Skip to main content

Il-Ġurnal Ħarġa Nru 2

Page 1

Prezz: €2.50 Disponibbli għall-bejgħ mill-fergħat tal-MaltaPost.

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

ĦARĠA Nru 2

Il-BYOC

Is-sejħa li salvat

tagħlaq kważi sentejn!

p31

Il-Volontarjat… Nieħdu gost nagħmlu l-ġid!

p12

Aqra l-verżjoni diġitali minn:

ilgurnal.mt Il-Ġurnal, gazzetta għallistudenti fl-iskejjel Maltin, immirata b'mod speċjali għal dawk f'livell medju u sekondarju.

A IŻ-ŻONATURI

Editriċi Rita Saliba

TAL-PUBBLIK

MALTIN!

p8

p17

Kif Issir

p2

Ġurnalist Traduzzjoni u duppjagg x'jinvolvi?

BenCamille Intervista ma’

IRA

Kuluri . u magija

LOSCO

Passjoni li saret storja ta’ suċċess

L-Arti ta’ Naomi Gatt

I

ra Losco, kantanta, kantawtriċi u performer Maltija, meqjusa bħala waħda mill-aktar artisti ta’ suċċess f’Malta tant li kisbet ukoll fama internazzjonali. B’karriera li testendi fuq diversi snin, tkompli tinfluwenza x-xena mużikali Maltija permezz ta’ diversi prestazzjonijiet, recordings u kollaborazzjonijiet.

p20 Nathan Myers Atleta tas-sena

2025

U23 Middle Distance

p11

Intervista ma' Ira f 'ħarġa 3

Ritratt: Dominic Catania

AnGlu Vallewro miġjub lilkom mill-

p3 Sponsor ewlieni: Bank of Valletta p.l.c.

p4

Missier ta' 45 sena. Negozjant kariżmatiku. Iħobb it-taħriġ fiżiku u l-arkeoloġija, imħarreġ fuq is-cybercrime u s-sigurtà online. Ma jħobbx il-ħela tal-ħin jew tal-flus. Fil-finanzi jiffoka fuq l-investiment u t-tkabbir talkapital. Identità sigrieta: Vultaġġ Jista’ jtir u jieħu l-enerġija mix-xemx.

Marija Vallewro

Omm ta' 45 sena. Sid ta’ skola talgħaddasa, kuraġġuża, avventuruża u ta’ qalb tajba. Tħobb tara x-xemx tielgħa, l-għawm u l-kotba, u ma tħobbx il-midja soċjali. Tiffoka fuq l-ibbaġitjar tad-dar, il-kontijiet u t-tfaddil. Identità sigrieta: Arzella Tista’ tikkontrolla l-ilma u tikkomunika mal-ħlejjaq tal-baħar.

Stejjer, ċajt, …

karattri

Insomma… f’kelma waħda

p18

Trevor Zahra


2

Ħarġa Nru 2

Pubblikatur, Produzzjoni, Disinn u Reklamar ArtHouse Design Studio Bord Editorjali Rita Saliba (Editriċi), Robert Caruana (Koeditur) Kuntatt info@ilgurnal.mt Website ilgurnal.mt

B’ringrazzjament lid-diversi awturi, kontributuri u sponsors ta’ dan il-kontenut informattiv.

© ArtHouse Design Studio, 2026.

Drittijiet tal-Awturi u Copyright Il-kontenut kollu ta' Il-Ġurnal huwa protett mid-drittijiet tal-awtur u ma jistax jiġi riprodott, ikkupjat jew imqassam mingħajr il-kunsens bilmiktub tal-pubblikatur. Korrezzjonijiet u kjarifiki Aħna impenjati li nipprovdu informazzjoni preċiża u kredibbli. Jekk tinnota xi żball jew informazzjoni skorretta

tista’ tikkuntattjana blemail, u aħna nagħmlu l-korrezzjonijiet meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà L-opinjonijiet espressi fil-ġurnal huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux l-opinjonijiet tal-editur jew tal-pubblikatur. Il-Ġurnal mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe ħsara jew telf li jista’ jirriżulta millinformazzjoni ppubblikata.

Protezzjoni tad-data u privatezza Il-Ġurnal jimxi mal-GDPR u mal-liġijiet dwar ilprivatezza. Kwalunkwe data personali miġbura mill-qarrejja tintuża biss għall-iskopijiet speċifikati u ma titqassamx ma’ partijiet terzi.

Regoli tal-Logħob Il-kompetizzjonijiet huma miftuħa għal parteċipanti ta’ 11-14-il sena residenti f’Malta u Għawdex sal-15 ta' Mejju 2026. Meta tipparteċipa, ibagħtilna s-soluzzjonijiet fl-indirizz loghob@ilgurnal.mt flimkien ma’ ismek, kunjomok u numru fejn inkunu nistgħu nċemplulek.

Inċemplu lil min ikun bagħtilna l-ewwel risposta tajba li titla' u jrid iwieġeb tajjeb mistoqsija biex jirbaħ il-premju kif inhu indikat filkompetizzjoni rispettiva. Ir-rebbieħa jitħabbru fil-paġna: facebook.com/ArtHouseMalta

e

Kif Issir

Ġurnalist Illum li ssir ġurnalist ifisser aktar minn sempliċement tikteb rapport. It-teknoloġija moderna, l-internet, il-midja soċjali u l-vidjografija bidlu kif niġbru u nwasslu l-aħbarijiet. Ġurnalist tajjeb għandu jkun kurjuż, jistaqsi l-mistoqsijiet u juża l-għodod diġitali biex jikteb, jirrekordja u jxandar l-istejjer b’mod effettiv.

F’din it-taqsima se nispjegaw il-passi ewlenin biex tibda l-vjaġġ tiegħek fid-dinja tal-ġurnaliżmu! Kif tagħmel intervista

Is-suġġett – l-online scams L-online scams mhux dejjem ikunu f ’forma ta’ virus jew inkella s-serq tal-password. Ħafna drabi l-mira tkun il-flus: biex tħallas “miżata żgħira”, tibgħat “depożitu” jew inkella taqsam id-dettalji tal-karta tal-kreditu. Ġurnalist tajjeb meta jisma’ għajdut, inkella jara messaġġ, post jew xi breaking news, ma jaqbadx u jxandru minnufih. L-ewwel ħaġa għandu jfittex li jiġbor il-fatti, jivverifikahom ma’ iktar minn sors wieħed u wara li jintervista lis-sorsi kollha mbagħad jikteb storja ċara biex jgħin lill-oħrajn ma jaqgħux fin-nassa.

Kif issir l-intervista minn ġurnalist?

Il-ġurnaliżmu serju jitlob li twassal informazzjoni vera, bilanċjata u utli. Meta l-istorja tkun dwar scam ta’ flus l-għan hu li tistaqsi: • X’qed jiġri eżatt? (fatti) • Kif qegħdin jippruvaw jieħdu l-flus? (metodu) • X’ġiegħlek tissuspetta? (sinjali) • X’għandu jagħmel wieħed biex ikun sikur? (parir) Importanti: Ġurnalist qatt ma jippubblika dettalji privati (eż. il-PIN, xi one-time password, numri tat-telefown jew usernames).

Eżempju ta’ scam ta’ flus – messaġġ fittizju: “Prosit! Irbaħt voucher ta’ €100. Biex tiġbru ħallas €2 shipping fee hawn: CLICK HERE

Għaliex hu suspettuż? • Huwa “premju” imma jridu l-ħlas biex jinġabar • Link stramba, mhux website uffiċjali • Is-sens ta’ urġenza (“illum biss”; “baqa’ 10 minuti”) • Ma jsemmix ismek u ma jagħtikx prova ċara (Scam ukoll komuni: “Agħti depożitu biex inżommulek dan il-prodott” imbagħad jisparixxu.)

L-għodod talġurnalist

(meta scam ikun dwar il-flus)

Il-kurżità

Dejjem staqsi “X’ġara?”; “X’riedu?”; “X’għamlu?”; “Min?” u “Kif?”

Ħu nota tal-evidenza Tista’ tikkwota l-kliem imma ma tikklikkjax links, u aħbi kull dettall privat.

Ivverifika Iċċekkja minn sorsi uffiċjali differenti (il-website/app uffiċjali) jew staqsi lil xi adult. Ġurnalist ma jżommx biss fuq “Għax kitbuli” iżda jindaga u jirriċerka fil-fond.

Ir-rispett Jekk xi ħadd kważi waqa’ vittma, ifhem u ikteb biex ħaddieħor jitgħallem. Dejjem uri empatija ma’ min għadda minn dawn l-affarijiet.

Qabel l-intervista

X’inhu l-għan? • Nifhmu kif ippruvaw jieħdu l-flus u x’għamlet il-persuna biex tevita. • Lil min se tintervista? • Persuna li rċeviet ilmessaġġ (xhud/evidenza) • Adult/għalliem (parir, esperjenza) • Persuna li tifhem fil-flus/ online safety (espert filqasam tas-sigurtà, tagħrif) Ikteb 8 mistoqsijiet qosra.

Waqt l-intervista

(mistoqsijiet dwar scams ta’ flus) 1. Fejn irċivejt il-messaġġ? Għamlu kuntatt dirett miegħek? (SMS, social media, chat app, email?) 2. X’wegħduk? Jew heddewk? (Premju, skont, qalulek li se jingħalaqlek il-kont bankarju, eċċ.) 3. X’riduk tagħmel? (Tħallas miżata? Tibgħat depożitu? Tidħol bil-username u l-password tal-bank?) 4. Kemm talbuk tħallas? (Anke €2 tista’ tkun scam.)

5. 6. 7. 8.

9.

Kif ħassejtek dak il-ħin? (Urġenza? Paniku? Biża’?) X’qajjimlek suspett? (illink, l-urġenza, it-talba għal xi dettalji) X’għamilt biex tivverifika? (Staqsejt adult? Ftaħt ilwebsite uffiċjali? Ċempilt?) X’parir tagħti lil min jirċievi messaġġ bħal dan biex jevita li jaqa’ f ’din in-nasba? Tinsiex tirringrazzja lil min tintervista u tinfurmah fejn se tippubblika l-intervista. (rivista, online, gazzetta, eċċ.)

Xi jmiss?

(Il-mossa tal-ġurnalist): • “F’liema parti ndunajt li kien hemm xi ħaġa ħażina?” • “X’kont se tagħmel kieku ma staqsejt lil ħadd?”

Wara l-intervista

(Ibni l-istorja) • Iċċekkja l-fatti: app/ ġurnata/x’riedu/jekk kienx hemm link. • Agħżel 2 quotes qosra (mingħajr dettalji privati). • Agħlaq b’pariri dwar issigurtà diġitali, bħal: “Qatt tħallas biex ‘tirbaħ’”; “Qatt tagħti l-password” u “Uża biss sorsi uffiċjali.”

Mudell ta’ aħbar

Titlu: “Scam online – int mitlub tħallas miżata żgħira biex tirbaħ voucher”

Introduzzjoni (sentenza

waħda): Eż. Xi żgħażagħ irċivew messaġġ li wegħedhom voucher iżda talabhom iħallsu miżata biex “jirbħuh”.

L-aħbar (3 punti): •

• •

X’qal il-messaġġ u għaliex kien suspettuż (urġenza + link stramba + ħlas). X’għamlu biex jivverifikaw (adult + website uffiċjali). X’tgħallimna (Qatt tħallas biex tirbaħ; qatt taqsam dettalji tal-karta ta’ kreditu).

Bonus – Ikteb: headline

(6-8 kelmiet); quote (qanqal interess), ritratt u caption (turi eżempju).

Konklużjoni:

Meta tara “premju” li jitlob ħlas, ieqaf u vverifika. Scammer irid il-flus tiegħek, mhux jagħtik rigal. Oqgħod attent mill-iscam: Il-BOV qatt ma jitlob flus jew dettalji ta’ sigurtà permezz tat-telefown, SMS jew email. Injora telefonati u links suspettużi u, jekk ikollok dubju, ikkuntattjana direttament fuq 2131 2020. Ibqa’ sikur!

Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).


3

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Operazzjoni

QERQ!

Kunċett u ħolqien tal-karattri minn Fabio Giangolini, Kitba tal-iskript minn Trevor Sammut, Arti tal-komik minn Robert Caruana

miġjub lilkom mill-Bank of Valletta

SMISHING Scam

L-ismishing huwa tip ta' scam permezz ta' SMS li fih xi ħadd jibgħatlek messaġġ fuq il-mowbajl biex jipprova jqarraq bik biex tikklikkja fuq link u b'hekk jisraqlek l-informazzjoni jew il-flus.

XI SKOPREJNA? 1. 2.

Qatt m'għandek tikklikkja fuq ħoloq f'SMS li ma kontx qed tistenna. Qatt m'għandek tidħol fuq ħoloq f'SMS mingħajr ma taqrahom sewwa u tivverifika li ġenwini.

3. 4.

Ivverifika billi ċċempel in-numru talkumpanija jew tuża l-app. Għandek tipproteġi flusek: uża biss l-app u l-website uffiċjali tal-BOV u rrapporta l-iscams lill-pulizija jew ċempel lill-BOV fuq 2131 2020.

Ftakar: Il-flus li ġemmajt ikunu aktar sikuri meta INTI tibqa’ fil-kontroll!

OQGĦOD ATTENT! Żomm għajnejk miftuħin għal qerq bħal dan! Dawn it-tipi ta’ smishing scams huma biss tip wieħed ta’ attentati qarrieqa biex jisirqulek flusek b’mod diġitali.

spotthescam.mt

Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).


4

Ħarġa Nru 2

It-traduzzjoni u d-duppjagg ta’ cartoons famuz:

Intervista minn Maris Camilleri

x'jinvolvi?

Peppa Pig hu wieħed mill-aktar cartoons popolari u segwiti fid-dinja tat-tfal, u issa nistgħu nsegwuh saħansitra bil-Malti!

Imma kif jirnexxilek tibdel il-lingwa ta’ storja, taċ-ċajt li jingħad u tal-kanzunetti li jkun hemm fil-verżjoni oriġinali u xorta kollox jibqa’ jidher naturali?

Tkellimna ma’ Ben Camille dwar il-proċessi tat-traduzzjoni u d-duppjaġġ (dubbing), u kif dawn jaħdmu mal-ħin u r-ritmu tad-diskors u l-konverżazzjonijiet fl-iskript oriġinali bl-Ingliż, u kif il-kliem u l-espressjonijiet magħżula bil-Malti jibqgħu ċari u naturali biżżejjed sabiex jinftiehmu mit-tfal. Hawnhekk se ssibu wkoll xi pariri għal min jixtieq jaħdem bil-vuċi (u bil-lingwa Maltija)!

F’serje tant magħrufa, maħbuba u ta’ stoffa bħalma hi Peppa Pig x’kienet l-akbar sfida biex din titwassal kollha kemm hi bil-Malti?

L-akbar sfida kienet li nżommu l-ispirtu u s-sempliċità tas-serje filwaqt li nittrasferuha għal-lingwa Maltija b’mod naturali. Peppa Pig hija mibnija b’lingwa faċli, umoriżmu sottili u ritmu mgħaġġel, u kellna niżguraw li dawn l-elementi kollha jibqgħu jinħassu bilMalti mingħajr ma l-lingwa tidher artifiċjali.

BenCamille Intervista ma’

Agħtina l-proċessi differenti, wieħed wara l-ieħor, li huma involuti biex minn episodju ta’ Peppa Pig bl-Ingliż, dan jixxandar fuq l-istazzjon lokali bil-Malti.

Iva, bla dubju. Is-serje tesponi lit-tfal għall-Malti b’mod naturali u divertenti!

Il-proċess jibda bit-traduzzjoni tal-iskript mill-Ingliż għall-Malti. Wara jsir il-casting tal-vuċijiet u l-irrekordjar fl-istudio taħt id-direzzjoni ta’ direttur tad-duppjaġġ. Imbagħad inqabblu l-irrekordjar malmovimenti tal-karattri u jsir il-mixing talawdjo u finalment l-episodju jitħejja għaxxandir.

X’jinvolvi l-proċess tat-traduzzjoni? Kien hemm xi espressjonijiet li tawkom uġigħ ta’ ras kif se ssibu kliem jew frażijiet għalihom bil-Malti? U kif tagħżel bejn l-użu tal-Malti Standard u dak li nsejħulu “mitkellem”, anke jekk dan ukoll hu parti mill-Istandard? It-traduzzjoni tinvolvi aktar minn sempliċi bidla tal-kliem. Trid tifhem il-kuntest, l-età tat-tfal u t-ton tas-serje. Kien hemm espressjonijiet Ingliżi li ma għandhomx ekwivalenti diretti bil-Malti, u f’dawk ilkażijiet kellna nsibu soluzzjonijiet kreattivi li jżommu t-tifsira u l-effett umoristiku. Rigward l-Istandard u l-mitkellem nippruvaw insibu bilanċ: nużaw Malti korrett iżda naturali, li t-tfal jistgħu jifhmuh u jużawh fil-ħajja ta’ kuljum.


5

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Kemm hu importanti li l-kliem “jidħol fil-ħin” (lip-sync) meta jsir id-duppjaġġ (id-dubbing)?

Huwa importanti ħafna. Anke jekk Peppa Pig huwa animazzjoni, it-tfal jinnotaw jekk il-vuċi ma taqbilx mal-moviment tal-ħalq. Lip-sync tajjeb jagħmel l-esperjenza aktar kredibbli u pjaċevoli.

Allura x’jiġri meta l-karattru jkun għadu għaddej jitkellem bl-Ingliż, fil-verżjoni oriġinali, imma s-sentenza jew l-espressjoni bil-Malti tkun iqsar, jew bil-kontra? F’dawk is-sitwazzjonijiet l-iskript jiġi adattat. Xi kultant inżidu kelma jew frażi qasira biex nimlew il-ħin, jew inkella nqassru jew nissimplifikaw sentenza itwal. Kollox isir blattenzjoni biex ma jinbidilx it-tifsir oriġinali.

Min jidderieġi l-irrekordjar tal-iskript fl-istudio?

L-irrekordjar jitmexxa minn direttur tadduppjaġġ, li jkun responsabbli biex jiggwida l-atturi tal-vuċi, jiżgura li t-ton ikun adattat u li l-kliem jidħol tajjeb fil-ħin.

Kemm-il prova tieħu, xena, bejn wieħed u ieħor, sabiex toħroġ perfetta?

Normalment tieħu bejn prova waħda u tlieta, skont il-kumplessità tax-xena u t-tul taddjalogu. Xi xeni joħorġu tajbin mill-ewwel; oħrajn jeħtieġu aktar ħin.

Kif tkun l-atmosfera fl-istudios waqt li jkunu qegħdin jiġu rrekordjati dawn ix-xeni?

L-atmosfera ġeneralment tkun pożittiva u rilassata. Minkejja l-professjonalità meħtieġa hemm ħafna daħk u entużjażmu, speċjalment għax qed naħdmu fuq serje li hija maħbuba mit-tfal.

Taħseb li Peppa Pig bil-Malti qed jgħin lit-tfal u lill-istudenti inġenerali jitgħallmu kliem ġdid jew jitkellmu b’Malti aħjar, sa minn età żgħira, filwaqt li jesponihom lejn il-Malti, b’gost? Iva, bla dubju. Is-serje tesponi lit-tfal għallMalti b’mod naturali u divertenti, u tgħinhom jitgħallmu kliem u strutturi ġodda mingħajr pressjoni. Dan jgħin biex il-Malti jinħass bħala lingwa ħajja u pjaċevoli.

Agħti xi pariri lil dawk l-istudenti li jixtiequ jaħdmu fil-qasam tad-duppjaġġ meta jikbru. L-ewwel nett nemmen li m’għandhomx jibżgħu jippruvaw. Id-duppjaġġ huwa qasam kreattiv li jilqa’ ħafna tipi differenti ta’ vuċijiet u personalitajiet. Inħeġġiġhom jemmnu fil-vuċi tagħhom, jaħdmu fuq il-Malti tagħhom u jieħdu kull opportunità biex jipprattikaw – anke jekk jibdew b’affarijiet żgħar. Importanti wkoll li jkunu kurjużi, jisimgħu u jitgħallmu minn professjonisti oħra, u jiftakru li bil-passjoni, ilpaċenzja u d-dedikazzjoni anke ħolma li tibda bħala interess tista’ ssir karriera.


6

Fl-1963 l-istorja kisbet dimensjoni ġdida essenzjali bl-introduzzjoni ta’ Eva Kant. Għall-ewwel din kienet maħsuba bħala avversarja, iżda malajr inbidlet f’sieħba leali ta’ Diabolik. Eva ppreżentat ruħha bħala intelliġenti, indipendenti u ndaqs mal-kontraparti maskili tagħha. Il-MaltaPost, f’kollaborazzjoni ma’ Astorina u l-Wicked Pop Culture Event, qed toħroġ minjatura speċjali ta’ Diabolik li tikkonsisti f’bolla maħluqa minn Riccardo Nunziati, l-artist attwali tas-serje

tal-komiks Diabolik. Il-minjatura turi postijiet u simboli storiċi Maltin – il-Forti Manoel kif jidher millbaħar, il-kampnar tal-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, bieb Barokk mill-isbaħ, gallariji tradizzjonali tal-injam tipikament Maltin, u l-għajn ta’ Osiris fuq ħajt tas-sejjieħ. L-istampa tal-bolla fil-minjatura turi tpinġija ta’ Diabolik u Eva Kant f’xena ta’ mħabba. Sal-lum il-ġurnata Diabolik baqa’ ikona kulturali. B’eluf ta’ ħarġiet u diversi adattamenti għall-film u t-televiżjoni s-serje tibqa’ tixhed l-ispirtu kuraġġuż ta’ dawk li ħolquha. Iktar minn sittin sena wara Diabolik u Eva Kant jibqgħu eternament simboli tal-misteru.

C

s Po Malta O MI

maltaphilately.com

C

t-

AR

JUM IL-ĦRUĠ

08-11-25

Malt a

Data tal-ħruġ: 8 ta’ Novembru 2025 Disinjatur/Artist: Riccardo Nunziati Drittijiet: Astorina srl Perforazzjoni: 13.9 x 14.0 x (comb) Proċess: offset Folja: Minjatura b’bolla waħda Valur: €5.00 Watermark: Slaleb ta’ Malta Daqs tal-Folja: 139mm x 86mm Daqs tal-Bolla: 30.5mm x 41mm

u-

Fiċ-ċentru tas-saga nsibu lil Diabolik. Jidher dejjem liebes libsa sewda nkaxxata u maskra, u jsuq karozza sportiva Jaguar E-type. L-aktar avversarju persistenti tiegħu hu l-Ispettur Ginko, ditektiv li ma jinxtara b’xejn u li l-integrità morali tiegħu

tagħmlu l-kontraparti perfetta. Il-kunflitt tagħhom qishom “qattus u ġurdien” baqa’ element li jiddefinixxi s-serje.

ea Phi latelic Bur I A

TI

LI K

F

l-1962 l-aħwa Taljani Angela u Luciana Giussani biddlu għalkollox illetteratura popolari Taljana meta ħolqu lil Diabolik, antieroj tal-komiks totalment differenti minn dawk li l-qarrejja kienu mdorrijin jaqraw dwarhom. Kien ippubblikat mill-kumpanija tagħhom stess, Astorina.

Kienet Angela Giussani li ħolmot l-ewwel b’komik żgħir u kompatt li min jivvjaġġa seta’ jġorru miegħu faċilment u jgawdih fi triqtu. Oħtha Luciana dlonk ingħaqdet magħha, u flimkien bnew wieħed mill-aktar legati magħrufa filpubblikazzjoni fl-Italja. Astorina saret sinonima ma’ Diabolik, u aċċertat li jibqa’ ħaj u jkollu suċċess tul għexieren ta’ snin ta’ bidliet kulturali.

BO

L-Arti tal-Komiks f ’Malta 2025

Ħarġa Nru 2

NM

A LTA 2 0 2 5

-D


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

7

X’inhu ċ-Charter għall-Istatus tal-Artist, u għala hu daqshekk importanti?

I

mmaġina li kieku l-kantant jew l-attur favorit tiegħek, jew forsi xi digital creator, ma jkunx jista’ jkompli jagħmel dak li jħobb. Jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għala xi artisti ma jkunux jistgħu jkomplu b’din il-professjoni. Jista’ jagħti l-każ li ma jsibux biżżejjed appoġġ finanzjarju, jew inkella jkun hemm kundizzjonijiet oħra li jagħmluha diffiċli wisq biex ikomplu xogħolhom. Kerha, din is-sitwazzjoni, hux hekk? Allura x’nistgħu nagħmlu biex nevitaw li tiġri xi ħaġa hekk? Hawnhekk tajjeb nitkellmu daqsxejn dwar iċ-Charter għall-Istatus talArtist, speċi ta’ ftehim bejn dawk li jmexxu l-pajjiż, li jġib miegħu ċerti regoli bżonjużi sabiex jgħinu lill-artisti jkomplu b’xogħolhom bla xkiel ta’ xejn. Iżda tinkwetawx – dawn mhumiex xi regoli tad-dwejjaq, bħal ngħidu aħna li trid tqum f’ċertu ħin, jew li tagħmel il-homework qabel ma tilgħab xi logħba. Dawn irregoli huma intiżi sabiex il-persuni kreattivi kollha jkunu jistgħu joħolmu u joħolqu bla tħassib. Biex nagħtukom eżempju aħjar, dawn huma wħud mill-affarijiet li qed jiġu salvagwardjati permezz ta’ dan iċ-charter:

Kulħadd għandu d-dritt li jkun kreattiv. Jekk inti attur, mużiċist, pittur, kittieb jew artist ta’ kwalunkwe tip ieħor, inti għandek tkun liberu li tesprimi lilek innifsek.

L-artisti jixirqilhom trattament ġust. Dan ifisser li l-artisti jitħallsu ta’ xogħolhom kif inhu xieraq, u jkollhom ukoll aċċess għallgħajnuna jew is-self daqs kwalunkwe professjoni oħra.

Ix-xogħlijiet artistiċi għandhom jiġu protetti. Jekk xi ħadd joħloq kanzunetta jew storja sabiħa, din ma tistax tinsteraq jew tiġi kkupjata minn ħaddieħor!

L-artisti jeħtieġu aċċess għal spazji xierqa fejn jipprattikaw l-arti tagħhom, kemm jekk teatri, studjows, galleriji jew spazji oħra.

It-tagħlim qatt ma jieqaf. Anke l-artisti adulti għandhom bżonn ikomplu jitgħallmu affarijiet ġodda, u permezz ta’ dan iċ-charter nassiguraw ruħna li dan iseħħ.

Insomma, fi kliem aktar sempliċi, dan iċ-charter jagħti valur lill-artisti u lil xogħolhom, filwaqt li joffri għodod ġodda sabiex id-dinja tibqa’ sabiħa u mimlija kuluri, mużika, arti u xogħlijiet artistiċi oħra. Il-parti sabiħa hi li ħafna artisti u nies minn Malta għenu biex jinħoloq dan id-dokument. Allura mhuwiex xi ħaġa miktuba biss minn xi kelliema jew uffiċjali, imma xi ħaġa magħmula flimkien ma’ min se jgawdi minnha. Għalhekk id-darba li jmiss tmur għal xi kunċert, tilgħab xi logħba jew taqra xi ktieb tal-komiks, ftakar: wara kollox hemm xi artist. U grazzi għal dan iċ-charter l-artisti issa għandhom ċans aħjar li jkomplu jaqsmu l-kreattività tagħhom miegħek.

Għax wara kollox dinja mingħajr arti ttellef ħafna mill-gost tal-ħajja!

Immaġina dinja mingħajr mużika, kotba, logħob jew films – tad-dwejjaq, hux hekk? Jekk nappoġġjaw lill-artisti kulħadd ser igawdi minn dan kollu, mhux l-artisti biss!


8

Ħarġa Nru 2

Il-BYOC tagħlaq kważi

20cm by 20cm

sentejn!

Is-sena l-oħra tnediet inizjattiva bl-isem BYOC (Bring Your Own Container) minn Circular Economy Malta (CEMalta).

Il-mira? Biex innaqqsu l-ħafna plastik

li jintuża darba biss li jinġema’ meta nużaw ippakkjar tal-plastik li jintuża darba biss. F’April CEMalta ċċelebrat l-ewwel anniversarju tal-BYOC u l-modi kollha tal-għaġeb kif din l-inizjattiva għenet biex Malta tinżamm aktar nadifa u ħadra!

X’inhi l-BYOC? Il-BYOC hija inizjattiva sempliċi u qawwija. Minflok tuża borża tal-plastik jew ippakkjar li jintuża darba biss kull darba li tixtri l-ikel, prodotti iġjeniċi jew prodotti tat-tindif, tuża l-kontenitur tiegħek stess li jkun jista’ jerġa’ jintuża aktar minn darba. Ħwienet u kafetteriji li ngħaqdu mal-BYOC jimlew ilkontenitur tiegħek b’dak li tixtri u b’hekk tkun qed tgħin biex jonqos il-plastik li jintuża darba biss.

Għalfejn importanti? Id-dinja tagħna ssegwi mudell ta’ “ekonomija lineari”: ħu, agħmel, aħli. Nieħdu ż-żejt biex nagħmlu l-plastik, nużawh darba mbagħad nispiċċaw narmuh. Dan ifisser li jkun hemm ħafna ħela u l-iskart jimla d-dinja tagħna. Il-BYOC tgħin biex dan ma jsirx. Hija parti mill-pjan tal-Ewropa (il-Patt Ekoloġiku) li sal-2050 il-klima ssir newtrali. Il-Patt Ekoloġiku jinkludi regoli bħall-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u d-direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss, kollha mfassla biex jgħinu pajjiżi bħal tagħna jipproduċu inqas skart u jużaw ir-riżorsi b’mod għaqli.

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom millMinisteru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika

X’ġara iktar f’sena? Il-BYOC mhix biss inizjattiva tajba imma diġà għamlet differenza kbira! Mit-tnedija: → 63,524 kontenitur li jistgħu jerġgħu jintużaw ġew użati minflok kontenituri li jintużaw darba biss! → 54,966 minnhom kienu fliexken tad-deterġenti! Grazzi għall-BYOC dan il-plastik ma ntremiex!

X’jaħsbu n-nies? Dan l-aħħar Circular Economy Malta staqsiet linnies x’jaħsbu dwar oġġetti li jintużaw darba biss. Ir-riżultati kienu vera tajbin: → 81% ta’ dawk li wieġbu qalu li issa jevitaw li jużaw plastik li jintuża darba biss kull meta jkunu jistgħu. → 67% qalu li jappoġġjaw b’mod attiv ħwienet u ditti li jagħżlu l-ippakkjar sostenibbli.

X’jgħidu n-nies dwar l-inizjattiva? “Ma kontx ċert li kienet se tkun prattika għallewwel, imma issa nġorr il-kontenituri tiegħi kullimkien! B’hekk innaqqas il-plastik li jintuża darba biss.” “Il-ħwienet jagħtu skont żgħir jekk iġġib il-kontenitur tiegħek stess. B’hekk inkun qed ngħin lill-pjaneta u l-but!” F’sena waħda biss il-BYOC urietna li drawwiet żgħar bħal meta tuża kontenitur tiegħek stess jistgħu jwasslu għal benefiċċji enormi għall-ambjent tagħna. Inti wkoll għandek il-poter li tgħin lil Malta ssir eżempju għal pajjiżi oħra madwar id-dinja billi nnaqqsu l-plastik li jintuża darba biss!

Kif kibret il-BYOC? Il-bidu (April 2024): 180 ħanut ingħaqdu malmappa tal-BYOC. Dawn qalu “Iva!” biex jgħinu lill-klijenti jużaw il-kontenituri tagħhom stess. Sena wara: madwar 300 negozju issa jinsabu fuq il-mappa tal-BYOC, b’żieda ta’ 60% fi 12-il xahar biss!

Skennja dan il-QR biex issib mappa tal-ħwienet kollha reġistrati ma’ din l-inizjattiva.

cemalta.gov.mt

Dan it-tkabbir juri li aktar sidien tal-ħwienet u klijenti jinteressahom li jnaqqsu l-plastik u jipproteġu l-gżejjer sbieħ tagħna.


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

W

ara s-suċċess tal-programm ‘On the Move’, SportMalta issa qed twettaq l-inizjattiva nazzjonali ‘Let’s Move Malta’, li diġà qed toffri aktar opportunitajiet ta’ attività fiżika fil-komunità.

Din l-inizjattiva tikkonferma l-impenn kontinwu ta’ SportMalta biex toħloq ambjent aktar attiv u b’saħħtu għal kulħadd. ‘Let’s Move Malta’ qed tfisser aktar aċċessibbiltà, aktar varjetà u aktar kwalità fil-programmi sportivi li qed jiġu offruti madwar Malta. Bħala parti minn din l-evoluzzjoni SportMalta qed timplimenta b’mod attiv diversi inizjattivi, fosthom: •

sessjonijiet estiżi ta’ Sport Fundamentals, li issa jdumu siegħa u nofs minflok siegħa, sabiex it-tfal ikollhom aktar ħin biex jiżviluppaw ilħiliet fundamentali tagħhom f’ambjent sikur u ta’ appoġġ; programmi msaħħa għall-adulti, inklużi Zero to 5km, fitness, aqua fitness, yoga, dance fitness u attivitajiet oħra li jħeġġu stil ta’ ħajja attiva; il-programm Ġenituri u Tfal għal tfal ta’ bejn it-2.5 u t-3 snin, li fih il-ġenituri jipparteċipaw flimkien mat-tfal tagħhom f’attivitajiet ta’ moviment fuq l-art u fl-ilma. Dan huwa programm ta’ 22 ġimgħa li qed jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aġilità, il-bilanċ, ilkoordinazzjoni u l-kunfidenza tat-tfal; Teen Adventure, programm ta’ 28 ġimgħa għal adolexxenti bejn it-12 u s-16-il sena, li jinkludi mhux biss attività sportiva iżda wkoll sfidi fil-beraħ u ħiliet ta’ ħajja bħall-ewwel għajnuna u s-sikurezza fl-ilma. Il-parteċipanti qed jiżviluppaw il-kunfidenza, ir-reżiljenza u t-teamwork, filwaqt li jissaħħaħ l-interess tagħhom fi stil ta’ ħajja attiva; SportMalta Hubs, li qed jiffunzjonaw bħala spazji ta’ kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi, bil-għan li l-isport isir aktar inklużiv u aċċessibbli. Dawn il-hubs qed jiggwidaw ukoll lill-parteċipanti biex jagħmlu l-pass li jmiss fil-vjaġġ sportiv tagħhom.

Dawn il-programmi qed jitwettqu fil-faċilitajiet ta’ SportMalta, inklużi: •

Cottonera Sports Complex

Tal-Qroqq Sports Complex

Kirkop Sports Complex

Marsa Sports Complex

Maria Assumpta Sports Complex

Mosta Centre

Dawn l-inizjattivi kollha se jkunu inklużi fil-Let’s Move Malta Summer Programme 2026, li se jkompli jibni fuq is-suċċess talprogrammi eżistenti. Bħala parti minn dan il-programm tas-sajf, SportMalta se tkun qed tilqa’ wkoll is-Sailing Hub, li se joffri opportunitajiet ġodda marbuta ma’ sports tal-baħar. Is-Summer Programme 2026 se jilqa’ lill-parteċipanti fil-kumplessi sportivi msemmija hawn fuq, u se jkun organizzat bħala Sport Summer Programme b’għażliet ta’ 2, 3 jew 5 ijiem fil-ġimgħa. Il-programmi se jkunu offruti f’ħinijiet normali bejn is-7.30 u 12.00 jew bejn is-7.30 u s-14.00, sabiex jilħqu l-bżonnijiet differenti tal-familji. Dawn il-programmi tas-sajf se jitnedew uffiċjalment fit-2 ta’ Marzu 2026.

Barra minn hekk SportMalta se terġa’ tilqa’ l-Programm tal-Gymnastics fil-Marsa Sports Complex, li se jkun programm ta’ 5 ijiem fil-ġimgħa, bejn is-07.30 u 12.00. Apparti minn hekk, diversi programmi oħra se jitnedew skont il-kumpless sportiv għal sessjonijiet filgħaxija, fosthom Sport Fundamentals, Gymnastics, Swimming u programmi oħra, sabiex l-attività fiżika tibqa’ aċċessibbli tul il-ġurnata kollha u għal kull età. Biex jirriserva post fiċ-ċentri sportivi madwar Malta, il-pubbliku issa qed juża s-sistema l-ġdida tal-bookings ta’ SportMalta permezz tas-sit

www.sportmalta-bookings.com

9


10

Ħarġa Nru 2

Għal saħħa mentali aħjar! Qatt ħassejtek imdejjaq bla ma taf għaliex? Jew forsi qabditek ansjetà kbira, pereżempju minħabba l-istress tal-eżamijiet?

Tinkwetax!

Dawn huma affarijiet li jiġru lil kulħadd. L-emozzjonijiet huma parti mill-ħajja, u huwa importanti li nitgħallmu nifhmuhom u nieħdu ħsiebhom għax b’hekk nikbru b’saħħitna, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Tajjeb li nkunu nafu kemm huwa bżonjuż li nfittxu l-għajnuna fil-waqt, u li l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu kull meta nħossuna inkwetati hi li niftħu qalbna ma’ xi adult li nafdaw. Inżommu f’moħħna li meta nitolbu għall-għajnuna nkunu qed nieħdu ħsieb tagħna nfusna bl-aħjar mod u b’kuraġġ kbir. Nixtiequ ngħarrfukom bil-proġett Empowering a Mentally Healthy Generation (EmpowerME), li huwa proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed joħloq għodod u spazji diġitali ġodda sabiex jgħin littfal u ż-żgħażagħ f’Malta jitgħallmu dwar l-emozzjonijiet tagħhom b’mod sempliċi u pożittiv. Dan ilproġett se jgħallmek tifhem aktar lilek innifsek u tkun taf fejn issib l-għajnuna meta jkollok bżonnha.

Kun af li jekk qatt tħossok waħdek, imħasseb jew konfuż, dejjem hemm xi ħadd lest jisimgħek u jgħinek!

Permezz tal-EmpowerMe, AI robot li jismu Empowerinu ser ikun qed iżur l-iskejjel u jieħu sehem f’attivitajiet fil-komunità. Empowerinu huwa espert fis-saħħa mentali tat-tfal u kapaċi jitkellem magħhom b’mod sempliċi u li jinftiehem. Huwa mhux tabib jew terapista, imma jgħin lit-tfal jifhmu l-emozzjonijiet tagħhom, jgħallimhom dwar servizzi li jeżistu apposta għalihom u jħeġġiġhom jitkellmu ma’ adulti li jafdaw meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Bħala parti mill-proġett qed jinħoloq ukoll toolkit tas-saħħa mentali – li se tkunu tistgħu ssibuh b’xejn – fuq l-Empowering Children App. Dan it-toolkit se jgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ jitgħallmu jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom u jagħrfu meta u kif għandhom jitolbu għall-għajnuna b’mod faċli u sikur. Barra minn hekk l-Empowering Children App toffri wkoll emotional support chat, li biha t-tfal ikunu jistgħu jitkellmu privatament ma’ professjonisti mħarrġa kull xħin ikollhom bżonn, għaliex din iċ-chat miftuħa 24 siegħa kuljum. Jekk qatt ikollok bżonn titkellem ma’ xi ħadd minnufih tista’ wkoll iċċempel 1579, il-helpline nazzjonali tas-saħħa mentali. It-telefonata tkun bla ħlas u disponibbli kuljum, lejl u nhar.

Għal iktar informazzjoni żur: empoweringchildren.gov.mt

U ftakar: is-saħħa tal-moħħ hija importanti daqs dik tal-ġisem.

Nieħdu ħsiebha!


11

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Nathan Myers

u s-sigriet tat-800 MEtRU

Intervista minn Robert Caruana

It-tellieqa Middle Distance

Il-middle distance hija t-tellieqa tal-ġiri bejn sprint u ġiri fit-tul, kemm bħat-tellieqa tat-800 metru, li tikkonsisti minn żewġ dawriet malkorsa, kif ukoll dik tal-1,500 metru. F’dan l-isport ma jirbaħx min jasal l-ewwel biss imma min jaf iqassam l-enerġija, jibda b’pass tajjeb, iżomm ritmu u mbagħad jagħti l-aħħar spinta lejn it-tmiem tattellieqa. Huwa sport li jgħaqqad issaħħa, in-nifs, il-konċentrazzjoni u t-tattika. Trid tkun b’saħħtek, imma wkoll tagħraf meta jkun hemm bżonn iżżid il-veloċità, meta żżomm ir-ritmu u kif tikkonċentra anke meta tibda tegħja.

Żewġ dawriet, storja waħda Intervista ma’ Nathan Myers

“Atleta tas-sena 2025” (U23 Middle Distance)

Xi wħud jaħsbu li l-ġiri hu “sempliċiment tiġri”. Imma fil-middle distance, speċjalment fis-600 m, kollox hu ppjanat, timxi mar-ritmu u tagħmel kuraġġ. F’din l-intervista Nathan Myers jgħidilna x’jagħmel atleta ta’ veru, minn kif jitħarreġ għal kif iżomm moħħu kalm qabel jibda… u x’parir jagħti lil min jixtieq jibda jiġri. Nathan, għaliex għażilt il-middle distance u mhux l-isprint jew il-long distance? Nagħmel kemm l-isprint u kemm il-middle distance, però l-middle distance hija sabiħa għax għandek bżonn tkun veloċi u b’endurance tajba. Meta tkun qed tiġri s-600 m x’inhi l-iktar ħaġa li tgħinek, saqajk, in-nifs jew il-konċentrazzjoni? Għaliex? Għalkemm kollha huma importanti, personalment nemmen li l-konċentrazzjoni l-iktar importanti, għax tgħinek tkun motivat għat-tellieqa. X’inhu r-“ritmu” għal atleta? Kif titgħallmu? Ir-ritmu huwa li tiġri b’pass addattat għat-tellieqa u għallatleta, u li tipprova żżommu kostanti tul it-tellieqa kollha. Kull atleta jitgħallem isib ir-ritmu tiegħu gradwalment bit-training.

Is-600 m magħrufa bħala tellieqa “diffiċli”. Liema hu l-aktar mument iebes? L-iktar mument iebes hu meta tasal għall-aħħar 200 m tattellieqa għax dak il-ħin il-ġisem ikun diġà għajjien u trid tkompli tagħfas biex iżżomm il-pass salaħħar.

Jekk tibda tgħaġġel wisq, tispiċċa bla enerġija; jekk tibda bil-mod wisq, ma tilħaqx. Ir-ritmu t-tajjeb jagħmel differenza!

Kif tittratta l-eċitament qabel tibda tellieqa? Għandek xi trick maġiku?

X’jagħmel atleta tajjeb barra mill-korsa? L-irqad, id-dixxiplina, l-ikel, il-ħbieb...

Le, le, nipprova nżomm kalm kemm nista’ u niffoka fuq dak li għandi nagħmel.

Dixxiplina fl-ikel, torqod kemm suppost, u ma tixrobx alkoħol għax inaqqas il-prestazzjoni u jtellef fit-tkabbir tal-muskoli u jaffettwa ħażin l-enerġija u l-konċentrazzjoni.

Xi tfisser it-“tattika” f’tellieqa? It-“tattika” f’tellieqa tfisser il-mod kif atleta jippjana u jqassam l-enerġija, il-pass u l-pożizzjoni tiegħu matul it-tellieqa biex jikseb l-aħjar riżultat possibbli.

X’tagħmel fil-jum tat-tellieqa? Ikel, warm up, mużika, rutina...

Kif tibbilanċja bejn l-iskola, il-ħajja u t-taħriġ? X’inhi l-akbar l-isfida?

Niekol xi 3 sigħat qabel ma nibda l-warm up (ikla carbs heavy). Warm up tajjeb nibdieh siegħa u kwart qabel it-tellieqa. Waqt il-warm up nisma’ l-mużika biex iddaħħalni fl-ispirtu tat-tellieqa.

Mhux faċli llaħħaq imma nipprova nqassam il-ħin. L-ikbar sfida hija waqt l-eżamijiet, għax barra l-istudju xorta waħda nibqa’ mmur għat-training. L-isport u l-istudju ntihom l-istess prijorità.

X’parir tagħti lil dawk li jridu jibdew din id-dixxiplina imma jħossu li mhumiex preparati fiżikament? Importanti li tibda bil-mod u birritmu tiegħek. Jekk titfa’ moħħok hemm tasal. Nathan, inti akkwistajt ittitlu “Athlete of the Year”; issa xi jmiss? X’inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek għall-futur? Nixtieq nieħu sehem aktar f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Isem: Nathan MYERS Nazzjonalità: Maltija Sena tat-twelid: 2005 Età: 20 Kategorija: U23 Klabb: Rush Athletics Club Dixxiplina: 400 m, 600 m (u 400 m indoor/short track)

Personal Bests: 400 m: 49.94 (15 Mar 2025, il-Marsa) 600 m: 1.23.00 (25 Jan 2025, il-Marsa) 800 m: 1:57.71 (02 Aww 2025, il-Marsa) 400 m ST: 51.23 (17 Jan 2026, Lee Valley – Londra) Riżultat notevoli: 800 m 1:57.71 fl-Athletics Malta Summer meet 3 (il-Marsa, 02 Aww 2025) Rikonoxximent: Athlete of the Year – U23 Middle Distance (fl-istaġun 2025) Profil uffiċjali: World Athletics Nathan MYERS worldathletics.org


12

Ħarġa Nru 2

Il-Volontarjat… Nieħdu gost nagħmlu l-ġid! I

l-volontarjat ifisser li tagħti ftit minn ħinek tgħin lin-nies, lill-annimali, lill-ambjent jew tagħmel xi ħaġa li tħobb bla ma tfittex li titħallas. Eluf kbar ta’ persuni, kemm adulti u anki żgħażagħ, ta’ kull sena jagħmlu dan billi jwaqqfu, imexxu, jissieħbu jew jingħaqdu ma’ għaqdiet volontarji. Ħafna voluntiera jaħdmu flimkien biex jgħinu lil ħaddieħor, jipproteġu n-natura, jieħdu ħsieb l-annimali, jgħinu fil-festi, jipprattikaw xi sport, passatemp jew xi ħaġ’oħra li jħobbu, u elf ħaġa oħra!

X’tieħu millvolontarjat jekk ma titħallasx?

Kemm għandek bżonn ħin liberu għall-volontarjat?

Il-volontarjat jagħti ħafna! Apparti s-sodisfazzjon li tgħin, taf tikseb ilkunfidenza, ħiliet ġodda, ħbiberiji, skop u sens ta’ għaqda waqt li tkun qed tagħmel impatt. Tista’ titgħallem dwar pajjiżek u s-soċjetà tagħna. Il-volontarjat jiftaħ il-bibien għal esperjenzi ġodda, u għaliex le… anki karrieri u komunitajiet li forsi ma kontx tiskoprihom b’mod ieħor. Li tieħu mill-volontarjat huwa imprezzabbli!

Fil-verità kull ftit ħin jgħodd! Il-volontarjat m’għandux għalfejn ikun impenn kbir. M’għandekx bżonn tkun hemm kuljum jew titlef il-weekends tiegħek. Sew jekk tgħin f’xi ħaġa ta’ darba, ta’ darba fix-xahar jew fis-sena, u sew jekk ta’ kultant wara l-kwinti jew online, kollox jgħin!

Malta g ħandha Strateġ ija Naz zjonali Volonta talrjat 202 5-2030 li tnedie , t biex is saħħaħ is-settu r, tappo ġġja l-volun tiera u t a għmel volonta ilrjat ak t a r viżibbli u aċċes sibbli.

Le, m’għandekx għalfejn! Ilvolontarjat fl-isports, biex inżommu l-eżempju, ma jsirx biss fil-grawnd. Hemm ħafna xogħol wara l-kwinti, laqgħat, ippjanar, fuq il-midja soċjali, għajnuna lill-parteċipanti, ritratti u ħafna aktar! Dan kollu jgħodd ukoll għall-għaqdiet kollha, sew jekk huma tal-ambjent, talannimali, kulturali, ta’ inklużjoni u l-bqija!

Bħala eżempju, bilfors trid tkun tajjeb fl-isports biex tagħmel volontarjat fl-isports?

Minn fejn naqbad nibda biex nara liema għaqdiet għandhom bżonn il-voluntiera?

Malta għ andha m adw 1,900 għa qda volon ar rreġistrati tarja ma għall- Org l-Kummissarju anizzazzjo nijiet Volontarj i.

Is-sit elettroniku volunteers.mt għandu numru ta’ servizzi, kemm għall-voluntiera u anki għallgħaqdiet. Wieħed minnhom hu dak magħruf bħala Voluntary Service (u Youth Voluntary Service għaż-Żgħażagħ), li fih issib lista ta’ għaqdiet li qed ifittxu l-voluntiera u x’għandhom bżonn.

at għandu l-Volontarj ta r u tt e S għti sehmu alti għaseq jibda ja ti x ji s-sit in Il-Kunsill M m l a miġbura fi izzi għ in d rv ħ se g ’ e q ta i z ru num is-serviz rjat. Dawn fil-volonta

t

.m volunteers


13

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

minn Robert Caruana

Il-ħin fuq l-iskrin: dejjem “ħażin”? Ħafna adulti jgħidu li l-iskrin hu ħażin. Imma naħseb li mhux l-iskrin il-problema… imma kif nużawh.

H

emm ħin fuq l-iskrin li huwa tajjeb ħafna, speċjalment meta nużawh biex nesploraw u noħolqu, bħal meta naraw xi dokumentarju jew nużawh biex nagħmlu xi riċerka għal xi proġett, nisimgħu l-mużika, għat-tpinġija diġitali, għall-editjar tar-ritratti, għall-animazzjoni jew saħansitra għall-coding. U hemm ukoll l-użu tal-iskrin għall-gost, u dan jista’ jkun tajjeb ukoll bħala rikreazzjoni.

Eżempju – Il-logħob diġitali mhux dejjem

ħela ta’ ħin. Jista’ jgħinek titgħallem strateġija, ilpaċenzja, il-ħidma f’tim, u anke lingwi barranin. U jekk tilgħab ma’ sħabek b’mod rispettuż jista’ jkun mod sabiħ biex tqattgħu l-ħin flimkien.

U l-mużika? Illum tista’ tuża app jew software biex titgħallem tikkomponi, toħloq il-beats, tirrekordja jew tagħmel remix. Dan mhux biss divertiment – huwa kreattività. L-istess il-filmati qosra, timmonta, iżżid it-titli u l-effetti speċjali. It-tpinġija diġitali llum il-ġurnata hija wkoll famuża ħafna maż-żgħażagħ. Permezz ta’ apps differenti wieħed jista’ jpinġi bi stylus pen jew anke b’sebgħu, jeditja t-tpinġija jew ir-ritratti kif ukoll jagħmel xi animazzjoni. Dawn huma modi kif il-ħin fuq l-iskrin itik sodisfazzjon u tkun tista’ taqsam ma’ sħabek il-kreattività tiegħek.

Imma hemm ukoll id-doom-scrolling:

meta tibqa’ tiskrollja bla waqfien fuq vidjows u posts u ma tindunax kif ikun għadda l-ħin. Kultant iħallik għajjien, moħħok mimli, jew tħossok qed tqabbel lilek innifsek ma’ ħaddieħor.

3 regoli sempliċ 1

2

Iddeċiedi ħin kemm ser iddum tilgħab:

“Se nilgħab 30 minuta” – b’hekk ikollok kontroll fuq il-ħin quddiem l-iskrin.

Int meta tuża l-iskrin tkun qed titgħallem/toħloq jew tiskrollja bla ħsieb?

Id-doom-scrolling: x’jagħmillek? Id-doom-scrolling hu meta tibqa’ tiskrollja bla waqfien fuq vidjows/posts u titlef is-sens tal-ħin – anke jekk ma tkunx qed tieħu pjaċir.

Riperkussjonijiet komuni - telf ta’ ħin u mbagħad tħossok li “m’għamilt xejn”; - konċentrazzjoni aktar dgħajfa: moħħok jidra kollox malajr u diffiċli tiffoka fuq xogħol jew qari; - aktar stress/ansjetà, speċjalment jekk tara drama jew aħbarijiet negattivi; - tqabbel lilek innifsek ma’ ħaddieħor u ma tibqax kunfidenti miegħek innifsek; - ma torqodx sew jekk tagħmlu qabel il-ħin tassodda.

2 soluzzjonijiet li jaħdmu 1

Timer ta’ 15-20 minuta u pawsa;

Ħu pawsa kull 20 minuta biex isserraħ għajnejk: 2 Itfi l-autoplay u n-notifications biex ma Huwa importanti li tkun taf illi meta żżomm jtellfekx waqt attivitajiet oħra. għajnejk fuq distanza fissa l-muskoli tal-għajnejn jidraw jiffukaw l-aktar għal dik id-distanza. B’hekk għajnejk imorru lura f’qasir żmien.

3

Mistoqsija għalik:

Agħżel kontenut li jgħinek u li jista’ jgħallmek

dwar suġġetti li jinteressawk (annimali, karozzi, moda, arti, mużika eċċ.), li jispirak jew li jgħinek tkun aħjar. Oqgħod ħafna attent minn kontenut li taf li mhux se jagħmillek ġid!

L-aħħar u l-aħjar mistoqsija: Wara li tiskrollja tħossok aħjar jew agħar? Jekk aħjar, probabbli qed titgħallem, u jekk agħar, probabbli qed taqa’ fid-doom-scrolling mingħajr ma taf.

minn Melvin Farrugia

Li kieku l-bniedem kellu jtir!

I

mmaġina kieku kellek tqum għada filgħodu u tiskopri li tista’ ttir! Imma żomm… mhux inti biss. Il-bnedmin kollha jistgħu jtiru. Kif se jinbidlu l-affarijiet minn kif nafuhom illum? Hemm ċans kbir li nbiddlu l-mod kif nivvjaġġaw. Daqshekk ikollna bżonn nirkbu tal-linja jew il-vann biex naslu l-iskola. Jaf tkun tajba biex nevitaw ittraffiku u forsi nqumu ftit iktar tard jekk inkunu nistgħu ntiru għall-iskola. Iżda b’dawk in-nies kollha fl-ajru aktarx li jkollna bżonn xi speċi ta’ direzzjonijiet minn fejn nistgħu ngħaddu biex ma naħbtux ma’ xulxin. Barra minn hekk, minflok il-bibien ta’ barra wisq probabbli jibda jkollna bżonn il-bieb tal-bejt minn fejn nidħlu. Xi regoli jkollhom jiġu stabbiliti għax mingħajr regoli jaf ikollna l-kaos. Fost l-oħrajn, kemm tista’ ttir fl-għoli, b’kemm veloċità u x’għandek tagħmel jekk ikun hemm xi inċident. Forsi anke jkun hemm xi servizz li jgħallmek ittir aħjar. Fuq kollox, ikollna bżonn idejn jew ġwienaħ aktar b’saħħithom, għadam iktar ħafif u muskoli li kapaċi jagħtuna dik il-qadfa biex intiru. Bidla bħal din jaf ma tinżilx tajjeb mal-għasafar, li jkollhom inqas spazju fejn itiru. Annimali oħra jaf jibżgħu kif jarawna ntiru. Min-naħa l-oħra jaf tkun opportunità biex napprezzaw iktar id-dinja li ngħixu fiha hekk kif narawha minn perspettiva differenti.


Hans Zimmer 14

minn Robert Caruana

Ħarġa Nru 2

X’jagħmel il-mużika tiegħu daqshekk b’saħħitha? Zimmer mhux sempliċiment

Il-ġenju tal-mużika wara wħud mill-aqwa soundtracks tal-films jikteb melodija sabiħa

iżda joħloq mużika li tagħti ħajja u karattru liċċinematografija. Temi sempliċi imma qawwija li terġa’ tiftakarhom (u kultant ftit noti biss jagħmlu differenza kbira).

Ritratt: Raph_PH, Hans Zimmer fl-2022 (maqtugħ), CC BY 2.0, permezz ta’ Wikimedia Commons

Saffi ta’ ħsejjes (orkestra, drums, synths, sound effects) biex joħloq tensjoni jew emozzjoni. Kollaborazzjoni mill-qrib mad-diretturi biex il-mużika tkun parti mill-istorja.

J

Minn nominazzjoni għal Oscar… Hans Florian Zimmer twieled għal leġġenda fit-12 ta’ Settembru 1957 fi Frankfurt, il-Ġermanja. Kiber b’interess qawwi filmużika u llum hu magħruf għall-istil partikolari li jgħaqqad l-orkestra klassika ma’ ħsejjes elettroniċi u moderni, u b’hekk joħloq soundtracks li huma intensi u memorabbli.

Wieħed mill-ewwel mumenti kbar tiegħu fil-films wasal b’Rain Man, li l-mużika tiegħu ġiet nominata għal oscar. Imbagħad ismu sar popolari ħafna għall-mużika ta’ The Lion King, li għalih rebaħ l-Oscar għall-Aqwa Mużika Oriġinali. Snin wara reġa’ rebaħ oscar ieħor għall-film Dune, li fih wera li l-kreattività tiegħu baqgħet tikber maż-żmien.

Gladiator Rabta speċjali magħna Għall-qarrejja Maltin hemm fatt li jagħmel lil Zimmer aktar interessanti: hu kkompona l-mużika (score) ta’ Gladiator, flimkien ma’ Lisa Gerrard. Gladiator għandu wkoll rabta ma’ Malta għaxxeni li ġew iffilmjati hawn, speċjalment is-sett tal-film fil-Forti Ricasoli. Il-mużika ta’ Gladiator kienet tant b’saħħitha li rebħet ukoll Golden Globe għall-Aqwa Original Score.

Premjijiet u suċċessi Minbarra ż-żewġ oscars Zimmer għandu wkoll 5 Grammy Awards u numru kbir ta’ nominazzjonijiet. Dan juri kemm il-mużika tiegħu tgħaddi minn soundtrack tal-film għal xogħol mużikali rispettat ħafna.

• •

• •

Superheroes: il-mużika ta’ Batman, Superman u oħrajn • Zimmer sar magħruf ħafna wkoll għax ta identità mużikali lil eroj famużi. Skont diversi releases u credits ta’ soundtracks dawn huma wħud mill-aktar films tas-superheroes li ħadem fuqhom:

• • • •

• • Ritratt: ©️ 2000 – DreamWorks LLC & Universal Pictures – Id-drittijiet kollha riservati – Ritratt bil-kortesija tal-Malta Film Commission

Meta terġa’ tara film bilmużika ta’ Hans Zimmer ipprova agħmel esperiment: oqgħod attent meta l-mużika tidħol u toħroġ. Tinduna li ħafna drabi tkun hi li tgħidlek: “Issa se jiġri xi ħaġa”, “Issa trid tħoss emozzjoni” jew “Issa l-eroj se jqum fuq saqajh.” U forsi meta tisma’ Gladiator tiftakar ukoll li parti minn dik l-epika għaddiet minn Malta.

Mużika ta’ films li huma popolari magħkom:

ekk qatt rajt film u ħassejt qalbek tħabbat aktar mgħaġġel, jew ħassejt ruħek emozzjonat qabel ma qal kelma l-attur, hemm ċans kbir li kienet il-mużika li qanqlitlek dawn is-sentimenti. Wieħed mill-aktar nies li jafu jagħmlu dan hu Hans Zimmer, kompożitur li biddel il-mod kif nisimgħu u nesperjenzaw iċ-ċinema moderna.

Min hu Hans Zimmer?

L-effett li tħalli fuqek il-mużika fil-films

Batman Begins (2005) b’kollaborazzjoni ma’ James Newton Howard The Dark Knight (2008) The Dark Knight Rises (2012) Man of Steel (2013) The Amazing SpiderMan 2 (2014) Zimmer kien involut filmużika tal-film Batman vs Superman: Dawn of Justice (2016) – b’Junkie XL X-Men: Dark Phoenix (2019) Wonder Woman 1984 (2020)

Interstellar (2014) Kung Fu Panda (2008) score maħdum ma’ John Powell Rango (2011) Megamind (2010) soundtrack/score maħdum ma’ Lorne Balfe Shark Tale (2004) The Prince of Egypt (1998) The Road to El Dorado (2000) mużika ta’ Hans Zimmer u John Powell Spirit: Stallion of the Cimarron (2002) 007 – No Time to Die (2021) Blade Runner 2049 (2017) mużika ta’ Hans Zimmer u Benjamin Wallfisch Pirates of the Caribbean Dead Man’s Chest (2006) u At World’s End (2007) Pirates of the Caribbean – The Curse of the Black Pearl (2003) – mużika ta’ Klaus Badelt u Hans Zimmer U ħafna aktar…


15

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

ta ma’

Intervis

Peter

Magro

Intervista minn Robert Caruana

edukatur Peter Magro huwa illustratur u ament tal-arti, kif ukoll involut dirett (GNLM), fil-Graphic Novels Library Malta l-qari NGO li taħdem biex tippromwovi s u u l-litteriżmu permezz tal-komik i jaslu l-graphic novels, u biex aktar titl fil-libreriji pubbliċi. nazzjonijiet Il-GNLM kienet ukoll wara inizjattivi bħad-do , il-Furjana, tal-graphic novels lil-Librerija Pubblika Ċentrali l korsijiet u u kollaborazzjonijiet ma’ Malta Libraries għa attivitajiet relatati mal-komiks.

eqjusa bħala forma Il-komiks darba kienu m jistgħu faċilment ikunu ta’ qari sempliċi. Illum ajjem il-litteriżmu u ċ-ċavetta biex terġa’ tq l-imħabba għall-qari. Għal min ma jafx: x’inhi Pop Culture? Il-Pop Culture hija tgawdija kollettiva ta’ ġeneri popolari jew mainstream li toħloq gruppi ta’ fandom (guppi ta’ nies li jħobbu ħafna l-istess ħaġa u jgawduha flimkien) f’soċjetà.

Għaliex taħseb li l-komiks huma importanti, speċjalment għal min jgħid, “Ma nħobbx naqra”? Il-komiks huma estremament importanti għax jagħmlu l-qari aktar faċli u aktar pjaċevoli, minħabba li huma attraenti viżwalment meta tikkomparahom ma’ paġni mimlijin kitba. It-test qasir u ċar flimkien mal-istampi jgħinuk tifhem millewwel. Għalhekk jgħinuk, jiġbdulek l-attenzjoni u jibnulek il-kunfidenza. Ħafna drabi jkunu l-punt li jwasslek bil-mod il-mod biex tibda taqra aktar, anke kotba itwal.

Xi tgħid lil min għadu jaħseb li “l-komiks mhumiex qari veru”? Ngħidlu li l-komiks huma qari veru daqs kull ktieb ieħor, għax fihom storja, lingwa, struttura u ħsieb bħal letteratura oħra. Id-differenza hi li jużaw ukoll il-viżiv biex jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar. Fil-fatt ħafna edukaturi jużaw il-komiks biex itejbu l-litteriżmu, il-fehim u l-imħabba lejn il-qari, għax meta t-tfal jieħdu gost ikunu qed jitgħallmu. Il-komiks huma simili ħafna ta’ film iżda b’xeni u pannelli statiċi.

Kif jgħinu l-komiks biex it-tfal itejbu l-vokabularju, l-istorytelling u l-immaġinazzjoni? (X’inhu l-vantaġġ ta’ test + stampi flimkien?) Il-komiks jgħinu għax it-tfal jaraw il-kliem u l-azzjoni flimkien: l-istampi jagħtuhom il-kuntest biex jifhmu kliem ġdid, u bil-mod il-mod jibdew jużawh huma wkoll. Fl-istess ħin jitgħallmu l-istorytelling – kif tibda storja, kif tinbena t-tensjoni, kif karattru jinbidel, u kif tispiċċa – għax il-pannelli juruhom pass pass. U l-immaġinazzjoni tikber għax bejn panel u ieħor it-tifel “jimla hu” x’ġara, jiġifieri moħħu jkun qed joħloq u mhux sempliċiment jara. Vantaġġ kbir tat-test u l-istampi flimkien hu li jagħmlu l-qari aktar ċar, aktar interessanti u aktar faċli biex tiftakar.

X’inhi d-differenza bejn komik, graphic novel u manga? Komik normalment ikun storja maqsuma f’pannelli u joħroġ f’paġni jew episodji qosra, ħafna drabi b’ħarġiet regolari. Graphic novel hi bħal “ktieb” komik – storja itwal u aktar kompluta f’volum wieħed, kultant b’tema aktar profonda jew narrativa aktar mifruxa. Il-manga hija l-istil Ġappuniż tal-komiks: tinqara ħafna drabi mil-lemin għaxxellug, b’estetika u ritmu partikolari u ġeneri għal kull età, mhux biss għat-tfal.

Komik ta ' Peter Ma gro

a z n a t r o L-imp tal-

Jekk student ta’ 11-14-il sena jiġi għandek u jgħidlek, “Liema komik nista’ nibda bih?” x’parir tagħtih biex jagħżel l-ewwel wieħed? Ngħidlu jibda b’xi ħaġa li taqbel mal-gosti tiegħu. Jekk iħobb l-azzjoni jagħżel avventura; jekk iħobb id-daħk jagħżel komiks umoristiċi; u jekk iħobb il-misteri jew il-gaming hemm komiks għal dawk ukoll. L-importanti hu li jagħżel storja li tħajru. Aħjar jibda b’komiks qosra u faċli, u meta jinduna li jkun qed jieħu gost waħdu jibda jfittex aktar.

X’taħseb dwar il-pubblikazzjonijiet tal-komiks/graphic novels bil-lingwa Maltija li diġà jeżistu?

X’inhi l-ħolma l-kbira tal-GNLM illum, aktar koLLezzjonijiet fillibreriji, librerija fiżika, workshops… jew kollha flimkien? Il-ħolma l-kbira tal-GNLM illum hi kollettiva u ambizzjuża, u ma nixtieqx nagħżel punt wieħed biss. Nixtieq li naraw aktar kollezzjonijiet ta’ komiks u graphic novels fil-libreriji lokali sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom aċċess faċli u kontinwu u post jew librerija fiżika għall-komiks/ graphic novels fejn in-nies ikunu jistgħu jiġbru, jaqraw u jiddiskutu. U fl-istess ħin aktar workshops u attivitajiet kreattivi biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitgħallmu jiktbu u jiddevertu flimkien bil-komiks.

Kif taħdmu ma’ Malta Libraries u x’tip ta’ korsijiet/attivitajiet tagħmlu għat-tfal u ż-żgħażagħ? Il-korsijiet tagħna ġeneralment jiġu offruti fis-sajf. Xi wħud saru għal udjenzi iżgħar u oħrajn saru wkoll għall-adulti. Il-ħolqien tal-komiks innifsu huwa multidixxiplinari, u għalhekk il-kors ġeneralment jieħu madwar 9 sessjonijiet u jiġi mgħallem minn prattikanti differenti skont is-settijiet ta’ ħiliet differenti fil-ħolqien tal-komiks.

Naħseb li l-pubblikazzjonijiet bilMalti għall-komiks u l-graphic novels huma importanti ħafna, u nixtieq nara stejjer oriġinali fi kwalunkwe ġeneru. Dak li nixtieq nara verament huwa karattri oriġinali li nistgħu nżommu magħhom u nirrelataw magħhom! Hemm spazju kbir għal aktar komiks Maltin, speċjalment jekk irridu nispiraw aktar ġenerazzjonijiet ta’ qarrejja u kittieba fil-ġeneru.

Ladarba jitlesta l-kors ġeneralment niġbru x-xogħol magħmul millistudenti u nippubblikawh bħala antoloġija tal-komiks fil-Librerija Pubblika Ċentrali u mbagħad niddistribwuh f’fergħat differenti tallibreriji f’Malta.

Wieħed irid jifhem li l-produzzjoni tal-komiks kull xahar mhijiex faċli, speċjalment li f’Malta m’għandniex impjiegi full-time li jippermettu lill-artisti jipproduċu l-komiks fuq bażi regolari. Biex ma nsemmux li pubblikatur tal-komiks ikollu jimpjega kittieba, artisti, koloristi u edituri sempliċiment biex jagħmel ilproċess aktar mgħaġġel. Fir-rigward tal-lingwa Maltija huwa importanti li l-lingwa tinżamm ħajja permezz ta’ stejjer Maltin, iżda l-istess komik għandu jiġi pprovdut b’lingwi oħra biex nesportaw il-prodott tagħna barra minn Malta.

Fl-aħħar, kif jista’ qarrej żgħir jappoġġja lill-GNLM jew lil Malta Libraries anke jekk ma jistax jixtri kotba?

Dan kollu biex ninkoraġġixxu lillkreaturi żgħażagħ biex ma jibżgħux joħorġu x-xogħol meraviljuż tagħhom fil-pubbliku.

Id-donazzjonijiet huma dejjem milqugħa! Iżda bis-serjetà kollha, aħna dejjem miftuħa għallvoluntiera, speċjalment nies li verament iħobbu l-komiks u jixtiequ jħallu marka fix-xena tal-komiks Maltija, mhux biss għall-preżent iżda wkoll għall-futur tar-rakkont viżwali Malti.


16

Ħarġa Nru 2 Din is-sezzjoni nġiebet lilkom millKunsill Nazzjonali tal-Ktieb

ROBERTA BAJADA

Shadow Woods

Inti tispira lill-kittieba! Reġa’ wasal il-Father Christmas tal-kotba –

jew inkella Matthew tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb!

Inti liema tippreferi?

Ħa nkun għedtlek kollox: jien la għandi daqna bajda, la nħobb nilbes aħmar u lanqas għandi żaqqi kbira… imma nħobb naqra ħafna.

Min jaf xi jkun għaddej minn moħħ il-kittieba meta jaqbdu u jiktbu ktieb? Ġieli ħsibtuha din? Għalhekk did-darba mort inkellem daqsxejn lill-kittieba li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bilkotba tagħhom għat-tfal u ż-żgħażagħ… u ma ħallejthomx jitilqu qabel jgħiduli x’jispirahom fil-ħajja tagħhom.

Araw x’qaluli…

miktub minn Roberta Bajada (Merlin Publishers)

Roberta qaltli li l-qarrejja żgħażagħ dejjem ispirawha biex tikteb dal-ktieb dwar meta hi kienet daqshom – tifla jew tifel ftit kbir – u kienet iżżur ilparks u tfaddal il-ġugarelli. Il-kittieba tatkom parir ukoll – avolja dejjem se tibqgħu tikbru, minn ġewwa ibqgħu tfal u żgħażagħ!

Dwar il-ktieb – dak li ssib fuq il-qoxra ta’ wara, li ngħidulu “ħarsetta” għax hu “ħarsa qasira” “Kullimkien inħallik tmur,” kienet tgħidli; u f’leħinha kważi jirtogħod kont naqbad ħjiel ta’ diqa – “Imma hemmhekk le.” Lanqas l-isem tal-park ma kienet tlissen, bħallikieku Shadow Woods kien sinonimu ma’ xi skandlu li kienet taf bih hi biss. Awwissu, 2018: Taħt il-qilla tax-xemx li tikkaratterizza s-sjuf ta’ Texas, Daniel Fisher jilmaħ il-fdalijiet iltima ta’ Shadow Woods fi triqtu għal għand iz-ziju Jeff. La martu Olivia, la wliedu u lanqas hu stess ma jaf l-istorja kollha ta’ wara t-theme park dilapidat. Tletin sena qabel Daniel iżur Shadow Woods għall-ewwel darba fil-fjur ta’ żgħożitu. Karużelli mlewna, terramaxki ferriħija, roti panoramiċi mdaqqsa… Qalbu tħabbat għall-faxxinu tal-park, waqt li ruħu tinħakem mill-bosk oskur bis-sigrieti makabri li jostor.

Dan il-ktieb rebaħ il-kategorija tal-kotba oriġinali għaż-żgħażagħ.

BEN AGIUS

Ulied il-Wied

miktub minn Ben Agius (Horizons) Ben qalli li appuntu intom, it-tfal u ż-żgħażagħ, ispirajtuh jikteb dan il-ktieb. Speċjalment intom li tħobbu l-ambjent Malti u ma triduhx jinqered minħabba nies oħrajn li moħħhom biss fil-flus. Il-flus importanti, imma jiġu u jmorru. L-ambjent ma jerġax jiġi! Jekk inti tifel jew tifla kuraġġuża u li dak li tħobb taqbeż għalih, kun af li Ben jammirak u tispirah!

Dwar il-ktieb – dak li ssib fuq il-qoxra ta’ wara, li ngħidulu “ħarsetta” għax hu “ħarsa qasira” Meta Kevin beda skola ġdida f’raħal ieħor ma basarx illi kien ser jiltaqa’ ma’ tifla bħal Betta. Betta kienet kollox li hu ma kienx – fuq tagħha, kuraġġuża u toqgħod f’razzett mimli annimali f’wied mill-isbaħ. Iżda Betta kellha l-problemi tagħha wkoll. Il-ġenituri tagħha kienu ser jinfirdu, u s-Sur Bastjan ried jeqred ir-razzett u l-wied ta’ nannuha sabiex jagħmel barriera u fabbrika tas-siment. Fit-taqbida tagħhom sabiex isalvaw il-wied mill-qerda Kevin u Betta jsibu msieħba mhux mistennija f’raġel stramb u annimal ċkejken. Imma tgħid dan ser ikun biżżejjed sabiex jirnexxilhom?

Dan il-ktieb rebaħ il-kategorija tal-kotba oriġinali għat-tfal ta' bejn it-8 snin u t-12-il sena.


17

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment Din is-sezzjoni nġiebet lilkom millKunsill Nazzjonali tal-Ktieb

n li i t l a M i r u t a Pubblik il-ktieb għalik! għandhom

I R U T A K I L TAL-PUBB

A N O Ż IŻ MALTIN!

għukom Inkomplu nlaqq ri lokali. mal-pubblikatu

Jekk qrajt xi wieħed minn dawn il-kotba iktbilna x’għoġbok fihom u ibgħat email lil matthew.borg@ktieb.org.mt u nippubblikawhielek f’dil-gazzetta… u nrebbħuk xi kotba wkoll!

nukom tiskopru lil Did-darba nisted ishing. tin u lil Faraxa Publ Klabb Kotba Mal

Max il-Kelb, li se jġiegħlek tħobb aktar lil kulħadd

Nina n-Nokkla

Klabb Kotba Maltin Il-Klabb Kotba Maltin ilu jippubblika l-kotba għat-tfal aktar minn 50 sena, bl-ewwel wieħed ikun Darbtejn Insiru Tfal ta’ Charles Casha. Fost il-kotba popolari għat-tfal li l-Klabb ippubblika nsibu s-sensiela talLeġġendi, kif ukoll riċentement sensiela ta’ kotba dwar il-mitoloġija Griega mill-pinna tal-awtur internazzjonali Malti Saviour Pirotta.

ħira, Vera Malta żg iet u mij imma joħorġ t-tfal u ta’ kotba għa a. s-sen ż-żgħażagħ fi

L-ewwel sensiela hija bbażata fuq il-karattru ta’ Nina n-Nokkla, tifla kurjuża immens li bis-saħħa t’hekk tgħaddi minn bosta avventuri sbieħ. It-titli tal-erba’ kotba huma Festa ta’ Kuluri, Il-Kamaleonte tal-Ġnien, L-Avventura Riħ Riħun u Iċ-Ċkejken Ġurdien. L-awtur ta’ dawn ilkotba hi Nadia Abdilla filwaqt li l-illustratriċi hi Elisa Chetcuti. Kull ktieb jista’ jinqara għalih, u l-qari huwa mexxej.

Faraxa Publishing Faraxa hija dar tal-pubblikazzjoni li ftit hi ikbar minnkom – se tagħlaq 15-il sena dalwaqt! Nippubblikaw kotba ta’ kull tip, kemm għaż-żgħar kif ukoll għallkbar, u għandna xi kotba li kitbu tfal bħalkom, ukoll.

Il-kotba fis-serje ta’ Max il-Kelb, miktubin minn Evan Chetcuti, ilaqqgħuna ma’ Max, kelb ferrieħi u kurjuż li jħobb jiġri u jilgħab. Fil-bidu tal-ewwel ktieb Max ikun waħdu, bla dar, imma malajr isib familja li tħobbu u tgħożżu. Max jgħallimna l-empatija, mhux biss għal xulxin imma għall-ħlejjaq kollha fid-dinja. Kotba perfetti għat-tfal li jħobbu l-annimali u li huma kurjużi bħal Max!

Aħna nħobbuhom ħafna l-kotba, u nittamaw li intom tħobbu taqrawhom!

Għalina tal-Klabb il-qari għattfal hu importanti, għax b’hekk intom li tħobbu taqraw twessgħu l-vokabularju tagħkom tal-Malti… u b’hekk issiru tafu aktar dwar id-dinja!

Għal aktar kotba żuru s-sit tagħna www.faraxapublishing.com

Fost il-kotba li l-Klabb ħareġ f’dawn l-aħħar xhur hemm żewġ settijiet verament ħelwin, immirati għat-tfal ta’ bejn is-6 snin u t-8 snin. Dawn il-kotba saru b’ħidma mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Hawnhekk qed inġibulkom ftit informazzjoni dwar iż-żewġ settijiet. Nisperaw li jogħġbukom! Għal aktar kotba żuru s-sit tagħna www.midseabooks.com Żewġ rakkonti ta’ Patricia Bondin

Bett u Mike Żewġ rakkonti ħelwin ta’ Patricia Bondin:

Fl-ewwel rakkont, “Bebbux”, naraw lit-tfal jilagħbu. Ftit wara tela’ s-sħab u għamlet ħalba xita. Billi kollox kien imxarrab ma setgħux jerġgħu joħorġu jilagħbu u minflokhom ħareġ xi ħadd ieħor... Min ħareġ? Fit-tieni rakkont naraw liżżewġ neputijiet li marru jżuru lin-nannu tagħhom fl-għalqa tiegħu. Bil-ferħ kienu ħa jgħaffġu fuq kollox. Imma n-nannu waqqafhom. Għaliex? Mhux pjanti salvaġġi kien hemm?

www.faraxapublishing.com

Bebbux u Pjanti Salvaġġi

Sensiela oħra ta’ erba’ kotba hi dwar l-aħwa Bett u Mike. Dawn il-kotba joħduna fuq vjaġġ tul l-istaġuni tas-sena – issajf, il-ħarifa, ix-xitwa u r-rebbiegħa – li fihom Bett u Mike jgħidulna x’jogħġobhom u x’ma jogħġobhomx f’dak l-istaġun. Il-kotba kitbithom Claudia Aloisio u t-tpinġijiet huma ta’ Cindy Monroy.

Ktieb li jiswa daqs tnejn Bebbux u Pjanti Salvaġġi huwa ktieb b’żewġ stejjer ta’ Patricia Bondin dwar is-sbuħija tal-ambjent u l-importanza li nieħdu ħsieb id-dinja ta’ madwarna. Fl-ewwel rakkont niltaqgħu ma’ annimal żgħir imma bżonjuż, u fit-tieni rakkont innannu jgħidilna dwar l-importanza tal-ħaxix ħażin. Miktubin b’ittri kbar u mimlijin illustrazzjonijiet sbieħ dawn l-istejjer ma ddumx biex taqrahom… u ma tkunx tridhom jispiċċaw!


, t j a k a , ċ r a t t r r i … e j j Ste f’kelma waħda 18

Insomma…

Lanqas temmen!

zjoni z a n i b m B’ku r Żahra revo baraxx T ’ a m a n ltqaj staqsejnieh sijiet. u mistoq

a sigrieta” Għidilna “regol tikteb. (Eż. tiegħek meta mingħajr…) Qatt ma nibda qabel ma Qatt ma nibda a wara xulxin. nagħtas xi tliet bati millNaħseb qed in ’ Allerġija A AK… Attakk ta għall-Keyboard! tiegħek Kieku l-kotba a jew riħa, kellhom togħm un? liema kienet tk eġ mill-forn Ħobż Malti ħier aaa, kemm ta’ Barbetta. M inħobbu! ramb fejn L-ik tar post st jba. ġietek idea ta u fuq il-vaska Waqt funeral… tat-toilet. u jgħidlek, Jekk jiġi xi ħadd idea aħjar “Trevor, għandi ” kif tkun minn tiegħek, ħek? eg ti ir-reazzjoni a tantx hi m a Ngħidlu, “Mel !” idea tajba, xbin tiegħek L-ewwel ktieb Kieku llum kien avventura. a, liema għadek se tibd un? “avventura” tk aħar jew -b fil Fl-ispazju, mostri? skola mimlija lli l-paġni Fl-ispazju… Inħa il-qarrej kollha vojta biex sens ta’ iħoss tabilħaqq spazju!!!

Ħarġa Nru 2

Liema karattr ut għand u jittell iegħek a ’ lgħax d ejjem ja Qorti q l-inkwie la’ t? Il-Kava llier Giordim John aina, g ħax ost veru jqa reċ bbiżhie li! Kif tikk onvinċ i stude jgħid, “ nt li Jien m a nħob naqra” bx biex ja qra pa waħda ġ na ? Ngħidlu , “ J e kk tagħ xahar t mel aġinajt xi aqra pa Qatt imm k e ħ g e ġna kulj ti fi n t in m m ie um, m ix karattru ax kaxxa d -xahar nagħtik ik lura għ d n o p e is h rr ji ura? wara x- eb. Imbagħad f’xi prasp xahar n b iddaħħlu b o tħ għidlu, qrajtho ett. Dik ċ n u “Jekk K l m li i , x x b Iva ri ’a o v t a t e nzjoni, kaxxa d em niff jj e d n illi i e n heb ħa tixli dtha diġ . U forsi n to n ri à!” a lil M X’kien n! u ġ ra a h ld ik tar m għan u “Leee, mhux h ment ekk!” w kont qe aqt li d tik teb storja? Il-ktieb SFIDI ko nt niktbu k ollu fl-e bdejt wwel persun a, mill-p ers wieħed mill-kar pettiva ta’ a t meta w asalt f ’n tri, imma ofsu nd li b’dak unajt il-mod l-ist ma kinit x qed ta orja ħd xtaqtha , u bdejt em kif kollox m ġdid, fi t-tielet illpersun a. Iddesk rivi lile k innifs bi 3 em ek oji għaliex s (u spjegaln a ). Inħobb nidħak … Inħob niekol… b Inħobb norqod !

nti ai m l e a jt k ħaġ a t i x vin a x lhie a li iv pjeg a e i q i m Ġ x tis k? im ors bie -daħ jekk f abli, , biċt q tad nafx ħor ktib jtek e n i i a M add mkie oppja ifier ġ i i ħ h j xi ba x otos jt… għek r a da , ifPh r li st tt tie hop. t a j a j a i ħ tos ċ r tr ġ li l-a ajt ir- l-Pho m ġ saġ a s t n e z rra mez a im r all iskol ħ t pe l a’ t ta ex, ist k t aske awd k t Je ll b ijie mi Għ m u u ża ża f ’k alta ill-e ll-e f ’M un? el m di mi k ħ xi j ar te għad t j ħ A ha u ek . l l għ għidu ko ħajja e i t a x’j tal otb llmu, k l e ku u itk Kie għu j kun iex n I t tt! jis ek? ti b qa’ u fi les fuq m h na li u jib i m Ke għal barra alna a n ġu ġ aln i m or an jirr illustr lna ma ħ i o l a att n isti a, j xxj jins ħarn u jilli is. Q xag rbun al-qm ejn! t a x ż-ż onq ta b’ ħ n g e l- unt jikk


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

nt tifel ta’ Kieku inti ko m x’tip ta’ 12-il sena llu taqra? kotba tħobb qra l-istess Naħseb li na i: naqra fi tfulit kotba li kont s n a H mm, ta’ tal-Aħwa Gri jo, ersen, Pinokk d Christian An . derland eċċ Alice in Won

Jekk Malta kellha karattru nazzjonali, kif timmaġinah? Buffu tal-kummiedja jew l-għaġeb tal-presepju.

Kieku kont karattru fi ktieb tiegħek, tkun supereroj, pezzakustjoni jew kwiet? Kollox nimmaġinani, minbarra supereroj. Naħseb nippreferi nkun kwiet… għax fi tfuliti dejjem hekk kont. Kif tagħraf li idea għal storja hi tajba? Meta tibda tħallini lejl sħiħ imqajjem nhewden fuqha u nitqalleb. Semmilna ħaġa waħda li trid li t-tfal jieħdu magħhom minn kull storja? Pjaċir!

Inti tagħmel pj an jew tibda tikteb u tħalli l-istorja tmexxi k? Il-biċċa l-kbira nagħmel pjan dettaljat. Imma ġieli kelli każi iżolati meta bdejt nikteb bl a ma naf eżattament fejn sejjer. U ġieli spiċċajt ġo l-ħajt! Iddeskrivi lilek innifsek bi 3 emojis (u spjegalna għaliex). Inħobb nidħak … Inħobb niekol… Inħobb norqod!

Intervista minn Rita Saliba

X’inhi l-ik tar “skuża” kreattiva li qatt smajt mingħand student? M’għamiltx l-esej għax naf li trid tqatta’ nofstanhar biex tikkoreġihuli. Nitħassrek!

19

Liema tipi ta’ umor iżmu jaħdmu l-aktar m attfal Maltin? Il-logħ ob bil-kliem, sitwazzjo nijiet komiċi jew karattr i strambi? Naħseb l-aktar li ja ħdmu huma sitwazzjonijiet komiċi… imma nixtie q li kieku japprezzaw ak tar il-logħob bil-kliem.

t l-ak tar Liema kiene d-daħk esperjenza ta u oħra li qatt kellek, kk ti? Emm… je imbarazzan a! iln id ħ tistħi tg m’intix qed ik d l a ħ b mijiet, Tad-daħk kelli i b a sħ i eluq snin ta’ meta f’għ li nu żebgħu tal-iskola kie a sewda! l-karozza kollh kienet dik Imbarazzanti bib ltqajt ma’ ħa meta darba d li bl-ebda mo antik tiegħi u . u m jis kar x’ ma stajt nifta ib da resaq ħab ħ a F’daqqa w x ie b i talabn ieħor fuqna u nintroduċih! ħaġa li X’inhi l-ik tar i? tħobb tpinġ amla l-aħjar, Q li! a L-annim ! iha f’sekonda għax dik illest k tgħix Li kieku kelle ħek għal g e ġo k tieb ti ma żgur li ġimgħa… lie ma tagħżilx? ek? għmel il-Fen X ’Tixtiequ Ja i 78 sena dik Illum li għand errini minn li joqgħod iġ ħal oħra ma sitwazzjoni g niflaħhiex!

a Hemm xi esperjenz ni zjo az re jew li persona ħet qg ba li ħir ta’ qarrej żg wa aw l-q ri tu f’moħħok u li tat-tfal? ba ot -k fil tal-umoriżmu onna Darba omm qaltli, “K a rarissimu tifl ninkwetaw għax itd qe kienet tidħak. Konna xi lil nikkunsidraw li nkellmu tie tieb għek, speċjalista. Imma l-k ma jista’ li proprju jismu Ħadd ha l-vit!” jidħak… donnu fetħil

U fl-aħħar: X’pab?rirX’tagħgħantidulil

min iħobb jik te ruħu għalljagħmel biex jispira huma l-aktar ideat, u x’elementi importanti fil-kitba? l-istess pariri: Jiena dejjem nagħti Ħadd ma jista’ Aqra, aqra u AQRA! nx ukoll jkun kittieb jekk ma jku -dixxiplina. fid oll uk qarrej! Nemmen eb… u ħallik Għaddas rasek u ikt mill-muża!

tagħti Kieku kellek lil kull superpower tkun? a m qarrej, lie taf ku ie Dik li jtiru. K ! ha m kemm noħlo llħa g r U kemm ngħi għasafar!!!


.

20

Kuluri u magija L-Arti ta’ Naomi Gatt N

Ħarġa Nru 2 Intervista minn Rita Saliba

aomi Gatt hija disinjatriċi u illustratriċi Maltija. Studjat il-B. Communications u l-Psikoloġija u ilha taħdem fid-disinn grafiku mill-2010.

Fl-aħħar snin iffokat fuq l-illustrazzjoni ta’ kotba għat-tfal u ppubblikat tliet kotba. Tħobb tagħti l-ħajja lill-istejjer permezz ta’ kuluri vivaċi, ħafna dettall u disinji ħelwin. Naomi tispira ruħha mil-logħob tal-kompjuter, mit-tpinġijiet tat-tifla tagħha ta’ erba’ snin, u minn Toby, il-kelb tagħha li jżommilha kumpanija waqt li taħdem. Naomi temmen ħafna fil-kreattività u tħobb toħloq xogħlijiet artistiċi li jqanqlu l-immaġinazzjoni fit-tfal. L-illustrazzjonijiet tagħha huma sempliċi u divertenti, bil-għan li jagħmlu l-istejjer aktar attraenti u ta’ gost għaż-żgħar.

Liema parti tattpinġija tħobb l-aktar, il-kuluri, il-forom jew l-istejjer li toħloq? L-aktar parti favorita meta npinġi hija xħin nibda nagħti l-kulur lill-istampa. Jien u naħdem fuq ktieb nibda billi naqra l-istorja u noħloq sketches talkunċetti, li ngħaddihom lill-awtur biex japprovahom. Meta dawn ikunu approvati nkun nista’ nibda nieħu gost noħloq l-illustrazzjonijiet. Dik hija l-fażi meta niffoka aktar fuq il-kuluri, nirfina l-istil tal-karattri u nara l-istampa finali tieħu l-ħajja.

Meta kont żgħira kont tħobb tpinġi? X’kienet l-ewwel tpinġija li tiftakar li għamilt? Minn dejjem kont inħobb inpinġi. Fil-Milied jew f’għeluq snini l-ġenituri tiegħi kienu ta’ spiss jixtruli materjal biex inpinġi jew xi kitt ta’ krafts biex nippruvah – u ta’ dan jien nibqa’ grata għall-inkoraġġiment tagħhom. Ma niftakarx xi tpinġija partikolari, imma niftakarni npinġi u nikteb stejjer ċkejknin fuq biċċiet tal-karti meta kont għadni żgħira ħafna. X’aktarx li rmejthom, sfortunatament, għaliex ma rġajt sibthom qatt. Inħares lura lejn xi tpinġijiet li kont nagħmel, nirrealizza li minn dejjem kont miġbuda lejn il-cartoons.

Minn fejn tiġik l-idea biex toħloq karattri daqshekk sbieħ u mimlijin ħajja? Meta nkun qed naħdem fuq kotba tat-tfal ħafna drabi nkun ispirata mill-istorja nnifisha. Kultant tkun dik is-sentenza speċifika jew mument li jixpruna idea għall-istil, u s-sentiment jibqa’ għaddej tul ilbqija tal-illustrazzjonijiet. L-ispirazzjoni tiġi wkoll mill-ħajja ta’ kuljum. Nista’ nispira ruħi jien u nara t-televixin, mill-viżwal ta’ xi logħba, jew sempliċiment billi nosserva n-nies u l-oġġetti madwari, u f’daqqa waħda tolqotni xi ħaġa li naħseb li tidħol perfettament f’illustrazzjoni.


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Jiġri xi kultant li karattru jibda b’idea waħda u jispiċċa jidher kompletament differenti meta tispiċċah? Ħafna drabi. Meta nkun qed naħdem fuq karattru jew xena ta’ spiss nagħmel l-aġġustamenti u nżid xi elementi, jien u nispira ruħi hekk kif l-illustrazzjoni tibda tieħu l-ħajja. Għalhekk, malli nibda naħdem fuq ktieb, nibgħat l-isketches tal-kunċetti lill-awtur u illustrazzjoni waħda finalizatta, li speċjalment tkun turi l-karattru prinċipali. Dan jgħin lill-awtur ikollu idea ċara tal-istil u t-ton tal-ktieb sa mill-bidu nett.

Hemm xi annimal jew karattru li tħobb tpinġi l-aktar? Għaliex? Nieħu gost inpinġi l-fjuri, ilweraq u doodles żgħar li ta’ spiss indaħħalhom bħala disinji li jikkumplimentaw l-illustrazzjonijiet. Madankollu s-suġġetti favoriti tiegħi huma n-nies u l-annimali, għax nieħu gost naħdem fuq l-espressjonijiet, speċjalment meta jkunu esaġerati u mimlijin ħajja.

Kemm tieħu żmien biex toħloq paġna waħda illustrata għal ktieb tat-tfal? Jiddependi mill-istil u l-livell ta’ dettall involut. Ħdimt fuq illustrazzjonijiet li ħaduli minn sagħtejn sa għaxar sigħat biex jitlestew. Ġeneralment il-ħin biex inlesti illustrazzjoni jvarja, imma bejn wieħed u ieħor xi mkien fin-nofs.

X’għodod tuża biex toħloq l-illustrazzjonijiet tiegħek, kuluri, lapes, tablet jew taħlita ta’ kollox?

X’messaġġ tixtieq tgħaddi lit-tfal dwar l-ilwien li naraw madwarna, kemm fil-kotba kif ukoll fl-ambjent fejn ngħixu?

Fil-passat kont naħdem billapsijiet tal-kulur; aktar tard kont inħobb il-watercolours. Iżda f’dawn l-aħħar għaxar snin sirt naħdem l-aktar b’mezzi diġitali. Peress li l-kotba tat-tfal jirrikjedu high-quality resolution għallprint, inserraħ rasi li l-kwalità tal-istampar se tkun waħda ċara kemm jista’ jkun possibbli. Nillustra l-aktar permezz tattablet, u l-programm li nuża huwa Procreate. Jogħġobni għax għalkemm huwa diġitali xorta nista’ npinġi b’mod li jixbah l-istil tal-lapes jew noħloq ċerti textures li ssibhom iktar f’mezzi tradizzjonali – speċjalment peress li nħobb inżid elementi żgħar u doodles fl-illustrazzjonijiet tiegħi. U fuq kollox jogħġobni l-fatt li nista’ nġorr it-tablet miegħi kullimkien u npinġi kull fejn tinbixni l-ispirazzjoni!

Kunu ispirati! L-aktar ħaġa li tagħti gost waqt li tkun qed tpinġi hija li tista’ tħalli l-immaġinazzjoni tiġri bik. Ispira ruħek mill-ilwien tan-natura madwarna, iżda tillimitax ruħek b’dak li tara biss. Ħu gost billi tħallat il-kuluri u tipprova ideat ġodda, anke jekk is-suġġett ma jeżistix fil-ħajja tagħna ta’ kuljum b’dak il-kulur. Iljunfant roża? Sħab f’kull kulur talqawsalla? Għala le? Tillimitax ruħek. L-illustrazzjoni tgħinek toħloq dinja speċjali tiegħek; mela ħu gost bil-proċess u ħalli l-immaġinazzjoni tmexxik.

Wieġeb tajjeb il-mistoqsija u idħol biċ-ċans li tirbaħ il-ktieb Mid-Djarju ta' Ċkejken, l-Għasfur tal-Bejt, ġentilment mogħti millAġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Xi tħobb tpinġi l-aktar Naomi? Ara r-regoli tal-logħob f 'paġna 2.

Kitba ta' Daniela Callus Illustrazzjonijiet ta' Naomi Gatt

21


22

Ħarġa Nru 2 Dawn il-paġni huma miġjuba lilkom mid-Dipartiment tal-Malti filMinisteru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ottubru: xahar sinonimu mal-Poeta Nazzjonali tagħna, Dun Karm Psaila

Min kien Dun Karm?

K

armenu Psaila kien tifel bħal tfal oħra. Twieled fit-18 t’Ottubru tal-1871 f’Ħaż-Żebbuġ. Missieru, Filippu, kien baħri u kien ibaħħar ta’ spiss. Fil-fatt it-tfajjel Karmenu qatta’ tfulitu m’ommu, Lunzjata. Trabba fl-ambjent tal-kampanja Żebbuġija, fejn tgħallem iħobb l-annimali, ir-raba’ u n-natura. Ta’ seba’ snin beda l-iskola u kien jieħu gost jilgħab logħba ballun ma’ sħabu. Ta’ erbatax-il sena, Karmenu daħal is-Seminarju Minuri filFurjana. L-għaqal u l-valuri li għaddietlu ommu Lunzjata għenu biex Karmenu jagħżel li jidħol qassis. Sentejn wara beda l-istudji tiegħu fisSeminarju Maġġuri. Ftit wara, meta kellu biss wieħed u għoxrin sena, miet missieru u fid-dwejjaq tiegħu nġabar fit-talb u kompla bl-istudji tiegħu.

Dun Karm kien magħruf għall-karattru ċajtier tiegħu ...

Fis-sena 1894 Karmenu Psaila laħaq qassis flimkien ma’ sħabu s-seminaristi fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fis-Seminarju Dun Karm kien jaqra ħafna kotba bit-Taljan u fil-fatt kiteb bosta versi bit-Taljan. Dun Karm ħareġ l-ewwel ġabra ta’ poeżiji meta kellu ħamsa u għoxrin sena. Fis-Seminarju Dun Karm għallem l-Ingliż, l-Aritmetika u l-Ġografija. Dun Karm kien magħruf għall-karattru ċajtier tiegħu u ta’ spiss kien jinżel jilgħab il-ballun mal-istudenti tas-Seminarju. Kien magħruf ukoll li jdoqq il-mandolina u ġieli ġabar xi studenti biex idoqqu xi biċċa mużika flimkien. Anke f’dan iż-żmien sab ħin biex jikteb il-poeżiji. Sa dan iż-żmien kien għadu jikteb bit-Taljan, lingwa li kien jaf juża tajjeb. Meta kellu tmienja u għoxrin sena mietet ommu. Din kienet telfa kbira wisq għal Dun Karm, li minn dejjem kien qrib t’ommu.

L-ewwel poeżija bil-Malti li kiteb Dun Karm jisimha Quddiem Xbieha tal-Madonna. Din inkitbet fl-1921. Dun Karm baqa’ jikteb bil-Malti biex juri kemm kien kburi li hu Malti u kemm seta’ jesprimi ruħu tajjeb bih. L-imħabba li kellu għal ommu spiss narawha f’ħafna mill-poeżiji li kiteb. Il-poeżiji tiegħu kienu jesprimu wkoll l-imħabba li kellu lejn in-natura u l-ambjent fejn trabba. Dun Karm

kiteb anke fuq il-qerda ambjentali, tfulitu, il-Madonna, l-annimali, Malta, Alla u l-fidi Nisranija.

Dun Karm qatta’ ħajtu mdawwar bil-kotba. Ħadem għal għoxrin sena bħala librar fil-Bibljoteka Nazzjonali, il-Belt. Jibqa’ mfakkar għall-Innu Malti, l-innu nazzjonali tagħna. Kienet is-sena 1921, meta tabib Malti li kien jinsab l-Ingilterra ntalab ikanta l-innu ta’ pajjiżu. Ittabib kien jismu Robert Samut. Dan għaraf li pajjiżu għad m’għandux innu nazzjonali u billi kien iħobb ilmużika malajr kiteb in-noti mużikali tal-Innu Malti. L-innu tant intgħoġob mid-Direttur tal-Edukazzjoni li sab lil Dun Karm u talbu jikteb il-kliem għalih. Dun Karm ħaseb mhux ftit dwar xiex għandu jikteb u flaħħar ħass li għandu jikteb l-innu nazzjonali bħala talba lil Alla għal Malta. L-Innu Malti ndaqq l-ewwel darba fit-Teatru Manoel inqas minn sena wara u sar l-innu nazzjonali fl-1964 meta Malta saret pajjiż indipendenti. Dun Karm miet fit-13 t’Ottubru tal1961, ħamest ijiem qabel għalaq disgħin sena. Dan il-personaġġ daqshekk importanti ħadem ħafna favur il-Malti u dejjem saħaq li bħala Maltin għandna ngħożżu lsien art twelidna. Ħallielna poeżiji mill-isbaħ u bis-saħħa tiegħu wrejna lid-dinja li għalkemm aħna żgħar għandna l-lingwa tagħna. Dun Karm Psaila jibqa’ għal dejjem magħruf bħala l-poeta nazzjonali tagħna.

Attivitajiet li jagħtu l-ġieħ mistħoqq lil Dun Karm Għalhekk ma jistax jasal Ottubru u fl-iskejjel tagħna ma niċċelebrawx lill-poeta nazzjonali ta’ pajjiżna.

Waqt assembly speċjali li organizza d-Dipartiment tal-Malti tal-iskola medja Ta’ Paris ingħatat tislima xierqa lil dan il-ġgant letterarju. Xi studenti qraw fatti u kurżitajiet

interessanti fuqu u wara sar kwiżż qasir. Iżjed minn hekk, intwera filmat bijografiku u spiċċajna bilqari ta’ waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu, Lil Malta.

Ritratt: Frank Vincentz / Wikimedia Commons (CC BY-SA 3.0) — immodifikat


23

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Il-Logħba Noli tal-Poeżija minn Stephanie Apap, Kap tad-Dipartiment tal-Malti, il-Kulleġġ Santa Tereża

Illum se ngħaddilkom ftit informazzjoni dwar il-poeżija. Naħseb li l-għalliema tagħkom diġà spjegawlkom it-termini bażiċi li nużaw, bħal ngħidu aħna versi mhux linji u strofi mhux paragrafi. Dan il-kliem jgħinna nagħmlu differenza bejn il-poeżija u l-proża. Forsi midħla wkoll tad-differenzi li hemm bejn il-poeżija tradizzjonali u l-poeżija moderna. Kulħadd jaf x’inhuma regoli. Ċerta li fl-iskejjel tagħkom hemm sensiela ta’ regoli li tridu tobdu, hux hekk? Il-poeżija tradizzjonali nqabbilha ma’ student eżemplari u ubbidjenti. Dan għaliex tobdi r-regoli eżatt. Ikollha versi ndaqs, l-istess tip ta’ strofi u ħafna drabi jkollha skema regolari ta’ rima. Kollox pulit u f’postu. Il-poeżija moderna ftit imqarba. Ir-regoli ma tħobbhomx u tirribella kontrihom. Għalhekk

ikollha versi ta’ tulijiet differenti (vers ħieles), strofi mhux indaqs (ġieli lanqas ikollha tqassim ta’ strofi) u bla rima jew rima ħielsa (mingħajr ebda skema fissa). Imma dawn iż-żewġ tipi ta’ poeżiji mhumiex differenti biss fl-istil u l-metrika tagħhom. Poeżija tradizzjonali tinfluwenza ruħha minn temi u suġġetti taż-żmien ta’ qabel. Ma tesprimix xi ħaġa ġdida imma ġeneralment tirrepeti affarijiet tal-passat. Fuq in-naħa l-oħra, il-poeżija moderna tagħmel sforz biex tkun oriġinali u forsi tappella iktar għall-ħajja u l-isfidi tal-lum. Il-vers ħieles iqarribna iktar lejn il-mod kif nitkellmu u jnaqqas mirriġidità tal-vers tradizzjonali u regolari. Ħafna drabi aħna naqraw biex nifhmu. Meta naqraw il-letteratura jista’ jagħti l-każ li ma nifhmux kollox u minħabba f’hekk inħossuha diffiċli. Irridu nżommu f’moħħna però li l-valur prinċipali tal-letteratura u, b’mod partikolari talpoeżija, jinsab fl-esperjenza jew l-esperjenzi li toffri. Aħna l-qarrejja rridu naqtgħu u nippruvaw nifhmu dak li jkun hemm moħbi fil-poeżija. Qari ħafif u faċli jikxef kollox millewwel. Il-poeżija mhijiex hekk. Hija bħal logħba noli bejnna u l-poeta. Il-poeta jipprova jaħbi l-messaġġi tiegħu billi juża figuri taddiskors differenti u aħna rridu nagħmlu ħilitna biex nikxfuhom u nifhmuhom. U biex nagħmlu dan irridu nipparteċipaw bis-sħiħ fillezzjonijiet tal-letteratura. Niddiskutu, nistaqsu u naqraw. Nawguralkom esperjenzi u vjaġġi mill-isbaħ qalb illetteratura Maltija.

Ritratt: efesenko - stock.adobe.com

eżież studenti, it-tagħlim tal-Malti fissentejn tal-iskola medja jlaqqagħkom ma’ aspett mill-isbaħ tal-lingwa tagħna: il-letteratura. Filprimarja forsi qrajtu jew smajtu xi taqbiliet ħfief u skoprejtu x’inhi r-rima, imma issa li qegħdin tikbru bdejtu tistudjaw il-letteratura f’iktar dettall. Il-letteratura hija waħda mill-fergħat talarti u, bħal kull forma oħra tal-arti (il-mużika, iż-żfin u t-tpinġija), hija miftuħa għal interpretazzjonijiet differenti. Kulħadd jirrispondi bil-mod tiegħu skont il-burdata u l-esperjenzi li jkun għadda minnhom. Fil-fatt hawn min jgħid li l-letteratura hija taħlita ta’ emozzjonijiet u iktar ma naqrawha iktar niskopru affarijiet li jogħġbuna jew idejquna fiha.

Sessjonijiet edukattivi fil-Palazz tal-Inkwiżitur

M

atul ix-xahar ta' Novembru gruppi differenti tal-Malti tas-Seba' Sena kellhom opportunità tad-deheb. Dan għaliex żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu u setgħu jaraw diversi affarijiet u mkejjen interessanti, fosthom: il-Kamra tal-Kardinali u t-Torturi, drappijiet u għodod antiki, ċelel, kif ukoll sensiela ta' sorsi primarji li jorbtu mal-etnografija, jiġifieri dak li jagħmilna intrinsikament Maltin. Iżjed minn hekk, kellhom iċ-ċans isegwu taħdita informattiva mill-kuratriċi tat-Tessuti tal-Kollezzjoni Nazzjonali, is-Sa Anne Marie, ilibbsu manikini b'kostumi tradizzjonali Maltin, u jinterpretaw skript li kien imħejji minn qabel waqt xi lezzjonijiet tal-Malti. L-istudenti wrew interess, tgħallmu f'kuntest differenti minn tas-soltu u pparteċipaw qatigħ. Ħajr lid-Dipartiment tal-Malti talli għal sena oħra ħa ħsieb jorganizza dawn is-sessjonijiet ferm interessanti u edukattivi għall-istudenti tagħna.


24

Ħarġa Nru 2

Minn bini storiku għal ċentru fejn ix-xjenza ssir esperjenza Hawnhekk ix-xjenza tiġi esperjenzata.

Għaxar snin ta’ Esplora

F

uq l-għoljiet tal-Port il-Kbir, post li darba kien sptar navali storiku nbidel f’ċentru modern fejn ix-xjenza, il-kreattività u l-esplorazzjoni jiltaqgħu. Wara għaxar snin ta’ tkabbir kontinwu Esplora saret spazju fejn it-tagħlim ma jiqafx fil-klassi iżda jkompli permezz tal-esperjenza interattiva u l-kurżità.

Storja li tgħaqqad il-passat mal-futur Il-bini ta’ Villa Bighi għandu storja li tmur lura sas-seklu 17, meta nbena bħala residenza u aktar tard sar wieħed mill-aktar sptarijiet navali importanti fil-Mediterran. Illum il-ħitan li darba raw stejjer ta’ gwerer u fejqan jospitaw wirjiet interattivi u spazji ta’ tagħlim moderni.

Workshops, esperimenti u wirjiet interattivi jgħinu lit-tfal jitgħallmu billi jippruvaw.

Sena mimlija avvenimenti u temi varji Matul is-sena Esplora toffri programm varjat li jgħaqqad ix-xjenza mal-ħajja ta’ kuljum. KurżitàJiem ilaqqa’ professjonisti u żgħażagħ kurjużi, filwaqt li avvenimenti staġjonali bħall-Karnival, l-Għid, Halloween u l-Milied juru kif ix-xjenza tista’ tkun parti millfesti u t-tradizzjonijiet. Is-sajf iġib programm tematiku li jinbidel kull xahar, b’attivitajiet li jkopru suġġetti differenti, mill-klima sal-ħlejjaq preistoriċi, sabiex kull żjara tkun esperjenza ġdida. Wara għaxar snin ta’ evoluzzjoni Esplora saret aktar minn ċentru tax-xjenza - saret komunità ta’ nies kurjużi li jitgħallmu flimkien. Il-missjoni tagħha tibqa’ ċara, li tqanqal ilkurżità u tagħmel it-tagħlim esperjenza li tibqa’ magħna għal ħajjitna kollha.


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Il-Planetarium, tieqa lejn univers akbar Wieħed mill-aktar spazji li jħallu impatt huwa l-Planetarium. Taħt koppla kbira b’teknoloġija avvanzata ta’ projezzjoni 4K il-viżitaturi jistgħu jesperjenzaw vjaġġi kożmiċi immersivi. Films u wirjiet live jgħaqqdu x-xjenza mal-istorytelling, filwaqt li stazzjonijiet interattivi jintroduċu kunċetti bħall-istruttura tal-univers u l-ħajja lil hinn mid-dinja tagħna.

Tagħlim li ma jibqax fuq il-karta

Xjenza li tasal fil-komunità

Fil-qalba ta’ Esplora hemm il-filosofija li t-tagħlim għandu jkun interattiv. Minflok sempliċiment jaraw jew jisimgħu t-tfal u l-adulti jiġu mistiedna jesperimentaw u jesploraw. Workshops hands-on u aktar minn 200 wirja interattiva jippermettu lillviżitaturi jifhmu x-xjenza b’mod simplifikat.

L-impenn ta’ Esplora ma jiqafx fil-bini tagħha. Matul l-2026 it-tim qed iżur iċ-ċentri tal-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex, fejn iwasslu attivitajiet hands-on u diskussjonijiet ta’ interess għal kulħadd. Dawn l-inizjattivi jagħmlu x-xjenza aktar aċċessibbli u jsaħħu r-rabta bejn iċ-ċentru u l-komunità.

Dan l-approċċ jgħin biex suġġetti kumplessi jsiru aktar faċli u jagħti lill-istudenti sens ta’ involviment li diffiċli jinkiseb fil-klassi.

Adulti minn €12 Tfal u studenti minn €10 Tfal taħt is-sentejn b’xejn Skonti għall-gruppi

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ APPLE AIRPODS PRO 3

Għidilna xi tfisser il-kelma

STEAM Ara r-regoli tal-logħob f 'paġna 2.

25


26

Ħarġa Nru 2

ECMT: Il-laqgħa f’Malta u t-tnedija tas-sistema diġitali f’Pariġi Kitba ta' Laura Galea Assistant Manager, Taqsima għas-Sostenibbiltà, id-Diġitalizzazzjoni u l-Affarijiet Internazzjonali, Transport Malta

X’inhi l-ECMT?

Il-punti ewlenin

Għan-negozji u t-trasportaturi dan ifisser:

Il-liċenzji tal-ECMT jinħarġu mill-Forum Internazzjonali tat-Trasport, organizzazzjoni fi ħdan l-OECD, u jintużaw mit-trasportaturi li jġorru l-merkanzija fil-kuntest usa’ Ewropew, li jestendi mill-Portugall sal-Ażerbajġan u jinkludi 43 pajjiż differenti. Il-Marokk mistenni jingħaqad mal-grupp is-sena d-dieħla, filwaqt li Malta ilha membru tal-ECMT mill-2002.

It-tnedija li ġejja tas-sistema tal-liċenzja diġitali tal-ECMT, imħejjija mis-sottogrupp tad-diġitalizzazzjoni mmexxi minn Malta, timmarka era ġdida fl-infrastruttura interoperabbli.

It-tneħħija tal-burokrazija fiżika: Is-sistema l-antika tal-permessi u l-kotba tal-karta li jkunu abbord hija sostitwita minn proċess diġitali li fih it-trasportaturi jużaw kodiċi QR għall-permessi u jirreġistraw il-vjaġġi online.

Moduli diġitali li jissimplifikaw il-konformità filwaqt li jibnu l-fiduċja u l-effiċjenza transkonfinali.

Parteċipazzjoni attiva mill-pajjiżi membri tal-ECMT, li jippromwovu l-innovazzjoni kollaborattiva.

Żieda fl-effiċjenza: It-trasportaturi se jesperjenzaw inqas stennija u pproċessar aktar mgħaġġel billi jaqilbu għal sistema kompletament diġitali, li tippermettilhom jiffokaw aktar riżorsi fuq l-attivitajiet ewlenin.

Proċessi standardizzati: Is-sistema l-ġdida tiżgura li t-traċċar u l-proċeduri huma standardizzati fil-pajjiżi parteċipanti kollha, u b’hekk jinħoloq ambjent aktar konsistenti u prevedibbli għat-trasport internazzjonali bit-triq.

Il-Grupp dwar it-Trasport bit-Triq (RTG) jirregola u jiżviluppa din is-Sistema ta’ Kwoti Multilaterali tal-ECMT, li permezz tagħha jinħarġu u jiġu mmaniġġjati l-liċenzji. Dan il-grupp jirrapporta fuq bażi annwali lis-Summit tal-Ministri tal-ITF, li jsir f’Mejju fil-Ġermanja.

L-irwol ta’ Malta Malta kienet tuża aktar il-liċenzji tal-ECMT, sakemm saret parti mill-Unjoni Ewropea, peress li l-operazzjonijiet kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq mal-kontinent setgħu jsiru biss bl-użu ta’ dawn il-liċenzji. Minn dakinhar id-domanda missettur naqset, għalkemm dan l-aħħar qed naraw interessi ġodda f’operazzjonijiet lejn it-Turkija, is-Serbja u pajjiżi ġirien oħra. L-inklużjoni talMarokk, u eventwalment pajjiżi oħra tal-Afrika ta’ Fuq, fis-sistema tal-liċenzjar tista’ toffri wkoll opportunitajiet ġodda lit-trasportaturi li joperaw lejn dawn il-pajjiżi. Bħalissa nafu b’interessi u rabtiet eżistenti mat-Tuneżija u possibilment l-Alġerija. Barra minn hekk l-Inġinier Ronald Attard Pullicino f’isem Malta ħa rwol ewlieni fi ħdan l-RTG, bħala viċi president mill-2017 u bħala president tas-sottogrupp fi ħdan l-RTG inkarigat mid-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-ECMT. Dan il-proġett jinsab fl-istadji finali tiegħu u s-sistema diġitali daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2026.

Il-laqgħa f’Malta Fl-Aula Magna, sala ikonika tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta, Transport Malta u l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi ospitaw laqgħa storika tal-Grupp ta’ Ħidma tal-ECMT li ffukat fuq it-trasformazzjoni diġitali u l-kooperazzjoni internazzjonali fit-trasport bit-triq. Matul jumejn delegati minn madwar l-Ewropa u l-Asja Ċentrali ltaqgħu biex jesploraw soluzzjonijiet ta’ mobilità intelliġenti.

Fil-ftuħ tal-avveniment il-Ministru tat-Trasport ta’ Malta enfasizza li “l-futur tat-trasport mhux biss tekniku – huwa uman. Huwa dwar il-ħolqien ta’ sistemi li jagħtu s-setgħa linnies, jiftħu l-ekonomiji, jipproteġu l-pjaneta u jgħaqqdu l-komunitajiet.” Malta saħħet ir-reputazzjoni tagħha bħala forza ewlenija fit-tiswir ta’ riformi kuraġġużi tal-politika u prattiċi li jgħaqqdu n-nazzjonijiet permezz tal-mobilità.

Għall-gvernijiet u l-awtoritajiet •

Trasparenza u standardizzazzjoni mtejba: L-awtoritajiet jiksbu ħarsa ġenerali aktar trasparenti tal-operazzjonijiet tat-trasport bi proċeduri diġitali standardizzati fil-pajjiżi membri kollha.

Ġestjoni tad-dejta mtejba: Il-pjattaforma diġitali sservi bħala l-unika għodda għallimmaniġġjar tal-permessi tal-ECMT, u b’hekk din tissimplifika d-dħul tad-dejta u r-rappurtar.

Appoġġ għas-sostenibbiltà: Il-bidla għassistema diġitali hija parti minn sforz usa’ biex tiġi promossa mobilità aktar sostenibbli fi ħdan l-ekosistema tat-trasport.

Iktar sigurtà: Il-liċenzji diġitali huwa virtwalent impossibbli li jkunu ffalsifikati, mentri dawk fiżiċi, anke jekk jużaw teknoloġiji avvanzati tas-sigurtà, dejjem jistgħu jkunu mbagħbsa jew iffalsifikati.

It-tnedija tas-sistema diġitali Is-sistema diġitali l-ġdida tal-ECMT se tkun ta’ benefiċċju għall-pajjiżi membri billi tissimplifika l-operazzjonijiet permezz tal-permessi diġitali (bil-kodiċi QR) u l-kotba li jkunu abbord online, u dan inaqqas id-dipendenza mill-burokrazija fiżika. Din il-modernizzazzjoni żżid it-trasparenza u l-istandardizzazzjoni tal-proċeduri, ittejjeb l-effiċjenza għat-trasportaturi billi tnaqqas ilħinijiet tal-istennija u trawwem sostenibbiltà u sigurtà akbar fis-settur tat-trasport.

Kif issemma qabel, is-sistema taddiġitalizzazzjoni tal-ECMT saret possibbli grazzi għall-inġinier Malti li huwa wkoll id-Direttur għall-Unità tas-Sostenibbiltà, id-Diġitalizzazzjoni u l-Affarijiet Internazzjonali fid-Direttorat tatTrasport fuq l-Art fi Transport Malta. Aħna minn hawnhekk nixtiequ nawgurawlu għal dan irriżultat li kiseb. It-tnedija uffiċjali saret fil-5 ta’ Diċembru fil-Kwartieri Ġenerali tal-OECD f’Pariġi. Ibqgħu segwuna għal aktar aħbarijiet interessanti u edukattivi minn Transport Malta.


27

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Iċ-ċerv li jinbaħ

minn Rita Saliba

M

in jaf kemm rajna xbihat tagħhom fuq kartolini tal-Milied jiġbdu slitta ppakkjata bir-rigali jew f’xi film tal-cartoons fuq it-televixin. Iċ-ċriev huma annimali ħelwin, b’ħarsa kważi maħsuda, mistħijin mill-bniedem. Il-familja Cervidae tinkludi ħafna speċi mqassma madwar id-dinja. Dawn huma l-gruppi ewlenin: Cervinae (ċriev veri) – bħar-red deer, ilfallow deer, is-sika deer, il-muntjac deer u l-elk; Capreolinae (ċriev tal-Amerka u oħrajn) – bħall-white-tailed deer, il-moose, ir-reindeer u r-roe deer. Dawn huma biss eżempji, għax madwar id-dinja jinstabu madwar 40 speċi differenti. Każ kurjuż huwa dak tal-muntjac deer. Dan iċ-ċerv huwa wieħed mill-iżgħar u jiġi millaktar speċi antika ta’ ċriev. Il-karatteristiċi fiżiċi tiegħu jiddistingwuh minn speċi oħra ta’ ċriev. Dawn iċ-ċriev ma jikbrux aktar minn kelb żgħir – madwar 40-50 ċm għoli. Ikollhom kulur kannella fis-sajf li jsir aktar griż fixxitwa. L-irġiel ikollhom par qrun qosra qishom żewġt ixfar twal ta’ madwar 10 ċm. Ħafna speċi ta’ ċriev muntjac ikollhom snien twal (canines), li joħorġu ’l barra, speċjalment fl-irġiel. Jissejħu “barking deer” għax jagħmlu ħoss bħal kelb jinbaħ meta jkunu maħsudin jew imbeżżgħin. Huma pjuttost annimali solitarji – ġeneralment jgħixu waħedhom u joħorġu billejl jew filgħodu kmieni. Jgħixu f’żoni bil-ħaxix għoli jew l-arbuxelli biex jinħbew faċilment u huma territorjali ħafna, jiġifieri dejjem jirritornaw lejn l-istess żona, anke jekk jitkeċċew mill-bniedem. Oriġinarjament ġew mill-Asja t’Isfel u taxXlokk. Xi speċi ġew introdotti fl-Ingilterra u Franza u issa hemm popolazzjonijiet selvaġġi hemmhekk.

Kurżitajiet oħra xjentifiċi Ix-xjentisti ma jiqfux jistudjaw lil dawn l-annimali. Il-muntjac deer għandu varjazzjoni kbira fil-kromożomi – minn 6 sa 46 skont l-ispeċi – li tagħmlu importanti ħafna fir-riċerka ġenetika. Jistgħu jirriproduċu matul is-sena kollha u għandhom perjodu ta’ tqala relattivament qasir.

Ngħinu lit-tfal madwar id-dinja L-istorja tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu

Min ser jieħu ħsieb dawn it-tfal? Dun Ġorġ Grima

Min kien Dun Ġorġ Grima? Dun Ġorġ Grima kien saċerdot missjunarju li ħadem bla waqfien

biex jgħin tfal orfni u vulnerabbli. Wara li ġie ordnat saċerdot beda l-missjoni tiegħu filBrażil fl-1977 u waqqaf il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu fl1987.

Taf x'inhu l-Moviment Missjunarju Ġesù filProxxmu? F’ħafna pajjiżi madwar id-dinja hemm tfal li m’għandhomx dar, biżżejjed ikel jew skola fejn jitgħallmu. Għalhekk inħoloq grupp speċjali jismu Ġesù fil-Proxxmu biex jgħin lit-tfal filbżonn!

Min beda dan il-moviment? Ġesù fil-Proxxmu twaqqaf minn saċerdot qalbu tajba minn Għawdex jismu Dun Ġorġ Grima. Huwa xtaq jgħin lit-tfal foqra f’postijiet bħall-Brażil, l-Etjopja u l-Kenja. Peress li ma setax jagħmel dan waħdu, waqqaf dan il-moviment biex innies jingħaqdu flimkien u jgħinu. Qassis li kien jismu Dun Ġorġ Grima minn Għawdex kien mar missjunarju l-Brażil. Kien jiltaqa’ ma’ ħafna tfal foqra li kienu jgħixu fit-triq. Beda jgħinhom. Wara xi żmien marad u kellu jerġa’ jiġi lura Malta. Imma baqa’ jaħseb fuqhom. Kien jgħid: "Min ser jieħu ħsieb dawn it-tfal?" Beda jiġbor il-flus biex jibgħathom hemm sabiex dawn it-tfal ikollhom fejn joqogħdu, jieklu u jitgħallmu. Ftit wara, eżattament 37 sena ilu, waqqaf il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, għax kif qal Ġesù: "Dak li tagħmlu maliċken wieħed qed tagħmluh miegħi."

Matul ħajtu waqqaf aktar minn 200 orfanatrofju u bosta skejjel, u kompla jwettaq proġetti ta’ karità f’diversi pajjiżi. Meta miet fl-2017

X’jagħmel il-moviment? Il-moviment jibni orfanatrofji, skejjel, u jipprovdi ikel, mediċina u ilma nadif lil eluf ta’ tfal. Illum Ġesù fil-Proxxmu jieħu ħsieb it-tfal f’aktar minn 200 orfanatrofju f’dawn il-pajjiżi!

Jagħtu lit-tfal post sikur fejn jgħixu

Jiżguraw li jkollhom l-ikel kuljum

Jgħinuhom imorru l-iskola

Jipprovdu tobba u mediċina meta jkunu morda

Kif tista’ tgħin? Il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu jiddependi middonazzjonijiet mingħand nies qalbhom tajba. Il-familji jistgħu jagħtu donazzjoni biex jgħinu tifel jew tifla jmorru l-iskola jew ikollhom ikel għal sena sħiħa. Xi nies saħansitra ‘jadottaw’ tifel billi jgħinu fil-pagamenti għalledukazzjoni u s-saħħa tiegħu! Żur il-website fuq biex tkun tista’ tgħin.

Anke ġesti żgħar ta’ ġentilezza jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ xi ħadd! gesufilproxxmu.com

ħafna nies ħassewh, iżda l-moviment baqa’ għaddej taħt id-direzzjoni ta’ Dun Alex Cauchi, li jkompli jassigura li dawn it-tfal jirċievu l-għajnuna meħtieġa.


28

Ħarġa Nru 2

Raqdit li sieq i

Flus fil-mowbajl tiegħek!

I

mmaġina r-reazzjoni tan-nies ftit għexieren ta’ snin ilu kieku xi ħadd qalilhom li llum nużaw il-mowbajl prattikament għal kollox: għal-logħob, għat-tagħlim, għaxxiri online, biex nieħdu r-ritratti… u iva, anke biex inħallsu! Bla ebda kartiera, mingħajr il-bżonn li tiġbed il-flus mill-bank, u mingħajr il-bżonn li tiċċekkja l-bqija li jtik tal-ħanut. Għal dak iż-żmien din kienet tkun xi xena minn film tal-fantaxjenza! Imma kif taħdem eżattament issistema tal-pagamenti tal-mowbajl? X’inhu e-wallet? E-wallet huwa kartiera diġitali sikura. Minflok iġġorr il-flus talkarti jew il-muniti, il-mowbajl iżomm l-informazzjoni bankarja tiegħek protetta. Meta trid tħallas sempliċiment titteppja l-mowbajl mal-magna li jkollu tal-ħanut, li jgħidulha “POS”, u lest! Xi tfisser “contactless”? Jekk tara s-simbolu żgħir tal-WiFi fuq l-app tal-pagamenti tiegħek fuq il-card, jew fuq il-POS tal-ħanut, dan ifisser li tista’ tħallas billi titteppja biss. Żomm il-mowbajl jew il-karta tal-bank qrib il-magna u l-ħlas jgħaddi fi ftit sekondi biss.

X’qed jiġri fil-fatt wara l-kwinti? Meta tħallas bil-mowbajl, il-mowbajl jibgħat sinjal sikur lillbank tiegħek. Il-bank jiċċekkja jekk għandekx biżżejjed fondi fil-kont tiegħek, japprova l-ħlas u jibgħat konferma biex jinġibdulek il-flus millkont fl-ammont li tkun infaqt għand tal-ħanut, kollox prattikament f’mument wieħed! Faċli iżda ibqa’ għaqli mal-flus! Għalkemm it-teknoloġija tagħmlilna l-ħajja aktar sempliċi rridu noqogħdu attenti xorta waħda. Hawn xi suġġerimenti: • •

Żomm il-PIN sigriet. Iċċekkja tajjeb l-ammont li trid tħallas qabel ma titteppja. • Illokkja l-mowbajl meta tieqaf tużah. Kun għaqli, anke meta tuża teknoloġija smart! Tinsiex: għalkemm ma tarax il-flus ħirġin mill-but tiegħek, meta tħallas bil-mowbajl xorta waħda qegħdin jonqsu l-flus mill-kont bankarju tiegħek.

www.mfsa.mt

www.maltalibraries.gov.mt

Jum Dinji tal-Ktieb

F

l-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, Malta Libraries qed torganizza attività kulturali u edukattiva li se tittella’ nhar il-25 ta’ April 2026, bil-għan li tippromwovi l-qari u ssaħħaħ l-apprezzament lejn il-letteratura fost it-tfal u l-familji. It-tema magħżula għal din l-attività hija Il-Wizard of Oz, xogħol

letterarju klassiku li ġie ppubblikat għallewwel darba fl-1900 u li fl-2025 fakkar il-125 anniversarju tiegħu. Din it-tema toffri opportunità ideali biex jiġu esplorati l-valuri tal-immaġinazzjoni, il-kuraġġ u l-ħbiberija permezz tal-qari. Il-programm talġurnata jinkludi numru ta’ attivitajiet ippjanati apposta, fosthom face painting ispirat

mill-karattri ewlenin tal-istorja, kif ukoll qari animat mill-ktieb The Wizard of Oz, sabiex it-tfal ikunu jistgħu jinteraġixxu mal-istorja b’mod kreattiv u parteċipattiv. Din l-inizjattiva tifforma parti millimpenn kontinwu ta’ Malta Libraries biex toffri esperjenzi ta’ tagħlim informali u ta’ kwalità fi ħdan illibreriji pubbliċi.

!

Ġieli kont q tagħmel il-ho ed bilqiegħda fu mework, waħda taħtek q is-siġġu b’sieq u l-oħra mden dla? Imbagħad jgħ a jt u lek bie x tmur tqum tiġri… im tie m a si eq waħda tħo kol, tqila, qisha m ssha h tnemnim fiha ix hemm, jew tħoss bħal . Tkun raqdet! Meta jiġrilek he kk iddum ftit ma terġa’ tibda tħos Għaliex jiġri da s sieqek. n? Imma tassew il-partijiet ta’ ġisim li jaqbdu u jorqdu na jiddeċiedu ? Ajma ħej! Tkun se tieħu sehem sieq waħda tidde f’xi tellieqa u ċiedi li għandha n-ngħas! Ma ġara xejn. D ak kollu tort tannervituri. Dawn in-nervituri hum a bħal wajers irq aq li jgħaddu tul ġisimna kollu . Xogħolhom hu li jgħaddu l-messaġġi lill-m oħħ. Meta toqg ħod bilqiegħda u sie qek tkun mgħaff ġa taħtek tkun qed tagħfas fuq innervituri ta’ sieqe k. Dawk in-nervituri ma jis tgħux jibagħtu messa ġġi lill-moħħ bħalm a s-soltu jagħmlu . Bħal meta tkun waqt telefonata u tinqata’ l-linja . Hekk il-messaġġ ma jasalx. L-istes s sieqek. Ma tista x tibgħat messaġġ lillmoħħ dak il-ħin. Xħin tqum bilwie qfa jew tneħħi sieqek m inn taħtek, in-nervituri ma jib qgħux mgħaffġin u ftit ftit tibda terġa’ tħoss sieqe k. Jista’ jkun li jkollok ħafna tn emnim jew bħal labar żgħar inig gżu u ġieli tweġ ġa’ ftit. Imma bil-m od il-mod sieqe k terġa’ tiġi għal li kienet u l-uġigħ jew it-tingiż jitlaq. Għalhekk mhux ta’ min jinkwieta fuqha din il-ħaġa . Importanti li meta noqogħdu bilqiegħda noqogħdu daha rna dritt u saqajna quddie mna. U attenti li ma tgħa ffġux nervituri għalxe jn!


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

29

Ritratt: Lorella Castillo - Festivals Malta

Ċelebrazzjoni tal-mużika Maltija!

I

x-xahar ta’ Marzu sar sinonimu ma’ wieħed mill-ikbar festivals lokali li jiċċelebra l-mużika Maltija. Mużika Mużika, li huwa organizzat minn Festivals Malta fuq tlett ijiem, huwa festival li jiċċelebra mhux biss il-lingwa Maltija, iżda wkoll il-kanzunetti u l-kompożizzjonijiet bilMalti. F’dan il-festival jikkompetu 16-il kantant lokali b’kanzunetta oriġinali, fejn jiġu akkumpanjati live millMalta Philharmonic Orchestra.

Imma x’jagħmel dan il-festival daqstant speċjali? Mużika Mużika joffri pjattaforma lill-artisti lokali biex jesebixxu l-mużika tagħhom, filwaqt li jagħti l-importanza li jistħoqqilha l-kanzunetta Maltija. Mużika Mużika huwa magħruf ukoll għas-Serata tal-Klassiċi, li dejjem issir fit-tieni lejl tal-festival. Waqt din is-serata mhux kompetittiva, l-artisti jingħaqdu ma’ bosta kantanti stabbiliti u jinterpretaw kanzunetti klassiċi bilMalti li jħallu sens ta’ nostalġija fost dawk kollha li għandhom il-mużika Maltija għal qalbhom.

Apparti l-ispettaklu li jgawdu l-udjenzi fuq il-palk, Mużika Mużika jinvolvi wkoll sigħat twal ta’ ħidma minn diversi professjonisti minn kwalunkwe aspetti. Dawn jinkludu l-produzzjoni tal-festival innifsu, ittekniċi tad-dawl u s-sound, id-direzzjoni tax-xandira televiżiva, il-bennejja tal-palk u s-sett, l-istaff tal-backstage, l-istilisti taxxagħar u l-artisti tal-makeup, it-tim tar-reklamar, u mijiet ta’ ħaddiema oħra li jingħaqdu biex jagħmlu dan il-festival wieħed tassew uniku. Mużika Mużika se jsir fuq tlett ijiem fid-19, l-20 u l-21 ta’ Marzu live millMFCC, Ta’ Qali. Il-festival se jixxandar ukoll fuq it-televiżjoni fid-9 pm. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur is-sit www.muzikamuzika.mt. Ritratt: Camille Fenech - Festivals Malta


30

Ħarġa Nru 2

Annimali atturi

minn Rita Saliba

Iż-żiemel li baqa’ famuż

D

awk fostna li jħobbu l-annimali żgur li xi darba raw xi film li fih l-eroj tal-istorja kien annimal. Film li mess il-qlub ta’ ħafna nies huwa War Horse, li ħareġ fl-2011, tad-direttur Steven Spielberg, direttur magħruf tal-films, li addatta l-film mir-rumanz ta’ Michael Morpurgo. Dan l-awtur kiteb ’il fuq minn 100 ktieb għat-tfal u ħafna kotba li kiteb għandhom annimal bħala l-karattru prinċipali jew l-eroj. Ħafna huma tal-fehma li War Horse huwa wieħed mill-aħjar kotba li kiteb Morpurgo. Il-parti prinċipali fil-film War Horse kienet interpretata minn żiemel jismu Joey, iżda fil-verità dan il-karattru ġie interpretat minn diversi żwiemel differenti, kull wieħed magħżul skont ix-xena u l-ħiliet meħtieġa. Kienu tim ta’ madwar għoxrin żiemel li ħadmu flimkien biex joħolqu l-illużjoni ta’ protagonist wieħed.

battalja; żwiemel “eroj” – dawk li dehru fi close-ups intgħażlu għall-espressjoni u l-kalma tagħhom, kif ukoll intużaw doubles speċjalizzati, għal xeni li kienu jeħtieġu ħiliet speċifiċi bħal qabżiet jew movimenti koreografiċi.

Il-film jittratta vjaġġ emozzjonanti ta’ żiemel jismu Joey matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Biex jaddattaw għall-istorja u l-varjetà tax-xeni – mill-ħajja f’razzett salkamp tal-battalja – kien impossibbli li żiemel wieħed iwettaq kollox b’mod sikur u realistiku. Għalhekk il-produzzjoni għażlet żwiemel differenti, kull wieħed b’saħħtu f’qasam partikolari. Intgħażlu żwiemel għall-azzjoni – f’xeni ta’ ġiri, f’movimenti mgħaġġla u f’sekwenzi ta’

Spielberg ried li l-film ikun kemm jista’ jkun realistiku iżda fl-istess ħin ried li ż-żwiemel jiġu ttrattati tajjeb u b’rispett. Għal dan il-għan kien hemm tim ta’ trainers professjonali fuq is-sett il-ħin kollu. Kull xena kienet ippjanata b’mod metikoluż biex ġew evitati r-riskji u l-inċidenti għaż-żwiemel, u ntużaw effetti speċjali u tekniki ċinematografiċi biex jissostitwixxu xeni perikolużi.

Wieħed mill-aktar żwiemel magħrufa li interpretaw lil Joey kien Finder, żiemel li kien diġà deher fi produzzjonijiet oħra u kien magħruf għall-intelliġenza u l-kalma tiegħu quddiem il-kamera. Minkejja li ismu ma jidhirx fil-kretti uffiċjali, ħafna intervisti tal-ekwipaġġ isemmu lil Finder bħala wieħed mill“eroj” tal-film.

Mawra fl-ispazju… Aħsibha sew!

J

ekk qed tippjana li xi darba tmur fuq xi vjaġġ lejn l-ispazju kun ċert li taħsibha sew! Tajjeb tkun taf li mhux talli hu proċess diffiċli iżda anke jista’ jħallilek effetti mhux daqstant sbieħ fuq saħħtek.

L-ewwel nett hemm fuq il-livell ta’ radjazzjoni hu ħafna ogħla minn dak fuq id-dinja. Allura tista’ tkun espost għal possibiltajiet ikbar ta’ mard terminali u mard tal-qalb. Barra minn hekk, fuq pjaneti bħal Mars il-gravità hi differenti minn dik tad-dinja, li jikkawża tfixkil fl-orjentazzjoni, diffikultajiet fil-koordinazzjoni tal-movimenti u nuqqas ta’ bilanċ. F’dawn iċ-ċirkostanzi mingħajr il-gravità tad-dinja l-għadam jitlef mid-densità, il-muskoli jitilfu millmassa tagħhom u l-ispina taddahar tista’ titwal.

minn Melvin Farrugia

Peress li l-ġisem ikun imdendel fl-arja l-likwidi fil-ġisem ukoll iġibu ruħhom differenti, billi tiżdied il-pressjoni fuq l-għajnejn u anke tiżdied il-possibbiltà ta’ attakki tal-ġebla. Minħabba dan kollu l-istudji l-ħin kollu għaddejjin, fosthom minn aġenziji bħan-NASA, li jaraw kif qabel ma jintbagħtu l-astronawti fl-ispazju jtejbulhom il-kundizzjonijiet li jgħixu fihom hemm fuq. Fl-istess waqt, meta jirritornaw jieħdu ħsieb jerġgħu jagħtuhom riabilitazzjoni kif suppost.

Il-produzzjoni kienet tant metikoluża li l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien talannimali faħħru l-film għall-istandards għoljin tiegħu. Il-karattru ta’ Joey sar ikoniku mhux biss minħabba l-istorja tiegħu iżda wkoll minħabba l-mod kif il-film irnexxielu juri l-emozzjonijiet tiegħu. Il-kontribut ta’ dawn iż-żwiemel kollha flimkien ħoloq wieħed mill-aktar karattri memorabbli fiċ-ċinema moderna.


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Is-sejħa li salvat

D

arba kien hemm tifel jismu Sam li kien iħobb ħafna l-annimali. Kull darba li kien jara kelb jew qattus fit-triq kien jitbissem u jgħid, “Ara xi ħlew!” Ġurnata waħda, waqt li kien sejjer lura d-dar mill-iskola, Sam ra qattus żgħir ħdejn bankina. Il-qattus ma kienx qed jimxi sew. Kien jidher midrub u mbeżża’. Sam waqaf u ħass qalbu tħabbat bil-paniku.

“X’nista’ nagħmel?” staqsa lilu nnifsu.

Sam ftakar f’xi ħaġa importanti li kienet spjegatilhom l-għalliema xi ġimgħat qabel:

“L-annimali ma jistgħux jitkellmu. Ma jistgħux jitolbu l-għajnuna. Għalhekk għandhom bżonn lilna.”

Sam ħares madwaru u ra mara qrib tiegħu. Mar ħdejha u qalilha, “Skużi, nista’ nuża

l-mowbajl tiegħek? Hemm qattus midrub.” Il-mara qaltlu iva, tatu l-mowbajl u Sam ċempel 153 ext 17.

“Hello,” qal Sam bil-mod. “Hawn qattus midrub. Għandu bżonn l-għajnuna. Qiegħed fi Triq il-Ward, ir-Rabat, ħdejn il-ħanut tal-ħelu.” Il-persuna fuq it-telefown semgħetu u staqsietu ftit mistoqsijiet. Sam qallu fejn kien eżatt u x’kien qed jara.

“Prosit talli ċempilt,” qallu. “Ibqa’ hemm u stenna mal-qattus. Se niġu bl-ambulanza tal-annimali.” Sam qagħad bilqiegħda ħdejn il-qattus, prova jagħtih ftit ilma u ftit wara waslet l-ambulanza tal-annimali u ħadet il-qattus għall-kura. Dakinhar Sam tgħallem li tifel żgħir bħalu wkoll jista’ jsalva ħajja b’sempliċi telefonata f’waqtha. Jekk tara annimal midrub ċempel 153 ext 17, għid l-isem tat-triq u l-lokalità u oqgħod stenna.

Ftakar:

Sejħa waħda tista’ ssalva ħajja għax l-annimali m’għandhomx vuċi… imma int għandek.

31


KUN EROJ 32

Meta tara annimal fil-periklu, marid jew midrub...

Agħtih l-ewwel għajnuna! ĊEMPEL Telefonata tista' ssalva EXT 17 ħajja!

153

153 (ext. 17)

Disponibbli 24 siegħa kuljum

Ħarġa Nru 2


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Ġurnal Ħarġa Nru 2 by arthouse - Issuu