Ekonomija 13

Page 1

#13

5 ta’ Frar 2022

Ir-reżiljenza tas-settur tal-proprjetà p2 | L-Għoli tal-Ħajja u l-Importanza li Nipproteġu liż-Żgħir p13

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

L-EDUKAZZJONI BĦALA QAFAS GĦAL MALTA TA’ GĦADA

ELEZZJONI 2022

Pajjiż jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli permezz ta’ investiment sostanzjali fl-edukazzjoni tal-kapital uman tiegħu. Nemmnu li l-iżvilupp u tkabbir ekonomiku ma jkollu l-ebda valur jekk il-gvern ma jfassalx strateġija ara biex ilpajjiż ikollu biżżejjed riżorsi umani. Mhuwiex sigriet li pajjiżna għandu nuqqas ta’ kapital uman. Sfida kbira ghal pajjiz li m’għandux żejt, gass jew riżorsi minerali. Sfida wisq ikbar meta wieħed jikkunsidra l-pass mgħaġġel ta’ kif qed tinbidel l-ekonomija globali kif ukoll l-impatt tal-pandemija COVID-19. Però l-ebda sfida mhi akbar mir-rieda ta’ gvern b'viżjoni ċara ta’ x’irid jilħaq u fejn irid jasal. Huwa ghalhekk li l-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija, tinsisti fuq l-importanza taledukazzjoni bħala vejikolu kruċjali biex tassew infasslu l-Malta t’għada. Huwa għalhekk li l-gvern nieda l-Politika Nazzjonali taxXogħol il-ġdida li biha se jibda jaffronta din l-isfida. Din il-politika fiha pjan li bih se nkunu qed jgħolli l-valur tas-siegħa xogħol talħaddiem Malti u Għawdxi. Dan se jsir billi jtejjeb liħiliet, joffri opportunitajiet ta’ taħriġ, jinċentiva lil dak li jħaddem u lill-ħaddiema nfushom biex itejbu l-ħiliet tagħhom. Kull viżjoni tisħaq ful il-bżonn ta’ investiment fl-edukazzjoni biex kull individwu jtejjeb l-kapaċitajiet tiegħu, jingħata l-għodda kollha neċessarji biex ikun protagonist fil-Malta ta’ llum u t’għada. Din hija l-Malta tal-lum u ta’ għada. Malta b'viżjoni ċara. Malta imsejsa fuq ekonomija bi prospettiva. Malta li tagħraf l-importanza talinvestiment fir-riżorsi umani tagħha.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.