoqq il-kitarra, dak iż-żmien. Ma kinux jafu li nikteb. Kont naf lil Chris, il-kantant, u aċċettajt. Imbagħad daħħlu lil Michael, iddrummer, u lil Silvan, tas-sassofonu. Ingħaqadna fl-2013, għax kellna passjoni għall-mużika, nieħdu pjaċir indoqqu u ridna nagħmlu xi ħaġa bis-serjetà. Ridna l-mużika tagħna. Bdejna naħdmu u niktbu materjal ġdid. Fil-bidu konna niktbu l-lirika bl-Ingliż. Fl-ewwel sena u nofs talmixja tagħna konna għadna qed nitgħallmu kif niktbu. Jien ħadt l-irwol tal-kittieb prinċipali. Kulħadd beda joqgħod fl-irwol tiegħu fi ħdan il-band, imma l-lirika dejjem kienet bl-Ingliż dak iż-żmien. Maż-żmien irrealizzajna li hawn nuqqas ta’ mużika bil-Malti. Bdejna nitkellmu ma’ producers u ma’ songwriters oħra, bdejna nitkellmu xi rwol nistgħu nieħdu fil-kuntest tal-mużika lokali u minn hawn bdiet tinbet l-idea li nibdew nipproduċu materjal bil-Malti. Meta fhimt eżattament xi rridu nagħmlu x-xogħol żdied, u dħalna għal dan il-proġett bl-akbar impenn. Biss biss għal snin sħaħ konna niltaqgħu kull tmiem il-ġimgħa, il-Ħadd filgħodu, u probabbli konna niltaqgħu wkoll xi darbtejn oħra Malta. L-ewwel tliet snin tal-band, mill-2013 sal-2016, kienu intensivi ħafna. Dan wassal biex fl-2016 ħriġna l-ewwel diska, Sempliċità.
Għaliex għażilt li tikteb u tkanta bil-Malti? Inkanta ma nafx. Jinħass ħjiel ta’ tbissima f’leħen Andrew. Nagħmel il-backing vocals imma ma nqisx lili nnifsi bħala kantant. Il-fatt li nikteb bil-Malti ma bediex mat-Travellers. L-ewwel esperjenza li nieħu l-kitba bil-Malti bis-serjetà bdiet ma’ bands oħra. Għalfejn? Ma hemmx raġuni għalfejn. Andrew weġibni bl-aktar mod naturali. Il-lingwa Maltija hija l-lingwa tiegħi, il-lingwa li trabbejt biha. Forsi nbidlu ftit l-affarijiet illum. Għamilt għaxar snin għalliem u għal żmien twil għalliem talFiżika. Trid tgħallem ’l-adolexxenti u tagħmilha magħhom biex tifhem il-limitazzjonijiet tal-lingwa. Illum il-lingwa prinċipali li jikkomunikaw biha t-tfal u l-adolexxenti qed issir l-Ingliż. Ma kinitx ir-realtà tiegħi, assolutament, enfasizza Andew. Trabbejt nitkellem bil-Malti. L-Ingliż kien dejjem it-tieni lingwa tiegħi. Qatt ma kont inħossni kunfidenti meta nuża l-Ingliż, għalkemm meta bdejt nitgħallem kif nikteb u nistudja s-songwriting kont tgħallimt blIngliż. Iżda qabel ma ġiet il-band, The Travellers, xorta waħda kelli esperjenzi li fihom ktibt kanzunetti bil-Malti. Kelli kanzunetti fil-festival L-Għanja tal-Poplu u kont nikteb xi kanzunetti għal bands oħra bilMalti. Meta l-band bdiet timbotta biex niktbu bil-Malti, peress li kont diġà s-songwriter li nikteb bl-Ingliż, u grazzi għall-fatt li kelli l-esperjenza ta’ songwriter minn qabel, l-għażla għal dan l-irwol tiegħi fil-band kienet awtomatika. Inħtart uffiċjalment is-songwriter ta’ The Travellers, li nikteb bil-Malti! Dejjem ħassejt li l-Malti (fil-mużika) kien ibati minn ħafna stigma, li jinstema’ antik, li mhux modern, li ma jikkomunikax sewwa. Dak it-tip
Andrew Vella minn The Travellers jaqsam magħna l-inżul u t-tlajja’ fil-kitba tal-lirika għall-mużika… bl-akbar serjetà!
Ridt nuri lil kulħadd li l-Malti għandu postu anke fid-dinja tal-pop.
ta’ preġudizzju kien idejjaqni. Ridt nuri lil kulħadd li l-Malti għandu postu anke fid-dinja tal-pop. Dak kien l-ixprun li ġegħelni naħdem aktar bis-serjetà. Il-punt li xtaqt nagħmel kien li l-Malti jidħol fiddinja tal-pop, mhux underground biss, mhux fil-mużika granċ jew filmużika rap, fejn ma waqaf qatt. Filverità mużika bil-Malti minn dejjem kien hawn, imma fid-dinja tal-pop, għaxar snin ilu, kienet nieqsa ħafna. Dħalt għal din il-missjoni li nwassal il-Malti anke fuq ir-radju.
Kif tagħżlu l-kliem biex ikun faċli, sabiħ u jinstema’ tajjeb fil-kanzunetta? Aktar ma ktibt, aktar ma tgħallimt, aktar indunajt jew pruvajt li l-kliem nissimplifikah. Qabel kont nikteb ħafna b’mod astratt, li huwa tajjeb, iżda nħoss li meta l-kliem fil-kanzunetti jkun miktub bil-mod kif nitkellmu ta’ kuljum in-nies jirrelataw ħafna aktar miegħu milli meta tipprova tkun poetiku jew intelliġenti. Il-poeżija, fil-lirika talkanzunetta, hija importanti ħafna ħafna ħafna (b’enfasi fuq il-kelma “ħafna”)! Imma meta tipprova tuża l-poeżija biex turi kemm int intelliġenti nemmen li titlef kemxejn mill-kredibbiltà tal-kanzunetta nnifisha. Allura l-filosofija prinċipali tiegħi hi li nipprova nikteb kif nitkellmu, kif jitkellmu n-nies hemm barra, nipprova nikteb bil-mod kif in-nies jistgħu jagħmlu l-kanzunetta tagħhom. Ovvjament dan kollu jrid jgħaddi minn proċess ta’ rewriting.
Meta nispiċċa l-kanzunetta nikkonsulta mal-kantant tal-band, li huwa Chris. Ma’ Chris ikun hemm ħafna ħidma biex nirfinaw u nidħlu fid-dettall fuq kull kelma, nifhmu sewwa kull kelma xi tfisser, naraw li hija artikolata b’mod tajjeb. Matul is-snin tgħallimna kif inpoġġu l-aċċent f’postu, fejn għandu jaqa’. Jekk ma noqgħodx attent, bħal kull lingwa oħra, jaf ma jinstemax tajjeb. Allura ġieli biddilna l-kliem; xi kliem ġieli nstema’ aħrax wisq, u drabi oħra nħossu li xi kliem huwa inqas aħrax. Jekk hemm bżonn il-kelma tkun qawwija npoġġiha b’ċertu mod; jekk hemm bżonn tkun inqas qawwija nqegħedha mod ieħor. Il-kitba nipprova nagħmilha b’mod naturali kemm nista’. Imbagħad ngħaddu minn proċess li fih nifhmu eżattament kull kelma x’inhi tgħid, kif il-kelma qed tinstema’ milludjenza hemm barra. Nippruvaw naraw daqsxejn il-ħoss tal-kelma huwiex iwassal il-messaġġ ta’ dak li għandna bżonn ngħidu.
11
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Tippreferu kliem “Malti pur” jew tħobbu ddaħħlu kliem modern/Ingliż? Għaliex? Le. Ippruvajt. Malti pur. Hija evidenti li niktbu Malti pur. Esperimentajna li niktbu u ndaħħlu kelma ’l hawn u ’l hemm bl-Ingliż imma mhux sentenzi sħaħ bl-Ingliż. Darba minnhom kellna kanzunetta jisimha Siġġu Vojt. Hija kanzunetta b’tema tqila ħafna, għandha sinifikat veru profond. F’dis-sentenza kien hemm tifel qed jgħajjat lil missieru. Inqalgħet diskussjoni sħiħa għandniex insejħulu “missier”, jew “papà” jew “daddy/dad”. Ridna kemm jista’ jkun nuru x’inhi r-realtà hemm barra; ħafna tfal isejħu lil missierhom “daddy” jew “dad”. Flistess ħin ridna nirrispettaw il-lingwa Maltija. Allura nqalgħet diskussjoni interna x’għandna nagħmlu u x’m’għandniex nagħmlu. Imma s’issa dejjem waqajna għall-Malti pur.
X’jgħinkom issibu l-kliem jew l-espressjonijiet: ilkotba, il-poeżija, l-internet jew titkellmu man-nies? Onestament ftit minn kollox. Ħafna drabi npoġġi bilqiegħda u nipprova nalloka l-ħin biex nikteb. L-aktar ħaġa tqila fil-proċess kollu hi fil-bidu, meta ma jkollokx idea fuqiex trid tikteb. M’hemmx tema partikolari li nfittex li nikteb dejjem dwarha. Dak kollu li semmejt int, u hawn nixtieq inżid l-esperjenza talħajja tiegħi, kif ukoll it-teknoloġija – anke għodda tal-AI – nużahom b’tali mod biex ikolli gwida. L-AI nużaha bħala writing buddy u meta jkolli bżonn doża ta’ brainstorming. Meta jgħajtuli biex nikteb dwar ċerti ideat jew kif nittratta sitwazzjonijiet sensittivi nara li nwassal il-messaġġ addattat. Ftit minn kollox jgħin, millultramodern sa AI l-aktar bażiku.
Il-kanzunetta li se nidħlu biha f’Mużika Mużika ġiet ispirata millħajja reali tiegħi u ktibtha f’siegħa, li hija rarità, imma dik kienet każ estrem. L-estrem l-ieħor huwa xi ħaġa li tirrikjedi ħafna ħsieb u li tipprova tiktibha b’mod intensiv, li jaf jirriżulta f’kanzunetta tajba ħafna, bħal Ħafi Paċi Kuluri. Hawn m’hawnx punt ta’ ispirazzjoni iżda hija dwar dak kollu li jaħdem, dak kollu li jispirani mużikalment.
Kif tiċċekkjaw li l-kliem “joqgħod” mar-ritmu u mal-melodija? Ħafna drabi nikteb il-kliem malmelodija. Rari nikteb il-kliem waħdu, rarità kbira ħafna (enfasi tipika ta’ Andrew). Allura mingħajr ma rrid forsi jinstema’ tajjeb għax il-melodija miktuba mal-kliem. Blistess argument il-melodija mhijiex se titkanta jekk il-kliem mhuwiex tajjeb. Meta ppruvajt nikteb l-ewwel waħda jew l-oħra sibtha diffiċli sabiex il-kliem inġiegħlu joqgħod għall-mużika. Hija possibbli, imma nħoss li tinstema’ artifiċjali. Meta jinkitbu flimkien il-melodija prinċipali, il-kant u l-kliem, inħoss li r-riżultat ikun ħafna aħjar. Hawn Andrew jieqaf jieħu belgħa te – u naqblu li belgħa te mistħoqqa, hux hekk?
Tgħoddu s-sillabi jew tiktbu bil-widna (meta tisimgħu kif tinstema’)? It-tnejn. Jiddependi. Is-sillabi huma importanti ħafna. Ġieli nikteb bilwidna. Kanzunetti li jinkitbu f’siegħa u nofs, sagħtejn ġeneralment jinkitbu bil-widna. Kanzunetti li jkunu aktar diffiċli li tiktibhom trid tgħodd is-sillabi, toqgħod attent għar-rima, għall-istruttura, tikkunsidra jekk tridx tkisser l-istruttura biex toħloq emozzjoni partikolari. Però jiddependi minn ħafna fatturi. Inħoss illi l-arti sura u t-talent naturali huma importanti daqskemm hija importanti t-teknika, għax mingħajr it-teknika jkun ħafna aktar diffiċli tagħmel xogħol tajjeb b’mod konsistenti għal tul ta’ żmien. Iż-żewġ elementi, l-arti u t-teknika, huma importanti ħafna.
Tkompli fil-paġna ta' wara...
12
Meta kelma tkun sabiħa imma “ma taqbilx” malmużika x’tagħmlu? Jiddependi mill-kuntest. Jiddependi x’qed nipprova nikteb. Ħafna drabi, imma, kemm mal-kelma u kemm malmelodija. Jekk hemm xi dubju l-probabbiltà hija li ma tinkitibx. Infittex li kollox jinstema’ tajjeb, kważi perfett; jekk le jfisser li jkun hemm xi ħaġa ħażina. F’dak il-każ, allura, sempliċiment narmu bħalma narmu mal-95% tal-kanzunetti li niktbu. Dik hija r-realtà, u inti dejjem tagħżel l-aħjar. Naħseb kull min jikteb jgħaddi minn dan il-proċess. Il-kitba fiha ħafna xogħol. Nista’ ngħid li l-maġġoranza assoluta tal-mużika li noħorġu biha, kemm f’kuntest ta’ lirika kif ukoll ta’ melodija, tintrema. Taqtgħu qatt qalbkom, għeżież qarrejja, jekk dak li tiktbu ma joħroġx perfett.
Nisma’ kull tip ta’ mużika, minn dik klassika sa metal, sa hip hop, sa techno, fi kliem ieħor nisma’ kollox...
It-titlu tal-kanzunetta jiġi mill-ewwel meta tikkomponu kanzunetta jew ġieli tibdluh biex jidħol tajjeb malkanzunetta? Ħafna drabi jiġi mill-ewwel, drabi oħra joħroġ mil-lirika nnifisha, imma ġieli bdilnieh ukoll. Ġieli kien hemm mumenti meta ktibt kanzunetta b’titlu mod imbagħad aktar ma naħdem fuq il-kanzunetta jinbidel it-titlu. Ħafna drabi joħroġ mil-lirika nnifisha. Irid ikun rappreżentattiv fl-aħħar mill-aħħar, allura ħafna drabi naqbdu l-aktar sentenza effettiva jew naraw l-aktar kelma li hija rappreżentattiva u nużaw lilha.
Ħarġa Nru 3
Xi tħobb l-aktar, iddoqq live jew ġo studio?
X’parir tagħtu lillistudenti li jixtiequ jibdew jiktbu l-lirika bil-Malti? Il-parir hu wieħed u sempliċi: ikteb kemm tiflaħ. Niftakarni, meta kont qed nitgħallem ilkitarra, kelli dawk l-14, 15, 16-il sena, kont nikteb pitazzi sħaħ ta’ lirika, ta’ poeżiji u kanzunetti. Kont nikteb ħafna ħafna ħafna! M’ilux sibt wieħed minn dawn il-pitazzi u rajt kif evolviet il-kitba tiegħi matul iż-żmien. Jgħidha b’daħqa, din. Ovvjament ilprattika hija importanti ħafna. Allura – isimgħu din, ħbieb – ikteb, ikteb, ikteb u doqq. Kemm jista’ jkun ingħaqad ma’ nies blistess interess fil-mużika bħalek, li għandhom l-istess passjonijiet tiegħek u li ħa jgħinuk. Ibqa’ tgħallem. Illum hemm il-mezzi. Tista’ tidħol fuq YouTube u titħarreġ. Tassew li l-istruzzjoni se tkun bl-Ingliż, kif tikteb illirika, iżda dak li titgħallem tista’ tapplikah f’kull lingwa. Tħarreġ u ara kif jikteb ħaddieħor. Hawn ħafna talent, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, li tista’ tispira ruħek minnu. Allura l-parir li nagħti hu: mur tgħallem u pprattika ħafna.
Allura nistgħu ngħidu li l-lirika ta’ kanzunetta hija poeżija? Sa ċertu punt iva, għaliex le? Ovvjament il-poeżija qiegħda twassal il-messaġġ għax għandha l-mużika magħha, allura nħoss li l-poeżija twassal il-messaġġ tagħha b’mod differenti meta tkun immużikata. Il-poter ta’ kanzunetta fuq ilpoeżija, fl-opinjoni tiegħi, huwa li hawn udjenza ħafna ikbar li tfittex il-mużika milli l-poeżija. Il-messaġġ li trid twassal int jaf jasal għand ħafna aktar nies milli sempliċiment twassal dan il-poeżija. Il-poeżija hija relattivament aktar primittiva bħala arti. Kulm’għandek bżonn huma karta u lapes, mentri fil-mużika hemm ħafna aktar teknika, ħafna aktar produzzjoni, taħdem fuq il-melodija nnifisha. Hemm ħafna aktar affarijiet x’wieħed jieħu ħsieb. Bla dubju nħoss li l-vantaġġ tal-kanzunetta fuq il-poeżija huwa li tolqot udjenza ikbar minn dik li tfittex il-poeżija. Jekk taqbad il-kliem mill-kanzunetta u tpoġġih fuq karta, dan isir poeżija. Madankollu nħoss li t-tnejn imorru id f’id, kemm il-mużika kif ukoll il-poeżija lirika. Għalhekk li titgħallem kif tikteb poeżija huwa waħda mill-iktar ħiliet importanti biex tgħinek issir songwriter tajjeb. Il-poeżija hija importanti ħafna fil-kanzunetta. Kliem tad-deheb dan, Andrew!
X’inhu l-ħoss jew l-effett li tħobb tuża l-aktar? Jiddependi. Jien nipproduċi wkoll, allura din hija xi ħaġa li tista’ tidħol fiha fid-dettall kemm trid. M’hemmx ħoss jew xi ħaġa partikolari li nħobb. Huwa dik id-diska partikolari x’tirrikjedi f’dak il-mument, jew kif għandu bżonn jinstema’ l-istrument, jekk il-bass għandu bżonn jinstema’ mod jinstema’ b’dak il-mod, u jekk il-kitarra għandha bżonn tinstema’ b’tali mod tinstema’ hekk. Naddatta dejjem għallbżonnijiet tal-kanzunetta.
Liema kanzunetta ta’ The Travellers kienet ta’ sfida għalik fuq ilkitarra? Peress li nagħmilhom jien ħafna drabi l-affarijiet nagħmilhom sempliċi. Daħaqha din, Andrew. Hawn iltqajna mal-lat imqareb tal-kitarrist! Fil-verità ebda waħda ma kienet ta’ sfida. Kien hemm mumenti meta konna ndoqqu mużika li tkun forsi xi ftit diffiċli, imma bilprattika jingħeleb dan l-ostaklu. M’hemmx xi diska li kienet tqila.
Ikolli ngħid li nippreferi ndoqq live. Dak li tagħmel fl-istudio huwa sabiħ, imma jaf ikun tedjanti ħafna. Inqattgħu ħafna ħin fl-istudio, li sa ċertu punt tixba’ minnha d-diska li tkun qed tipprova. Tegħja. Ġieli nagħmlu ġimagħtejn ġol-istudio. Huwa diffiċli li tagħmel ġranet infila tisma’ l-istess ħaġa. Mill-banda l-oħra l-esperjenza live hija sabiħa ħafna, speċjalment meta l-udjenzi jkunu kbar u tisma’ l-eluf ikantaw il-lirika li ktibt inti – nies li ma tafhomx. Hija esperjenza unika ħafna. Ikolli ngħid li probabbli hija l-aktar ħaġa li nibqa’ nfittex u l-akar ħaġa li żżommni attiv biex terġa’ tiġri u terġa’ tiġri. Hija emozzjoni sabiħa immens.
Min huma l-kitarristi li jispirawk? Iktar inħares lejn it-talent tal-kitba f’songwriter. Il-fatt li nqis ruħi aktar bħala songwriter, għalkemm indoqq il-kitarra u ftit strumenti ’l hawn u ’l hemm, aktar nammira songwriters oħra bħal Ed Sheeran, John Major u bosta oħrajn. Nisma’ kull tip ta’ mużika, minn dik klassika sa metal, sa hip hop, sa techno, fi kliem ieħor nisma’ kollox u nipprova nispira ruħi u nitgħallem minn dawk li għamluha qabli. Nemmen li hemm ħafna mużiċisti bravi, inlużi mużiċisti Maltin.
Kif tħejji ruħek qabel performance importanti? Nipprova nkun kalm, nipprova nistudja kemm nista’ qabel u nipprova nkun ippreparat, speċjalment jekk tkun performance importanti. Il-ħin jibda jonqoslok int u tikber, allura trid titgħallem tkun aktar effiċjenti. Li tkun ippreparat fil-ħajja hija ħaġa importanti ħafna. Għożżu u xtarru dal-kliem għall-futur tagħkom, ħbieb tiegħi!
Xi jmiss għall-band? Hemm xi kanzunetta jew proġett ġdid li għandna nistennew?
Il-proġett il-kbir li jmiss huwa Mu żika Mużika. Qed niffoka fuqu. Huwa xi ħaġa li tirrikjedi ħafna xogħol. Għalkemm in-nies jarawna f’dawk it-tliet minuti li nku nu fuq il-palk, il-kanzunetta tkun ilha tiġi maħsuba kważi tliet snin. Issa l-produzzjoni waqfet taħdem fuq id-diska nnifisha ma dwar xahar ilu. Imbagħad trid tieħu ħsieb l-or kestra, tieħu ħsieb ir-recording, l-ilbies u x-shots li jkun hemm bżonn u l-intervisti. Dawn l-elementi kollha jirrikjedu ammo nt mhux ħażin ta’ ħin. Dak huwa l-akbar pro ġett li għandna ġej. Mhux biss! Qed inħe jju għal kunċert kbir fis-sajf biex niċċ elebraw għaxar snin ta’ mużika minn The Travellers, mill-2016 sal-2026. Nixtiequ niċċ elebraw dan l-avveniment tant importanti għalina. Imma bħalissa l-prijorità hija Mu żika Mużika, sabiex nagħtu ġieħ lill-kanz unetta li ktibna u nippruvaw inġibu l-aħjar riżultat.
13
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Spazju Kreattiv iniedi l-programm il-ġdid għall-2026/27
S
pazju Kreattiv, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kreattività ta’ Malta, nieda l-programm tiegħu għall-2026/27. Fil-qalba tal-istaġun il-ġdid hemm 12-il esebizzjoni ewlenija u aktar minn 15-il produzzjoni teatrali, flimkien ma’ spettakli, aktar minn 300 wirja tal-films, inizjattivi kreattivi u proġetti multidixxiplinari. Filwaqt li jibni fuq l-impetu ġġenerat mill-25 anniversarju ta’ Spazju Kreattiv, il-programm tal-2026/27 ikompli bl-impenn tal-organizzazzjoni li trawwem l-iżvilupp artistiku, lesperimentazzjoni u l-kollaborazzjoni, filwaqt li jippermetti lill-pubbliku jinvolvi ruħu f’firxa diversa ta’ esperjenzi kulturali kontemporanji.
Il-programm sħiħ ta’ Spazju Kreattiv għall-istaġun 2026/27 huwa disponibbli fuq
spazjukreattiv.org
7-8 NOV 2026
Id-dimensjoni internazzjonali talprogramm se tkompli permezz talprogramm tal-artisti f’residenza (AIR) ta’ Spazju Kreattiv. Erba’ proġetti AIR se jlaqqgħu flimkien artisti li jirrappreżentaw ħames nazzjonalitajiet u ħames dixxiplini kreattivi, li jħeġġu skambju artistiku internazzjonali u jġibu perspettivi u prattiki differenti f’Malta. Matul l-istaġun 2026/27 Spazju Kreattiv se joffri disa’ tours teatrali tal-bini li fihom jistieden lill-udjenzi jiskopru
spazji li normalment ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li jiżvela l-istorja u l-istejjer talKavallier ta’ San Ġakbu u r-rwol tiegħu fil-kuntest storiku usa’ ta’ Malta. L-appoġġ għall-artisti u x-xogħol kreattiv ġdid jibqa’ parti importanti mill-programm. Matul l-istaġun Spazju Kreattiv se jniedi diversi sejħiet miftuħa u jorganizza 16-il sessjoni IKKREA, li jippermettu lill-artisti u lillprattikanti kreattivi jiżviluppaw il-prattika tagħhom, jiskambjaw l-ideat u jinteraġixxu ma’ oqsma differenti tas-setturi kulturali u kreattivi. B’firxa li tinkludi esebizzjonijiet, produzzjonijiet teatrali, kollaborazzjonijiet edukattivi, ċinema art-house, residenzi artistiċi, think tanks, festivals, tours teatrali, proġetti internazzjonali u inizjattivi oħra ta’ żvilupp artistiku, l-istaġun 2026/27 jikkonferma mill-ġdid lil Spazju Kreattiv bħala ċentru għall-kreattività, l-iskambju kulturali u l-involviment artistiku matul is-sena kollha.
21-22 NOV 2026
COMMERCIAL PARTNER
14
Ħarġa Nru 3
INTI TĦOBBHA L-GRANITA MAĠIKA?
XOWS GĦAT-TFAL WAQT IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB! Min kien għadu ma jafx liema kotba se jagħżel, seta’ jieħu xi idea minn dawn l-ispettakli!
Matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026, il-viżitaturi setgħu jattendu għal numru ta’ spettakli ispirati minn kotba għat-tfal u ż-żgħażagħ. Dawn l-ispettakli ttellgħu mill-grupp More or Less Theatre u żgur li ħallew impressjoni li ma tintesiex!
i...
Kelma mingħand l-attur
Din is-sezzjoni nġiebet lilkom millKunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
U l-udjenza ma qagħditx biss tħares, tafux! Waqt dawn l-ispettakli, il-parteċipanti setgħu saħansitra jaqdfu biex jagħtu l-enerġija lil magna tal-granita, jinbidlu f’qattus, jeeeeew isiru d-ditektiv famuż Irvin Vella!
Ella ta’ Rita Grech huwa verżjoni Maltija moderna ta’ Cinderella, immirata għażżgħażagħ.
a ħakmilna “Kull ktieb li għażiln lestu l-immaġinazzjoni... li jsaħħru r jje ste al ruħkom għ bar li jkunu lit-tfal kif ukoll lill-k hom. Jekk qed jakkumpanjaw inn tagħna, ġieli ġejtu xi reċta m oll waqt kemm fl-iskola kif uk ŻiguŻajg, xi avveniment bħal divertenti u hemm esperjenza iekom.” memorabbli tistenn
Irvin Vella: Il-Każ talBottegin tax-Xorti ta’ John A. Bonello huwa misteru ħelu b’potenzjal qawwi li jinbidel f’esperjenza teatrali mill-isbaħ, fejn l-udjenza trid tgħin lillkarattri jsolvu l-każ.
U issa parir mingħand l-atturi… a taqraw “Inħeġġukom ħafn l! Ix-xows dawn il-kotba wkol darba, imma tagħna tarawhom qrawhom dal-kotba meta ta azzjoni żgur li bl-immaġin ħu toħolqu tagħkom tkunu tistg affarijiet oħra.” inti tista’ ssir Min jaf... Forsi anki ows! Imma direttur tajjeb tax-x l-ewwel trid taqra!
Dwar More or Less Theatre Glenda u l-Magna talGranita ta’ Claudia Aloisio huwa storja simpatika dwar tifla żgħira li taqla’ magna maġika mingħand in-nanna tagħha. Min ma jħobbx il-granita maġika?
Aħna kumpanija teatrali li tispeċjalizza f’xogħlijiet għat-tfal! Ħafna tfal, u anke dawk li laħqu kibru, għandhom ikunu familjari max-xogħlijiet li tellajna fl-iskejjel matul is-snin, bħal The Complete History of Malta (More or Less), li ilna ntellgħuh mill2011. Għal aktar informazzjoni żuru moreorlesstheatre.com.
Dawn ix-xows b’xejn, iżda tridu tirreġistraw sabiex tibbukkjaw post. Irreġistraw minn Eventbrite billi tagħżlu xow jew aktar minn hawn: https://www.eventbrite.com/cc/ xows-teatrali-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2026-4880038
15
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
I T A T A F U I R T S O M u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Din is-sezzjoni nġiebet lilkom mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
jirbħ
! n thew e t a i M j t j a Erġ li tal-Ktieb. tal-Kunsill Nazzjona
Did-darba ġej b’aħbar qisha ħierġa minn ġo xi film... Il-mostri u l-fatati ġew u rebħulna l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb!
Kif issa drajtuni, kull sena nġibilkom il-kotba li rebħu l-Premju Nazzjonali talKtieb li norganizzaw aħna. Dawn il-kotba jkunu mmirati għalikom, li qed taqraw dil-gazzetta tal-ġenn.
Le, ma serqu xejn; rebħuhom ta’vera! Kokittieba/koawturi
Dawn il-kelmtejn ifissru meta ktieb jiktbuh aktar minn persuna waħda. Kull waħda ngħidulha “kokittieb/a” jew “koawtur/awtriċi”.
CLARE AZZOPARDI
Ħarsetta
Din il-kelma tfisser dwar il-ktieb, dak li ssib fuq il-qoxra ta’ wara, li ngħidulu “ħarsetta” għax hu “ħarsa qasira”.
LEANNE ELLUL
Kaħlani: Skoss Pożi u Karamboli miktub minn Clare Azzopardi u Leanne Ellul (kokittieba) Rebaħ il-kategorija tal-kotba għat-tfal ta’ bejn it-8 snin u t-12-il sena.
U “karamboli”...?
Din tfisser KUTRUMBAJSA! Ejja, agħmel waħda ta’ malajr.
Ħarsetta 8-12:
IL-KOTBA REBBIEĦA
Tista’ tixtri dawn il- kotba mingħand Merlin Publishers.
Il-Missjoni tal-Mostru miktub minn Matthew Schembri Rebaħ il-kategorija tal-kotba għaż-żgħażagħ. Ħarsetta żgħażagħ:
Hemm hu! Reġa’ tfaċċa l-fatat Kaħlani! U Safrani … u l-fatati l-oħrajn kollha, naturalment. F’dal-ktieb se ssibhom fi storja marbuta ma’ kamera tar-ritratti mill-antiki u f’oħra marbuta mar-Reġina. Ċinkwina panina mela x’inhu!
L-ewwel ktieb fis-sensiela ġdida Ta’ Taħt Fuq
Issa żomm sod, ippoża u tista’ anke tagħmel karambola … int u taqra l-istorja.
Għolliet l-għatu msaddad tal-bir u ttawlet fil-bokka. Dlam. Ħarġet il-mowbajl mill-but u xegħlet it-torċ. Minn ġol-bir taret id għaliha! Camilla ħasset ġisimha jiżbroffa. Leħħiet qawwija ta’ dwal ħodor sparaw minn ġon-nemex, għaddew minn ħwejjiġha u xegħlu kullimkien madwarha.
Ktieb li juża l-font EasyReading, tipa b’leġibbiltà faċli, ta’ għajnuna għal tfal bid-dislessija.
Jekk trid tara l-kotba kollha li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb żur www.ktieb.org.mt
MATTHEWSCHEMBRI
Lestu ruħkom. Hemm mostru għandu missjoni xi jwettaq.
Camilla taħseb li għandha ħajja stramba. Imma meta tiltaqa’ ma’ Mark, din issirilha ħafna iktar stramba. Tista’ tgħid tinqalbilha ta’ taħt fuq.
16
Ħarġa Nru 3
Meta Tieqaf
il-Mużika! Intervista ma’
I IRA
LOSCO minn Robert Caruana
Li tlaħħaq ma’ żewġ aspetti differenti tal-ħajja mhux faċli, iżda Ira Losco jirnexxilha ssib bilanċ bejn it-tnejn. Xi drabi tkun fuq il-palk quddiem eluf ta’ nies, mużika, kant, dwal u divertiment. Drabi oħra tkun id-dar bħala omm responsabbli flimkien ma’ żewġha, bejn mumenti kwieti u l-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum.
Kieku Ira ta’ 13-il sena setgħet tarak illum, x’taħseb li tgħidlek? Naħseb li l-“jien” ta’ 13-il sena kienet tkun kburija bija. Minn dejjem kont persuna li naħdem b’passjoni kbira u nħobb xogħli. Dejjem emmint li x-xogħol iebes jagħti l-frott u għalhekk qatt ma stennejt li nikseb xi ħaġa mingħajr ma naħdem għaliha. Xi drabi kont inkun iebsa wisq miegħi nnifsi, tant li lanqas kont nemmen li kien jixraqli nkun kuntenta, li jkolli lil xi ħadd li jħobbni jew li jkolli familja. Għalhekk issa li għandi dan kollu napprezzah immens u nħossni xxurtjata ħafna li għad għandi karriera li tagħtini sens ta’ sodisfazzjon u li tagħmilni nħossni kompluta. Naħseb jien ta’ 13-il sena kienet tħossha kuntenta u kburija ħafna bis-suċċessi tiegħi u tħossha wkoll li l-ħolma tagħha saret realtà!
Tara lil xi ħadd ieħor jagħmel suċċess aktar minnek. Tħossok motivata jew skoraġġita? Kien ikun hemm drabi meta kont inħossni mhedda meta kont iżgħar. Nemmen li meta nkunu għadna żgħar ikollna ħafna dubji dwarna nfusna, u dawn jistgħu jinfluwenzaw il-mod kif naħsbu u nħossuna. Barra minn hekk nistgħu nkunu influwenzati minnies li ma jagħmlulniex ġid, speċjalment f’età
meta nkunu għadna vulnerabbli għall-influwenza ta’ ħaddieħor, u dan jista’ jħalli impatt negattiv fuqna nfusna. Avolja nipprova nifhem u ngħin lil kulħadd, kien hemm żmien f’ħajti meta kien hemm nies li kienu jgħidu kontrija jew li ma kontx nogħġobhom. Madankollu bqajt persuna li nagħti importanza lill-ħbiberiji u l-konnessjonijiet li bnejt filkarriera tal-mużika. Dan għenni napprezza u ngawdi dak li ksibt, filwaqt li hekk kif kbirt u mmaturajt tgħallimt nara s-suċċessi ta’ nies oħra bħala sors ta’ ispirazzjoni u motivazzjoni biex inkompli ntejjeb ruħi filkarriera tiegħi.
Ritratt: Viktor Vella
F’din l-intervista Ira taqsam magħna kif tibbilanċja dawn iż-żewġ dinjiet, kif tibqa’ leali għall-valuri tagħha, kif tieħu deċiżjonijiet diffiċli u kif turi li s-suċċess mhuwiex biss dwar it-talent iżda dwar min int meta ħadd ma jkun qed jarak.
ra Losco, kantanta, kantawtriċi u performer Maltija, meqjusa bħala waħda mill-aktar artisti ta’ suċċess f’Malta tant li kisbet ukoll fama internazzjonali. B’karriera li testendi fuq diversi snin tkompli tinfluwenza x-xena mużikali Maltija permezz ta’ diversi prestazzjonijiet, recordings u kollaborazzjonijiet.
L-akbar lezzjoni li għallmitni l-ħajja hi li nagħmel dak li hu ordinarju straordinarju, u li nieħu gost nagħmel hekk!
17
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Forsi fil-passat dan kien minnu. Dejjem ħarist lejn artisti internazzjonali biex jimmotivawni u jispirawni, iżda l-industrija tal-mużika minn dejjem kienet iebsa ħafna, speċjalment mattfajliet u n-nisa. Dejjem kien hemm aspettattivi għoljin ħafna rigward is-sbuħija u d-dehra li wieħed kien mistenni jkollu, meta fil-verità għandha tingħata ħafna aktar importanza lill-arti u littalent. In-nuqqas ta’ kunfidenza li kelli kienet affettwat il-mod kif inħares lejn il-kapaċitajiet artistiċi u d-dehra fiżika tiegħi. Iżda l-maturità għallmitni nħobb u naċċetta lili nnifsi kif jien, bid-difetti kollha tiegħi, kemm artistikament kif ukoll fiżikament. Ħadd mhu perfett; b’hekk dejjem nista’ nipprova nkun l-aqwa verżjoni tiegħi nnifsi u dejjem nista’ nagħmel l-almu tiegħi biex neċċella f’dak li nagħmel mingħajr ma nweġġa’ lil ħaddieħor. Barra minn hekk naħdem ħafna biex nibqa’ b’saħħti, sabiex inkun kapaċi nwettaq kunċerti ta’ sagħtejn li fihom inkanta live b’saħħti kollha mill-bidu sal-aħħar u fl-istess ħin inkun kapaċi nieħu ħsieb uliedi.
X’tagħmel f’dawk il-mumenti? Meta niddubita mill-kapaċitajiet tiegħi nfakkar lili nnifsi li ħadd mhu perfett u li ħdimt ħafna biex wasalt fejn jien illum. Għamilt ħafna sagrifiċċji għall-passjoni tiegħi, li hi l-mużika, u allura iva, nemmen li għandi nkun kuntenta.
Semmilna żball li għamilt waqt performance live, u x’tgħallimt minnu. Hija ħaġa mill-iktar komuni li wieħed jiżbalja meta jkun parti mid-dinja tal-mużika. Partikolarment meta jasal l-istadju tal-ippjanar, għaliex ikun hemm affarijiet li tinsiehom. Dejjem tiġri xi ħaġa li ġġiegħlek taħseb, “Kif insejt nistaqsi dwar dik? Jew niċċekkja dwar dik ilħaġa?” Fl-aħħar mill-aħħar dawn normalment ikunu affarijiet żgħar. Iżda jgħallmuk li l-preparazzjoni hija essenzjali. Jekk tkun ippreparat tajjeb tkun diġà rbaħt nofs il-battalja. Wara jiġu l-ħiliet u s-snin ta’ esperjenza, li huma tassew imprezzabbli.
Qatt kellek tgħid le għal xi ħaġa importanti għax ma ħassejtx li kienet tajba għalik? Iva, matul is-snin tgħallimt ngħid le għal affarijiet li għallewwel jidhru attraenti iżda li eventwalment ma jkunux tajbin għall-brand tiegħi jew għalija fuq livell personali.
Fuq il-palk eluf ta’ nies ikunu qed jarawk. Id-dar tkun inti malfamilja. Liema rwol tħossu l-aktar diffiċli, u għaliex? Naħseb li kull irwol għandu l-isfidi tiegħu. It-tnejn huma differenti daqskemm huma simili għal xulxin. Tgħallimt napprezza d-diffikultajiet tat-tnejn kif ukoll nieħu gost bis-suċċessi, sempliċi kemm ikunu sempliċi, fiż-żewġ irwoli. L-akbar lezzjoni li għallmitni l-ħajja hi li nagħmel dak li hu ordinarju straordinarju, u li nieħu gost nagħmel hekk!
Meta tinżel mill-palk u tmur lura d-dar kif tinbidel minn “Ira l-kantanta” għal “omm”? L-ewwel ħaġa li nagħmel hi li niċċekkja fuq it-tfal; normalment ikunu diġà reqdin. Imbagħad niżbarazza dak li jkun hemm bżonn. Normalment il-ħin li nasal ikun il-ħin meta jispiċċa d-dishwasher, imma jkun għad fadalli naqla’ u nitwi l-ħwejjeġ. Nagħmel xi snack li normalment jagħmluha ż-żgħażagħ, bħal xi noodles, ħeħe, jew xi sandwich ta’ malajr, nagħmel kikkra te u nara episodju minn xi sensiela li togħġobni. Imbagħad inħalli l-adrenalina tonqos u nistrieħ.
Uliedek jarawk bħala “Ira l-famuża” jew bħala “omm”? Jarawni bħala ommhom. Imma jieħdu gost jarawni fixxena. Għalihom hi xi ħaġa impressjonanti li jistgħu jaraw filmati mużikali fejn il-mummy tagħhom tkun qed tinterpreta karattri differenti, jew meta l-mummy titla’ fuq il-palk quddiem eluf ta’ nies.
Hemm xi ħaġa li tgħallimt mingħand uliedek?
X’inhi l-aktar ħaġa diffiċli biex tkun kemm ġenitur kif ukoll performer? Naħseb li l-ippjanar tajjeb jagħmel l-affarijiet aktar faċli. Pereżempju meta nkun naf li t-tifel, il-kbir, għandu l-eżamijiet ġejjin nara kif nagħmel biex innaqqas ix-xogħol. Nagħmel hekk għax niddedika inqas ħin għalija nnifsi biex inkun hemm għalih biex nistudja miegħu u niggwidah mill-aħjar li nista’.
Bħala figura pubblika ħafna nies jammirawk u jarawk bħala eżempju. Tħoss responsabbiltà li tkun mudell tajjeb għalihom? It-titlu ta’ “idolu” minn dejjem inkwetani xi ftit, għax ma naħsibx li għandna nieħdu l-persuni, speċjalment dawk popolari, bħala eżempju assolut f’kollox. Ilkoll niżbaljaw, u għalhekk irridu nkunu konxji li mhux kulma jleqq hu deheb. Madankollu nħossni kburija jekk b’xi mod qatt kont ta’ ispirazzjoni għal xi ħadd. Nittama wkoll li l-kwalitajiet pożittivi li għandi, jekk għandi, jispiraw lill-oħrajn biex jagħmlu t-tajjeb.
Liema valuri għenuk tibqa’ umli u tieħu deċiżjonijiet tajbin minkejja s-suċċess li ksibt? Il-familja tiegħi, min-nanniet salġenituri, dejjem kienu tal-fehma li l-popolarità mhix xi ħaġa konkreta u jaf maż-żmien tintilef. Missieri stess kien plejer tal-futbol popolari li lagħab mat-tim nazzjonali u masSliema Wanderers fis-snin 70 u 80, u dejjem wera rispett lejn l-oħrajn u qatt ma ħalla s-suċċess jitlagħlu għal rasu. Dejjem ħa ħsieb sħabu tat-tim u l-partitarji. Allura missieri dejjem għallimni hekk mingħajr lanqas biss kien jaf li xi darba bintu stess kienet se ssib ruħha f’pożizzjoni simili ħafna.
Iva, tgħallimt li l-imħabba ta’ bejniethom bħala aħwa hija b’saħħitha immens, u nħossni kburija meta nara kemm iħobbu u jgħinu lil xulxin u ’l dawk ta’ madwarhom, fosthom il-ħbieb.
Qatt tħossok ħatja meta tipprova tibbilanċja x-xogħol u l-familja, jew sibt il-mod tiegħek kif timmaniġġjahom? Le, għax dejjem nara li nippjana u nagħti prijorità lil dak li hu l-aktar importanti. Nagħmel l-għażliet tiegħi bil-għaqal u dejjem niżgura li wliedi u d-dar ikunu f’idejn tajba waqt li nkun ix-xogħol. Jien u żewġi niddiskutu sew id-deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwawna b’modi differenti. B’komunikazzjoni tajba tikseb riżultati pożittivi.
Ritratt: Viktor Vella
Qatt tħoss pressjoni biex tkun perfetta u titlef il-kunfidenza?
Jien dejjem konxja li dak kollu li ksibt jista’ jisparixxi f’daqqa, malajr daqskemm ġie. Għalhekk dejjem għandi nkun grata għal dak kollu li għandi. Napprezza meta n-nies jieħdu mill-ħin tagħhom biex jiġu jaraw ix-xows tiegħi, lil dawk li jixtru l-mużika tiegħi u lil dawk li jixtru l-biljetti għall-kunċerti tiegħi. Mingħajrhom ma nkunx nista’ nagħmel dak li nħobb l-aktar.
Qatt kellek tieħu deċiżjoni diffiċli biex tibqa’ leali lejn il-valuri tiegħek? X’għenek f ’dak il-mument? Iva, jien dejjem nagħmel l-għażliet tiegħi skont il-valuri tiegħi. Jekk xi ħaġa ma nħossx li hi tajba għalija ma nagħmilhiex. Iżda sfortunatament fil-passat għamilt xi żbalji li kelli nitgħallem minnhom.
X’jistgħu jitgħallmu l-fans tiegħek meta jaraw lil xi ħadd jibbilanċja l-ħolm tiegħu marresponsabbiltajiet? Naħseb li dawk li jsegwu l-mużika tiegħi jafu dwar il-vjaġġ twil u diffiċli li għaddejt minnu u kemm dejjem ippruvajt nagħmel kollox bi mħabba, passjoni u kreattività. Naturalment iż-żgħażagħ tallum forsi mhumiex konxji ta’ dan kollu, għax il-vjaġġ tiegħi beda ħafna qabel ma twieldu huma u llum għandhom artisti ġodda x’jammiraw. Madankollu nittama li jiftakru li l-artisti l-ġodda jirnexxu u javvanzaw sforz il-pedament sod li ħallew l-artisti li ġew qabilhom. M’għandhom iħallu ’l ħadd jitfilhom dak li jibbrillaw fih. Kulħadd kapaċi jagħmel affarijiet kbar fil-ħajja! Ixxogħol iebes u l-perseveranza huma s-sigriet biex tikseb dak li tixtieq.
18
Ħarġa Nru 3
ILTAQA' MA’
ESPLORINO Il-Mascot tagħna ġie ispirat mid-dinjiet tat-teknoloġija, l-inġinerija u l-Intelliġenza Artifiċjali (AI), li lkoll qegħdin jevolvu u jikbru b’rata mgħaġġla. Dawn l-oqsma jgħinuna nifhmu aħjar kif jiffunzjonaw l-affarijiet ta’ madwarna u saħansitra kif insolvu ċerti problemi. F’Esplora nistgħu nitgħallmu kif ċerti ideat jistgħu jwasslu għal invenzjonijiet innovattivi, u r-robots huma eżempju tajjeb kif il-kreattività u t-teknoloġija jimxu id f’id; xi ħaġa li aħna f’Esplora nemmnu tassew fiha. Il-Mascot tagħna huwa ddisinjat b’tali mod li jġiegħel lil kulħadd iħossu inkluż u jgħinna nemmnu li kulħadd jista’ jkun xjenzat, inġinier, disinjatur jew inventur tal-futur. L-ispirazzjoni ġiet minn diversi robots differenti li jqanqlu l-immaġinazzjoni, il-kreattività u l-avventura; fosthom Astro bot u Wall-E, u anke l-esibit temporanju ta’ robot bl-isem Esplorino, li l-viżitaturi ħadu tant gost jinteraġixxu miegħu. Il-fatt li rajna kemm intlaqa’ tajjeb dan l-esibit għenna nispiraw ruħna biex noħolqu robot tagħna.
AĦSEB IMMAĠINA OĦLOQ
esplora.org.mt
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
19
20
Ħarġa Nru 3
Karozzi Elettriċi vs Karozzi tal-Petrol:
Il-Futur Aħdar ta’ Malta
Q
att rajt karozza għaddejja minn ħdejk kważi bla ħoss u staqsejt lilek innifsek jekk hix elettrika? Illum il-ġurnata l-karozzi elettriċi — magħrufa bħala EVs — qed isiru dejjem aktar popolari f’Malta u madwar id-dinja. Dawn il-karozzi jużaw teknoloġija moderna u jgħinu biex nipproteġu l-ambjent tagħna. Imma x’inhi d-differenza bejnhom u l-karozzi tal-petrol jew diesel li konna mdorrijin bihom? Ejjew insiru nafu aktar dwar dan il-futur nadif tat-trasport.
Kitba ta' Laura Galea Assistant Manager, Taqsima għas-Sostenibbiltà, id-Diġitalizzazzjoni u l-Affarijiet Internazzjonali, Transport Malta
Karozzi tal-petrol vs karozzi elettriċi: X’inhi d-differenza? Għal ħafna snin il-biċċa l-kbira tal-karozzi kienu jużaw magna talkombustjoni interna (ICE). Din ilmagna taħdem billi taħraq il-petrol jew id-diesel biex timxi. Meta jinħaraq il-fjuwil jinħolqu fwar u gassijiet li jmorru fl-arja u jniġġsuha.
Il-futur aħdar jibda bik Għalkemm għadek ma ssuqx inti parti millġenerazzjoni li ġejja. Meta tifhem kif jaħdmu l-karozzi elettriċi — u għaliex huma importanti — tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet aħjar fil-futur. Forsi xi darba tkun int li toħloq batterija ġdida, karozza li taħdem bid-dawl tax-xemx, jew soluzzjoni ġdida għal trasport nadif. Il-karozzi elettriċi juru kif it-teknoloġija u n-natura jistgħu jaħdmu flimkien. Bl-għajnuna ta’ Transport Malta u l-kreattività tagħkom Malta tista’ ssir gżira aktar nadifa u sabiħa għal kulħadd.
Il-karozzi elettriċi jaħdmu b’mod kompletament differenti. Minflok jaħarqu l-fjuwil jużaw batterija kbira mimlija elettriku. Dan ifisser: •
l-ebda petrol,
•
l-ebda diesel,
•
l-ebda fwar jew duħħan,
•
sewqan ħafna aktar kwiet.
Il-karozzi elettriċi huma bħal ġugarelli kbar li tqabbadhom mal-elettriku — tpoġġihom fuq il-cable, tħallihom jimtlew u jitilqu.
Għaliex il-karozzi elettriċi huma aħjar għall-ambjent? Malta hija gżira żgħira b’ħafna traffiku, u għalhekk l-arja li nieħdu n-nifs minnha hija importanti ħafna. Il-karozzi elettriċi jgħinu biex iżommu l-ambjent tagħna aktar nadif. Dawn huma ftit mill-vantaġġi li għandhom il-karozzi elettriċi:
1. L-ebda emissjonijiet tal-exhaust:
Il-karozzi elettriċi ma joħorġux duħħan jew gassijiet li jagħmlu l-ħsara. Dan ifisser arja aktar nadifa u inqas problemi tan-nifs.
2. Inqas storbju: Il-karozzi elettriċi
huma ħafna aktar kwieti minn dawk tal-petrol. Dan jgħin biex it-toroq tagħna jkunu aktar paċifiċi.
3. Inqas impatt fuq il-klima: Il-“carbon footprint” tfisser kemm tiġġenera diossidu tal-karbonju. Il-karozzi elettriċi għandhom impatt ħafna iżgħar għax ma jaħarqux fjuwil imma jużaw elettriku ġġenerat b’mod iktar effiċjenti. U hekk kif Malta tuża aktar enerġija mix-xemx, l-EVs jistgħu jaħdmu b’enerġija nadifa.
4. Nipproteġu l-gżejjer tagħna: Il-bidla fil-klima taffettwa lil Malta minħabba temperaturi ogħla u maltemp aktar qawwi. Meta nagħżlu trasport nadif inkunu qed ngħinu biex nipproteġu l-futur tal-gżejjer tagħna.
Malta kif qed tgħin lin-nies jagħżlu karozzi elettriċi? Transport Malta qed tħeġġeġ lil kulħadd jagħżel karozzi aktar nodfa. Wieħed mill-aktar modi importanti huwa permezz ta’ għotjiet u skemi ta’ għajnuna. L-għotjiet ta’ Transport Malta jinkludu: •
sa €8,000 meta tixtri karozza elettrika ġdida,
•
bonus meta tarmi karozza antika tal-petrol jew id-diesel,
•
għajnuna għal muturi elettriċi, e-bikes u quadricycles.
Dawn l-għotjiet jagħmlu l-karozzi elettriċi aktar aċċessibbli għall-familji Maltin.
Kif niċċarġjaw karozza elettrika f’Malta Li tiċċarġja karozza elettrika qed isir aktar faċli kull sena. Tista’ tiċċarġjaha: •
id-dar, bħalma tiċċarġja l-mowbajl,
•
f’postijiet pubbliċi madwar Malta u Għawdex,
•
fil-post tax-xogħol jew f’xi ċentri kummerċjali.
•
Il-punti tal-iċċarġjar qed jiżdiedu, u dan jagħmel is-sewqan elettriku aktar konvenjenti.
It-teknoloġija wara l-EVs •
Il-karozzi elettriċi huma mimlijin teknoloġija moderna u interessanti,
•
regenerative braking: il-karozza tiċċarġja meta tnaqqas ilveloċità,
•
aċċellerazzjoni immedjata,
•
screens intelliġenti u apps,
•
batteriji li jservu ħafna.
•
Għal min iħobb ix-xjenza u t-teknoloġija l-EVs huma eżempju perfett ta’ kif l-innovazzjoni tista’ tgħin lill-pjaneta.
Bħal dejjem grazzi ħafna lilkom, qarrejja żgħażagħ u kurjużi, talli qrajtu dan l-artiklu u wrejtu interess f’dinja aktar nadifa u moderna. Intom ilġenerazzjoni li jmiss, u l-għażliet tagħkom jistgħu jagħmlu differenza kbira għall-futur ta’ Malta. Ninkoraġġikom tibqgħu dejjem tappoġġjaw stil ta’ ħajja aktar sostenibbli — kemm billi tifhmu kif taħdem it-teknoloġija, kif nieħdu ħsieb l-ambjent, kif nużaw l-enerġija b’mod aktar għaqli, u kif nagħżlu mezzi ta’ trasport aktar nodfa. Kull pass żgħir li nagħmlu llum jgħin biex nibnu gżira aktar sabiħa, aktar nadifa u aktar sikura għal kulħadd. Fl-aħħar mill-aħħar il-futur ta’ Malta jinsab f’idejkom. Bl-għarfien, il-kreattività u l-passjoni tagħkom nistgħu nibnu pajjiż li jħares ’il quddiem u li jħares lejn in-natura b’rispett. Ejjew naħdmu flimkien għal Malta aħjar — illum, għada u għal ħafna snin oħra.
21
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
TOY STORY
FUQ ERBA’ ROTI! Woody, Buzz u Jessie jispiraw tliet Porsche 911 uniċi.
X’
jiġri meta tgħaqqad id-dinja ta’ Toy Story ma’ waħda mill-aktar karozzi sportivi famużi fid-dinja?
Porsche, Disney u Pixar ħolqu tliet Porsche 911 uniċi, kull waħda ispirata minn wieħed mill-karattri ewlenin ta’ Toy Story 5: Buzz Lightyear, Jessie u Woody. Dawn mhumiex sempliċiment karozzi miżbugħin bil-kuluri tal-karattri. Id-disinjaturi tal-Porsche studjaw il-ħwejjeġ, il-personalitajiet u dettalji oħra tal-karattri mill-films sabiex kull karozza tkun tista’ tirrakkonta l-istorja tagħha. Il-karozzi ġew personalizzati middipartiment Sonderwunsch tal-Porsche, kelma Ġermaniża li tfisser “xewqat speċjali”.
BUZZ, LEST GĦALL-ISPAZJU! Buzz Lightyear inbidel f’Porsche 911 GT3 RS. Karozza bajda, b’dettalji ħodor ispirati mil-libsa spazjali ta’ Buzz. Il-ġewnaħ ta’ wara saħansitra jfakkar id-disinn tal-ġwienaħ ta’ Buzz. Ir-roti għandhom il-logos tal-iSpace Ranger, filwaqt li fuq it-tajers hemm isem Lightyear. Fuq ġewwa hemm aktar referenzi għal Buzz, fosthom dettalji ispirati mill-avventuri tiegħu fl-ispazju.
JESSIE, STIL WESTERN Jessie kienet l-ispirazzjoni għall-Porsche 911 Targa 4 GTS. Id-disinn tagħha huwa bbażat fuq l-abjad, l-aħmar, il-blu u l-isfar, il-kuluri li jfakkruna fil-cowgirl mimlija enerġija. Fuq ġewwa l-Porsche użat materjal jixbah lid-denim, ġilda u dettalji ispirati middisinn tal-pil tal-baqar. Saħansitra ġiet kreata żebgħa tal-karozzi apposta b’kulur speċjali bl-isem Jessie White Metallic.
WOODY, JEANS FUQ KAROZZA? Woody inbidel f’Porsche 911 Carrera T. Għal din il-karozza ivvintaw żebgħa blu biex tagħti l-impressjoni li hija jeans li jkun ilu jintlibes. Għal ġewwa tal-Porsche ntużat ġilda kannella tidher taparsi qadima biex ilkarozza twassal esperjenza ta’ ġugarell maħbub li ilu jintuża snin. Dettalji ħomor u sofor isaħħu d-dehra ispirata minn Woody.
Dawn it-tliet karozzi ma nħolqux biss biex jiġbdu l-attenzjoni. Kollezzjonist anonimu tal-Porsche akkwista t-tliet karozzi u bħala parti mill-inizjattiva ta’ karità impenja ruħu li jagħti $3 miljuni lil tliet organizzazzjonijiet: Big Brothers Big Sisters of America, l-American Red Cross u Starlight Children’s Foundation.
Ritratti: Porsche AG / Porsche Newsroom
B’hekk tliet karozzi ispirati mill-ġugarelli spiċċaw jgħinu t-tfal, il-familji u l-komunitajiet fil-ħajja reali.
3 KAROZZI • $3 MILJUNI • 3 KARITAJIET
x e i al
minn Rita Saliba
Għ
nit
uha, m m o ż n u ħ g nux nist u k n a m t na! n lq a a ħ Kult u t t a ħ g n qabel u taħarbilna Xi drabi tiġi oħra warajha u ġġegħelna nistħu nuru ħalqna miftuħ beraħ. Imma dat-titwib xi jkun eżattament?
W
aħda mit-teoriji hija li meta nittewbu aktar ossiġnu jidħol f’ġisimna malarja u fil-proċess nerħu lura l-carbon dioxide. Din hija suppożizzjoni waħda biss minn ħafna. Imma x-xjenzati qatt m’għandhom kwiet u mhumiex se jikkuntentaw b’teorija li mhix ippruvata xjentifikament. Għaldaqstant fis-snin 80 saru xi esperimenti biex jippruvaw din itteorija, li tista’ tgħid kollha kemm huma ppruvaw li din it-teorija hija falza.
il-kelb simbolu tal-ħbiberija u tal-lealtà
minn Rita Saliba
aa
aa
Riċerka ġdida fil-qasam taxxjenza tissuġġerixxi li t-titwib jista’ jkun li "jberred" il-moħħ, ma jħallihx jisħon, funzjoni li tixbah ħafna lill-fann fil-laptop tagħkom biex ma jisħonx. It-titwib kultant huwa assoċjat malgħeja, l-aktar meta t-temp ikun aktar sħun u nħossuna nitħeddlu. Saru testijiet biex jippruvaw din it-teorija, iżda r-riżultati indikaw li m’hemm xejn ċert. Ġieli nittewbu meta nħossuna bil-ġuħ, meta niddejqu nisimgħu diskursata twila jew suġġett li ftit li xejn jinteressana. Ħafna drabi nittewbu qabel nidħlu norqdu. Naħseb din tal-aħħar hija l-aħjar titwiba.
Ħaġa kurjuża hi li meta naraw lil xi ħadd jittewweb, aħna nittewbu wkoll. Tgħid hija xi forma qadima ta’ komunikazzjoni bejn il-bnedmin? Dan il-fatt ukoll minn dejjem kien assoċjat malgħeja. Billi nittewbu rridu ngħaddu l-messaġġ lil dawk ta’ madwarna, u li b’xi mod inħajruhom jissinkronizzaw dan ir-rifless awtomatiku magħna. It-titwib iqanqal bosta mistoqsijiet, u kultant xi ftit tal-imbarazzament. Iżda xorta nibqgħu ma nafux għaliex eżattament taqbadna titwiba mingħajr ma nkunu qed nistennewha. L-aħjar inħallu lix-xjenzati jibqgħu jfittxu u jħabblu moħħhom.
H Hachikō
achikō kien kelb tarrazza Akita fil-Ġappun li sar simbolu ta’ lealtà u mħabba lejn sidu. Kuljum kien jakkumpanja lis-sid tiegħu, il-Professur Hidesaburō Ueno, sal-istazzjon ta’ Shibuya u mbagħad jerġa’ jmur jilqgħu filgħaxija. Fl-1925 il-Professur miet f’daqqa waqt ix-xogħol, iżda Hachikō baqa’ jmur flistess post kuljum jistennieh jirritorna. Dan għamlu għal kważi għaxar snin, sa mewtu fl-1935. In-nies tal-post, ilħaddiema tal-istazzjon u l-vjaġġaturi saru jafuh sew u ħafna drabi kienu jagħtuh l-ikel u jieħdu ħsiebu meta kien jidher hemm jistenna waħdu. L-istorja tiegħu messet il-qlub tan-nies madwar il-Ġappun. Tant sar famuż għall-fedeltà tiegħu li nbniet statwa tal-bronż tiegħu quddiem l-Istazzjon ta’ Shibuya, li sal-lum għadha tfakkar lil kulħadd fil-qawwa tal-ħbiberija u tal-lealtà.
Ħarġa Nru 3
Kurżità sabiħa hija li l-ewwel statwa ta’ Hachikō ġiet żvelata fl-1934 meta kien għadu ħaj, u hu stess kien preżenti għaċċerimonja! Aktar tard, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, inbniet statwa oħra li għadha tinsab quddiem l-Istazzjon ta’ Shibuya sal-lum. Il-ġrajja ta’ Hachikō ispirat diversi kotba. Wieħed millaktar magħrufin huwa Hachiko Waits, li jirrakkonta l-istorja tiegħu għat-tfal. Il-kotba nqalbu f’bosta lingwi biex jinqraw mittfal madwar il-globu. Sarulu wkoll films. L-aktar wieħed magħruf internazzjonalment huwa Hachi: A Dog’s Tale (2009), b’Richard Gere bħala l-attur prinċipali, li huwa bbażat fuq l-istorja vera ta’ Hachikō. Qabel dan kienu saru wkoll films Ġappuniżi dwaru.
Stenna lil sidu jiġi lura mix-xogħol għal għaxar snin sħaħ fl-istazzjon tal-ferrovija.
a
A ? u b tew
22
23
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Jista' L-AI Jkun Ħabib Tiegħek Immaġina AI chatbot li dejjem ikun lest biex ikellmek, li qatt ma jinsa jwieġbek u qatt ma jiddejjaq bik. Jista' jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek, jgħinek issib l-ideat, jirrakkonta storja jew jagħtik issuġġerimenti għal xi logħba. Tajjeb, imma ejja naħsbu ftit iktar fil-fond. Il-ħbieb veri mhumiex perfetti! Xi kultant jinsew iċemplulek lura, ma jaqblux miegħek, jew tkunu tridu tiddiskutu wara argument. Din ħaġa skomda, iva. Imma staqsi lilek innifsek: Dawn il-"problemi" verament ħżiena jew huma parti minn dak li jagħmel ħbiberija vera? L-AI qatt mhu se jkollu ġurnata ħażina jew inkella ma jaqbilx miegħek! Chatbot ma jimpurtah xejn minnek, mhux bħal ħabib veru! Meta ħabib jistaqsik "Kif int?" jew jibqa' miegħek anki meta ma jkollux aptit, dak sinjal li verament jimpurtah. Dan ma jista' qatt jagħtihulek l-AI, għax ma jħoss xejn.
L-AI huwa għodda.
Il-ħbieb veri huma persuni!
Taqsamx informazzjoni privata bħal ismek sħiħ, l-indirizz, l-iskola jew il-password.
Uża l-AI għall-ideat u l-kreattività – mhux bħala sostitut għal min verament jimpurtah.
Jekk l-AI jinkwetak, staqsi lil xi adult li tafda.
Tibgħatx ritratti privati jew ta' nies oħrajn mingħajr permess.
Meta tkun imdejjaq, kellem persuna vera. Jekk xi ħaġa online tinkwetak, tkellem ma' adult li tafda. Żur
Minkejja n-nuqqasijiet tagħhom in-nies dejjem jistgħu jagħtuk dak li ebda AI ma jista' qatt jagħtik.
BeSmartOnline.info jew ċempel jew iċċettja mal-Helpline 179, b'xejn.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Hawn għalik
24
Ħarġa Nru 3
L-2026… Is-Sena Internazzjonali
tal-Volontarjat!
mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
I
l-volontarjat... meta tagħti l-ħin u l-enerġija tiegħek biex tgħin lil ħaddieħor mingħajr ma tfittex xejn lura. Dan jista’ jkun billi tgħin f’attivitajiet soċjali, ambjentali, kulturali jew sportivi... bħal fil-festi jew f’xi għaqda li tagħmel parti minnha. F’Malta għandna ħafna żgħażagħ li huma involuti f’organizzazzjonijiet
Il-volontarjat huwa mod sabiħ kif tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Bl-IVY 2026 għandek opportunità perfetta biex tibda. X’inhu l-IVY 2026? • L-2026 ġiet iddikjarata bħala l-International Year of Volunteers (IVY) 2026. • Din hija sena speċjali li tiffoka fuq l-importanza tal-volontarjat madwar id-dinja kollha. • L-għan huwa li aktar nies, speċjalment żgħażagħ, jinvolvu ruħhom f’attivitajiet volontarji. • L-IVY 2026 jagħti ċans lil kulħadd biex jagħmel differenza, anke b’azzjonijiet żgħar. Din issena se tgħin biex jiżdied irrikonoxximent tal-voluntiera u x-xogħol tagħhom. • Din hija opportunità biex inti wkoll issir parti minn moviment globali ta’ bidla pożittiva.
volontarji u li jagħmlu differenza kbira fis-soċjetà tagħna. Il-volontarjat jgħinek titgħallem ħiliet ġodda bħat-teamwork, il-leadership u kif tikkomunika aħjar. Huwa wkoll mod tajjeb biex tiltaqa’ ma’ nies ġodda u tagħmel il-ħbieb! sabiex Għaliex jgħin nità aktar u m o k a n e b tin magħquda. b’saħħitha u
Għaliex hu importanti l-volontarjat? Joffri esperjenza utli li tista’ tgħinek fil-futur, anke filkarriera tiegħek.
Jikkontribwixxi għallprotezzjoni tal-ambjent.
Jappoġ ġja nies li għand l-għajnu hom bż na, bħal onn l-anzjan l-persun i, it-tfal i bi bżon u nijiet di fferenti . Jag ħtik tku n q sens ta ed t agħ ’ sodis f me l xi azzjon ħaġ a ta għax jba.
Kont taf?
→ Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (l-MCVS) huwa l-entità prinċipali f’Malta li tappoġġja lillgħaqdiet volontarji. → L-MCVS joffri informazzjoni, taħriġ, opportunitajiet u ħafna aktar sabiex jgħin lill-voluntiera jitgħallmu ħiliet ġodda u jtihom sapport fil-ħidma tagħhom fis-settur. → Jipprovdi l-għajnuna wkoll lil min jixtieq jagħmel il-volontarjat, u permezz ta’ volunteers.mt għandu numru ta’ servizzi differenti sabiex jgħinek tagħmel dan b’mod prattiku. → L-MCVS għandu wkoll numru ta’ fondi u skemi differenti għall-għaqdiet volontarji, u anki joffri spazji u riżorsi lill-organizzazzjonijiet biex ikunu jistgħu joperaw aħjar.
Żur maltacvs.org u volunteers.mt għal aktar informazzjoni.
25
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Rokna kulturali
Din il-paġna hija miġjuba lilkom mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport u d-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi.
L-ewwel bini fil-Belt Valletta kien il-knisja tal-Vitorja, li tinsab fil-parti ta’ fuq tal-Belt.
M Il-knisja tal-Vitorja filparti ta’ fuq tal-Belt.
Il-lapida kommemorattiva li tpoġġiet fl-1924 u li tfakkar li l-Ewwel Ġebla tal-Belt Valletta tqiegħdet f’dan il-post.
Il-monument ta’ Ġużeppi Calì fil-ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq.
a’ wieħed millħitan laterali ta’ din il-knisja hemm lapida kommemorattiva li tfakkar li fl-inħawi kienet tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-Belt il-Ġdida, li eventwalment kellha tissejjaħ Valletta għallGran Mastru Jean Parisot de Valette, li kien il-moħħ warajha. Iċ-ċerimonja tal-ewwel ġebla saret nhar it-28 ta’ Marzu 1566. Oriġinarjament fil-knisja tal-Vitorja kien indifen l-istess Gran Mastru De Valette. Meta mbagħad aktar tard inbniet il-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann, il-katavru tiegħu ttieħed fil-kripta tal-istess knisja. Il-knisja tal-Vitorja li naraw illum mhix dik oriġinali għax din tkabbret fl-1752 meta żidulha l-kor fuq wara talartal u żewġ artali fil-parti ta’ quddiem.
Mhux bogħod mill-knisja tal-Vitorja nsibu l-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, li minnu wieħed jista’ jgawdi xena spettakolari talPort il-Kbir. Dan il-ġnien oriġinarjament kien iservi bħala post ta’ mistrieħ għall-Kavallieri ta’ San Ġwann. Meta telqu l-Kavallieri dan il-post sar ġnien pubbliku u fost dawk li kienu jiffrekwentawh insibu lill-poeta Rużar Briffa. Rużar Biffa twieled il-Belt Valletta fis-16 ta’ Jannar 1906 u għex il-Belt għal ħafna snin. Fil-Barrakka ta’ Fuq kiteb numru ta’ poeżiji, fosthom l-aħħar poeżija tiegħu, Ballatella tal-Funtana. Briffa miet fit-22 ta’ Frar 1963. Fl-1972 il-Moviment Qawmien Letterarju fakkar ir-rabta ta’ Rużar Briffa ma’ dan il-ġnien permezz ta’ lapida kommemorattiva. Illum il-ġurnata diversi affarijiet li kien juża Rużar Briffa huma esebiti fil-mużew tal-patrijiet Agostinjani fil-Belt Valletta.
Rużar Briffa
Fl-istess Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq insibu monument iddedikat lill-pittur Ġużeppi Calì. Calì twieled il-Belt Valletta fl-14 t’Awwissu 1846. Hu kien ġej minn familja ta’ artisti u għalhekk ma setax jonqos li x-xejriet artistiċi bdew jidhru fih minn kmieni. Ta’ età żgħira ġietu l-opportunità li jmur jistudja l-arti f’Napli, fejn tħarreġ taħt l-aqwa artisti tal-epoka. Meta Calì rritorna Malta, għall-bidu beda jpitter kwadri profani bħal Il-Mewt ta’ Dragut, kwadru li serva biex tixtered il-fama tiegħu. Aktar tard ingħata ċ-ċans jibda juri l-ħiliet tiegħu f’diversi knejjes, fosthom fil-knisja ta’ San Duminku, il-Belt, il-knisja li tgħammed fiha. Din il-knisja titqies bħala mużew ta’ dan l-artist mnħabba l-ammont kbir ta’ xogħlijiet li għandu fiha. Matul il-karriera tiegħu Calì pitter ukoll diversi ritratti ta’ personalitajiet importanti. Ġużeppi Calì miet fl-1 ta’ Mejju 1930.
Il-lapida kommemorattiva li tfakkar lil Rużar Briffa filĠnien tal-Barrakka ta’ Fuq
Il-Mewt ta’ Dragut, wieħed millewwel kwadri ta’ Ġużeppi Calì
Fl-1913 kien sar f’Malta l-Erbgħa u Għoxrin Kungess Ewkaristiku Internazzjonali. Nistgħu ngħidu li dan l-avveniment kien wieħed mill-akbar avvenimenti internazzjonali li qatt seħħew f’pajjiżna sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-kungress kien sar bejn it-22 u s-27 t’April u għalih kienu attendew diversi kardinali, isqfijiet, qassisin u persuni importanti, fosthom il-mibgħut tal-Papa, il-Kardinal Domenico Ferrata. Il-laqgħat prinċipalment saru fil-Belt Valletta u fil-Mosta. Fost l-aktar mumenti memorabbli tal-kungress kien hemm iċċerimonja tat-tberik tal-Port il-Kbir permezz tal-barka sagramentali mill-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq. Għal din iċ-ċerimonja kienu attendew eluf ta’ nies. Fil-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq insibu lapida li tfakkar dan l-avveniment. Santa kommemorattiva li tfakkar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta.
26
Ħarġa Nru 3 Dawn il-paġni huma miġjuba lilkom mill-Animal Welfare.
L-iskola tar-rakuni
I
mmaġina tmur skola biex titgħallem tkun rakun!
Wara madwar sitt xhur ta' taħriġ dawn l-"istudenti" ċkejknin gradwaw u reġgħu nħelsu fis-selvaġġ, lesti biex jgħixu għal rashom!
F'ċentru tas-salvataġġ għall-annimali selvaġġi f'Mississippi rakuni żgħar li tilfu lil ommhom tgħallmu kif isibu l-ikel, jgħumu, jaqbdu l-ħut, jitilgħu mas-siġar u jevitaw il-periklu.
1 2
A B I L S I
T
3
4
5 6
7
9
10 11
12
13
Ritratt: Paola Nogales Ascarrunz Wikimedia Commons (CC BY-SA 4.0)
‘Inħobbu l-annimali’
8
14
L-GĦ u l-IE jinkitbu f'kaxxa waħda.
MIMDUDIN
15
2. Annimal b’widnejn twal li jħobb il-karrotti. 6. L-aqwa ħabib tal-bniedem.
16
8. Meta tieħu ħsieb annimal bl-imħabba. 9. Annimal li jgħix fl-ilma u jgħum.
17
10. Persuna li tgħin lill-annimali mingħajr ħlas.
Stenna ftit… dan mhux qattus domestiku!
18
11. Post fejn l-annimali abbandunati jingħataw kenn. 12. Dak li annimal għandu bżonn biex jikber b’saħħtu. 15. Meta tkun qalbek tajba mal-annimali.
19
R
16. Meta tagħti dar lil annimal bla familja. 18. Meta toħroġ timxi bil-kelb. 19. Dak li għandu jkollu annimal biex jimxi u jilgħab.
WEQFIN
Ħu sehem u
1. Tabib tal-annimali. 3. Meta annimal jitħalla waħdu fit-triq.
aġel fil-Bolivja sab ferħ ta’ qattus ċkejken qrib foresta u ħadu d-dar, għax ħaseb li kien qattus domestiku xi ftit differenti mis-soltu. Iżda hekk kif beda jikber deher ċar li dan ma kienx qattus komuni!
4. Xi ħaġa li annimal jieħu gost jilgħab biha.
Il-qattus, imsemmi Tigrino, eventwalment ittieħed f’santwarju għall-annimali selvaġġi, fejn ix-xjenzati għamlu skoperta tal-għaġeb. Huwa kien jagħmel parti minn speċi ta’ qtates selvaġġi li sa dak iż-żmien kienet għadha mhix magħrufa mixxjenza, imsejħa Leopardus tilcayo.
5. Post frisk fejn annimal jista’ jistrieħ mix-xemx. 7. Annimal bix-xewk fuq dahru. 8. Meta annimal jiġi trattat ħażin. 13. Xi ħaġa li kull annimal għandu bżonn jixrob. 14. Numru żgħir taħt il-ġilda tal-annimal biex jinstab sidu. 17. Annimal li jgħid “mjaw”.
is-sensiela tal-KOMIKS tal-Kulleġġ San Xi Ħadd Miktubin u Mpenġijin minn DEAN FENECH
Ara r-regoli tal-logħob f 'paġna 2.
27
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Orangutan u binha salvati min-nirien
N
irien kbar fl-Indoneżja ħallew orangutan omm u liż-żgħir tagħha maqbuda, mingħajr ma setgħu jerġgħu lura fil-foresta. Tim tas-salvataġġ mar jiġri biex jassistihom.
Ritratt: Animals Asia/PA Wire
L-omm kienet qed tbati minn sħana kbira u kellha bżonn l-ossiġnu, l-ilma u kura oħra biex titbaxxielha t-temperatura, filwaqt li ż-żgħir tagħha baqa' maġenbha.
Kunċert tal-pjanu... għall-orsijiet!
I
l-mużiċist Rick Wakeman daqq quddiem udjenzi kbar ħafna iżda aktarx qatt ma daqq quddiem udjenza bħal din!
Fil-Vjetnam huwa ta kunċert speċjali bil-pjanu lil aktar minn 150 ors li ġew salvati u issa jgħixu f'santwarju għallannimali.
Il-kunċert kellu wkoll messaġġ importanti: li għad hemm orsijiet li qed jgħixu mingħajr il-libertà tagħhom u li għandhom bżonn min isalvahom.
U l-aktar ors oħxon huwa...
I
ltaqa' ma' Backpack, ir-rebbieħ tal-Fat Bear Week 2026!
Backpack għeleb 15-il kontestant ieħor biex rebaħ it-titlu.
Kull sena n-nies jivvutaw għallorsijiet kannella favoriti tagħhom fil-Park Nazzjonali ta' Katmai fl-Alaska, hekk kif dawn l-annimali jżidu ħafna fil-piż qabel ix-xitwa.
Għall-orsijiet huwa importanti li jkunu ħoxnin qabel ix-xitwa. Dan jgħinhom biex jaħżnu l-enerġija biex ikunu jistgħu jgħixu matul ixxhur li jqattgħu reqdin fix-xitwa.
Ritratt: NPS / C. Loberg
Ritratt: explore.org
B'xorti tajba t-tnejn salvaw u qed tingħatalhom il-kura sakemm ikunu tajbin biżżejjed biex jerġgħu jmorru lura fin-natura.
Ritratt: Muffidz Ma’sum / YIARI / AFP
Fittex il-kliem
L-GĦ u l-IE jinkitbu f'kaxxa waħda.
Il-kliem jista’ jkun f’kull direzzjoni, anke djagonali u bil-maqlub. VOLUNTIER KELB ĦUTA XADINA ANNIMAL MIXJA LOGĦOB VETERINARJU FERĦ IKEL XELTER ABBANDUN KURA GĦASFUR IMĦABBA MICROCHIP KRUDELTÀ TILQIMA ĦNIENA ADOZZJONI DELL SPAZJU
Q
U
J
R
A
N
I
R
E
T
E
V
E
K
U
A
T
L
E
D
U
R
K
E
Z
U
E
E
L
B
O
Z
P
F
O
K
Ż
G
M
J
D
L
H
K
X
J
S
P
A
Z
J
U
I
E
E
B
L
G
B
A
GĦ
A
A
Ż
Z
A
C
G
Ż
H
P
Ħ
GĦ
G
D
N
M
N
T
J
R
V
GĦ
G
R
N
T
I
N
I
U
I
O
G
O
J
K
D
O
IE
G
I
X
U
N
B
Q
L
C
N
B
I
P
N
M
J
E
P
D
A
U
L
H
O
I
I
I
A
A
M
L
A
U
N
R
E
I
B
R
K
L
J
S
B
T
E
T
U
A
D
P
T
B
E
A
Ħ
L
T
E
IE
L
U
A
B
O
GĦ
O
L
L
E
F
E
R
Ħ
I
M
Ħ
A
B
B
A
IE
IE
P
X
A
V
L
U
X
K
U
R
A
O
D
Meta tara annimal fil-periklu, marid jew midrub...
Rinoċeronte u żebra... ħbieb talqalb!
Agħtih l-ewwel għajnuna!
T
ytan, ir-rinoċeronte żgħir, u Notty, iż-żebra, jidhru kompletament differenti iżda għalihom dan ma jagħmel l-ebda differenza!
ĊEMPEL Telefonata tista' ssalva EXT 17 ħajja!
153
It-tnejn li huma ġew salvati wara li tilfu lil ommhom u waslu f'ċentru tal-kura għall-annimali selvaġġi żgħar fil-Kenja. Ma damux ma saru ħbieb inseparabbli, jiġru, jilagħbu u jesploraw flimkien.
153 (ext. 17)
Disponibbli 24 siegħa kuljum
Ritratt: © Sheldrick Wildlife Trust
Dawk li ħadu ħsiebhom qalu li ż-żewġt iħbieb b'sorpriża kbira saru qishom tewmin!
Kieku kollox kien l-istess?
28
Ħarġa Nru 3
ares ftit madwarek, lejn il-marka (logo) fuq iż-żarbun tiegħek, qoxra ta’ ktieb, kaxxa taċ-ċereali, sinjal tat-triq, l-ikoni fuq il-mowbajl u anke saħansitra din il-paġna li qed taqra. Id-disinn grafiku (graphic design) jinsab kważi kullimkien. Kollha għandhom l-identità tagħhom. Issa immaġina... li dan kollu ma jeżistix.
L-ebda pakkett ikkulurit, l-ebda marka, l-ebda poster ta’ film u ħafna u ħafna affarijiet oħra. Il-prodotti fil-ħwienet kollha jidhru l-istess u ħafna mill-affarijiet ta’ madwarna jitilfu l-identità tagħhom. Id-dinja tibqa’ ddur xorta waħda, iżda jkun ferm aktar diffiċli nagħrfu l-affarijiet, nagħmlu l-għażliet u nsibu l-informazzjoni li neħtieġu. L-istampi, il-kliem, il-kuluri, it-tipografija, il-forom u t-tqassim biex iwassal messaġġ b’mod ċar u effettiv huwa x-xogħol ta’ disinjatur grafiku. Imma mhux biss l-affarijiet jidhru sbieħ. Disinn tajjeb għandu jaħdem tajjeb ukoll. Tabella fi triq trid tinftiehem u tintgħaraf malli taraha. Poster irid jiġbed l-attenzjoni. Marka ta’ kumpanija għandha tintgħaraf mill-ewwel. Sit elettroniku jew paġna ta’ rivista għandhom jiggwidawlek għajnejk u jagħmluhielek faċli ssib l-informazzjoni. Id-disinjatur grafiku jiddeċiedi x’għandu jiġbidlek l-attenjoni l-ewwel u kif l-elementi kollha għandhom jaħdmu flimkien. Għalhekk id-disinjatur jgħaqqad ilkreattività mal-komunikazzjoni. Xi drabi disinn jaħdem tant tajjeb li kważi lanqas nindunaw bih. Għalhekk id-darba li jmiss li tara marka, poster, pakkett, sit elettroniku, logħba jew paġna ta’ rivista staqsi lilek innifsek:
Għaliex huwa ddisinjat hekk?
i tas-snin sittin, ares lejn ritratti antik u ħaġa li tolqtok sebgħin jew tmenin ak iż-żmien kien mill-ewwel hija li f’d kulur fid-disinn taljintuża ħafna aktar affarijiet li nużaw.
Ħ
b’għażla akbar ta’ Il-karozzi kienu jiġu r, nu oranġjo jew ħodo kuluri, il-kċejjen kie rs te os l-p u sinni goffi il-purtieri kellhom di u logħob bl-ittri. m ro kienu mimlijin fo t jidhru Illum ħafna affarijie renti. Ilkompletament diffe abi nsibuhom mowbajls ħafna dr lur il-fidda. suwed, bojod jew ku na spiss Fl-arkitettura moder sempliċi, naraw forom aktar i newtrali, ħġieġ, metall u kulur d-ditti, is-siti filwaqt li l-marki ta tti u l-kaxxi elettroniċi, il-pakke aw tal-prodotti spiss już m ro fo u i inqas kulur aktar sempliċi.
Allura… fejn mar il-kulur? Parti mit-tweġiba l hi l-minimaliżmu, sti iċi biex jenfasizza pl m se x llo ko m li jżom pju ċar huwa l-kaxxi l-importanti. Eżem ben, u l-prodotti tal-mowbajls u ż-żra farmaċewtiċi. id-disinn aktar faċli Dan jista’ jagħmel jalment fuq skrin biex jinftiehem, speċ bajl nutaw li fuq il-mow diġitali. Nistgħu nin a at uż ) nt (fo iċi u t-tipa l-ikoni huma sempl tinqara faċilment. jinbidlu. Imma l-gosti dejjem bil-kulur, il-papoċċi Il-ħitan miżbugħin a li jispikkaw u l-grafik kkuluriti, il-pakketti ru popolari. retro qed jerġgħu jsi
Id-disinn jibqa’ jinbidel għax in-nies u l-gosti tagħhom jinbidlu wkoll.
Xi drabi rridu s-sempliċità… xi drabi rridu aktar karattru… u xi drabi… sempliċiment inkunu nixtiequ ftit aktar kulur.
29
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment Dawn il-paġni huma miġjuba lilkom mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali.
SIR DISINJATUR GRAFIKU! Pop Art b'kuluri qawwija u immaġnijiet ripetuti
ANDY WARHOL
META L-AFFARIJIET TA’ KULJUM ISIRU ARTI
A
ndy Warhol kien wieħed millaktar artisti magħrufa tas-seklu għoxrin u biddel il-mod kif in-nies iħarsu lejn l-affarijiet ta’ kuljum. Sar magħruf li biddel kif jidhru affarijiet li jintużaw ta’ kuljum. Biddel il-bottijiet tas-soppa, ilfliexken tax-xorb, ir-riklami u saħansitra ritratti ta’ personalitajiet famużi f’opri tal-arti mimlijin kulur.
Spiss kien jirrepeti l-istess immaġni għal diversi drabi, ibiddel il-kuluri u joħloq viżwal li jispikka.
Tħobb tpinġi, taħdem bil-kuluri, bittipografija, bil-logos jew toħloq l-affarijiet fuq il-kompjuter? Id-disinn grafiku jista’ jkun karriera għalik. Waħda mill-aktar ħiliet importanti għal disinjatur grafiku hi li jitgħallem josserva. Ħares sew lejn il-kuluri, il-forom u t-tqassim tad-disinn li ssib madwarek. Sib x’jogħġbok fihom u staqsi lilek innifsek, "Għaliex ġew iddisinjati b’dak il-mod?"
Bix-xogħol tiegħu għaqqad flimkien l-arti, ir-reklamar u d-disinn grafiku. Għalhekk id-darba li jmiss tara poster kollu kuluri, stampi ripetuti jew xogħol artistiku ispirat minn ditta magħrufa jaf hemm ftit millistil ta’ Warhol warajh.
Warhol kien wieħed mill-artisti ewlenin tal-Pop Art, moviment li kien jieħu l-ispirazzjoni mill-kultura popolari, it-televiżjoni, il-komiks, ir-reklamar u prodotti li n-nies kienu jużaw kuljum.
X’TISTA’ TIBDA TITGĦALLEM MINN ISSA? M’hemmx għalfejn tkun disinjatur professjonali minn issa! Suġġetti bħallArti, l-ICT/Informatika flimkien mal-lingwi jistgħu jgħinuk tiżviluppa ħiliet fiddisinn grafiku.
Il-mappa tas-Subway ta' New York
MASSIMO VIGNELLI
IL-QAWWA TAS-SEMPLIĊITÀ
M
assimo Vignelli kien wieħed mill-aktar disinjaturi grafiċi influwenti tas-seklu għoxrin.
Huwa kien jemmen li disinn tajjeb għandu jkun ċar, utli u jibqa’ validu maż-żmien. Minflok ma kien juża ħafna disinji kumplessi Vignelli kien jippreferi tqassim organizzat, forom sempliċi, tipi ta’ kitba magħżula bir-reqqa u numru limitat ta’ kuluri. Ix-xogħol tiegħu kien jinkludi kotba, posters, pakketti, għamara kif ukoll mapep u sinjali famużi tat-trasport. Biex miljuni ta’ nies isibu triqithom fis-Subway ta’ New York Vignelli
u t-tim tiegħu ħadmu fuq mappa ġdida li l-viżwal sempliċi tagħha jfiehmek kif għandek tasal fiddestinazzjoni tiegħek. Minflok mappa li turi l-ġeografija b’mod preċiż it-tim issimplifika l-linji f’angoli ċari u kuluri distinti. Vignelli kien jemmen li disinjatur m’għandux bżonn mijiet ta’ tipi jew ħafna effetti speċjali biex joħloq xi ħaġa interessanti.
It-teknoloġija hija għodda importanti ferm biex disinjatur jirrealizza f’disinn dak li għandu f’moħħu. L-użu ta’ programmi addattati għat-tpinġija, l-editjar tar-ritratti, ittipografija u t-tqassim talpaġni jagħmel il-komputer waħda mill-għodod essenzjali. Jekk tħobb tpinġi tista’ tipprattika wkoll b’mod diġitali permezz ta’ drawing tablet u stylus (lapes digitali). M’għandekx bżonn tablet professjonali li jiswa ħafna flus biex tibda. Kull drawing tablet jista’ jgħinek tipprattika t-tpinġija, il-kulur u l-ħolqien tal-arti diġitali.
Imma t-teknoloġija hija biss parti mix-xogħol. Disinjatur grafiku jeħtieġ ukoll il-kreattività, ilkurżità u l-ħila li jsib is-soluzzjonijiet għallproblemi. Ibda esperimenta minn issa. Pinġi, ħu r-ritratti, ipprova l-kuluri u tipi (fonts) differenti, u oħloq posters, logos jew disinji kif jogħġbu lilek. Kull proġett jgħinek ittejjeb il-ħiliet tiegħek u mażżmien jista’ jsir parti millportfolio tiegħek. Aktar ’il quddiem, jekk tkun trid tkompli tiżviluppa f’dan il-qasam, tista’ tistudja d-disinn permezz ta’ korsijiet speċjalizzati.
GĦODOD BIEX TIBDA: • kompjuter • drawing tablet • stylus • programm tattpinġija • immaġinazzjoni
Għalih l-isfida kienet li joħloq xi ħaġa sempliċi u intriganti.
Termini biex jgħinuk tfittex online:
Ix-xogħol tiegħu jfakkarna li xi drabi l-aktar disinn b’saħħtu mhux dak mimli tiżjin, imma dak li jwassal ilmessaġġ bl-aktar mod ċar.
logo design, colour theory, typography, layout, illustration, grid systems, contrast, poster design, photo editing, visual communication, minimalist design, shape and form, graphic design styles
30
Ħarġa Nru 3
Kun parti mill-films Mill-2018
220+
produzzjoni ġew iffilmjati f’Malta
Gladiator II, Jurassic World Rebirth u Napoleon ġew iffilmjati f’Malta. Wara kull wieħed minnhom kien hemm crew sħiħ u ħafna minnhom huma Maltin.
Madwar
1,800
impjieg full-time fl-industrija
31
aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment
Int fejn tidħol fix-xena? F’Malta l-films huma industrija b’xogħol veru, u teħtieġ nies ġodda.
Int liema wieħed minn dawn? XENA 01
Tħobb tibdel id-dehra tan-nies?
Hair & Make-up
Bix-xagħar u l-make-up tagħti ħajja lil karattri ġodda.
XENA 02
Tara ritratt f’kull ħaġa?
Kamera u Dawl
Tiddeċiedi x’se jara kulħadd.
XENA 03
Tħobb toħloq b’idejk? Tibni dinja li tidher awtentika.
Settijiet, Props u Kostumi
XENA 04
Tħobb teditja l-videos? Tgħaqqad ix-xeni u żżid l-effetti.
Editjar u Effetti Viżivi
XENA 05
Int dejjem torganizza lil kulħadd? Iżżomm il-produzzjoni kollha għaddejja.
Mhux bilfors taf kollox illum. Ibda minn dak li tħobb. Skopri aktar
screenmalta.com email ofa@screenmalta.com
Produzzjoni
32
Ħarġa Nru 3
Rokna tat-tagħlim
ILGĦAB - GĦALLEM - SKOPRI L-UNJONI EWROPEA
Malta hija parti minn grupp ta’ 27 pajjiż li flimkien jissejħu “l-Unjoni Ewropea”. Bħala ċittadini Ewropej għandna diversi opportunitajiet: nistgħu nivvjaġġaw, ngħixu, naħdmu u nistudjaw f’dawn il-pajjiżi differenti.
Fl-istess ħin għandna wkoll xi dmirijiet. Irridu nħarsu l-valuri importanti tal-Unjoni Ewropea, bħal-libertà, iddemokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett lejn kulħadd. Dawn jgħinuna ngħixu flimkien fil-paċi. Biex nifhmu aħjar dawn il-valuri u l-irwol tagħna fl-Unjoni Ewropea nistgħu nużaw ir-Rokna tat-Tagħlim – sit elettroniku mimli informazzjoni, logħob u attivitajiet dwar diversi suġġetti marbuta mal-Unjoni Ewropea. Ir-riżorsi huma adattati għal studenti ta’ kull età, u hemm ukoll materjal għall-għalliema, bħall-
pjanijiet tal-lezzjonijiet u ċ-ċans li jikkollaboraw ma’ skejjel oħra fl-Ewropa. Jekk trid titgħallem aktar dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea u l-opportunitajiet li toffri, żur is-sit Rokna tat-Tagħlim billi tiskennja l-QR code jew billi żżur: https://learning-corner.learning. europa.eu/index_en
B’hekk inkunu nistgħu nkunu aktar infurmati, aktar involuti u aktar preparati biex nagħtu sehemna bħala ċittadini Ewropej.