Ekonomija 18

Page 1

#18

15 ta' Ottubru 2022

Il-Viżjoni ekonomika għal Malta tal-lum u ta' għada p5 | “Rapport li jindika li l-pagi jridu jiżdiedu” p7

Nota mill-Editur Omar Vella

L-ekonomija ta’ pajjiżna

D

an huwa mument kruċjali għal pajjiżna. Mument fejn pajjiżna qed jiffaċċja sfidi kbar però fl-istess waqt għandu wkoll opportunitajiet li jista’ jisfrutta permezz tal-innovazzjoni, billi jaħseb barra mill-kaxxa u jekk hemm bżonn anke mingħajr ilkaxxa. Dan il-gvern jista’ jagħmlu għax il-bażi ta’ pajjiżna huma sodi. Iva, għax għall-kuntrarju ta’ pajjiżi ġirien tagħna, il-gvern iggarantixxa stabbiltà partikolarment fil-qasam tal-enerġija però kif ukoll permezz tal-miżuri li ħa li salvaw bosta impjiegi fosthom il-COVID Wage Supplement. U għalhekk il-gvern illum qed iħares bi prospettiva permezz ta' viżjoni pożittiva mhux li tbigħ idduħħan imma konkreta u li tnissel fiduċja. Viżjoni li kif elenkat fil-pjan ekonomiku tal-gvern għall-10 snin li ġejjin għandu bħala premessa li jiġi attirat lejn xtutna aktar investiment. Investiment li jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna, li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Fuq kollox, li jattira investiment sostenibbli. Vizjoni li kif elenkat fil-pre budget document u fil-pjan ekonomiku tal-gvern għandu bħala enfasi l-bżonn li tiffoka fuq l-innovazzjoni. Iva, għax pajjiżna dejjem eċċella meta kien innovattiv fil-ħsieb tiegħu għall-ekonomija b’saħħitha. Fuq kollox, il-viżjoni tal-Gvern tisħaq fuq ir-riżorsi umani. Iva, ghax l-isfida tar-riżorsi umani hija konsegwenza naturali tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiż.

IL-GWERRA, p9 L-INFLAZZJONI U R-RATI T’INTERESS


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Ekonomija 18 by arthouse - Issuu