Skip to main content

Ekonomija 3

Page 1

€0.50

#03

6 ta’ Frar 2021

Bżonn li s-sistema tal-pensjonijiet tevolvi p2 | Riformi Tanġibbli f is-settur tal-kostruzzjoni p4

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

Sena Ġdida Sena ġdida li ġabet magħha sfidi ġodda kif ukoll sfidi li ġarrejna mis-sena li għaddiet. Filwaqt li l-pandemija COVID-19 tibqa’ tisraq ix-xena lokali u globali, pajjiżna msejjaħ jiffaċċja sfidi f’bosta oqsma inkluż dak tal-ambjent, tal-kostruzzjoni, kif ukoll f’dak soċjali. Tassew, Malta fix-xhur li ġejjin se tinidirizza r-riforma tal-pensjonijiet talistat kif ukoll il-liġi li se tirregola l-industrija tal-kostruzzjoni. Il-gvern huwa imsejjaħ ukoll jindirizza b’soluzzjonijiet konkreti niċeċ importanti mill-ekonomija lokali inkluż; it-turiżmu, id-dinja diġitali u innovativa, is-settur finanzjarju kif ukoll is-settur tal-manifattura. Malta hija msejħa ukoll tkompli żżid fir-ritmu tagħha fl-impenn lejn is-settur ambjentali. Dan fl-isfond tal-miri ċari li Malta trid tilħaq sal-2030. Il-Gvern huwa msejjaħ ukoll li joħloq bilanċ ekwu soċjali li bih inaqqas id-disparità bejn il-kbir u ż-żgħir. Disparità li kibret b’mod sostanzjali bl-impatt tal-pandemija. Il-Gvern huwa wkoll imsejjaħ li jipproteġi l-middle-class. Faxxa soċjali tant importanti għal kull ekonomija globali. Pajjiżna jrid iħares mhux biss ‘il ġewwa imma anke ‘l barra u għaldaqstant l-impatt tal-Brexit, it-tibdil fil-Presidenza Amerikana, l-iżviluppi kostanti li qed iseħħu fiċ-Ċina kif ukoll il-kriżi politika f’bosta pajjiżi Ewropej huma ta’ importanza notevoli għal Malta. L-2021 hija tassew sena mimlija sfidi li se tara lill-Gvern Malti jieħu deċiżjonijiet importanti li minnhom jiddependi i;ġejjieni ta’ pajjiżna.


2

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021 Carmen Cachia

BŻONN LI S-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET TEVOLVI Il-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet jippreżenta għadd ta’ konsiderazzjonijiet għall-futur tal-pensjonijiet f’Malta

F’

intervista ma’ David Spiteri Gingell, konsulent malMinisteru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali (MFCS), “Ekonomija” jagħti ħarsa lejn is-sistema preżenti tal-pensjonijiet tal-Istat u jekk dan id-dħul fit-tielet età se jinbidilx jew inkella huwiex sostenibbli għall-pajjiż.

F’popolazzjoni dejjem aktar anzjana, il-Gvern minn sena għall-oħra, ħallas miljuni ta’ Ewro f’pensjonijiet tal-Istat. Mill-grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet tal-2015, il-Gvern implimenta għadd sinjifikanti ta’ miżuri diretti lejn il-pensjonanti li huma f’riskju ta’ faqar fosthom billi bejn l-2016 u l-2020, żied ilPensjoni Minima Nazzjonali Garantita bi €17 filġimgħa. F’Malta, is-sistema tas-sigurtà soċjali testendi lil hinn mill-pensjoni tal-irtirar minħabba li għandna sistema tas-saħħa b’xejn; intitolament għal mediċina b’xejn għas-saħħa kronika u mard ieħor; trasport b’xejn għall-anzjani u vjaġġ b’xejn bil-vapur bejn Malta u Għawdex, fost l-oħrajn. Il-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet għamel tliet reviżjonijiet b’għadd ta’ konsiderazzjonijiet dwar is-solidarjetà, is-sostenibbiltà u l-adegwatezza ta’ din is-sistema. L-età tal-irtirar mhix ippjanata li se tiżdied u mhuwiex magħruf jekk għad jasal żmien li titdaħħal sistema ta’ pensjoni privata, imma li huwa żgur huwa li s-sistema tal-pensjonijiet hemm bżonn tevolvi u dan għandu jsir skont iċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet soċjali tal-pajjiż. Dawn huma r-risposti li Spiteri Gingell ta lil Ekonomija fuq is-suġġett: Tista’ tgħidilna dwar ir-riforma li qiegħda ssir filpensjonijiet u d-dettalji relatati? F’dan l-istadju m’hemm l-ebda riforma tassistema tal-pensjonijiet. Il-Gvern għandu l-mandat tal-att dwar is-Sigurtà Soċjali biex iwettaq reviżjoni dwar is-solidarjetà, is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistema tal-pensjonijiet. It-tielet reviżjoni – it-tnejn preċedenti ġew ippreżentati fl-2010 u fl-2015 – kellha tiġi ppreżentata

sa tmiem l-2020. Ir-rapport, li huwa msejjes fuq sejbiet li għamel il-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet, jippreżenta numru ta’ konsiderazzjonijiet ippreżentati taħt il-ħames prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema tal-pensjonijiet: Definizzjoni ċara tal-għanijiet tas-sistema talpensjonijiet; 1. Sistema tal-pensjoni adegwata u sostenibbli sostnuta minn politika b’saħħitha dwar l-impjiegi; 2. Il-pensjoni tal-istat għandha tikkostitwixxi bażi soda, iżda m’għandhiex tkun l-uniku sors ta’ dħul fl-irtirar; 3. Is-sistema tal-pensjonijiet tiġi soċjalment sostenibbli billi tipprovdi bilanċ ġust bejn il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji bejn ilġenerazzjonijiet; u 4. Biex tibqa’ adegwata u sostenibbli, issistema tal-pensjonijiet teħtieġ li tevolvi u b’mod effettiv twieġeb għall-iżviluppi li jseħħu fit-tul. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma ppreżentati mill-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet għallkonsultazzjoni. Kemm hija reali l-età tal-pensjoni? Hemm xi pjanijiet li tiżdied u jekk iva, kif? Min-naħa l-oħra hemm min isostni li din għandha tonqos. Taħseb li hemm lok biex f’Malta tonqos? Il-kunsiderazzjoni fir-rigward tal-estensjoni taletà tal-irtirar ġiet eskluża fit-termini ta’ referenza ppreżentati lill-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet mill-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal fl-2017. Huwa pertinenti li wieħed jinnota li taħt issistema tal-pensjoni, persuna tista’ toħroġ kmieni mis-sistema jekk għandha 61 sena u għandha 35 sena kontribuzzjonijiet jekk twieldet bejn l-1952 u l-1961; 40 sena jekk twieldet bejn l-1962 u l-1968; u 41 sena jekk twieldet fl-1969 jew wara. Se jkun hemm xi żieda fil-ħlas tal-bolla? Jekk iva, kemm? Il-kunsiderazzjoni fir-rigward taż-żidiet filkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ġiet eskluża fittermini ta’ referenza ppreżentati lill-Grupp tal-Istrateġija

tal-Pensjonijiet mill-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal fl-2017. Taħseb li hemm lok jew bżonn ta’ assikurazzjoni privata li tkopri pensjoni privata? Jekk din issir, se ssir għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar? Il-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet huwa miftuħ għar-rakkomandazzjonijiet imressqa filproċess ta’ konsultazzjoni. Kemm iħallas il-Gvern f’pensjonijiet kull sena u x’inhi l-inqas u l-ogħla rata ta’ pensjoni fix-xahar? B’kollox għal din is-sena ġew ivvutati kważi €850 miljun biex jintefqu fuq pensjonijiet kontributorji u mhumiex. Dawn ilaħħqu madwar tmienja minn kull għaxar ewro allokati għall-benefiċċji soċjali matul is-sena u juru żieda ta’ €266 miljun fuq innefqa fuq il-pensjonijiet fl-2013. Parti mir-raġuni għal din il-qabża fin-nefqa f’dawn is-snin hija li minn sena għall-oħra jikber l-għadd ta’ pensjonanti, iżda l-akbar fattur huwa t-titjib qawwi li seħħ fir-rati tal-pensjonijiet f’dawn l-aħħar snin u li qiegħed ikompli matul l-2021. Ta’ min ifakkar li f’dawn l-aħħar erba’ snin il-pensjonanti bbenefikaw minn żidiet fil-pensjoni li jlaħħqu kważi €11 filġimgħa, li meta tgħaqqad magħhom iż-żidiet li ngħataw għall-għoli tal-ħajja, b’kollox gawdew minn żieda globali ta’ €20.25 fil-ġimgħa. X’kontribuzzjoni qegħdin jagħtu l-ħaddiema barranin fil-fond tal-pensjonijiet? Il-ħaddiema migranti jħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom f’Malta. Dan iżid id-dħul miġbur millGvern mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’Malta se jkollhom is-sehem tagħhom millkontribuzzjonijiet tagħhom imħallsa f’Malta li jitħallsu lura f’pajjiżhom meta jiġu biex jirtiraw. Id-dħul miġbur mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi li jaħdmu f’Malta għal inqas minn 12-il sena jinżamm fil-finanzi nazzjonali ta’ Malta. Bejn l-2010 u l-2018, id-dħul mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali żdied minn €548,000,000 għal €967,000,000 (minbarra l-kontribuzzjonijiet imħallsa minn ħaddiema migranti, din iż-żieda tinkludi wkoll dħul minn kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa minn persuni li twieldu fl-1962 u wara).

David Spiteri Gingell okkupa karigi għolja fil-Gvern, fis-settur privat u barra minn Malta. Huwa kien iċ-‘Chair’ ta’ diversi task forces dwar ir-riforma tal-pensjonijiet bejn l-2004 u l-2012 u membru tal-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet mill-2013.


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

3

L-irwol tal-GWU

fil-ħajja tal-pensjonanti membri X’inhu l-irwol tal-General Workers’ Union? Sa mit-twaqqif tagħha l-għan ewlieni tal-General Workers’ Union kien li tgħin lill-ħaddiema membri tagħha f’kull industrija madwar Malta u Għawdex. Matul dawn is-snin kollha l-Union baqgħet dejjem tkabbar il-fiduċja tagħha malmembri minħabba illi baqgħet dejjem tevolvi maż-żminijiet u mad-dinja tax-xogħol. Il-GWU dejjem tkun minn tal-ewwel biex tressaq proposti ġodda favur il-membri lill-gvernijiet u tibqa’ taħdem sakemm ilftehim aħħari jkun dejjem l-aħjar possibbli. Bħala l-akbar Għaqda talħaddiema u minħabba li matul is-snin ħafna membri filwaqt li baqgħu jagħtu kuntribut baqgħu membri sal-età talirtirar, il-GWU ħasset illi dawn l-individwi ma għandhomx jiġu abbandunati fl-iżjed żminijiet li jista’ jkollhom bżonn għajnuna. Il-pensjonanti jkunu għamlu mill-anqas 30 sena jagħtu servizz lissoċjetà irrelevanti x-xogħol li kellhom u lanqas ħaġa li nistgħu nagħtuhom lura huwa s-sapport tagħna ġaladarba jkollhom bżonn, b’hekk ilGWU ħasset illi għandha tibqa’ tilqa’ lill-pensjonanti bħala membri tagħha u fl-1987 ilGWU waqqfet L-Għaqda talPensjonanti bit-tir illi ttejjeb illivell ta’ ħajjithom.

Għaliex il-GWU hija l-aħjar Union għall-pensjonanti u x’inhuma l-benefiċċji illi tkun membru? Il-GWU hija storja ta’ suċċess minħabba illi baqgħet dejjem miexja maż-żminijiet u minn dejjem qieset lil kulħadd indaqs inkluż il-pensjonanti. Il-GWU ilha involuta fittrejdunjoniżmu kważi 80 sena. Is-snin twal ta’ esperjenza tagħmilha f’pożizzjoni tajba ħafna u tgħin biex flimkien mal-Għaqda tal-Pensjonanti b’mod attiv tgħaddi proposti ġodda lill-gvernijiet għallbaġit. Il-GWU fil-ħsieb u fil-proposti tagħha tara illi l-pensjonanti jibqgħu jgawdu mill-benefiċċji illi jingħataw lill-ħaddiema. Apparti minn hekk b’mod regolari jaħdmu kontinwament fuq l-isfidi u t-talbiet tal-anzjani membri. Dan il-proċess isir kemm malKunsill Nazzjonali tal-Anzjani, mal-Ministeri u l-Awtoritajiet konċernati. Il-ħsieb aħħari tagħna hu li l-anzjani tagħna jibqgħu attivi fis-soċjetà u l-esperjenzi professjonali tagħhom ma jintilfux. Il-mira ta’ din l-Għaqda hija biex ittejjeb il-livell tal-ħajja tal-pensjonanti residenti Malta. Apparti minn hekk ġenerazzjoni wara oħra ta’ pensjonanti komplew iġeddu l-ħidma tal-Għaqda tal-Pensjonanti biex iżommu dejjem ruħhom aġġornati maż-żminijiet u l-Union dejjem għarfet tappoġġjahom.

X’inhuma l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-pensjonanti filħajja ta’ kuljum? Pensjonant irid jgħix fuq il-pensjoni illi l-biċċa l-kbira tintefaq fuq ikel, kontijiet u trattamenti mediċi. Mill-banda l-oħra l-ħajja tibqa’ dejjem togħla u ssir iżjed diffiċli għall-pensjonant. Minħabba l-ħajja mgħaġla li qed ngħixu ħafna drabi l-anzjani jbatu mis-solitudni. Jekk nieħdu s-sitwazzjoni ta’ bħalissa ħafna anzjani qed iħossu l-firda mal-kumplament tal-familji tagħhom. Il-ħsieb u l-għan talgħaqda dejjem kien li l-GWU tibqa’ dar fejn dawn l-anzjani jkomplu jagħtu kontribut għattitjib ta’ soċjetà Maltija. Ħafna anzjani għandhom kontribut kbir x’jagħtu lejn kwalità ta’ ħajja aħjar għalihom u pensjonanti oħra. Ħafna pensjonanti jħossuhom frustrati illi wara snin twal ta’ xogħol ħafna nies jaħsbu li ma fadlilhomx potenzjal. Hawnhekk huwa fejn tidħol il-GWU. Hija żżomm dejjem ruħha aġġornata fuq il-politika tal-anzjanità attiva u pensjonijiet.

Josef Bugeja

Segretarju Ġenerali tal-GWU


4

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

Riformi Tanġibbli fis-settur tal-kostruzzjoni

Tia Reljic

Ir-rapport ta’ inkjesta dwar is-settur tal-kostruzzjoni wara l-mewt ta’ Miriam Pace, offriet opinjonijiet qawwija b’kontenut tajjeb, li iżda huwa l-bażi għal diskussjoni u mhuwiex il-blueprint tal-Gvern. Dan ir-rapport se jgħaddi lil main stakeholders u eventwalment liċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtoritá l-ġdida.

I

nkun qed nitkellem f’isem ħafna nies meta ngħid li wisq nies iddejqu jisimgħu diskors fuq riformi meħtieġa fil-qasam tal-kostruzzjoni. Wara kollox dan hu l-legat ta’ numru ta’ amministrazzjonijiet, kien min kien fil-Gvern. Il-problemi li għexna dawn l-aħħar snin f’binjiet li ġġarfu u li saħansitra wasslu għal mewt ta’ omm ma humiex ħlejqa ta’ deċiżjoni waħda. Huma riżultat ta’ numru ta’ fatturi fosthom il-fatt li l-iżvilupp f’pajjiżna għaddej b’ritmu mgħaġġel u ħafna bini antik tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet beda jitwaqqa’ biex floku jkun hemm bini iżjed modern. Ta’ min ifakkar li kienu madwar ħames persuni li tilfu ħajjithom fl-aħħar għoxrin sena.

M’hemmx dubju illi s-settur tal-kostruzzjoni huwa pilastru importanti għall-ekonomija Maltija. Lanqas hemm dubju li ħadd f’dan il-pajjiż ma jaqbillu li s-settur jieħu xi daqqa ‘l isfel jew li jingħata xokk. Iżda mmur pass oltre. Is-settur tal-kostruzzjoni se jimplodi u jsir insostenibbli jekk ma niħdux l-azzjonijiet meħtieġa issa, billi nagħfsu favur riformi b’saħħitha li jwasslu għas-sostenibbilità ta’ din l-industrija u ngħelbu l-frammentazzjoni ta’ entitajiet li jmissu ma’ dan is-settur billi jitpoġġew kollha taħt saqaf wieħed, tmexxija waħda, Awtorità, l-għodda kollha neċessarja.

Għalhekk mid-diskors il-Gvern qed jgħaddi għal azzjoni konkreta, b’sett ta’ miżuri u azzjonijiet li jassiguraw fuq kollox serħan il-moħħ lil min jgħix bieb ma’ bieb jew viċin sit ta’ kostruzzjoni. Dan filwaqt li nagħmlu dan kollhu id f’id mal-istakeholders kollha, mill-periti sal-enġiniera, mill-STO sal-kuntrattur. Fuq kollox, irridu nissalvagwardjaw il-mijiet ta’ impjiegi li b’mod dirett jew indirett jaħdmu f’dan is-settur. Dawn ir-riformi sabiex tassew jaħdmu jridu jkunu aċċettati minn kulħadd, u allura jeħtieġ, li s-sħab f’dan is-settur ikunu parti u jagħmlu tagħhom dawn il-bidliet fil-prattika ta’ kuljum.

I n n e ħ ħ u l-ħsieb fallaċi li l-iżviluppatur huwa kontra l-perit, jew li l-ġirien għandhom xi mibgħeda kontra min ikun qed jibni. Jew li l-kuntratturi huma kollha cowboys f’liġi tal-ġungla jew saħansitra kollha kriminali. Li ma niħdux azzjoni mgħadux possibbli. Għasserħan il-moħħ u għallġid tal-industrija, iż-żmien li nibdlu u ninbiddlu hu issa.

L-Awtorità l-ġdida tal-Kostruzzjoni għandha tkun iċ-ċentru tar-riformi meħtieġa. Se tkun Awtorità fuq l-istess livell tal-aqwa u l-ikbar awtoritajiet li għandna fil-pajjiż tagħna u se ġġib flimkien taħt saqaf wieħed taħt tmexxija waħda. Il-Building Construction Agency, il-Building Regulations Board, il-Building Regulations Office, u l-Masons Board. Dawn kollha taħt Awtoritá waħda li se jkollha s-saħħa tirregola dan is-settur. Ma nlumx iżda anke hawn lil min ikun xettiku. Awtorità waħedha, mingħajr snin tkun għal xejn. Għalhekk irridu ngħammruha bl-aqwa professjonisti u li tkun Awtorita’ li tassew tagħmel skrutinju u infurzar serju, kif wara kollox kulħadd jistenna, bi dritt.

Il-ħsieb tal-Gvern għar-riforma f’dan il-qasam iżda mhuwiex li jqum filgħodu u jimponi sett ta’ regoli li xi ħadd ikun ħaseb u kiteb waħdu. IlGvern għandu jiddiskuti mal-isħab kollha f’dan il-qasam biex il-miżuri jkunu maħsuba li jeliminaw il-prattiċi perikolużi u biex tassew kulħadd josserva r-regoli u l-method statement tal-izvilupp li jkun ġie ppreżentat. Il-Gvern irid jitlob li tintrefa’ r-responsabbiltà mill-imsieħba kollha f’dan is-settur. Għalhekk ilħtieġa ta’ liċenzjar, reġistrazzjoni u klassifikar ta’ dawk kollha involuti. Se jkollna għall-ewwel darba fil-pajjiż National Building Code li se jiffoka fil-bidu nett fuq tliet setturi kruċjali: It-twaqqigħ, l-iskavar u l-istrutturi.


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

finanzjament ta’

100%

L-Awtoritá tal-Ippjanar għadha kemm nediet skema ta’ finanzjament biex tipprovdi għajnuna biex żoni residenzjali ‘griżi’ jinbidlu f’żoni ‘ħodor’ li jipprovdu spazji aħjar għas-saħħa tagħna.

Sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta’ sottomissjoni, it-talba għal għajnuna minn dan il-fond għandha ssir permezz ta’ perit u permezz tal-applikazzjonijiet onlajn tal-Awtoritá.

L-iskema, b’allokazzjoni ta’ €2 miljun, se tkun qed tkopri 100% tal-finanzjament għall-introduzzjoni ta’ faċċati jew ħitan ħodor kif ukoll għall-installazzjoni ta’ ġonna f’residenzi li jsiru mis-sidien tal-propjetá f’żoni residenzjali. Il-fond ser ikopri l-ispejjeż kollha inkluż il-pjan ta’ manutenzjoni fuq ħames snin u ser ikun qed jingħata sa’ €10,000 għal kull propjetá.

Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2290 1544 jew ibgħat email fuq greenyourbuilding@pa.org.mt. Termini u kundizzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit tal-Awtoritá tal-Ippjanar www.pa.org.mt Din l-iskema tagħlaq fid-9 t’April 2021.

#fromgreytogreen PLANNING AUTHORITY

www.pa.org.mt

BRAND GUIDELINES

5


6

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

L-Effiċjenza

tal-Qrati AĊĊESS AĦJAR GĦALL-ĠUSTIZZJA

L

-effiċjenza fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħi għal din is-sena. L-effiċjenza fil-qrati tilgħab rwol kruċjali fejn tidħol is-saltna tad-dritt u biex naċċertaw li ċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet kollha, jaħdmu b’mod effiċjenti u jinżammu responsabbli. Dan jista’ jsir biss jekk l-qrati joffru rimedji f’waqthom, u ġusti. L-effiċjenza fl-istituzzjonijiet tagħna tgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u ssaħħaħ l-fiduċja fl-istituzzjonijiet fosthom; il-Qrati tagħna.

Atti tal-Kriminal b’mod Diġitali Biex wieħed ikun jista’ jippreżenta l-atti tal-qrati kriminali online, l-ewwel ma jrid jagħmel huwa jidħol fis-sit ecourts.gov.mt. minn hemm hekk tista’ taċċessa jekk inti: a.

professjonist legali jew l-Avukat Ġenerali billi tidħol bl-e-id, u

b.

l-Uffiċjal Prosekutur jista’ jaċċessa mill-homepage fejn hemm indikat Sottomissjoni tal-Atti – Kriminali.

Teżisti din id-distinzjoni, minħabba l-fatt illi, l-aċċess għall-uffiċjal prosekutur huwa limitat għall-qrati inferjuri u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ login bl-e-id. Filwaqt li l-aċċess għall-professjonisti legali u għall-Avukat Ġenerali huwa bl-e-id għaliex jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe Qorti u diġa reġistrati bħala professjonisti legali fl-ecourts.

Min għandu bżonn jippreżenta, jista’ jagħmel dan mill-kumdità tal-uffiċċju u jista’ jippreżenta kull ħin mingħajr ma joqgħod imur il-one-stop-shop u jistenna sakemm jiġi moqdi. Mil-lat ta’ amministrazzjoni dawn l-atti tal-kriminal se jiġu proċessati dakinhar stess jekk l-att ikun ippreżentat online fil-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru u jekk jiġu ppreżentati onlajn wara l-ħinijiet tal-ftuħ jiġu pproċessati l-għada. L-aktar benefiċċju ta’ din il-miżura, se tinħass fis-sajf minħabba l-fatt illi l-ħinijiet ta’ ftuħ tar-reġistru huma qosra skont il-liġi.

Edward Zammit Lewis Ministru għal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

Investimenti fil-Ġustizzja Iċ-ċittadini għandhom ikollhom istituzzjonijiet li jistgħu jirreferu għalihom, permezz ta’ qafas leġislattiv b’saħħtu u b’investiment bla preċedent. F’dawn l-aħħar xhur, il-Gvern qed iħejji eżerċizzju ambizzjuż biex jemenda il-qafas leġislattiv u jinvesti favur sistema ta’ ġustizzja effiċjenti u effettiva. Tali investimenti jinkludu: ■ Investiment ta’ madwar €5 miljun sabiex jiġi estiż il-bini tal-Qrati fi żmien sentejn, binja dilapidata biswit il-Qorti eżistenti fi Triq id-Dejqa fil-Belt Valletta, se tkun qed tiġi rinovata u ristrutturata, bil-għan li jitwaqqfu erbà awli u 25 uffiċċju ġdid. ■

Is-sistema ta’ Awli ‘fully digitilised’ fil-Qrati li jagħtu lok għal-seduti online permezz ta’ teleconference. Preżentament għadna tmien awli digitilised fil-Qorti ta’ Malta u tlett awli digitilised fil-Qorti ta’ Għawdex. Qed naraw li fix-xhur li ġejjien l-Awli kollha jiġu attrezzati b’ din is-sistema. Din ser tagħti l-għodda lill-Imħallfin u Maġistrati sabiex jippresedu s-seduti virtwalment. Din is-sistema tista’ titħaddem faċilment mill-ħaddiema tal-Qorti, ser isservi wkoll bħala ‘remote witness facility’ f’każ ta’ xhieda li jinsabu barra mill-pajjiż, ser tippermetti lil persuni vulnerabbli, staff mediku u professjonisti oħra jixhdu virtwalment.

■

Is-separazzjoni bejn l-Uffiċċju talAvukat Ġenerali u dak tal-Avukat talIstat. Ġew inawgurati żewġ binjiet separati; binja li qed iservi bħala l-Uffiċċju tal-Avukat Generali u binja oħra li minnha qed jopera l-uffiċċju talAvukat tal-Istat.

■

L-inawgurazzjoni tal-binja l-ġdida li minnha qed topera l-Aġenzija tal-Għa-

■

Il-ftuħ taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni l-ġdid fi triq il-Merkanti, fil-Belt Valletta. Permezz tal-medjazzjoni, iċ-ċittadin jista’ jagħżel li ma jidħolx il-Qorti u jsolvi tilwimiet ċivili, kummerċjali, jew industrijali bis-servizz tal-medjazzjoni. B’hekk, iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni qed jgħin biex ikompli jħaffef il-proċessi ġudizzjarji ta’ pajjiżna u b’hekk iċ-ċittadin ikun moqdi bl-aħjar mod possibbli, b’ġustizzja orħos u b’anqas dewmien.

■

Aktar Avukati tat-Tfal u aktar Avukati tal-Għajnuna Leġali.

7

jnuna Leġali dan kien investiment ta’ aktar minn €1,400,000 li ser iwassal għal ġustizzja aktar aċċessibbli. ■

It-twaqqif ta’ uffiċċju permanenti li għall-ewwel darba minnu qed jopera l-Kummissarju għal-liġijiet ġewwa l-Belt Valletta,

Dawn l-inizjattivi huma lkoll parti minn politika wiesgħa li flimkien mar-riformi, iwittu t-triq għal ġustizzja li tkun aktar aċċessibbli għaċ-ċittadin, biex b’hekk il-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna bħala Gvern.


8

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

L-irwol tal-Malta Enterprise fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż Intervista ma’ Kurt Farrugia, CEO tal-Malta Enterprise

Il-klijenti tagħna jgawdu minn relazzjonijiet tajbin ħafna mal-istaff tal-Malta Enterprise, hekk kif b’sistema ta’ Relationship Managers, il-klijent iżomm kuntatt frekwenti u jserraħ moħħu li l-bżonnijiet tiegħu qed jiġu mifhuma.

Omar Vella poġġa mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia li spjega kif il-Korporazzjoni ma twelditx minħabba l-pandemija, però ilha tikkontribwixxi għallekonomija Maltija għal iktar minn ħamsin sena.

I

l-Malta Enterprise ġiet inwaqqfa fl-1967 b’responsabbiltà li kompliet tikber matul is-snin, biex issostni setturi diversi tal-ekonomija, fosthom il-manifattura, il-farmaċewtika, u l-avjazzjoni. Dak iż-żmien il-Korporazzjoni kienet magħrufa bħala IPSE u iktar tard bħala MDC. Illum tħaddem magħha madwar 160 ruħ, stazzjonati primarjament il-Pietà, kif ukoll il-Business First fl-Imrieħel, Kordin Business Incubation Centre f’Kordin u fix-Xewkija Għawdex.

F’perjodi mingħajr il-pandemija, il-Korporazzjoni taħdem qatigħ fuq diversi binarji, biex insaħħu l-investiment lokali, kemm self-employed, dawk l-intrapriżi żgħar u medji, u kif ukoll il-kumpaniji l-kbar li jħaddmu iktar minn 250 ruħ, kif ukoll tkabbar dak barrani. ‘Mil-lenti lokali, għandna timijiet ta’ nies iffukati fuq dawk li diġa huma klijenti tagħna; ngħinuhom jikbru, nirrakkomandawlhom l-incentivi tagħ-

na skont il-proġetti tagħhom u ngħinu ukoll meta hemm bżonn niffaċilitaw relazzjonijiet ma’ entitajiet tal-Gvern oħra’ spjega l-Kap Eżekuttiv Kurt Farrugia. ‘Il-klijenti tagħna jgawdu minn relazzjonijiet tajbin ħaf na mal-istaff tal-Malta Enterprise, hekk kif b’sistema ta’ Relationship Managers, il-klijent iżomm kuntatt f rekwenti u jserraħ moħħu li l-bżonnijiet tiegħu qed jiġu mifhuma.’


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

Start Ups Fuq binarju simili għaddejjin sforzi fejn jidħlu start ups, f’diversi setturi. Diversi inċentivi jgħinu, u jinkoraġġixxu li wieħed jibda n-negozju tiegħu, żgħir kemm hu żgħir, kemm lokali kif ukoll barrani. Skemi bħal Business Start u Start Up Finance jistgħu jtellgħu l-assistenza sa miljun ewro. Bħala Malta Enterprise qegħdin nikkordinaw sforzi fuq livell nazzjonali għaliex nemmnu li Malta tista’ sservi għal eko-sistema li jfittxu l-istart ups, kemm barranin kif ukoll lokali. Dan l-aħħar rajna interess qawwi ġej minn start ups f’ diversi setturi fosthom intelliġenza artifiċjali, drones, logħob diġitali, bioteknoloġija, kannabis għal skopijiet mediċinali u setturi li jżewġu l-mediċina mat-teknoloġija (medtech). Ta’ kull sena ukoll norganizzaw l-iStart Up Cafe’ li jġib flimkien diversi start ups li joperaw minn Malta, kif ukoll korpi oħra bħas-settur tal-edukazzjoni u nattiraw udjenza mħallta hekk kif id-diskussjonijiet ikunu varji, b’ esperjenzi maqsuma u pariri effettivi ta’ min diga’ daq x’ toffri Malta lil-istart ups. Il-Malta Enterprise tiggwida filproċess u tassisti bi skemi adattati għal liema stadju jkun wasal il-pjan tan-negozju, hekk kif il-Korporazzjoni tieħu ħsieb li tissaportja kull tip ta’ intrapriża.

Self Employed ‘Iddedikati ukoll fuq is-selfemployed, bil-Business First jilqa’ madwar 3,000 ruħ fil-ġimgħa bejn emails, telefonati u nies li jmorru fluffiċini dirett, u għalhekk qed inħarsu lejn 160,000 klijent fis-sena.’ Il-Business First iservi ukoll bħala one-stop shop għal min irid jiftaħ in-negozju, l-iktar immirat għas-self employed. Hawhekk wieħed isib ukoll servizzi oħra tal-Gvern f’dak li għandu x’ jaqsam liċenzji tal-MTA, reġistrazzjonijiet tal-VAT u sigurtà soċjali, u oħrajn.

Investiment Dirett Barrani Il-Malta Enterprise hija katalista fejn jidħol l-investiment barrani f’ Malta. ‘Xogħol simili ieħor isir minn aġenziji oħra tal-Gvern, kulħadd bin-niċċa tiegħu, però l-investiment li ġġib il-Malta Enterprise huwa wieħed iktar tanġibbli. L-investiment hawnhekk jiffoka fuq

9

il-ħolqien tax-xogħol, tal-għarfien u skills li nistgħu nħallu fil-ħaddiema tagħna, u iktar minn hekk jassigura l-preżenza b’ saħħitha tal-investitur barrani, permezz ta’ bini ta’ fabbriki jew kiri ta’ spazji u uffiċini’, spjega s-Sur Farrugia. Il-Malta Enterprise hija responsabbli mil-politika soċjo-ekonomika tal-pajjiż, u sservi ta’ gwida lejn xiex wieħed irid iħares. ‘Setturi bħal loġistika, il-produzzjoni tal-cannabis għal skopijiet mediċinali u ta’ riċerka, avjazzjoni u drones, intelliġenza artifiċjali u fintech, huma setturi li ħolmot il-Malta Enterprise u flimkien ma’ aġenziji oħra tal-Gvern, ippreparajna il-pajjiż biex jilqa’ dawn is-setturi.’ Dan apparti setturi tradizzjonali oħra bhal manifattura, li l-prodotti minn Malta jaslu għand uħud mil-aqwa kumpaniji fid-dinja, li jvarjaw mis-settur elettroniku, telekomunikazzjoni, trasport u d-dinja tal-moda, il-farmacewtika speċjalment il-produzzjoni tal-mediċina ġenerika, u l-avjazzjoni b’ mod partikolari t-tiswija u l-manutenzjoni tal-ajruplani, li ilhom magħna għal għexieren ta’ snin u jħaddmu eluf ta’ nies.

Skemi ta’ assistenza Il-pandemija fissret li Malta Enterprise adattat għal skopijiet ġodda kif isservi l-ekonomija hekk kif qed tħaddem il-maġġoranza tal-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-Gvern. L-iskema tal-Wage Supplement ħadet ħafna mill-attenzjoni tal-Malta Enterprise però dan baqa’ jseħħ fl-istess waqt li l-Korporazzjoni baqgħet għaddejja bix-xogħol normali tagħha. Skemi oħra jinkludu l-iskema tal-leave tal-kwarantina, rifużjoni fuq taxxa u vat, u fuq il-kontijiet tal-elettriku u tar-renta, u l-iskema tat-teleworking. L-iskemi tal-Malta Enterprise apparti dawn t’hawn fuq, huma iddisinjati biex jipprovdu assistenza f inanzjarja u anke dik f iskali, u assistenza oħra meta wieħed jitlob allokazzjoni ta’ spazju pubbliku f ’ wieħed miż-żoni industrijali f ’ Malta jew f ’ Għawdex. Uħud mil-iskemi jkopru assistenza fuq salarji u spejjeż tal-operat, f ilwaqt li oħrajn jassistu fejn tidħol riċerka u innovazzjoni, investimenti ta’ operat iktar sostenibbli, u investiment sabiex wieħed jadatta għat-tibdil li ġabet magħha din il-pandemija u għalhekk hemm il-bżonn li wieħed iħares lejn l-op-

erat preżenti u jara x’ jista jibdel. Skemi oħra jassistu fuq konsulenzi, jew sitwazzjonijiet speċif iċi li jkun għaddej minnhom in-negozju. Dan speċjalment issa li qegħdin f i żmien li nħarsu lil hinn mill-pandemija u rridu nassiguraw li n-negozji qed jadattaw ruħhom għal tipi ġodda ta’ kif isir in-negozju u nippreparaw biex l-ekonomija tirpilja.

Inħarsu ‘l quddiem Il-futur huwa eċitanti hekk kif se nkunu qed nikkumbinaw sforzi ta’ wara l-pandemija ma’ dawk l-isforzi li bħala Korporazzjoni konna qed naħdmu għalihom dawn l-aħħar snin. Il-Malta Enterprise se tkun qed tiffoka fuq għajnuna iktar speċifika, u ‘targeted’ lejn dawk il-klijenti li għandhom bżonn, u b’ lenti partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji u start ups. Nemmnu li element kruċjali sabiex nirriġeneraw l-ekonomija tagħna hija billi nħarsu lejna nfusna u nanalizzaw kif nibdlu l-proċessi tagħhna u ninstillaw iktar għatx għat-talent imprenditorjali. Dan għandu jiġi kkumplimentat ukoll b’elementi tal-Ekonomija l-Ħadra u dik Blu fejn l-attivitajiet tan-negozji jkunu sostenibbli, bl-inqas impatt fuq l-ambjent u l-ibħra tagħna u b’kunċetti li jwasslu dejjem aktar għal mod għaqli tar-riżorsi tagħna. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise jappella sabiex wieħed jagħmel kuntatt mal-Korporazzjoni fuq info@maltaenterprise.com jew info@businessfirst.com.mt sabiex jiġi esplorat xi skemi jistgħu jintużaw fir-rigward tan-negozju tagħhom, u biex ukoll jiġu segwiti il-paġni fuq il-Facebook u l-Linkedin hekk kif il-Korporazzjoni tikkomunika messaġġi b’ mod regolari.

Il-futur huwa eċitanti hekk kif se nkunu qed nikkumbinaw sforzi ta’ wara l-pandemija ma’ dawk l-isforzi li bħala Korporazzjoni konna qed naħdmu għalihom dawn l-aħħar snin.


10

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

Kearon Bruno

Ftit tal-jiem ilu, il-Ministru tat-Turiżmu l-Onorevoli Clayton Bartolo, flimkien mal-Awtorita tat-Turiżmu, nieda l-bidu ta’ konsultazzjoni pubblika li se tkunu qiegħda twassal għall-preżentazzjoni finali u uffiċjali tal-istrateġija tat-Turiżmu għall-Malta mis-sena 2021 sa 2030. Meta wieħed iħares lejn il-kompożizzjoni tal-Prodott Gross Domestiku Malti, wieħed jista’ jinnota l-irwol importanti u ċentrali li jaqdi s-settur tat-turiżmu, b’mod dirett u kif ukoll dak indirett, b’mod speċjali fejn jidħol il-ħolqien ta’ mpiegi u tkabbir ekonomiku. Fiżżmien diffiċli li qegħdin naffaċjaw bħalissa, l-irwol ta’ din l-istrateġija jieħu xejra differenti, hekk kif għal kuntrarju ta’ sena ilu, fejn in-numru ta’ turisti f’pajjiżna kien qiegħed jilħaq livelli rekord u bla ebda preċedent, illum il-ġurnata, minħabba l-pandemija, irridu nkunu innovattivi u proattivi sabiex nassiguraw li jkollna mudell turistiku li jkun robust, diversifikat, reżiljenti u

Strateġija

għas-Settur Turistiku Malti

sostennibli. L-għan ta’ din l-istrateġija huwa li tagħti direzzjoni ċara ta’ fejn irridu nmorru fil-qasam turistiku, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li t-tendenzi internazzjonali qed jinbidlu, ilbżonn tad-diversifikazzjoni fil-prodott turistiku qegħda dejjem tiżdied u kif ukoll il-ħtieġa għal kwalita mill-aqwa. L-islogan li qiegħed jintuża għal din l-istrateġija, ‘Nirkupraw, naħsbu millġdid u nerġgħu nagħtu l-ħajja’, huwa xhieda ċara ta’ kemm il-Gvern huwa kommess li jagħti spinta ‘l quddiem lis-settur turistiku sabiex bħala pajjiż inkomplu ngawdu u nikkonsolidaw il-vantaġġ kompetittiv li konna ngawdu sa ftit tax-xhur ilu fejn jidħol il-prodott turistiku. L-ewwel pass se jkun ovjament dak ta’ rkupru minn din il-pandemija li ħakmet lid-dinja kollha. L-għan aħħari huwa li jkollna rkupru li jkun fattibbli u sostenibbli sabiex jiġi reġistrat tkabbir stabbli. Irridu nutilizzaw dan iż-żmien sabiex naħsbu mill-ġdid l-irwol fundamentali li s-settur turistiku għandu x’jaqdi fil-kuntest soċjo-ekonomiku. Dan se jinkludi tibdil fil-mod ta’ kif kienu jsiru ċertu affarijiet u joperaw ċertu industriji u kif ukoll l-użu tat-teknoloġija sabiex nimmasimizzaw il-gwadann. L-aħħar punt huwa dak li nerġgħu nagħtu l-ħajja u nqajmu dan is-settur tant kruċjali fuq sajaqh, u sabiex isir dan hemm bżonn sforz kollettiv u ħafna ħsieb. L-għan huwa li nelevaw is-settur turistiku f’livelli ogħla u fl-istess ħin nassiguraw li dan irendi tkabbir ekonomiku li jkun sostennibli u reżiljenti.

L-ewwel pass se jkun ovjament dak ta’ rkupru minn din il-pandemija li ħakmet lid-dinja kollha.


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

X’inhu r-rwol tagħna? Il-Bank Mall tal-Iżvilupp twaqqaf fl-2017 biex ikun ta’ għajnuna fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż. Ħafna drabi biex awtorità jew kumpanija privata tweeaq proġee infrastruuurali kbir, jew biex kumpanija żgħira aħ qasam ta’ ne negozju ġdid jew pprova mraħ fi swieq ġodda, ikun hemm bżonn ta’ invessment finanzjarju sostanzjali. Normalment, dawn l-awtoritajiet jew kumpaniji, se jfifixu li jissellfu parr minn dan l-invessment mal-banek tradizzjonali. Għalkemm is-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna hi mill-aktar b ’saħħitha, xi kultant il-banek mhux dejjem ikunu less jidħlu għal proġee bħal dawn. Dan iseħħ għaliex jista’ jkun li minkejja l-idea tal-proġee tkun waħda tajba, il-banek iħossu li f ’dak il-mument, ir-ritorn fuq dak l-invessment ma jkunx jiġġussfika r-riskju li jkunu se jidħlu għalih. Hu hawnhekk li jidħol l-MDB – billi jara fejn huma dawn is-seeuri, u fejn hemm bżonn joffri skemi ta’ finanzjament, inkluż garanziji, biex dawn it--p ta’ proġee, ikunu jistgħu jsiru realtà.

Liema p ta’ proġee jiffinanzja l-MDB? L-MDB jagħħ l-għajnuna egħu lil dawk l-invessmenn li jagħtu kontribut lill-iżvilpp ta’ pajjiżna, b’mod parrkolari fejn ikollhom laqta soċjali, ambjentali u sostenibbli. In-negozji żgħar u medji (SMEs) bħala l-fulkru tal-ekonomija Mallja huma seeur importann ħafna għall-MDB. Għal dan l-għan, il-Bank introduċa skemi li jippermeeu lill-imprendituri żgħar iweequ l-ħolm tagħhom f ’realtà, b ’invessmenn ġodda f ’fabbriki, kumpaniji tal-IT, ċentri ghallħarsien tat--al, invessment digitali u ħafna oħrajn. Permezz tal-iskema SME Invest, l-MDB jgħin lin-negozji fi proġee ta’ invessment kapitali billi jipprovdilhom aċċess aktar faċli għal finanzjament billi jnaqqsilhom l-ammont meħħeġ li jkollhom jagħmlu tajjeb għalih huma biex jidħlu għal dan l-invessment.

X’inhu r-rwol tal-MDB waqt il-pandemija tal-Covid-19? L-akbar sfida li sabu ma’ wiċċhom bosta negozji bid-daqqa ekonomika li ġabet magħha l-pandemija kienet dik ta’ cash flow. Għalhekk, l-MDB introduċa skemi li jipprovdu garanziji biex sidien ta’ negozju jissellfu mill-banek lokali biex ikollhom il-likwidità meħħeġa biex iħallsu l-pagi, kirjiet, konnjiet tad-dawl u spejjeż oħra immedjaa.

mdb.org.mt

Din l-għajnuna diġà waslet għand mijiet ta’ intrapriżi Malln u Għawdxin li permezz tagħha setgħu jibqgħu għaddejjin f ’dan iż-żmien ta’ sfidi, u b’hekk ġew salvaa eluf ta’ impjiegi madwar il-pajjiż

11


Li tkun sikur u legali o

12

Nifhmu l-aħjar prattika fil-ħażna / tal-informazzjoni, l-aġġornament ż-żamma tal-passwords sikuri, u prekawzjonijiet kontra l-viruses.

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

IS-SENA 2020

eSkills

eSkills Malta Foundation

Sena inkredibbli u bla preċedent għall-eSkills Malta Foundation L-eSkills Malta Foundation kienet imwaqqfa biex takkwista għarfien dwar l-istat tal-kompetenzi diġitali f’Malta u Għawdex, tittraduċi din l-informazzjoni f’riforma fi ħdan l-edukazzjoni tal-ICT, tespandi l-programmi ta’ taħriġ, u żżid ilprofessjonaliżmu tal-IT tas-settur tat-teknoloġija.

Il-Fondazzjoni, li twaqqfet fl-2014 b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Malta Information technology Agency (MITA), l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA), il-Malta Enterprise, l-Awtorità Maltija għall-Logħob (MGA) u l-Malta Chamber of Commerce Enterprise and Industry - tuża l-mandat tagħha biex tgħin lill-Gvern u lill-atturi ewlenin tal-industrija biex iwettqu bidliet fil-policies tal-ħiliet diġitali. L-eSkills Malta Foundation, tiddependi wkoll fuq il-kollaborazzjoni tal-membri fundaturi tagħha u l-partijiet interessati, biex tmexxi l-progress tal-ħiliet diġitali ta’ Malta. Illum, il-Fondazzjoni hija kkunsidrata bħala l-aħjar prattika fl-Ewropa. Meta ġiet imwaqqfa, il-Fondazzjoni ngħatat lista ta’ mandati importanti. Minbarra li tagħti pariri lill-partijiet interessati tal-Gvern u tal-industrija dwar il-politika tal-ħiliet diġitali, kienet ukoll inkarigata li tibda riformi edukattivi tal-ICT, li jsaħħu l-kapaċità tal-industrija tal-edukazzjoni lokali tal-ICT, li jiżviluppaw l-professjoni tal-ICT u li jappoġġjaw kampanji minn entitajiet oħra relatati mal-ħiliet diġitali. Biex tikseb il-mandati tagħha, il-Fondazzjoni bdiet is-sena tal-2020 b’konferenza dwar is-Cybersecurity b’kollaborazzjoni u sħubija mal-MITA, l-Università ta’ Malta, MDIA, Cyber ​​Security Malta u Keith Cutajar. Dan l-avveniment kien opportunità biex tiġi enfasizzata l-importanza tas-Cybersecurity u kemm is-sistemi jistgħu jkunu vulnerabbli. Madankollu, hekk kif il-pandemija tal-COVID-19 avvanzat kien ta’ importanza kbira li l-eSkills Malta Foundation tadatta għas-sitwazzjoni l-ġdida. Għalhekk, malajr ġiet mnedija paġna fuq il-websajt tal-Fondazzjoni bl-isem ta’ Free Online Education biex tgħin lill-istudenti waqt li kienu d-dar minħabba l-COVID-19. Din il-paġna inkludiet fiha links għal edukazzjoni online b’xejn u pprovdiet opportunitajiet ta’ tagħlim imprezzabbli u materjal li huwa istruttiv u divertenti għall-istudenti. Il-Fondazzjoni minnufih qalbet il-

laqgħat u l-kollaborazzjoni kollha tagħha online billi għamlet użu tajjeb mill-infrastruttura diġitali tal-Gvern immaniġġjata mill-MITA. Fl-2020 il-Fondazzjoni organizzat webinar online bl-isem ta’ “Challenges and opportunities for SMEs: a post COVID-19 perspective” segwit minn tliet eLearn modules b’kollaborazzjoni ma’ Pricewaterhouse Coopers li indirizzaw f’aktar dettall it-tħassib imsemmi fil-webinar organizzat. L-inizjattiva “Elements of AI” kellha l-għan li tinċentiva lill-pubbliku b’modi ġodda li ġejjin fit-teknoloġija u kif tagħmel użu minnhom fiċ-ċirkostanzi attwali. L-“Elements of AI” huwa kors online b’xejn maħluq minn Reaktor u l-Università ta’ Ħelsinki. L-għan ta’ dan kien li jeduka kemm jista’ jkun nies, speċjalment dawk li mhumiex fis-settur tat-teknoloġija, biex jitgħallmu x’inhi verament l-Intelliġenza Artifiċjali, kif tista’ tiġi applikata fil-ħajja reali u x’inhuma l-implikazzjonijiet ta’ din it-teknoloġija għall-individwi, kumpaniji u soċjetà. Fl-2020 l-eSkills Malta Foundation u l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) iffirmaw ftehim u b’hekk ħolqu sinerġija bejn iż-żewġ entitajiet. Dan il-ftehim ippermetta liż-żewġ entitajiet jaħdmu flimkien u joffru l-programm ta’ taħriġ bl-isem ta’ eBiznify fi sforz konġunt għall-benefiċċju tas-soċjetà. Il-programm ta’ taħriġ “eBiznify ”ġab lill-intraprendituri Maltin eqreb lejn il-kunċett tal-ħolqien ta’ pjattaforma għall-futur għall-SMEs. L-eBiznify kellu l-għan li jindirizza nuqqasijiet fis-suq b’mod dirett u offra programm ta’ taħriġ akkreditat lil dawk li attendew li ġie offrut onlajn u mingħajr spejjeż addizzjonali għall-parteċipant. L-eSkills Malta Foundation ipparteċipat ukoll b’mod attiv fl-inizjattiva “Ġemma”. Flimkien, “Ġemma” u l-eSkills Malta Foundation wettqu inizjattivi edukattivi dwar ħiliet diġitali u scams u frodi. Huma ħadmu wkoll flimkien fuq “ĠEMMA Little Black Book of scams and frauds”

COVID-19: Free Online Education


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

dokument li jittratta dwar theddid ġdid u li qed jevolvi hekk kif it-teknoloġija tevolvi u ssir iktar mifruxa permezz ta’ teknoloġiji Intelliġenti, Internet of Things, u teknoloġiji emerġenti oħra. Inizjattiva oħra li saret possibbli fl2020 kienet l-iskema tal-Amazon Web Services (AWS) li tat lil 65 individwu f’Malta l-opportunità li jgħollu livell fuq it-teknoloġiji cloud b’xejn u jgawdu taħriġ ta’ klassi dinjija online. Din l-inizjattiva kienet appoġġjata bis-sħiħ mill-Fondazzjoni Melita u mwettqa mill-ICE Malta. Iċ-ċelebrazzjoni annwali tal-coding, computational thinking, il-kreattività u mentalità innovattiva wkoll bħal ħafna avvenimenti oħra ġew maqluba online fl2020. L-EU CodeWeek introduċiet avvenimenti virtwali biex tgħin lill-għalliema, ġenituri, librara u oħrajn jorganizzaw attivitajiet minkejja l-pandemija. Bħal kull sena l-Fondazzjoni ħadet ħsieb l-koordinazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-EU CodeWeek. Malta żammet ukoll l-attivitajiet kollha tagħha online u kklassifikat fir-4 post fl-edizzjoni 2020. L-eSkills Malta Foundation kienet minn tal-ewwel f’inizjattivi edukattivi bħas-Summer Bootcamp u avvenimenti għan-nisa bħal Women in ICT għall-ewwel darba s-sena li għaddiet. Iż-żewġ avvenimenti kienu jikkonsistu f’diversi korsijiet online mmirati għal oqsma speċifiċi tas-soċjetà li jużaw teknoloġiji varji minn logħob tat-tfal bil-coding illogħob bi Scratch għal Office 365 li huwa essenzjali għall-adulti. Il-Fondazzjoni bi pjaċir tgħid li s-sessjonijiet kollha kienu b’xejn u li kien hemm attendenza sostanzjali f’kull sessjoni. Wieħed jista’ jsostni li dawn l-avvenimenti kienu ta’ suċċess kbir. Fl-2020, il-Fondazzjoni kkummissjonat studju bit-titlu “Analysis of the Gender Gap in the Digital Sector in Malta”. L-istudju kien kontinwazzjoni ta’ studju ieħor imwettaq mill-eSkills Malta Foundation, jiġifieri “Guidelines to Increase and Retain Women in ICT” li sar fl-2018. Il-Fondazzjoni temmen bis-sħiħ li ż-żieda tan-nisa fis-settur diġitali tista’ tikkontrib-

13

wixxi t-tnaqqis fid-diskrepanza fil-provvista u d-domanda u li jistgħu wkoll iġibu aktar diversità u suċċess għall-prodotti fl-industrija, fil-gvern u fl-edukazzjoni. Matul is-sena l- għaddiet bosta organizzazzjonijiet kellhom jadattaw għas-sitwazzjoni tal-COVID-19, u l-Fondazzjoni biddlet dan għall-vantaġġ tagħha billi ffukat aktar fuq il-ħiliet, it-titjib tal-ħiliet u l-ħiliet mill-ġdid bl-użu tal-ambjent virtwali online. Konsegwentement, hija organizzat żjarat għall-iskejjel online u sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-Career Guidance Teachers.

Il-pandemija kixfet il-ħtieġa għal ħiliet diġitali għal ħafna, filwaqt li mbuttat lin-negozji biex iħaddnu t-teknoloġija bħall-kummerċ elettroniku ħafna aktar malajr milli kienu antiċipaw. Għaldaqstant din tat spinta kbira lis-settur diġitali lokali fl-aħħar ftit xhur, minkejja li dan kien se jieħu ħafna snin biex jitwettaq. Carm Cachia, Chief Administrator Ħarsa ‘l quddiem, filwaqt li Malta għamlet passi kbar biex tgħolli l-livell, anke kklassifikat fil-ħames post mit-28 stat membru ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Indiċi Diġitali ta’ l-Ekonomija u s-Soċjetà (DESI) 2020, il-ħidma għall-Fondazzjoni tkompli. L-eSkills Malta Foundation tippjana li kontinwament tistinka biex iżżid l-isforzi tagħha u tkun ta’ servizz aktar effettiv fl-ekonomija diġitali. Is-sena 2020 kienet sena inkredibbli u bla preċedent!! Is-sena 2020 ppreżentat bosta sfidi kif ukoll ippreżentat wkoll opportunitajiet u ħafna kisbiet. Hija wriet li l-pajjiż kapaċi jirkupra malajr u jadatta ruħu għal inċertezza. Din l-aħbar tajba murija s’issa tawgura tajjeb għall-futur ekonomiku tal-pajjiż li qed jirnexxi.

Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkills-Malta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt


14 EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

Separazzjoni tal-produttività

H

ekk kif bdiet is-sena 2021, l-attenzjoni ddur fuq l-irkupru ekonomiku. Bir-riskji jibqgħu hemm, l-irkupru ekonomiku mistenni jseħħ gradwalment, iżda minkejja dan, l-enfasi trid tkun fuq l-garanzija li l-prinċipji fundamentali ekonomiċi jkomplu jissaħħu. F’termini ta’ prestazzjoni ekonomika nazzjonali, il-pawsa fl-attività ekonomika definittivament affettwat il-kundizzjonijiet u r-riżorsi ekonomiċi. Sabiex jippreparaw għall-mewġa ekonomika l-ġdida, dawk li jfasslu l-politika, issa, għandhom bżonn jiffokaw fuq il-produttività u l-kompetittività. Dan huwa fatt li kien l-enfasi tar-Rapport Nazzjonali tal-Kompetittività ppubblikat millBord Nazzjonali tal-Produttività. Il-produttività hija normalment definita bħala proporzjon bejn il-volum tal-ħruġ u dak tad-dħul. Fi kliem ieħor, hija tkejjel id-dħul tal-produzzjoni b’mod effiċjenti, bħax-xogħol u l-kapital, qed jintużaw f’ekonomija biex jipproduċu livell partikolari ta’ produzzjoni. Il-produttività hija kkunsidrata bħala sors ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku u kompetittività u, bħala tali, hija informazzjoni ta’ statistika bażika għal bosta paraguni internazzjonali u valutazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-pajjiż. Ir-rebbieħ tal-premju Nobel, Paul Krugman, jiddikjara li “l-produttività mhijiex kollox, iżda f’perjodu fit-tul hija kważi kollox. Ilkapaċità ta’ pajjiż li jtejjeb il-livell tal-għajxien tiegħu, eventwalment tiddependi kważi kompletament mill-kapaċità tiegħu li jgħolli l-produzzjoni tiegħu għal kull ħaddiem.” Ir-rapport jagħti analiżi dettaljata tal-prestazzjoni ekonomika ta’ Malta matul l-aħħar snin b’enfasi speċifika fuq oqsma bħall-kompetittività u l-innovazzjoni. Huwa interessanti f’dan l-istadju li tiġi analizzata l-prestazzjoni settorjali ta’ Malta fuq il-bażi tal-produttività. Meta l-produttività tiġi mqabbla mal-livelli tal-impjiegi, l-analiżi turi li setturi aktar dgħajfa, bħal-logħob u s-servizzi finanzjarji, kisbu livelli ogħla ta’ produttività... meta mqabbla ma’ setturi akbar bħall-edukazzjoni u l-manifattura. Fil-fatt, ċerti setturi li jirrikjedu forza qawwija ta’ ħaddiema, tħabtu biex jiġġeneraw livelli ogħla ta’ valur miżjud. Min-naħa l-oħra, setturi bħall-kostruzzjoni u l-proprjetà immobbli, il-logħob, is-servizzi finanzjarji u s-servizzi professjonali rnexxielhom jiġġeneraw valur miżjud sinjifikanti minn forza tax-xogħol komparattivament iżgħar, li tirrifletti n-natura tat-tkabbir tal-attività ekonomika f’dawn is-setturi.

F’dan il-punt, ta’ min jikkunsidra wkoll ir-relazzjoni bejn it-tkabbir fl-impjiegi u t-tkabbir tal-produttività, sabiex jiġi evalwat jekk dawk is-setturi jesperjenzawx livelli ogħla ta’ tkabbir tal-produttività li jwasslu wkoll għal ħolqien akbar ta’ impjiegi. Is-sejbiet ippreżentati fir-rapport jissuġġerixxu li tkabbir baxx fil-produttività u tkabbir baxx fl-impjiegi mar id f’id matul il-perjodu taħt reviżjoni. Bosta setturi esperjenzaw kemm ħolqien ta’ impjiegi baxx kif ukoll tkabbir tal-produttività, li jindikaw li setturi bħal dawn iffokaw fuq il-konsolidazzjoni ta’ operazzjonijiet eżistenti, partikolarment f’setturi bħal servizzi finanzjarji u kostruzzjoni u proprjetà immobbli. Setturi oħra bħal-logħob u s-servizzi professjonali esperjenzaw livelli baxxi ta’ tkabbir tal-produttività minkejja livelli għoljin ta’ ħolqien ta’ mpjiegi, li parzjalment jirrifletti l-fatt li l-produttività f’dawn is-setturi kienet diġà għolja b’mod sinifikanti. Mistoqsija importanti hija relatata mal-pagi u s-salarji miksuba mill-ħaddiema f’kull settur,

Għalhekk huwa imperattiv għalina bħala pajjiż li ningħaqdu flimkien u nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet strutturali bil-għan li nibnu ekonomija aktar reżiljenti u sostenibbli. Il-proċess ta’ rkupru u rikostruzzjoni għandu għalhekk jinkludi: is-segwitu tal-bidliet strutturali meħtieġa u attivitajiet ta’ investiment konnessi, prinċipalment fil-qasam tal-innovazzjonijiet diġitali, intelliġenti u soċjali kif ukoll it-tranżizzjoni ta’ għajnuna; ittisħiħ tal-potenzjal tal-kapital uman fil-Gżejjer Maltin; il-ħolqien tal-kundizzjonijiet biex jappoġġaw l-investiment tas-settur privat; u l-appoġġ għall-aċċess għas-suq tax-xogħol. Dan jiżgura li Malta tibqa’ kompetittiva u attraenti u tkompli tipprova l-ekonomija u l-prosperità tagħha għall-futur. JP Fabri huwa sieħeb ko-fundatur f’Seed. jp@seedconsultancy.com

u jekk dawn jimxux skond il-produttività. F’dan il-każ, wieħed josserva korrelazzjoni pożittiva ċara bejn il-pagi u l-produttività, bl-ogħla pagi kkonċentrati bla sorpriża fl-ogħla setturi ta’ produttività bħal-logħob, is-servizzi finanzjarji u s-servizzi professjonali, b’setturi ta’ produttività baxxa bħall-manifattura u l-agrikoltura u s-sajd b’kuntrast li għandhom livelli baxxi ta’ pagi. Minn din l-analiżi, jidher li numru ta’ sfidi strutturali se jkunu qed jimpattaw lill-ekonomija Maltija f’termini ta’ produttività.

... huwa imperattiv għalina bħala pajjiż li ningħaqdu flimkien u nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet strutturali bil-għan li nibnu ekonomija aktar reżiljenti u sostenibbli.

JP Fabri


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

“Bżonn ta’ sentejn biex niġu lura għal-livelli li konna”

15

Claudio Coleiro

L-EKONOMIJA f’intervista mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb Għaddew 11-il xahar millbidu tal-pandemija f’pajjiżna. Mill-bidu tagħha sal-lum, x’differenza taraw li kien hemm anke fir-rigward tal-miżuri li ttieħdu mill-Gvern biex fost oħrajn jgħin lill-intrapriżi lokali? Il-miżuri, li kienu varji, nafu li ħadmu. Kien hemm ukoll erba’ baġits matul is-sena. Saru wkoll konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali, inkluż mal-Kamra talKummerċ, li kienu b’saħħithom. Kien hemm ħafna diskussjoni. Il-kritika pożittiva ta’ kif wieħed jista’ jagħmel l-affarijiet aħjar, nħasset. Għalhekk illum nistgħu nħarsu lura u ngħidu li l-miżuri kollha li ħa l-Gvern waqt il-pandemija fl-2020 ħadmu. Ħadmu għal raġuni li b’xi mod jew ieħor, komparat ma’ pajjiżi oħrajn, dan jibqa’ l-aktar pajjiż fejn il-qgħad ma żdiedx. Dan minkejja li l-Kamra talKummerċ kienet tat parir lillGvern li jekk ma jsir xejn, kien se jkollna mal-50,000 persuna li jispiċċaw bla xogħol. Rajna li malli bdew jiġu rilaxxati l-miżuri, in-numri bdew jonqsu. Li ma konniex qed nagħtu kas kienet ir-reżiljenza talintrapriżi Maltin. Fir-realtà, ma setax ikun li l-qgħad jibqa’ xejn. Xorta jibqa’ l-fatt li l-Maltin filmaġġorparti tagħhom baqgħu f’impjieg mal-employer oriġinali tagħhom. Bejn il-miżuri li ħadmu ħafna u r-reżiljenza u r-relazzjoni b’saħħitha li teżisti bejn min iħaddem u l-impjegat issarrfu għar-riżultat fejn qegħdin illum. Ma jfissirx li ħriġna. Għad fadlilna ftit ieħor. Però sa fejn wasalna llum meta naraw ma’ dak li stennejna f’Malta fl-agħar żmien u dak li qed naraw jiġri f’pajjiżi oħra, żgur li morna ħafna aħjar minn pajjiżi oħra. Kien hemm xi miżuri partikolari li sħaqtu fuqhom u li llum qed naraw il-frott tagħhom? Hemm ħafna miżuri. Pereżempju l-likwidità fejn jidħlu banek. Hemm ukoll ilWage Supplement. Konna ilna mill-bidu nitkellmu fuq wage supplement li tkun miżurata għal min verament għandu bżonnha. Issa qed naraw li din ġiet aġġustata biex tiġi mkejla skont tibdil fid-dħul.

Dawk kienu pariri li konna qed nagħtu lill-Gvern sa minn Mejju li għadda. Huwa tajjeb li saru. Il-vawċers ħadmu wkoll u meta l-affarijiet jiġu għan-normal millat ta’ saħħa, jerġgħu joħorġu. Bħala Kamra tal-Kummerċ li tiddistingwinna ftit, hi li l-miżuri ta’ salvagwardja, ta’ konservazzjoni ta’ relazzjoni bejn l-impjegat u l-employer, permezz pereżempju tal-wage subsidy, filwaqt li hi tajba u kellna bżonnha fi żmien ta’ xokk, issa huwa żmien li nħarsu lil hinn milli nikkonservaw dik ir-relazzjoni u nibdew nagħmlu xi ħaġa bis-serjetà biex niġġeddu. Il-pandemija tatna opportunità kbira. Bla dubju fuq livell ta’ tiġdid ekonomiku din hija opportunità u kull ġurnata li tgħaddi li fiha aħna nibqgħu niffukaw fuq il-konservazzjoni u ma niffukawx fuq riġenerazzjoni hi ġurnata mitlufa. Il-Gvern din irrikonixxieha. Il-Kamra tal-Kummerċ nediet ukoll il-proġett ta’ ‘business reengineering’, fejn il-konsulenti huma kollha ‘listed’ illum biex jistgħu jaħdmu ma’ kull intrapriża f’Malta li jista’ jkollha l-bżonn issaqsi mistoqsijiet diffiċli bħal x’inhuma l-affarijiet flintrapriża/negozju tiegħu qabel il-pandemija li kienu qed jaħdmu biex insaħħuħom, x’kien dak li ma kienx qed jaħdem biex inbiddluh u x’inhuma dawk l-areas li ma kellniex ċans nikkonsidraw li nistgħu nipprovaw nidħlu fihom biex niġġeddu u nsiru aħjar biex verament inkunu sostenibbli. Għadna fil-bidu tiegħu. Għandna negozji Maltin membri tagħna li telqu jiġru fuq livell ta’ diġitalizzazzjoni u tibdil fil-loġistika tal-mod kif jaħdmu. Dawk aħna bħala Kamra viċin tagħhom ħafna u ngħinuhom. Meta nħarsu lura, sentejn/ tliet snin oħra u naraw xi stajna għamilna aħjar, żgur din se tkun waħda mill-affarijiet li ma nixtieqx li ngħidu missna għamilna aħjar u missna aġixxejna qabel. It-tiġdid huwa dak li jgħinna nikkompetu ma’ pajjiżi oħrajn. Irridu nkunu fuq innaħa ta’ fuq tat-tabella talpajjiżi li għandhom ekonomija kompetittiva u sostenibbli.

Riċentament issemma li l-pandemija kellha impatt 50 darba aktar mir-riċessjoni li laqtet iddinja fl-2008. X’inhuma l-kummenti tiegħek dwar dan u kif qed tħarsu lejn l-ekonomija għal din issena u anke lil hinn? Din il-pandemija hija kbira ħafna għal raġuni li laqtet kollox. Fejn fl-2008/09 kienet id-dinja tal-ekonomija finanzjarja u fuq livell ta’ supply li ġie affettwat, issa m’hawn l-ebda parti tal-ekonomija, ħlief forsi fil-gaming, li ma ħadux daqqa jew ħassu l-effetti. Hija ħafna akbar għax bħala ekonomija qed taffettwa ruħha minn kull parti tal-ekonomija. L-irkupru mhux biss wieħed li jrid ikun iffukat fuq parti tac‘chain of events’ li jagħmel l-ekonomija ta’ Malta u d-dinja imma kollox. L-ewwel irridu naraw issaħħa fiżika u mentali, tannies li jiġu jżuruna, li jiġu jagħmlu negozju f’Malta. Iktar ma ndumu biex ikollna saħħa globali anke fl-aktar pajjiżi fqar tad-dinja iktar indumu biex nirkupraw. Bla dubju, l-effett fuq l-ekonomija huwa bla preċedent. Ma rridux nassumu li din hi ħaġa żgħira u minn hawn u ftit ieħor se jgħaddi kollox. Bis-saħħa tal-vaċċin se nibdew naraw in-normalità talħajja soċjali ġejja lura. Nisperaw li jdumu jaħdmu fina wkoll. Malli jkollna din ilkunfidenza, inkunu nistgħu nibdew inġeddu l-ekonomija tagħna. It-tiġdid se jkollu bżonn ħafna xogħol. Irridu naraw jekk hux turiżmu, manifattura, servizzi, retail, dak kollu li huwa parti miċ-ċirku tal-ekonomija tagħna, dak irid jiġi mġedded. It-tiġdid fl-opinjoni talKamra tal-Kummerċ huwa pjuttost ċar dwar xiex għandu jiġi influwenzat. * L-ewwel, is-saħħa tannies - Kull tip ta’ ekonomija se jkollha marbuta magħha l-effetti tas-saħħa pubblika, l-effetti ġenerali u l-effetti tassaħħa mentali. Is-saħħa se tkun pedament importanti tal-valuri li se jiffurmaw l-ekonomiji talfutur. * Id-diġitalizzazzjoni - Din diġà qed taffetwana llum u se taffettwana l-mod kif se

niżviluppaw fis-snin li ġejjin. Iktar ma ndumu ma nabbraċċaw id-diġitalizzazzjoni fin-negozji tagħna, mhux biss kbar, imma żgħar u medji, iktar se jkollna diffikultà. Huwa importanti li l-Gvern u n-negozji jagħmlu minn kollox biex jutilizzaw ir-riżorsi, l-opportunità u l-effiċjenza li toffri d-diġitalizzazzjoni. * It-tielet ħaġa hija t-tibdil fil-klima. Nitkellmu ħafna fuq l-ambjent, is-siġar u pjanti. It-tibdil fil-klima tikkonċerna wkoll l-għażliet li nagħmlu personali jien u inti, li jagħmlu n-negozji, it-turisti, il-fabbriki u kull min jaħdem f’uffiċċju li se jgħinuna nnaqsu l-carbon footprint, tagħna individwali, tagħna bħala kumpanija jew tagħna bħala pajjiż u bħala dinja. Aħna naħsbu li wara li jkun hemm il-herd immunity, ilMinistru tas-Saħħa qalilna li l-pjan huwa li nilħqu dan sa Settembru, liema pjan huwa bbażat fuq is-supply tal-vaċċin minn min qed jipproduċih, żgur se jkun hemm bżonn ta’ almenu sentejn biex niġu lura għal fejn konna fuq livelli ta’ numri, li jkollna revenues, ilGDP illi jilħaq ammonti li konna mdorrijin bihom. Il-mod kemm se niġru biex dak niksbuh jiddependi - iktar ma niġġeddu malajr, nedukaw ruħna malajr, nagħrfu x’inhuma t-toqob li għandna biex nimlewhom, iktar ma nagħrfu s-saħħa pubblika, id-diġitalizzazzjoni kif ukoll l-opportunitajiet relatati mattibdil fil-klima.

Fl-aħħar nett, x’inhi l-viżjoni tagħkom għas-snin li ġejjin? Il-viżjoni ekonomika talpajjiż li nedejna s-sena l-oħra kienet Smart Sustainable Island. Ħaddimna bi grass roots tal-Kamra tal-Kummerċ 150 ruħ biex ħdimna b’think tank li ġġenera l-viżjoni ekonomika li nedejna f’Awwissu li għadda fil-preżenza tal-President tarRepubblika. Ġimgħa wara, il-Prim Ministru u l-Kabinett kienu ġew il-Kamra tal-Kummerċ u nedew il-viżjoni ekonomika tal-Gvern. Aħna naqblu ma’ dik il-viżjoni ekonomika li hija bbażata fost oħrajn fuq governanza tajba, diġitalizzazzjoni, kwalità, l-ambjent u s-sostenibbiltà fejn hawn qed nitkellmu mhux biss fuq siġar u pjanti imma anke l-użu ekwu talmod kif pajjiż tagħna juża r-riżorsi tiegħu filwaqt li jgħolli l-livell tal-kwalità tal-ħajja tannies tiegħu. Irridu naħdmu wkoll fuq id-distakk li hemm li qed jiġi ppreparat fl-iskejjel tagħna u dak li għandha bżonn l-industrija llum u għada. Il-Kamra tal-Kummerċ tixtieq li tibqa’ tipparteċipa biex tixpruna li jsir tibdil flekonomija u fil-kwalità tal-ħajja f’dan il-mument propizju. Jekk nieħdu opportunità minnha u nattwaw din il-viżjoni u nagħrfu r-realtà li għandna quddiemna, ikun hemm ċ-ċans li jkollna ekonomija b’saħħitha u forsi ħafna aktar milli qatt kellna filpassat.


16

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

Investiment ġdid f’Malta Miriam Dalli

Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli

I

nvestiment ġdid imħabbar ftit tal-jiem ilu se jkun qed joħloq niċċa ekonomika ġdida, permezz tad-diversifikazzjoni fl-ekonomija Maltija. Dan grazzi għall-għarfien tal-potenzjal b’saħħtu tal-industrija tad-drones, biex issa tħabbret it-tnedija tal-ekosistema għall-innovazzjoni tad-drones. Grazzi għall-investiment li attirat il-Malta Enterprise, bilkooperazzjoni ta’ Transport Malta, Malta għamlet l-ewwel pass biex isservi bħala destinazzjoni ġdida għal dan il-qasam. Il-Ministru għal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, flimkien mal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, ħabbret l-investment ta’ nofs miljun ewro mill-kumpanija Malta Drone Centre. B’dan l-investment, Malta se jkollha l-ewwel hub għallinnovazzjoni fid-drones u l-ewwel akkademja għat-taħriġ avvanzat f’dan il-qasam. Dan ifisser li operaturi tad-drones jiġu jitħarrġu kif itajru drones professjonali minn pajjiżna. Barra minn hekk, imprendituri Maltin u barranin jistgħu jingħaqdu flimkien biex joħolqu u jittestjaw prototipi ġodda ta’ drones f’Malta u Għawdex – biex imbagħad jinbiegħu internazzjonalment. Dan iġib miegħu opportunitajiet futuri ta’ manifattura f’Malta. F’kummenti ma’ dan il-ġurnal, il-Ministru Miriam Dalli qalet li dawn huma attivitajiet li jġibu flimkien it-teknoloġija, l-inġinerija flimkien mal-avjazzjoni li tgħin lill diversi industriji oħra. “Dawn huma attivitajiet li lkoll jibbażaw ruħhom fuq impjiegi ta’ kwalità u li jistgħu jgħinu lil pajjiżna anke mill-aspett ta’ sostenibbilità ambjentali. Dan għaliex flights bid-drones jistgħu jgħinu biex josservaw l-effiċjenza tal-panelli solari jew biex jgħinu flimmaniġġjar tat-traffiku, apparti li l-Gvern qed iħares lejn industrija li jista’ jkollha impatt limitat fuq l-ambjent,” spjegat il-Ministru Dalli. Hija kompliet biex ħeġġet lil dawk li għandhom id-drone tagħhom bħala delizzju, biex iħarsu jaraw fih opportunità ta’ professjoni jew negozju iktar ‘il quddiem. Fl-istess waqt, lil dawk li diġà jużaw drones fil-kumpanija tagħhom ħeġġithom biex dak li qed jagħmlu bħalissa jkomplu jespandu fuqu. Dr Dalli spjegat li fis-snin u x-xhur li għaddew Malta Enterprise għamlet xogħol ta’ preparazzjoni biex din l-industrija jkollha l-ewwel spazji li jistgħu jintużaw għat-taħriġ u l-ittestjar ta’ ċertu prototipi. Dan wassal biex ġie ffirmat l-ewwel ftehim mal-Hibernians FC għallużu ta’ dan il-grawnd – biex meta ma jkunx qed jintuża għal-futbol jintuża għal dawn l-attivitajiet. “M’aħniex nitkellmu biss,” sostniet Miriam Dalli. Il-Ministru saħqet li issa jrid jitwaqqaf ċentru ta’ eċċellenza fejn jingħata taħrig, isir ittestjar u jkun hemm żvilupp teknologiku filwaqt li jkun żviluppat aktar il-business ta’ drones. “Dan il-proġett huwa turija tas-sinerġija li biha naħdmu bhala Gvern. Bil-Malta Enterprise u Transport Malta jaħdmu flimkien biex taħt il-kordinazzjoni tażżewġ Ministeri, illum qed intellqu din in-niċċa ġdida” qalet ilMinistru Dalli. Kompliet li dan il-proġett se jfisser użu ta’ spazju li f’ħin li mhux qed jiġi użat, qiegħed jissellef għal prattika oħra. Arranġamenti bħal dawn jgħinu biex nieħdu iktar mir-riżorsi limitati li għandna bħala pajjiż. “Din hi teknoloġija li iktar ma jgħaddi żmien iktar se narawha filħajja ta’ kuljum,” kompliet tgħid il-Ministru. “Din hija teknologija li dejjem qed tavvanza u tiżviluppa u aħna lesti biex nieħdu l-benefiċċji. Rajna l-potenzjal, rajna li kellna speċjalisti Maltin u bdejna nwettqu u nippjanaw għall-quddiem.”


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

17


18

EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

Meta Tpoġġi Kollox

F’Perspettiva Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat dwar l-għajnuna lill-għaqdiet tal-piroteknika u soċjetajiet Maltin

I

d-deċiżjonijiet politiċi li ħadna fil-ġimgħat li għaddew komplew isaħħu u jtejbu inizjattivi ta’ investiment li jiġu direttament minn barra minn xtutna sabiex dan jitgawda minn pajjiżna. Ir-rieda ta’ negozjant barrani li jiġi f’Malta sabiex jinvesti flusu hawnhekk u fuq kollox jipprovdi aktar opportunitajiet ta’ xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin stess ifisser li dan qed jħalli kontribut mill-aktar siewi fl-ekonomija ta’ pajjiżna. B’riżultat ta’ dan, l-investiment, id-diversi għaqdiet volontarji u filantropiċi, każini tal-baned, għaqdiet sportivi, gruppi mużikali u artistiċi kif ukoll organizzazzjonijiet oħra li jinsabu fil-komunità tagħna qegħdin igawdu mill-għajnuna li dawn in-nies jagħtu u l-ġid li jħallu f’pajjiżna. Aktar ma nkompli niltaqa’ man-nies waqt ħidmieti u aktar ma nsir midħla tad-diversi għaqdiet, gruppi u talenti oħra fil-komunità Maltija, aktar nasal għall-konklużjoni li s-suċċess ekonomiku jista’ jitkejjel b’diversi modi. Hemm suċċess ekonomiku li jitkejjel b’mod numeriku, bbażat fuq figuri, statistiċi u perċentwali. Mod ta’ kejl li mingħajru ma jinkiseb xejn aktar, għaliex dak kollu li nagħmlu rridu nibbażawh fuq fatti u fuq tfassil bilgħaqal. Madanakollu kejl ieħor daqstant importanti, huwa kemm jinħass is-suċċess ekonomiku miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Ma jiswa xejn li nitkellmu fuq surplus, fuq investiment barrani dirett, jekk dan

kollu ma jilħaqx liċ-ċittadini kollha u ma jinħassx minn kulħadd. Din il-ġimgħa fassalt pjan għal qalbi mmens u li se jiġi mħabbar fil-jiem li ġejjin. Iltqgħajt mal-professjonisti talpiroteknika, mas-soċjetajiet u l-għaqdiet tan-nar, li esprimew il-bżonnijiet varji tagħhom sabiex ikunu jistgħu jkomplu jimmanifestaw it-talenti tagħhom. Riċentement kellhom żieda fl-ispejjeż marbuta mas-sigurtà meta jiġu biex jaħarqu n-nar tagħhom, b’mod partikolari l-ispiża tal-iskorta tal-pulizija. Filwaqt li naqbel ma’ din iż-żieda għaliex tirrispetta d-dinjità talpulizija li ħaqqhom kundizzjonijiet xierqa, fl-istess waqt irridu naraw li ma jmorrux minn taħt id-dilettanti tan-nar. Flimkien maI-Ministru u kollega Byron Camilleri ħabbart li se tingħata għajnuna lis-soċjetajiet li jaħdmu fil-festi b’rabta mal-ħlas għall-iskorta tal-piroteknika. Dan ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx għall-fondi ġġenerati mill-investiment dirett barrani. Permezz taċ-Ċittadinanza b’Investiment, qed nistiednu l-aqwa talent minn madwar id-dinja jinvesti f’pajjiżna, filwaqt li bil-programm Malti ta’ Residenza qed nesploraw swieq ġodda b’potenzjal li jvarjaw mill-Ażja sal-Amerka ta’ Isfel. Iżda l-ogħla interess jibqa f’pajjiżna, fil-bliet u rħula tagħna, għax hemm irridu li tinħass id-differenza. Il-ġid qawwi li nħoloq mill-Programm ta’ Ċittadinanza sa issa sarraf sabiex wieżen

lill-familji u n-negozji tagħna matul dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-flus minn dan l-investiment marru dirett sabiex jgħinu lill-komunitajiet tagħna u lil dawk fil-bżonn, speċjalment f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Huwa ta’ pjaċir u sodisfazzjon kbir għalija nara inizjattiva wara l-oħra titħabbar għall-benefiċċju tal-familji u negozji tagħna f’dawn iż-żminijiet, għaliex dan huwa biss grazzi għall-għaqal tagħna fejn warrabna 70% talflus iġġenerati mill-programm ta’ ċittadinanza. Kemm swiena dak l-għaqal! Permezz tiegħu llum qegħdin nagħmlu tajjeb mal-banek lokali biex jagħtu moratorju fuq home loans u moratorja lil negozji. Dan huwa l-għaqal ta’ Gvern b’viżjoni. U għalhekk qed naħdmu sabiex nibqgħu nsostnuh. Il-programm ta’ ċittadinanza kif kien qabel, irrivedejnih millġdid, sabiex issa għandna pro-

gramm aktar robust li jħares bis-sħiħ l-interessi tal-Maltin u ‘l Għawdxin. L-istess għamilna bil-programm Malti ta’ Residenza b’Investiment, li iġġenera mal-€50 miljun fi tliet snin. Il-programm il-ġdid li nedejna se jkompli jsaħħaħ dan l-investiment u se jħalli aktar ġid fil-komunitajiet tagħna. Infatti, parti kruċjali mill-bidliet introdotti hu li appuntu jkun hemm kontribut aktar għoli lejn kawżi ġusti Maltin. Ejja għal mument inpoġġu kollox f’sens ta’ perspettiva. Li għandek Gvern li f’dan iżżmien ta’ pandemija xorta waħda qiegħed isib mezz kif jgħin għaqdiet volontarji, hija xi ħaġa straordinarja. Inħarsu madwarna: pajjiżi oħra qed jinkwetaw kif se jżommu negozji minn xifer il-falliment. Din mhix triq faċli: qed naħdmu b’kemm għandna ħila biex dan il-ġid insostnuh. Iżda rridu nieqfu mument u nagħrfu li kieku ma kienx għallgħaqal li bih qed immexxu, dan kollu ma kienx ikun possibbli.

Alex Muscat

Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

Il-Blockchain u l-Intelliġenza Artifiċjali: xi rwol għandhom f’ħajjitna?

I

t-teknoloġija tevolvi minn jum għal jum, u għaldaqstant, xi ħaġa li kienet tintuża lbieraħ faċilment ġiet megħluba minn oħra li nħolqot illum. Għal snin sħaħ, il-bniedem dejjem ra kif jista’ jinvolvi t-teknoloġija f’ħajtu, sabiex din tal-aħħar tkun iktar effiċjenti u iktar facli. Qed ngħixu fi żminijiet fejn qlibna lejn iktar użu tatteknoloġija, u iktar dipendenza fuqha qed tinħass ma’ kull ġurnata li tgħaddi. F’kwalunkwe aspett u settur tisma’ li qed ikun studjat, sakemm mhux diġà qed tintuża, l-impatt li tista’ tħalli t-teknoloġija u x’frott jista’ jinkiseb. Il-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali qed jissemmew ħafna, kważi kważi kullimkien. Dan għaliex il-bniedem qed jifhem dejjem iktar dawn iz-żewġ teknoloġiji differenti, filwaqt li jirrikonoxxi l-benefiċċji li jistgħu jħallu f’ħajtu u f’ta’ madwaru. Benefiċċji li minnhom igawdu soċjetajiet sħaħ. L-intelliġenza artifiċjali hija teknoloġija li kulħadd jista’ jirrelata magħha, għaliex immissu magħha ta’ kuljum. Eżempju sempliċi huwa

s-suġġerimenti li jtuk servizzi ta’ streaming tal-films u mużika. Dawn is-suġġerimenti jkunu bbażati fuq dak li tkun rajt jew smajt. Għaldaqtsant, itteknoloġija tifhem x’inhuma l-gosti tal-persuna u toffri suġġerimenti mibnija fuqhom. Din it-teknoloġija hija tant wiesgħa li tista’ tkun applikata f’sistemi ferm iktar kumplessi, bħal dawk tat-traffiku, tassaħħa u tal-edukazzjoni. Dan jista’ jsir ghax l-intelliġenza artifiċjali tista’ tkun applikata kullimkien u tiġi addattata skont il-ħtiġijiet. Fil-fatt, Malta qed taħdem fuq sitt proġetti pilota li għandhom l-għan li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini permezz ta’ din it-teknoloġija. It-teknoloġija talblockchain, magħrufa wkoll bħala distributed ledger technology, hija differenti minn dik tal-intelliġenza artifiċjali. Dan għaliex din it-teknoloġija kapaċi ġġib rivoluzzjoni filmod tradizzjonali ta’ kif jaħdmu s-sistemi operattivi. Bħal kwalunkwe teknoloġija oħra, għandha applikabbilità varja u tista tkun speċifikament applikata f’diversi oqsma fejn teknoloġiji oħra huma anqas assigurattivi.

Peress li hija wkoll teknoloġija li dejjem qed tevolvi, u l-applikazzjoni tagħha bdiet tieħu spinta riċentament, għad fadal kawtela u anke reżistenza naturali lejn l-applikazzjoni rapida tagħha, speċjalment f’oqsma fejn teknoloġija stabbilita diġà teżisti u hija implementata. Dan huwa proċess naturali ħafna meta wieħed jikkunsidra teknoloġiji avvanzati u pjuttost ġodda. Madanakollu, il-benefiċċji ta’ din it-teknoloġija wkoll qed ikunu rikonoxxuti. Ewlenin fosthom hemm li l-pjattaforma toffri sistema deċentralizzata (differenti minn dak li mdorrijin bih) u li sussegwentament, kull attività li ssir ma tistax tkun mittiefsa, għax jekk jiġri dan, kulħadd ikun infurmat biha. Sabiex ikun assigurat li l-użu ta dawn iż-żewg teknoloġiji ma jħallix konsegwenzi ħżiena fuq l-individwi, Malta ħolqot programm ta’ ċertifikazzjoni li huwa mmirat li jagħti assigurazzjoni fuq itteknoloġija użata, offrut millAwtorita’ Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali. Il-programm, li huwa ta’ natura volontarja, huwa ssuġġerit li jintuża f’każijiet fejn ir-riskju huwa wieħed għoli, skont l-użu tassistema inkwistjoni.

19


20 EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

26 | Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021

OPINJONI

Irridu nibdew naħsbu b’mentalità u prijoritajiet differenti MARIO FAVA President Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali

K

emm hu sabiħ meta tagħmel xi ħaġa li normalment jgħidulek li ma tistax tagħmel. Kemm-il darba smajna meta konna żgħar; “Ara kif taqsam”, “Tilgħabx bil-ballun barra għax ittajrek karozza”, “Ma tistax issuq ir-rota fit-triq għax tweġġa’!”. Sfortunatament, illum li kbirna, it-tfal tagħna mhux talli ma jistaqsux domandi biex jieħdu dawn it-tweġibiet, imma jiħduha b’mod ovvju li m’għandhomx jistaqsu tali mistoqsijiet lill-ġenituri tagħhom għax huma stess jifhmu li hu impossibbli jagħmlu dan fit-toroq tagħna. Kemm hu sabiħ allura li kieku t-tfal tagħna jistgħu jagħmlu proprju dak li aħna ma stajniex nagħmlu u dak li huma ma jippretendux li jistgħu jagħmlu. X’qed ngħid?

Aċċess lir-resident Aktar u aktar bliet madwar l-Ewropa u anki fid-Dinja, qed jieħdu inizjattivi, anki b’mod radikali, fejn f’ċertu ġranet u ħinijiet, qed jagħtu aċċess liberu lir-residenti tagħhom, sabiex jinżlu fit-toroq prinċipali u jagħmlu proprju dak li ma jkunux jistgħu jagħmlu f’ħinijiet u ġranet normali. Toroq li jingħalqu għall-aċċess tal-karozzi privati u jkunu aċċessibbli b’mod liberu għal min irid jimxi, jagħmel eżerċizzju, juża r-rota, joħroġ bi scooter, jilgħab il-ballun eċċ. Għaliex meta nitkellmu fuq ugwaljanza, meta nitkellmu fuq kwalità tal-ħajja, meta nitkellmu fuq il-ferħ u l-kuntentizza tat-tfal, meta nitkellmu fuq il-mod kif nissoċjalizzaw, meta nitkellmu fuq il-mard u kundizzjonijiet li jġib miegħu l-mard mentali, meta nitkellmu fuq tfal li għandhom kundizzjoni ta’

attention deficit jew hyperectivity disorder, qajla jiġu f’moħħna l-ispazji miftuħa, l-aċċessibiltà, l-ekwità li min m’għandux biex jixtri karozza, għandu kull dritt daqs dak li jista’, sabiex igawdi t-toroq u l-ispazji tal-komunità tiegħu.

Ugwaljanza Xi tfisser l-ugwaljanza f’ambitu ta’ aċċessibiltà? Ugwaljanza f’ambitu ta’ aċċessibiltà tfisser li kulħadd, indipendentament, mid-dħul finanzjarju tiegħu, ikollu l-istess aċċess sabiex igawdi

dak li jipprovdi l-istat b’xejn. Li jekk min jaffordja jixtri Ferrari u l-gost tiegħu hu li jagħmel użu mit-toroq u l-ispazji tagħna billi joħroġ idur bil-karozza tiegħu, hekk ukoll dik il-persuna li ma taffordjax tixtri karozza għandu jkollha l-istess dritt li tagħmel użu mill-infrastruttura tal-pajjiż b’mezzi oħra, b’mod sigur u mingħajr biża’ li se taqla’ xi daqqa li tħalliha xhur fis-sodda. Dan jista’ jsir jekk il-pjanijiet li jsiru għall-bliet u rħula tagħna, iżommu bħala prijorità prinċipali n-nies u mhux il-karozzi. Irridu nibdew nir-

raġunaw, naħsbu u naġixxu b’mod differenti fejn il-prijoritajiet tagħna jkunu differenti. Prijoritajiet li permezz tagħhom nibdew naħsbu kif irridu ngħixu qabel nibdew nippjanaw l-ibliet tagħna. Ilpunt prinċipali m’għandux ikun iżjed x’tip ta’ trasport irridu nużaw imma x’tip ta’ ħajja rridu ngħixu. Abbażi ta’ dan, nippjanaw u niddisinjaw il-mezzi ta’ trasport, it-toroq, l-ispazji tagħna. Kif belt bħal Amsterdam li fiha joqogħdu madwar żewġ miljun persuna, 40% minnhom jivvjaġġaw bir-roti? Forsi tgħiduli imma hemm

m’hemmx tlajja. Fiċ-ċentru tal-bliet u rħula tagħna wkoll m’hemmx tlajja u minkejja dan, xorta mmoru għal kartuna ħalib bil-karozza privata, xorta mmorru għall-ġurnali bil-karozza privata, xorta ma mmorrux għand l-ispiżjar bil-mixi.

Id-differenza bejn bliet u bliet X’jagħmel l-ibliet u rħula tagħna li jġegħluna rridu noqogħdu fihom? Nibdew biex ngħidu li m’hemmx kollox tajjeb u kollox ħażin imma żgur li xi ħaġa li wieħed


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA

OPINJONI jagħmel qabel jixtri dar f’lokal jew ieħor hu li jitkixxef jew jiċċekkja kif jgħixu r-residenti f’dik il-belt, jekk għandhomx playingfields għat-tfal, jekk għandhomx fejn imorru passiġġata biex joħorġu l-kelb tagħhom, jekk hemmx spazji fejn wieħed jista’ jiltaqa’ jew jissoċjalizza. Dawn huma l-elementi li jiddistingwu belt minn oħra u mhux jekk hemmx biżżejjed spazji ta’ parkeġġ. Għax x’jagħmel belt jew raħal sabiħ? Hija dik il-belt li l-aktar fiha spazji ta’ parkeġġi? Ma naħsibx. Hija dik il-belt li fiha fejn wieħed jista’ joħroġ u jiltaqa’ man-nies. U allura kif jista’ perit minn wara skrivanija jfassal pjan ta’ mezz ta’ trasport jew ta’ toroq ġodda bla ma jikkunsidra dan kollu? Kif jista’ perit, għax hu perit, bla ma jikkonsulta xi jridu r-residenti ta’ dik il-belt jew dak ir-raħal, jiddisinja proġett li jaqsam il-lokalità min-nofs? X’jgħidu n-nies u r-residenti għandu jkollu piż qabel ma biss mmorru fuq il-pjanti u nibdew inħażżu? Meta n-nies imorru jixtru, fejn jagħżlu li jmorru jixtru, fejn hemm triq kollha karozzi u minn ħanut għall-ieħor trid tara kif taqsam għax jaqsmuk jew inkella postijiet fejn bejn ħanut u ieħor issib fejn tista’ tieqaf tieħu kafè, tgħid kelma, tpoġġi u tieħu snack? U jekk mhux se nagħmlu użu aħjar mill-ispazji tagħna, li diġà huma hemm, kif se ntejbu din il-kwalità ta’ ħajja tan-nies? Xi kwalità ta’ ħajja hi ġiri sfrenat bil-karozzi biex inlaħħqu minflok insibu ħin biex nużaw l-ispazji li hemm fil-lokalitajiet u nagħmlu użu mis-servizzi li hemm fil-lokal tagħna stess?

Il-mixi huwa dritt In-nies iridu jimxu mhux biex jgħixu imma biex ikunu kuntenti. It-tfal li semmejt aktar ’il fuq bil-kundizzjonijiet li semmejt, iridu spazji miftuħa mhux biex iħarsu lejhom imma biex jilagħbu u jserrħu l-menti tagħhom u biex il-ġenituri tagħhom ikollhom serħan il-moħħ li wliedhom jistgħu jilagħbu u jaħlu l-enerġija tagħhom

b’mod sigur. Jekk l-annimali fil-foresti jridu l-ispazji biex jiġru, jekk l-għasafar iridu l-ispazji biex itiru, allura n-nies ma jridux spazji biex jgħixu? Il-bniedem inħoloq b’żewġ saqajn biex jimxi u l-ewwel mod ta’ ħsieb għandu jkun dak, li nipprovdu fejn ilbniedem jista’ jimxi. Dan huwa l-aktar mezz ta’ trasport sostenibbli minn kull lat. Il-bniedem ma kienx maħluq biex meta jagħlaq is-sittin jew sebgħin, jibża’ joħroġ minn daru għax jaqa’ fuq bankina għax tkun imblukkata b’borża tal-iskart li tkun ilha hemm sigħat tistenna biex tinġabar. Anzjana m’għalqitx is-sebgħin biex timxi fuq bankina kollha tlajja u nżul skont hemm garaxxijiet fit-triq jew biex tiżloq minn fuq il-bankina għaliex il-materjal li magħmula bih jiġi jiżloq wara ftit xhur bl-elementi tan-natura. Dan li qed ngħid mhux xi ħaġa li tista’ tippruvah xjentifikament imma hija xi ħaġa li tħossha ġo fik. Kieku wieħed ikollu jistaqsi; x’tippreferi timxi fuq bankina ta’ metru jew bankina ta’ żewġ metri? Ovvjament, m’hemm l-ebda teorija li tgħid li fuq bankina ta’ żewġ metri timxi

aħjar. Dan għaliex persuna waħedha tgħaddi minn bankina ta’ metru. Imma meta timxi fuq bankina ta’ żewġ metri u hemm buffer bejn il-vetturi għaddejjin fit-triq u int, permezz ta’ siġra, hija ovvja li tħossok aħjar u tieħu gost aktar timxi. Probabbli wkoll, dik id-differenza tkun biżżejjed biex tagħmillek kuraġġ u tieqaf tuża l-vettura privata tiegħek għall-qadi sa kilometru jew tnejn bogħod mid-dar u tibda tagħmlu bilmixi. Din hi l-kwalità tal-ħajja li rridu nitkellmu fuqha. Dan bħal meta trid tagħmel laqgħa. Tista’ tagħmilha f’kamra ta’ klassi bejn erba’ ħitan u tista’ tagħmilha f’kamra ta’ teatru żgħir li jagħti aktar sens ta’ spazju li jwassal biex ikollok parteċipazzjoni ikbar mill-parteċipanti. Kieku l-laqgħa tagħamilha f’kamra żgħira, mudlama u bla dawl naturali, probabbli l-parteċipanti se jgorru, anki jekk f’qalbhom. L-istess l-ibliet u rħula tagħna. Jista’ jkollok dak il-lokal li għalih kollox jgħaddi filwaqt li jista’ jkollok lokal li jagħti aspirazzjoni u sens ta’ komunità ikbar, flimkien ma’ sens ta’ appartenenza mir-resi-

21

Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021 | 27

denti, li jagħmluhom kburin li joqogħdu hemm u mhux f’lokal ieħor.

L-aspett soċjali Minn ewl id-dinja, ilbniedem huwa maħluq biex jiltaqa’ u jitħallat mannies. Kif jista’ jsir dan jekk mhux għax nipprovdu fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu? In-nies iridu jkunu f’kuntatt man-natura, mas-siġar, mal-ħdura, mal-ilma. Dik il-belt jew raħal li hija tajba għall-persuni b’diżabilità, għall-persuni vulnerabbli bħall-anzjani u tfal, li hija aċċessibbli għal min għandu dħul baxx, hija belt u raħal li huma tajbin għall-poplu kollu. Ma nistgħux nippjanaw bliet u rħula li jwasslu biex neskludu parti mill-komunità. Ma rridux naħsbu biss f’kumplessi kbar tax-xiri b’marki tad-ditti li huma postijiet fejn imorru nies b’ċertu dħul u li għalihom tkun il-ħarġa tagħhom. Irridu wkoll postijiet fejn min jaffordja mixja jkollu huwa wkoll żvog fejn jista’ joħroġ. Meta ngħidu li ċ-ċittadini huma kollha ugwali quddiem il-liġi, dan huwa statement b’saħħtu ħafna. La dan

huwa l-każ, il-ġid komuni għandu jitpoġġa qabel l-interess privat. Dan jagħmel ħafna sens fejn insibu postijiet pubbliċi li imma ġew privatizzati bħall-bajjiet, partijiet mill-passaġġi mal-baħar u oħrajn. Speċjalment meta dawn huma fi spazji urbani, m’għandhom qatt jingħataw lill-privat għall-użu esklussiv tiegħu biex imbagħad ir-resident irid iħallas biex jagħmel użu minnhom jew jaċċessahom. Jekk se jingħataw għal fini ta’ negozju, u nifhem li dan kultant għandu jkun ilkaż, irid jitħalla aċċess pubbliku liberu.

Konklużjoni Dan kollu jeħtieġ bidla fil-mod tal-ħsieb, fil-kultura tagħna, fil-prijoritajiet tagħna. Nagħlaq b’dan li ġej għax nemmen li jista’ jħallik taħseb. Il-problema ta’ dan kollu hija illi tant drajna li dan hu l-uniku mod li bilfors irridu ngħixu bih, li ħadnieha ‘forgranted’ li l-affarijiet ma jistgħux jinbidlu u allura rridu nkunu reattivi għal dak li qed jiġri llum flok naħdmu biex inkunu proattivi għal dak li nistghu nħallu lil uliedna għada.


22 EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

VIŻJONI STRATEĠIKA GĦAT-TURIŻMU Clayton Bartolo

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

L

-industrija tatTuriżmu fil-gżejjer Maltin kienet qed tiffjorixxi qabel faqqgħet il-pandemija. Fis-sena 2019 waslu fostna 2.75 miljun turist. B’riżultat tal-pandemija bejn Jannar 2020 sa Ottubru 2020 waslu fostna 630,000 turist, tnaqqis ta’ 76.1% meta imqabbel malistess perjodu tas-sena ta’ qabel, b’telf ta’ €1.5 biljun f’infiq fostna. Din hija r-realtà li għandna ma’ wiċċna.

Il-Gvern mill-ewwel beda jaħdem biex nirkupraw minn din id-daqqa li laqtitna. Nidejna Strateġija għat-Turiżmu f’Malta fuq medda ta’ għaxar snin (2021-2030). Fl-istess waqt qed naħdmu biex malli titjieb is-sitwazzjoni internazzjonali kawża talpandemija, nibdew mill-ġdid ntejbu l-konnettività bl-ajru ma’ pajjiżi oħrajn u nsostnu t-tkabbir ekonomiku. Dan irid isir waqt li nkomplu nħarsu u nwieżnu n-negozji turistiċi tagħna biex jibqgħu joperaw fiċ-ċirkostanzi l-ġodda ta’ wara l-pandemija.

KONNETTIVITÀ BL-AJRU Irridu niftħu mill-ġdid ir-rotot li kellna qabel il-pandemija u niftħu frekwenzi ġodda. Ilna għaddejjin b’taħditiet u sforzi biex il-linja nazzjonali tagħna l-Air Malta u linji oħra tal-l-ajru jużaw il-flotot tagħhom fuq rotot ewlenin fl-Ewropa u fil-Mediterran minn April ta’ din is-sena. L-għan tagħna huwa li dawn il-linji tal-ajru jinkludu lil Malta mis-Sajf li ġej. Fl-istess waqt qegħdin infittxu opportunitajiet ġodda biex naħdmu ma’ linji tal-ajru li sa issa kienu għadhom ma nkludewx lil Malta fl-itinerarju tagħhom. Bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq is-swieq potenzjali għall-industrija tat-turiżmu tagħna. L-Awtorità tat-Turiżmu qiegħda b’mod kostanti ssegwi l-iżviluppi fil-pajjiżi li jibagħtulna t-turisti. L-indikazzjonijiet huma li matul dis-sena qed jistennew riżultati aħjar.

IT-TURIŻMU LI NIXTIEQU Din l-Istrateġija se tkun mibnija fuq x’tip ta’ turiżmu hija interessata fih Malta. Dan irid jaqbel mal-interess tal-progress ekonomiku sostenibbli flimkien mal-ġid ambjentali u soċjali tagħna. Din hija Strateġija li tirrikonoxxi li Malta għandha timmira għal kwalità fil-livelli kollha, peress li l-kwalità se tinfluwenza l-għażliet ta’ dawk li jivvjaġġaw. Id-daqs tal-gżejjer Maltin aktar jagħmilha importanti li jkollna strateġija li tippromwovi l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli ta’ kwalità fis-snin li ġejjin. B’hekk l-industrija tat-Turiżmu tkompli tiżviluppa u tikkompeti ma’ swieq oħra, imma tistabbilixxi wkoll l-istatus ta’ Malta bħala destinazzjoni ta’ kwalità. Għaż-żmien li ġej irridu niżguraw wkoll li Għawdex jibqa’ destinazzjoni distinta u separata billi nisfruttaw is-sbuħija naturali tiegħu. Dan se nkunu qed nagħmluh flimkien mal-operaturi turistiċi Għawdxin u l-Awtorità tal-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex.


6 ta’ Frar 2021 | EKONOMIJA 23

L-AQWA RIŻORS: IL-WIRT TAGĦNA L-Istrateġija tagħna taħseb li nifformulaw l-iżvilupp tat-turiżmu billi nagħmlu l-aqwa użu tal-attrazzjonijiet naturali u kulturali tal-gżejjer tagħna b’tali mod li nibbilanċjaw il-ħtiġijiet tar-residenti f’Malta u f’Għawdex waqt li nimmassimizzaw ilvalur ekonomiku u s-sodisfazzjon tat-turisti li jżuruna. Il-viżjoni tagħna taħseb li jkollna r-riżorsi finanzjarji, istituzzjonali u umani biex sas-sena 2030 nilħqu l-miri tagħna waqt li jkunu b’mod regolari diskussi u evalwati ma’ dawk kollha involuti flindustrija tat-Turiżmu waqt li nsegwu u nqisu l-kundizzjonijiet dejjem jiżviluppaw li se jkunu qed jinbidlu fid-dinja ta’ madwarna. Din l-isfida li għandna quddiemna rridu nqisuha bħala opportunità biex insaħħu l-industrija tat-turiżmu fuq sisien aktar odi konxji mill-isfidi u l-iżviluppi internazzjonali li għandna u li se jibqa’ jkollna.

SOLUZZJONIJIET ĠODDA Din l-istrateġija trid tgħinna nirkupraw mid-daqqa li ħadna, irridu naħsbu f’soluzzjonijiet ġodda u rridu nirrivitalizzaw dan il-pilastru ewlieni tal-attività ekonomika tagħna biex niġġeneraw aktar ġid u progress b’mod aktar effettiv. Din se tkun opportunità unika fi żmien importanti għall-iżvilupp ta’ Malta waqt li jkun jevolvi t-turiżmu internazzjonali madwarna wara t-taqlib tas-sena 2020. Din se tkun opportunità għal pajjiżna li nqajmu mill-ġdid l-industrija tat-turiżmu tagħna fuq sisien aktar sodi fl-istess mod kif se jkunu qegħdin iseħħu l-impenji u l-iżviluppi internazzjonali madwarna fl-oqsma tal-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima li jitolbu minna azzjoni immedjata u responsabbiltà globali. Irridu niżguraw li t-turiżmu jibqa’ pilastru tal-ekonomija tagħna u nindirizzaw l-isfidi bl-istrateġija li qegħdin nipproponu. Irridu nħarsu mill-ġdid lejn l-industrija talcruise liners u nesploraw il-possibiltajiet li jkollna aktar cruise-liners li jużaw lil Malta bħala l-port li minnu joperaw id-destinazzjonijiet tagħhom fil-Mediterran.

DIREZZJONI ĊARA Din hija Strateġija li timmira li tgħolli l-kwalità tal-prodott turistiku tagħna b’tali mod li niġbdu lejna turisti li mhux biss jagħtu kontribut ekonomiku superjuri, imma li l-interessi tagħhom ikunu paralleli ma’ dak kollu li jagħmel il-gżejjer Maltin uniċi, speċjali u diversi li jħajruk terġa’ żżurhom għal aktar minn darba. Matul din is-sena se nkunu qegħdin nikkonsultaw l-isħab tagħna fl-oqsma turistiċi u nsejħu konsultazzjonijiet pubbliċi biex l-industrija Maltija tat-Turiżmu tistabilixxi direzzjoni ċara lil fejn trid timxi, mhux biss biex tirkupra, iżda biex tinbena fuq sisien aktar sodi biex fis-snin li ġejjin niffaċċjaw l-isfidi u nesplojtjaw l-opportunitajiet b’reżiljenza u suċċess akbar milli kellna fl-imgħoddi. Hija strateġija li tgħolli l-valur tal-prodott turistiku tagħna fuq servizz ta’ kwalità li jagħraf il-karattru speċjali ta’ Malta u Għawdex. Irridu li t-turisti li jżuruna ma jkunux viżitaturi ta’ darba, iżda jitħajru jerġgħu jżuruna u jagħmlu lil Malta bħala d-destinazzjoni favorita tagħhom.

Strateġija li tgħolli l-valur tal-prodott turistiku tagħna fuq servizz ta’ kwalità li jagħraf il-karattru speċjali ta’ Malta u Għawdex.


24 EKONOMIJA | 6 ta’ Frar 2021

Ċina il-Passat u l-Preżent I

ċ-Ċina għandha popolazzjoni ta’ 1.44 biljun ruħ; għandha 6 minn 33 mega cities; hija t-tieni l-ikbar ekonomija fid-dinja. Għall-ewwel darba ċ-Ċina (inkluż Hong Kong u Taiwan) taqbeż lill-Istati Uniti fil-Fortune Global 500 – fejn hemm 133 kumpanija fiċ-Ċina vs 121 fl-Istati Uniti. Għandha 4 minn 10 l-ikbar banek fid-dinja; hija l-akbar nazzjon tal-manifattura u l-kummerċ; hija l-konsumatur ta’ nofs l-azzar u faħam fid-dinja. Kif ukoll hija l-akbar sors ta’ turisti internazzjonali, u l-investituri ċiniżi huma l-iktar influwenti f’pajjiżi li qed jiżviluppaw mill-Ażja tax-Xlokk għall-Afrika lejn l-Amerika Latina u għandha innovazzjoni teknoloġika liema bħalha. Iċ-Ċina ta’ spiss tissemma fl-aħbarijiet negattivament, imma skont informazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali, hekk kif hija t-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja, hija wkoll l-akbar pajjiż industrijali, l-akbar pajjiż agrikolu, u t-tieni l-akbar pajjiż tal-industrija tas-servizzi. Iċ-Ċina hija l-akbar pajjiż tal-manifattura u l-akbar pajjiż kummerċjali fid-dinja (l-akbar esportatur u t-tieni l-akbar importatur). Iċ-Ċina qiegħda fuq nett fil-

volum tal-produzzjoni u l-esportazzjoni t’aktar minn 200 prodott. Għexieren ta’ prodotti għall-esportazzjoni jammontaw għal aktar minn 70% tad-dinja. It-tkabbir ekonomiku taċ-Ċina jiddependi fuq id-dħul mill-investiment u mill-esportazzjonijiet. Wara l-2010, it-tkabbir naqas b’mod sinifikanti. Il-gvern Ċiniż aġġusta l-istruttura ekonomika għal dan il-għan u biddel għall-konsum biex imexxi t-tkabbir ekonomiku. Fl-2016, ir-rata ta kontribuzzjoni tal-konsum għat-tkabbir ekonomiku laħqet 64.6%. Sa mill-bidu tar-riformi ekonomiċi madwar 40 sena ilu, it-tkabbir ekonomiku fiċ-Ċina kien wieħed rivoluzzjonarju. Infatti l-pajjiż sar wieħed mill-iktar ekonomiji li qed jiżviluppa b’mod eċċessiv. Saħansitra, mill-istudju li qed isir mill-Economics and Business Research fl-Ingilterra, qed jingħad li sas-sena 2028, iċ-Ċina tgħaddi lill-Istati Uniti u tilħaq il-quċċata bħala l-ikbar ekonomija fid-dinja. Għalkemm iċ-Ċina kien l-ewwel pajjiż li ntlaqat minn Covid-19, il-Gvern Ċiniż kien kapaċi jikkontrolla l-pandemija permezz t’azzjoni stretta li wasslet biex ma jerġax ikun hemm lockdown wara l-ieħor kif għamlu pajjiżi oħra fl-Ewropa. Meta l-ekonomija Ċiniża ġiet ikkomparata ma’ dik Amerikana minn CEBR World Economic League, ingħad li l-pandemija u r- rivalità bejn iż-

Luana Cini

żewġ pajjiżi xeqilbet favur iċ-Ċina għaliex l-ekonomija tal-Istati Uniti se tikber b’1.9% annwali mis-sena 2022-24; filwaqt li ċ-Ċina maħsub li se tikber b’5.7% sal-2025. Ir-rapport jgħid ukoll li s-sehem taċ-Ċina fl-ekonomija dinjija żdied minn 3.6% fl-2000 għal 17.8% fil-preżent u l-pajjiż se jsir “ekonomija bi dħul għoli” sal-2023. Fis-sena 2020, il-prodott gross domestiku taċ-Ċina kiser ir-rekord ta’ mitt biljun Yuan, u laħaq il-101,598.6 biljun Yuan; żieda ta’ 2.3% matul is-sena preċedenti. Abbażi tar-rata medja annwali tal-kambju, il-PGD taċ-Ċina fl-2020 kien ta’ madwar US$14.73 triljun, li jammonta għal madwar 17 % tal-ekonomija dinjija. L-ekonomija Ċiniża mhux biss qed tgawdi l-frott li kkontrollat il-Covid-19 kmieni, iżda wkoll mit-tfassil ta’ politika aggressiva immirata lejn industriji bħall-manifattura avvanzata. Madankollu, persuna Ċiniża xorta ser tkun finanzjarjament ifqar minn persuna Amerikana, anke wara li tgħaddi lill-Istati Uniti bħala l-ikbar ekonomija fid-dinja. Kemm jekk tkejjel bid-demografija, il-ġeografija, l-ekonomija jew kwalunkwe metrika oħra, iċ-Ċina flimkien ma’ pajjiżi oħra Ażjatiċi, huma l-preżent kif ukoll il-futur. Huwa għal din ir-raġuni li pajjiż bħaċ-Ċina ma nistgħux inwarbuh, anzi ta’ min wieħed jifhmu biex ikun jista’ jikkolabora b’mod iktar effettiv.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Ekonomija 3 by arthouse - Issuu