#14
12 ta’ Marzu 2022
Ekonomija Marzu 2022 p3 | Il-perspettiva tal-ekonomisti wara l-elezzjoni p6 | Franza, l-Elezzjoni Presidenzjali p15
Nota mill-Edituri
Omar Vella
Warren Farrugia
L-Għażla għal Malta tal-lum u ta’ għada Qed ngħixu fi żmien bla preċedent. Żmien fejn pajjiżna kellu jiġġieled l-isfidi li ġabet magħha l-Pandemija COVID-19. Żmien fejn pajjiżna qed jintlaqat direttament u indirettament mil-kriżi Russo-Ukrena. Żmien fejn pajjiżi ġirien tagħna qed jissieltu ma’ sfidi politiċi u ekonomiċi. Żmien fejn pajjiżna qed jiżviluppa, jevolvi u jiġġenera ruħu għas-soċjetà tal-lum u wisq aktar t’għada. Żmien fejn fi ftit ġimgħat oħra l-poplu Malti jiġi msejjaħ jiddetermina d-destin ta’ pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. Żmien fejn dak li qed jiġi mwiegħed miż-żewġ partiti prinċipali jrid jitwettaq. Żmien fein min ser ikun fit-tmun ta’ pajjiżna jrid jaffaċċja sfidi kbar u jrid jisfrutta l-opportunitajiet. Żmien fejn Malta trid terġa’ ssaħħaħ l-irwol tagħha fis-settur finanzjarju. Żmien fejn Malta trid issaħħaħ l-irwol tagħha bħala destinazzjoni turistika. Żmien fejn Malta trid tisfrutta l-opportunitajiet li joffru setturi bħall-informatika, l-innovazzjoni, l-ambjent u d-dinja diġitali. Żmien fejn Malta trid issib niċeċ biex tkun protagonista fuq livell internazzjonali, illum u wisq aktar għada.
IS-SANZJONIJIET IMPOSTI FUQ IR-RUSSJA p16