#12
15 ta’ Jannar 2022
Il-Viżjoni tal-MCA għat-Tisħiħ tal-Kummerċ Elettroniku p4 | Il-pensjonanti f iċ-ċentru tal-aġenda soċjali p9
Nota mill-Edituri
Omar Vella
Warren Farrugia
L-istennija għall-2022 Bdejna sena ġdida. Sena li jidher li se terġa’ tkun iddominata millpandemija tal-Covid-19. L-effetti gravi li din ġabet magħha kienu kbar, mhux biss fuq setturi diversi b’mod partikolari fissettur tal-ospitalità, imma wkoll fuq il-finanzi tal-pajjiż. Biss però, dan il-Gvern kien kapaċi li anke fl-eqqel ta’ pandemija, jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-familji u n-negozji u fl-istess waqt ħaseb biex ikollna rkupru ekonomiku li jkun wieħed b’saħħtu. Jekk nieħdu pereżempju l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun li tħabbar mill-Prim Ministru ftit xhur biss wara li faqqgħet il-pandemija f’pajjiżna ta stimolu qawwi lill-ekonomija tagħna. Dan il-pjan kien ibbażat fuq tliet punti prinċipali li huma - it-tnaqqis ta’ spejjeż għannegozji, spinta lid-domanda domestika u sostenn dirett lill-industrija favur ix-xogħol u l-ħaddiema. Il-Gvern ħaseb biex jagħti kull għajnuna li kienu jeħtieġu l-ħaddiema u n-negozji fosthom bil-Wage Supplement li kienet kruċjali biex ġew salvagwardjati l-impjiegi. Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, il-Gvern kien investa xejn inqas minn €653 miljun f’wage supplement biex assista 17,000 negozju u iktar minn 105,000 impjegat. Din l-għajnuna li tant kienet kruċjali għan-negozji ma waqfitx hemm, hekk kif fl-aħħar jiem il-Prim Ministru ħabbar li din ġiet estiża sal-aħħar ta’ dan ix-xahar u se tibqa’ kif inhi anke għax-xahar ta’ Frar. IlGvern qiegħed ukoll jikkunsidra li jestendi din l-għajnuna għal Marzu u April wara djalogu malistakeholders involuti. “Issa huwa l-mument fejn verament nuru r-reżiljenza ta’ pajjiżna. Il-wage supplement se jibqa’ hemmhekk kemm hemm bżonn,” iddikjara l-Prim Ministru f’laqgħa li kellu marrappreżentanti tas-sidien tannegozji, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji. Sadanittant, fix-xhur li ġejjin se jkollna wkoll elezzjoni ġenerali li se twassal biex il-poplu li hu sovran jiddeċiedi dwar min irid imexxih għall-ħames snin li ġejjin.