Ekonomija 8

Page 1

#08

3 ta’ Lulju 2021

Il-Greylisting tal-FATF għaliex u xi jf isser? p3 | Is-Settur Turistiku p9 | L-istrateġija tal-Gvern 2021 – 2031 p15

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

L

-aħbar ta’ ftit jiem ilu li l-FATF poġġiet lil Malta fillista l-griża ħawdet bosta mħuħ tant li kien hemm min qal li ekonomikament waqgħet iddinja għal Malta filwaqt li oħrajn sostnew li d-deċiżjoni li Malta tpoġġiet taħt skrutinju qawwi mhux se jkollu effett dirett immedjat fuq diversi setturi li joperaw fl-ekonomija Maltija. It-tieni argument joħroġ ċar minn dak li stqarrew Aġenziji ta’ Kreditu awtorevoli li lkoll saħqu li f’dawn l-aħħar snin pajjiżna għamel passi kbar bir-riformi li wettaq kontra l-ħasil tal-flus, l-attivitajiet li jiffinanzjaw itterroriżmu u l-evażjoni tat-taxxi. F’dan ir-rigward diġà saret ħidma amministrattiva biex din il-prassi ta’ dikjarazzjonijiet mhux reali tkun indirizzata bl-iktar mod qawwi. Kumplimentari għal din hemm ukoll l-impenn li jinqatgħu l-abbużi jew aħjar, il-frodi f’dawk li huma benefiċċji soċjali tant li minn dak li ġie rappurtat diġà nqabdu 2,243 persuni li bejn is-snin 2018 u 2020 bejniethom iffrodaw lidDipartment tas-Servizzi Soċjali aktar minn €7 miljuni. Imma f’dan kollu, l-iktar li jagħmel sens għall-andament ekonomiku ta’ Malta hu dak li sostniet l-aġenzija ta’ kreditu Amerikana, Fitch Ratings li stqarret li tistenna li l-impatt totali tat-tpoġġija ta’ Malta filLista Griża se jkun imċekken bi pjan ta’ miżuri ta’ kontingenza u wkoll bis-saħħa finanzjarja li għandhom il-banek lokali. F’dan il-kuntest hemm diġà l-garanzija tal-Prim Ministru lin-negozji leġittimi fis-sens illi dawn m’għandhomx għalfejn jinkwetaw mill-ħidma Gvern li ma jittollerx iktar abbużi. Dan il-ħidma tal-Gvern tirrifletti l-impenn diġà dikjarat mal-FATF illi se jiġu indirizzati mingħajr dewmien id-defiċjenzi misjuba bl-ikbar ħidma se tkun kontra l-evażjoni tat-taxxa u kontra s-sistemi użati biex jiġu maħsula u mnaddfa flus li jkunu daħlu minn attivitajiet illeċti. Kemm dan kollu qed jittieħed bisserjetà u kemm verament qed jiddaħħlu iktar miżuri jidher millinvestiment kbir li diġà sar u se jkompli jsir fl-istituzzjonijiet bħalma huma l-FIAU u l-MFSA li qegħdin hemm biex jgħassu kontra l-ħasil ta’ flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.