Ekonomija 16

Page 1

#16

28 ta’ Mejju 2022

Investiment ta’ €4 miljun għall-proġetti bl-Intelliġenza Artif iċjali p3 | Normalità ekonomika ġdida p5

Nota mill-Editur Omar Vella

Żminijiet bla preċident Qed ngħixu fi żminijiet bla preċedent; żminijiet ta' sfidi kbar fejn dak li qed jiġri madwarna qed ipoġġi pressjoni fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku globali. L-impatt tal-Pandemija tal-COVID-19, il-gwerra flUkrajna, kif ukoll sfidi globali oħrajn huma theddida reali li qed twassal għall-inflazzjoni u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, fost oħrajn. Theddida reali għal kull wieħed u waħda minna li qed taffettwa l-mod kif ngħixu, il-mod kif nonfqu, il-mod kif nixtru u l-mod kif ninvestu. Dan il-mument kruċjali jitlob għal deċiżjonijiet strateġiċi u razzjonali min-naħa talmexxejja mondjali. Jitolbu ghal deċiżjonijiet importanti mill-Gvern Malti biex pajjiżna tassew jaffaċċja l-isfidi li qed nesperjenzaw b'suċċess. Ilmiżuri li l-Gvern Malti ħa u għadu jieħu biex itaffi l-impatt tal-Pandemija tal-COVID-19 kif ukoll biex jindirizza l-impatt li qed iġġib magħha l-gwerra flUkrajna, huma raġġ ta' dawl biex inħarsu lejn il-ġejjieni b'kuraġġ. Huwa biżżejjed? Ċertament li le, però parti mill-isforz biex noħorġu minn dan ilmaltemp għandu jiġi minn kull wieħed u waħda minna li għandna nagħrfu s-sensittività tal-mument u bil-ftit tagħna nikkontribwixxu għal Malta stabbli, Malta aħjar, Malta prospettiva.

IS-SAĦĦA LILL-ĦADDIEM… IMMA MHUX MAL-MEJDA BISS

p4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.