Ekonomija 17

Page 1

#17

30 ta' Lulju 2022

Għala m’hawnx ħaddiema? p3 | Il-comfort zone tal-banek kummerċjali p5

Nota mill-Editur Omar Vella

Ir-rapport annwali tal-Jobs Plus għassena 2021… Ċertifikat pożittiv għall-Gvern

R

iċentament l-aġenzija Jobs Plus ppubblikat ir-rapport annwali tagħha għas-sena 2021. Rapport li jagħti kreditu lillGvern għal ħidmietu biex Malta jkollha ekonomija reżiljenti, b'saħħitha u finanzi fis-sod. Rapport li jikkonferma li l-istrateġija ekonomika tiegħu qed tasal għand kulħadd. Mill-kbir għaż-żgħir. Tant li Malta, fl-2021, irreġistrat waħda mill-inqas rati ta' qgħad fl-Unjoni Ewropeja 3.4% kontra r-rata medja fl-UE ta' 6.4%. Tant li dan ir-rapport indika wkoll li l-ekonomija Maltija mistennija tkompli tikber b'rata mgħaġġla. Filwaqt li dan id-dokument huwa ċertifikat b’saħħtu għallgvern, it-tkabbir ekonomiku għandu l-prezz tiegħu u jġib miegħu sfidi fosthom il-problema ta' nuqqas ta rizorsi umani. Tant li Malta kompliet iżżid l-influss ta' ħaddiema barranin partikolarment minn pajjiżi terzi f'setturi importanti fosthom dawk tal-ospitalità u l-ikel, kif ukoll fil-kostruzzjoni. Mhuwiex koinċidenza li l-viżjoni ekonomika tal-gvern għal għaxar snin li gejjin kif ukoll il-Baġit 2022, jisħqu fuq l-importanza tat-taħriġ għax it-taħriġ huwa l-essenza biex dan il-pajjiż ikollu mhux biss kwantità ta' rizorsi imma anke kwalità fir-rizżrsi tiegħu. Mhuwiex koinċidenza anqas li l-gvern qed jisħaq fuq diversi skemi mirati sabiex itejbu l-kwalità ta' kull ħaddiem. Il-kwalità taż-żgħażagħ tagħna fit-tranżizzjoni tagħhom lejn id-dinja tax-xogħol. U biex dan jintlaħaq, il-gvern qed ikompli jinvesti f’aktar skemi. Qed ikompli jinvesti f'childcare b'xejn. Qed ikompli jinvesti ukoll fl-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u dawk vulnerabli fid-dinja tax-xogħol. Dan id-dokument huwa prova ċara kemm il-gvern jemmen fil-kapaċitajiet ta' kull wieħed u waħda minna. Dan id-dokument huwa wkoll punt ta' tluq fejn flimkien nistgħu naslu ghal Malta protagonista.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Ekonomija 17 by arthouse - Issuu