#04
6 ta’ Marzu 2021
Dejn Pubbliku jew Tkabbir Ekonomiku? p2 | Kif taħdem is-sistema tal-Blockchain? p11 | Green Bonds f ’Malta p16
Nota mill-Edituri
Omar Vella
Warren Farrugia
L-ekonomija ħadra… l-importanza tagħha fl-ambitu ta’ ġenerazzjonijiet futuri L-ekonomija ħadra kulma jmur qed tkompli tikber filprominenza tagħha. Dan minħabba li tipprovdi rispons għad-diversi kriżijiet li impattaw lid-dinja matul dawn l-aħħar xhur u snin b’mod partikolari b’rabta ma’ kwistjonijiet jaħarqu bħat-tibdil fil-klima, kriżi tal-ikel, u riċessjonijiet ekonomiċi. Toffri wkoll prspettiva alternattiva għal tkabbir ekonomiku filwaqt li tissalvagwardja l-ekosistema dinjija filwaqt li a pari passu tikkontribwixxi biex tindirizza kwistjonijiet ta’ faqar. Wieħed jinnota b’sodisfazzjon il-proġetti mħabbrin mill-Gvern tul l-aħħar snin f’dan ir-rigward, b’fost l-aktar riċenti l-iskemi l-ġodda tal-pannelli fotovoltajċi, meqjus bħala “l-aktar investiment ambizzjuż” f’dik li hija teknoloġija rinovabbli. Proġetti li jħarsu lejn l-ekonomija ħadra fil-kuntest ta’ żvilupp sostenibbli, li jwasslu għal kwalità aħjar ta’ ħajja, u li jilħqu prijoritajiet importanti fuq livell dinji bħal immaniġġjar aktar effettiv tal-ilma, u aċċess għal sistemi moderni ta’ provvista tal-elettriku. Ekonomija ħadra li żżid irreżiljenza tal-pajjiż fid-dawl ta’ kriżijiet ekonomiċi, titjib mil-lat ta’ saħħa pubblika, u tkabbir sostenibbli u inklussiv li jservi wkoll bħala sors ta’ impjiegi ġodda, b’mod speċjali għallġenerazzjoni żagħżugħa. Ftit li xejn hemm dubju li t-tibdil fil-klima se jkun qed iwassal bidliet fundamentali fuq livell soċjo-ekonomiku, u għaldaqstant neħtieġu li nadattaw mill-aktar fis possibbli għal tali ċirkostanzi. U l-proċess ta’ adattazzjoni m’għandux ikun biss fil-forma ta’ miżuri u proġetti mħabbrin mill-gvernijiet differenti, iżda wkoll f’rispons adegwat millistituzzjonijiet edukattivi li jagħrfu bil-quddiem f’liema oqsma u x’rekwiżiti ta’ kapaċitajiet ġodda jeħtieġ li jitnisslu fil-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.