Ekonomija 2

Page 1

€0.50

#02

23 ta’ Diċembru 2020

L-Ekonomija Maltija p3 | Suq tax-Xogħol, Fondi Ewropej p8 | Ħalluni noħlom dwar Malta t’għada... illum p18

Nota mill-Edituri

Warren Farrugia

Omar Vella

X’Sena dik! Waslet fi tmiemha sena li ġabet magħha qlib, tibdil u sfidi ġodda. L-2020 kienet ikkaratterizzata prinċipalment mill-pandemija tal-Covid-19. Tassew l-impatt tal-pandemija kien enormi fuq is-soċjetà globali u tefgħet pajjiżi ġirien tagħna u ekonomiji ferm ikbar minn ta’ pajjiżna f’riċessjoni. L-impatt tal-pandemija fuq pajjiżna ma kienx inqas speċjalment fuq niċeċ sensittivi bħat-turiżmu, is-settur tal-iGaming u kif ukoll dak tar-retail. Kollha b’xi mod ħassew iddaqqa u fl-sfond ta’ dan kollu l-aktar li ħass l-impatt kien ilħaddiem u wisq aktar il-fqir. Biex jilqa’ għall-isfidi tal-pandemija, il-gvern irreaġixxa permezz ta’ inizjattivi ġodda, nieda għadd ta’ skemi ta’ għajnuna, għen diversi kumpaniji lokali biex jespandu, kif ukoll ħadem biex jattira kumpaniji barranin ħalli jinvestu f’pajjiżna u b’dan il-mod, jiżdiedu ħafna opportunitajiet ta’ impjiegi. Iżda, fuq kollox, il-gvern investa u intervjena permezz ta’pakketti finanzjarji u Budget b’sahtu. Bihom għen lil kulħadd u r-rota tal-ekonomija baqet iddur. L-iskema tal-vouchers talGvern tal-€100 kienet suċċess kbir li biha gawdew kemm ilfamilji Maltin u Għawdxin, kif ukoll in-negozji. Dan wassal biex setturi ekonomiċi bħall-kostruzzjoni, isservizzi finanzjarji u professjonali u l-manifattura baqgħu għaddejjin u qegħdin ipattu għal dawk is-setturi li l-iktar li ġew milquta. L-indikazzjonijiet huma li l-COVID-19 se tibqa’ tisraq ix-xena mondjali anke s-sena d-dieħla. It-tama hi li, kif ħabbar il-Prim Ministru fil-jiem li għaddew, permezz tat-tilqima kontra l-Covid-19, pajjiżna se jibda t-triq lejn in-normalità. Tkompli f’paġna 17


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.