Ekonomija 5

Page 1

#05

27 ta’ Marzu 2021

Il-ġid pubbliku p3 | Riforma tal-liġi tal-kera p7 | L-Ekonomija u l-Psikoloġija p8 | It-tibdil f il-klima u l-ippjanar p17

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

Pass għaqli għassalvagwardja tan-negozji L-istampa finanzjarja għallbiċċa l-kbira tan-negozji hija waħda kkaratterizzata minn inċertezza kbira. Id-dħul naqas, ir-restrizzjonijiet li daħlu fis-seħħ kaġun tal-pandemija komplew iżidu l-ispejjeż, l-imġiba talkonsumatur inbidlet … aspetti li lkoll flimkien se jwasslu għal pass kajman ta’ rkupru ferm aktar milli mistenni. Perspettiva antiċipata wkoll minn stħarriġ riċenti tal-Malta Employers’ Association li jagħmilha ċara li l-pakkett ta’ għajnuna fiskali mill-Gvern linnegozji matul din is-sena se jkun fundamentali għall-ħarsien tal-impjiegi ta’ negozji impattati mill-pandemija. U huwa għaldaqstant f’dan l-isfond partikolari li l-estensjoni tal-miżuri mħabbrin mill-Gvern fil-jiem li għaddew intiżi biex ikomplu jagħtu nifs lil negozji f’kundizzjoni fraġli għandhom jitqiesu bħala pass fid-direzzjoni t-tajba. L-estensjoni tal-perjodu talmoratorju minn massimu ta’ 12-il xahar għal 18-il xahar, l-estensjoni tal-perjodu ta’ differiment tat-taxxa, bil-ħlas jibda jsir minn Mejju 2022, u l-eżenzjoni mit-taxxa fuq ilqligħ kapitali fuq proprjetajiet mibjugħa minn negozji biex titħallas it-taxxa dovuta lillGvern mhux biss huwa pass għaqli iżda fundamentali. Aktar u aktar meta f’April li għadda meta ġiet imnedija ilCovid-19 Guarantee Scheme, amministrata mill-Bank Nazzjonali tal-Iżvilupp, kien hemm l-aspettativi li l-agħar impatt tal-pandemija kien se jkun għadda sal-aħħar tal-2020. Estensjoni ta’ miżuri li mhux biss se sservi ta’ serħan il-moħħ fiddawl tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika mtappna millimpatt tal-pandemija talCovid-19, iżda li se tkun qed tippermetti lin-negozji jiffaċċjaw il-problemi li qed jiffaċċjaw mil-lat ta’ likwidità filwaqt li jissalvagwardjaw il-futur taloperat u l-impjegati tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.